Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-imputati fil-proċeduri kriminali - Italja

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew tiġi akkużata b’delitt.


Sommarju tal-proċedura kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-fażijiet tal-proċedura kriminali normali fil-konfront tal-adulti.

Tista’ ssib id-dettalji dwar dawn il-fażijiet kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss sabiex tagħti gwida.

Il-proċedura tibda meta l-pulizija jew il-Prosekutur Pubbliku jsiru jafu b’fatt li jista’ jiġi kkunsidrat bħala reat jew bħala delitt.

Malli tintemm l-investigazzjoni, il-Prosekutur Pubbliku jibda l-prosekuzzjoni sabiex jagħti bidu għall-proċedura kriminali, sakemm ma jaħsibx li l-każ jista’ jiġi miċħud.

Għal dawk id-delitti li jridu jiġu ttrattati mill-Qorti Kulleġġjali, mill-Qorti tal-“Assise” [simili għall-Qrati tal-Kuruna (Crown Courts) fir-Renju Unit u għad-Distrett Ġudizzjarju Federali (Federal Judicial District) fl-Istati Uniti tal-Amerika], u f’uħud mill-każijiet mill-Qorti b’Imħallef Uniku, il-Prosekutur Pubbliku jressaq talba għal proċess quddiem il-qorti kriminali, quddiem l-Imħallef għas-smigħ preliminari.

Ladarba jintemm is-smigħ preliminari, l-imħallef jista’ jew jibgħat lill-imputat għal proċess quddiem il-qorti kriminali jew jabbanduna l-prosekuzzjoni.

Għal dawk id-delitti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti b’Imħallef Uniku jew tal-Ġudikant Lajk (Giudice di Pace), il-Prosekutur Pubbliku jinnotifika permezz ta' ċitazzjoni għal proċess quddiem il-qorti kriminali jew permezz ta' ċitazzjoni diretta għal proċess quddiem il-qorti kriminali.

Hemm xi proċeduri speċjali: il-proċess sommarju quddiem il-qorti kriminali, is-sanzjoni mitluba mill-partijiet (proċedura bil-patteġġament), is-sentenza immedjata jew sommarja, il-proċedura b’digriet ta’ kundanna kriminali.

Proċedura kriminali ġeneralment issir fi tliet fażijiet: l-ewwel istanza (il-Qorti tal-“Assise”, il-Qorti Kulleġġjali, il-Qorti b’Imħallef Uniku u l-Ġudikant Lajk [Giudice di Pace]), l-Appell, u l-Qorti tal-Kassazzjoni [l-Ogħla Qorti].

Fl-ewwel istanza, jinġabru l-provi kollha - ix-xhieda u d-dokumenti - u l-proċedura tispiċċa jew b’kundanna jew b’liberazzjoni mill-akkużi.

Inti tista’ tappella kontra s-sentenza tal-ewwel istanza.

Il-Qorti tal-Appell tieħu d-deċiżjoni tagħha billi tikkonferma s-sentenza tal-ewwel istanza jew billi tannullaha parzjalment jew totalment, jew tista’ tannullaha billi tirrinvijaha lura quddiem l-ewwel imħallef.

Inti tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell billi tressaq petizzjoni quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni [l-Ogħla Qorti].

Il-Qorti tal-Kassazzjoni tippronunzja s-sentenza li permezz tagħha hija jew tiddikjara li l-petizzjoni mhijiex ammissibbli jew tiċħadha, jew saħansitra tannulla s-sentenza mingħajr ma tirrinvijaha lura, jew fl-aħħar nett tannulla s-sentenza u tirrinvijaha lill-imħallef tal-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Malli jintemmu l-fażijiet kollha tas-sentenza, is-sentenza ssir finali. Jekk ikun hemm kundanna b’sentenza, is-sentenza tista’ tiġi infurzata minn dak il-waqt.

Tista’ ssib id-dettalji dwar dawn il-fażijiet kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss sabiex tagħti gwida.

Għal informazzjoni dwar reati minuri, bħal reati tat-traffiku fit-triq li ġeneralment min iwettaqhom jeħel penali fissa bħal multa, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 5.

Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tagħtik assistenza jekk ikollok xi lment. F’dawn l-Iskedi Informattivi tingħata informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Kif tikseb parir legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt

  • It-tiftix għall-provi
  • L-interrogazzjoni
  • L-arrest, iż-żamma taħt arrest, iż-żamma taħt arrest preventiv u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew
  • It-tmiem tal-inkjesta preliminari u s-smigħ ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Ir-reati tat-traffiku fit-triq u reati minuri oħrajn

Links relatati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Kwistjonijiet ta' liġi ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKwistjonijiet tal-liġi kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Kawżi Kriminali Taljana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Drittijiet tal-Bniedem


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018