Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali

Bħala vittma ta’ reat, tista’ tibbenefika minn għadd ta’ drittijiet, u assistenza minn organizzazzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali biex jagħtuk parir u jgħinuk. Dawn l-iskedi informattivi jipprovdulek sensiela ta’ informazzjoni dwar x’tista’ tistenna f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea.


Ovvjament, jekk sfajt vittma ta’ delitt, trid taħseb dwar jekk tridx tirrappurtah. Jista’ jkun li ma tkunx daqshekk ħerqan li tirrappurtah, jew tkun imħasseb dwaru, imma jekk ma tagħmilx rapport ikun hemm inqas probabilità li ssir investigazzjoni kriminali u probabbilment il-persuna li tkun wettqet id-delitt ma tinġiebx quddiem il-ġustizzja. Li tirrapporta delitt jista' jkun importanti wkoll għal raġunijiet prattiċi tiegħek stess, bħal pretensjoni tal-assigurazzjoni.

Sew jekk tirrapporta d-delitt u sew jekk le, jista’ jkollok aċess għal xi drittijiet. Madankollu, mill-mument li tirrapporta d-delitt tista’ tibbenefika minn medda ta’ drittijiet u minn appoġġ addizzjonali li li kieku ma kinux se jkunu disponibbli għalik. Dan jgħin biex ikun żgurat li int tkun tista' tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċeduri u li tifhem dak li jkun qed jiġri. Għandhom l-għan ukoll li jagħmlulek il-proċess kemm jista’ jkun faċli.

Meta tirrapporta delitt lill-pulizija, jew mill-iktar fis possibbli wara r-rapport, int għandek l-għażla li tivverfika bir-reqqa xi rwol(i) speċifiku/speċifiċi jista' jkollok fil-proċeduri - bħala vittma, bħala xhud, bħala rikorrent ċivili, bħala parte ċivili, bħala prosekutur privat, eċċ. Dawn ir-rwoli jvarjaw minn pajjiż għal ieħor u uħud minnhom għandhom drittijiet marbuta magħhom li jistgħu jkunu importanti iktar ‘il quddiem fil-proċess, pereżempju f’dak li jirrigwarda l-possibilità li bħala vittma tappella l-eżitu tal-proċess quddiem il-qorti kriminali. Ħu nota tar-rwoli u tal-iskadenzi waqt li taqra dawn l-iskedi informattivi. Ivverifika mal-pulizija dwar liema huma r-rwoli li jeżistu u l-iskadenzi – jekk ikun hemm – li jeħtieġ li tirrispetta biex tikseb l-istatus rispettiv. Tista’ titlob lill-awtoritajiet għal xi kjarifiki sabiex tkun tista' tiddeċiedi dwar kif tista’ tipproteġi d-drittijiet u l-interessi legali tiegħek bl-aħjar mod.

Meta tirrapporta delitt, l-awtoritajiet jaħdmu biex issir ġustizzja miegħek u mal-oħrajn. Bħala parti mill-proċess, jista’ jkun li l-awtoritajiet jitolbu koperazzjoni attiva min-naħa tiegħek sa ma jintemmu l-proċeduri kriminali u forsi, wara li jintemmu jekk ikun hemm prosekuzzjoni. Għandek rwol importanti f’dawn il-proċeduri u l-assistenza tiegħek tkun apprezzata ħafna.

Il-pulizija jibdew l-investigazzjoni tagħhom biex jiġbru biżżejjed provi biex iħarrku l-persuna li tkun wettqet id-delitt. Jekk il-persuna titressaq il-qorti u tinstab ħatja l-imħallef jiddetermina wkoll il-penali xierqa għall-awtur tal-ksur.

Bħala vittma int għandek għadd ta’ drittijiet iggarantiti mil-liġi, fil-proċeduri kriminali u barra mill-proċeduri kriminali. Barra minn hekk, xi drittijiet tiegħek jistgħu jiġu estiżi għall-membri tal-familja tiegħek u għal qrabatek. L-Unjoni Ewropea ħadet passi biex tiggarantixxi sett ta' drittijiet minimi u ċerti standards li l-Istati Membri għandhom jallinjaw il-liġijiet tagħhom magħhom.

L-iskedi informattivi li ġejjin għandhom jiggwidawk fl-iktar passi importanti tal-proċeduri kriminali f’kull Stat Membru, billi jispjegaw id-drittijiet li għandek u r-regoli bażiċi li jeħtieġ li ssegwi biex tkun tista’ teżerċithom. Din l-informazzjoni m'għandhiex tissostitwixxi parir legali u hija maħsuba biex isservi ta' gwida biss.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Kwalunkwe referenza f'dawn il-fuljetti ta' informazzjoni għal persuna ta' sess maskil għandha titqies ukoll bħala referenza għal persuna ta' sess femminil, u viċe versa, sakemm il-kuntest ma jindikax b'mod ċar xort'oħra.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Belġju

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Inti tiġi kkunsidrat bħala vittma tal-kriminalità jekk ġarrabt ħsara, pereżempju ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek saritilha ħsara jew insterqet, minħabba inċident, li jikkostitwixxi delitt skont id-dritt nazzjonali. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċeduri fil-qorti.

Il-proċeduri kriminali fil-Belġju jikkonsistu fl-investigazzjoni u fil-proċess quddiem il-qorti kriminali. Fil-parti l-kbira tal-każijiet l-investigazzjoni titmexxa mill-prosekutur pubbliku jew – f’ċerti każijiet iktar ikkumplikati – minn imħallef inkwirenti. Waqt l-investigazzjoni, jinġabru l-provi sabiex ikun stabbilit jekk ikunx twettaq delitt u minn min.

Wara l-investigazzjoni, każ jingħalaq jew jitressaq quddiem il-qorti. Waqt il-proċess il-qorti teżamina l-provi miġbura sabiex tiddeċiedi jekk l-imputat huwiex ħati jew le. Jekk l-imputat jinstab ħati, huwa jiġi kkundannat u jingħata piena. Alternattivament, il-qorti tista’ ssib lill-imputat mhux ħati u tilliberah.

Bħala vittma għandek numru ta' drittijiet fl-istadji kollha tal-proċeduri kriminali Jekk trid tieħu sehem aktar attiv fil-proċeduri, tista' titlob li tiġi rreġistrat bħala vittma jew tista' tressaq ilment bħala parti ċivili fi proċedimenti kriminali. Fi wħud mill-każijiet, inti tista’ tagħti bidu għall-proċeduri inti stess billi ttella’ lill-persuna li allegatament tkun wettqet id-delitt direttament il-qorti jew billi tressaq kwerela quddiem l-imħallef inkwirenti u fl-istess ħin tapplika biex titqies bħala parti ċivili. Bħala parti ċivili tista' titlob id-danni mingħand il-persuna li tkun wettqet id-delitt. Meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (pereżempju, tkun sfajt vittma ta’ delitt vjolenti u l-ħsara ma tkunx tista’ tiġi rrimedjata b’mod adegwat mill-persuna li tkun wettqet id-delitt u lanqas permezz ta’ assigurazzjoni), inti għandek id-dritt għal kumpens mingħand l-Istat.

L-iskedi informattivi li ġejjin jispjegaw il-fażijiet differenti li jgħaddi minnhom il-każ tiegħek u jiddeskrivu d-drittijiet tiegħek, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawaqt l-investigazzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawaqt il-proċess u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawara l-proċess . Barra minn hekk, tista’ taqra iktar dwar l-appoġġ u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-għajnuna li għandek dritt għalihom.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

1 - ID-DRITTIJIET TIEGĦI WAQT L-INVESTIGAZZJONI TA’ DELITT

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Kif u fejn nista’ nirrapporta delitt?

Kif nista’ nkun naf x’inhuma jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?

Kif nista’ nkun involut fl-investigazzjoni tad-delitt?

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala xhud?

Jiena minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

X’informazzjoni nista’ nikseb mingħand il-pulizija jew mingħand organizzazzjonijiet li jagħtu appoġġ lill-vittmi waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

Nista’ nirċievi għajnuna legali?

Kif nista’ nikseb protezzjoni jekk jiena fil-periklu?

X’servizzi u x’assistenza nista’ ningħata waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

Hemm opportunitajiet sabiex jintlaħaq ftehim jew issir konċiljazzjoni jew sabiex tinbeda medjazzjoni bejni u bejn il-persuna li wettqet id-delitt?

Kif jitkompla l-każ tiegħi wara li tintemm l-investigazzjoni?

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitressaq quddiem qorti?

Jiena barrani. Kif jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Iktar informazzjoni

Kif u fejn nista’ nirrapporta delitt?

Tista' tirrapporta reat lill-pulizija lokali, preferibbilment fiż-żona fejn ikun sar ir-reat. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza dejjem tista' ċċempel 112 biex tikkuntattja lill-pulizija. F'sitwazzjonijiet li mhumiex ta' emerġenza tista' tmur personalment fl-għassa tal-pulizija l-iktar viċin tiegħek. Tista’ ssib l-indirizzi tal-għases tal-pulizija fuq il-websajt tal-korp tal-pulizija lokali bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż.

Jekk int ċittadin Belġjan jew resident Belġjan (pereżempju ngħatajt residenza għal żmien twil fil-Belġju), tista' tirrapporta xi reati żgħar (pereż. vandaliżmu, serq minn ħwienet u s-serq ta' rota) online bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiż jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Ġermaniż. Barra minn hekk, kulħadd, anke t-turisti, jista' jirrapporta reat relatat mal-internet online permezz ta' websajt apposta li hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Olandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Ġermaniż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBl-Ingliż.

Xi reati jistgħu jitressqu l-qorti biss jekk il-vittma ttagħmel kwerela (pereżempju segwiment ta' persuna bil-moħbi, malafama u libell).

Ma għandekx għalfejn tirrapporta r-reat mill-ewwel, iżda huwa fl-interess tiegħek li tagħmel hekk sabiex tippermetti lill-pulizija biex mill-aktar fis possibbli jkollha informazzjoni ddettaljata dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi tar-reat u kull ħsara jew korriment li tkun sofrejt. Għandek ukoll iżżomm f'moħħok li wara ċertu perjodu ta' żmien ma jibqax possibbbli għall-awtoritajiet biex iwettqu prosekuzzjoni. Dan il-limitu ta' żmien jew il-perjodu ta' limitazzjoni huma speċifikati bil-liġi u jvarjaw minn sitt xhur sa ħmistax-il sena, skont ir-reat.

Il-pulizija tinterrogak u tfassal rapport uffiċjali. Waqt l-interrogazzjoni int għandek għadd ta' drittijiet li jkomplu japplikaw jekk aktar tard tagħmel dikjarazzjoni oħra. Kemm jekk tiġi interrogat bħala vittma jew bħala xhud, l-uffiċjal tal-pulizija, qabel l-interrogazzjoni, irid jispjegalek li:

  • tista' titlob li l-mistoqsijiet u t-tweġibiet kollha tiegħek jiġu rreġistrati kif għedthom int.
  • tista' titlob li titwettaq azzjoni investigattiva speċifika jew li tiġi interrogata persuna speċifika;
  • id-dikjarazzjonijiet tiegħek jistgħu jintużaw fil-qorti bħala prova;
  • tista' tingħatalek kopja tal-interrogazzjoni tiegħek mingħajr ħlas. Trid titlob għall-kopja fi tmiem l-interrogazzjoni. Ġeneralment il-kopja tiegħek tkun tista’ tingħatalek dak il-ħin stess.

Jekk inti titkellem lingwa differenti minn dik li tintuża fil-proċedimenti, il-pulizija tipprovdi interpretu professsjonali, dejjem jekk l-uffiċjal tal-pulizija ma jkunx jista’ jikteb id-dikjarazzjonijiet tiegħek bil-lingwa tiegħek, jew inkella ma jitolbokx sabiex tikteb int stess id-dikjarazzjoni bil-lingwa tiegħek.

Id-dikjarazzjoni tiġi inkluża fir-rapport uffiċjali li jista' jkun fih din l-informazzjoni:

  • ismek, l-indirizz, in-numru tat-telefown u xi indirizz tal-posta elettronika;
  • dettalji dwar ir-reat – min kien involut fir-reat, fejn, meta u x'seħħ, x’inhuma l-konsegwenzi li affettwawk;
  • id-dettalji ta' kuntatt ta' xi xhieda;
  • deskrizzjoni tal-persuni involuti, inkluż it-tul, it-tip u forma tal-ġisem kif ukoll il-ħwejjeġ li kienu lebsin; Informazzjoni bħall-età, il-kulur u l-istil tax-xagħar, l-aċċent, u kull karatteristika distintiva bħal felul, ċikatriċijiet, tatwaġġi jew xehwiet jistgħu jkunu utli ħafna wkoll;
  • kwalunkwe ferita li stajt sofrejt (tabib jista' jiktiblek ċertifikat mediku li tista' tagħti lill-pulizija anki diversi jiem wara li tkun għamilt id-denunzja inizjali); tista’ titlob ukoll dikjarazzjoni mingħand it-tabib tiegħek dwar il-fatt li m’intix f’pożizzjoni li taħdem);
  • kwalunkwe ħsara (fiżika) oħra fil-propjetà li sofrejt (tajjeb li tieħu r-ritratti ta' kwalunkwe ħsara).

Fid-dikjarazzjoni tiegħek tista' tindika wkoll jekk għandekx bżonn ta’ xi tip ta' għajnuna prattika, soċjali, psikoloġika jew għajnuna legali.

Għandek tagħti lill-pulizija l-kopji għal kwalunkwe dokument, minħabba li jista' jkun li aktar 'il quddiem tiġi bżonn id-dokumenti oriġinali, pereżempju jekk tikkuntattja l-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek.

Jekk inti vittma ta' vjolenza sesswali, l-interrogazzjoni tiegħek, kull meta jkun possibbli, isseħħ f'kamra speċjali li toffri l-privatezza meħtieġa.

Fil-parti l-kbira tal-każijiet il-pulizija tibgħat ir-rapport uffiċjali (proces-verbaal/procès-verbal) lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (parket/parquet). Imbagħad, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi jekk il-pulizija għandhomx jagħtu bidu għal investigazzjoni. Din l-investigazzjoni tista' titmexxa mill-prosekutur pubbliku, (procureur des Konings/procureur du Roi) (investigazzjoni standard (opsporingsonderzoek/enquête pénale)) jew minn imħallef inkwirenti f'każijiet aktar ikkumplikati jew meta jkunu meħtieġa miżuri aktar invażivi bħalma huma tfittxijiet fi djar (investigazzjoni ġudizzjarja (gerechtelijk onderzoek/instruction judiciaire)). F'xi każijiet il-pulizija tista' tiddeċiedi li twettaq investigazzjoni minn rajha u tibgħat l-atti kollha lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku għal aktar azzjoni(l-investigazzjoni tal-pulizija (ambtshalve politioneel onderzoek/enquête policière d'office)). Għal għadd ta' reati żgħar (bħal serq ta' rota), u skont xi jkunu ċ-ċirkostanzi (pereżempju jekk ma jkunx hemm traċċa tal-awtur tar-reat), il-pulizija tfassal rapport uffiċjali simplifikat (vereenvoudigd proces-verbaal (VPV)/procès-verbal simplifié)). Dan ir-rapport uffiċjali simplifikat jibqa' l-għassa tal-pulizija u ma jmurx għand l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Ta' kull xahar tingħata lill-prosekutur pubbliku lista tar-rapporti uffiċjali simplifikati kollha li tfasslu, u b'hekk huwa jkun jaf bil-każ tiegħek. Jekk ikun hemm xi informazzjon ġdida li tista' taffettwa l-każ (pereżempju jekk l-awtur tar-reat jiġi identifikat), ir-rapport uffiċjali jingħata lill-prosekutur pubbliku u l-pulizija tinfurmak skont il-każ.

Kif nista’ nkun naf x’inhuma jagħmlu l-awtoritajiet wara li nirrapporta delitt?

Wara li tagħmel kwerela tirċievi dokument li jikkonferma l-kwerela tiegħek. Dan ikun fih in-numru ta' referenza tal-każ tiegħek, l-isem tal-uffiċjal tal-pulizija li qdiek u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (li tista' tikkuntattjah sabiex issegwi l-każ tiegħek).

Dan id-dokument jinfurmak b'mod ċar jekk il-kwerela tiegħek hix se tiġi ttratata bħala rapport uffiċjali standard, investigazzjoni tal-pulizija jew rapport uffiċjali simplifikat.

Kif nista’ nkun involut fl-investigazzjoni tad-delitt?

F'każ li jkun hemm prosekuzzjoni, jekk ma tkunx ħadt passi oħra wara li tkun għamilt il-kwerela lill-pulizija, inti tkun infurmat biss dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta' smigħ tal-qorti mill-prosekutur pubbliku.

Jekk tkun tixtieq tirċievi informazzjoni dwar xi azzjoni oħra meħuda dwar il-kwerela tiegħek, għandek id-dritt ġuridiku li tirreġistra bħala  parti offiża (benadeelde persoon/personne lésée). Tista tippreżenta dikjarazzjoni li inti parti offiża, kemm personalment jew inkella permezz ta' avukat, lill-uffiċjal tal-pulizija li jfassal ir-rapport uffiċjali, jew lis-segretarjat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, jew fl-għassa tal-pulizija, jew billi tibgħat ittra rreġistrata lis-segretarjat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Int tirċievi wkoll mudell ta' kif għandek tagħmel din id-dikjarazzjoni meta tirċievi d-dokument li jikkonferma li għamilt rapport.

Bħala parti offiża tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar id-deċiżjonijiet li jkun ħa l-prosekutur pubbliku (pereżempju d-deċiżjoni li jagħlaq il-każ u r-raġunijet għal dan, jew id-deċiżjoni li jibda investigazzjoni ġudizzjarja), u d-data ta' xi seduta ta' smigħ quddiem il-qorti ġenerali. Int ikollok ukoll id-dritt li żżid kull dokument li jidhirlek li jkun utli fl-atti. Int ikollok ukoll id-dritt li titlob aċċess għall-atti u li tingħatalek kopja tagħhom.

Jekk trid titlob għal kumpens, jew biex ikollok aktar drittijiet, trid iddaħħal talba bħala  parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1 (burgerlijke partij/partie civile). Tista' tagħmel dan billi tissottometti dikjarazzjoni espressa dwar dan personalment jew permezz tal-avukat tiegħek waqt kull stadju tal-proċedimenti. Bħala parti ċivili tista' titlob aċċess għall-atti tal-kawża u takkwista kopja tagħhom, titlob biex jsiru aktar investigazzjonijiet, titlob kumpens, toġġezzjona legalment id-deċiżjonijiet li ttieħdu, u tkun ikkonsultat u infurmat dwar il-priġunerija tat-trasgressur.

Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jew bħala parti offiża int għandek id-dritt tkun irrappreżentat minn avukat meta tkun f'kuntatt mal-awtoritajiet. L-investigazzjonijiet fil-Belġju huma kunfidenzjali, u mhuwiex possibbli li inti tkun preżenti waqt l-investigazzjoni (pereżempju waqt l-interrogazzjoni tal-persuna suspettata), ħlief meta jkun hemm żjara fix-xena tar-reat sabiex tinbena mill-ġdid l-azzjoni, u f'dan il-każ parti ċivili tista' tkun preżenti.

Mhuwiex meħtieġ li tipprova l-okkorrenza tar-reat jew il-ħtija tal-awtur tar-reat int stess.

Mhuwiex possibbli li tieħu rimborż għal dak li tlift jew ġralu l-ħsara f'dan l-istadju tal-proċedimenti kriminali.

Ġaladarba r-rapport uffiċjali jingħadda lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-prosekuzzjoni tinbeda, ma tkunx tista' twaqqaf il-proċedimenti kriminali. Dan jgħodd ukoll għal meta r-reat jista' jitressaq il-qorti biss bi kwerela mill-vittma, bħal pereżempju fil-każ ta' segwiment ta' persuna bil-moħbi.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala xhud?

Matul l-investigazzjoni int x'aktarx tiġi interrogat(a) bħala xhud (getuige/témoin).

Jekk bħala xhud tħossok f'periklu, int (u l-membri tal-familja tiegħek u l-qraba) tista' f'ċerti ċirkustanzi tingħata dawn il-miżuri ta' protezzjoni li ġejjin:

  • parir dwar miżuri preventivi u għajnuna biex timplimentahom;
  • rondi tal-pulizija għall-prevenzjoni;
  • jiġu rrekordjati t-telefonati li tagħmel u tirċievi;
  • tingħata numru tat-telefown sigriet jew mowbajl għal telefonati ta' emerġenza kif ukoll pjanċa tal-liċenzja protetta għall-karozza tiegħek;
  • protezzjoni fiżika; u
  • rikollokazzjoni għal perjodu massimu ta' 45 jum.

F'każijiet verament eċċezzjonali, pereżempju meta int tkun vittma jew xhud ta' reat imwettaq minn organizzazzjoni kriminali, jew ta' reat serju ħafna bħall-ħtif ta' minuri jew omiċidju, u l-miżuri elenkati hawn fuq mhumiex biżżejjed biex jiżguraw is-sikurezza tiegħek, jistgħu jittieħdu miżuri ta' protezzjoni speċjali. Dawn jinkludu:

  • ir-rikollokazzjoni għal aktar minn 45 jum, u
  • il-bidla ta' identità.

Tista' titlob kumpens għall-ispejjeż li tagħmel tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni sabiex tagħmel dikjarazzjoni tax-xhieda li tkun parti mill-investigazzjoni. Ix-xhieda jistgħu japplikaw ukoll għal nofstanhar xogħol bħala kumpens, għall-ħin li jitilfu mix-xogħol. Dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit tal-Istat, iżda jridu jintraddu lura mill-intimat f’każ li jinstab ħati.

Meta tingħata miżura ta' protezzjoni jew jekk tinsab barra mill-pajjiż, tista' tiġi interrogat permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.

Jiena minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Jekk għandek inqas minn 18-il sena u tkun vittma ta' reat, għandek dawn id-drittijiet addizzjonali li ġejjin waqt l-interrogazzjoni:

  • li tiġi akkumpanjat minn persuna adulta li tagħżel inti stess; u
  • li l-interrogazzjoni tiegħek issir f'kamra adattata.

Sabiex jiġi evitat li tiġi interrogat ħafna drabi, l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata permezz ta’ mezzi awdjo jew vidjo. Jekk int għadek taħt l-età ta' 12-il sena, int trid tiġi infurmat minn qabel li l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata fuq vidjo. Jekk int qbiżt l-età ta' 12-il sena l-interrogazzjoni tiegħek tista' tiġi rrekordjata fuq vidjo jekk int tagħti l-permess biss. Dawn l-interrogazzjonijiet isiru fi kmamar mgħammra apposta għal dan il-għan.

Jekk tkun sfajt vittma ta’ abbuż sesswali, prostituzzjoni jew pornografija, il-perjodu ta' limitazzjoni li mal-iskadenza tiegħu ma jistgħux jittieħdu passi kriminali ma jibdiex jgħodd qabel ma tkun ilħaqt l-età ta' 18-il sena.

Jekk inti vittma ta' reat u minorenni, il-pulizija jirreferuk għand ċentru speċjalizzat għall-vittmi ta' abbuż fuq it-tfal.

Int tkun ukoll protett kontra x-xandir tal-identità tiegħek fil-midja, jiġifieri l-pubblikazzjoni jew it-tixrid ta' ritratti, stampi u materjal ieħor, li jistgħu jiżvelaw l-identita tiegħek, huma pprojbiti.

X’informazzjoni nista’ nikseb mingħand il-pulizija jew mingħand organizzazzjonijiet li jagħtu appoġġ lill-vittmi waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

Il-pulizija tagħtik informazzjoni dwar:

  • it-tip ta' servizzi jew ta’ organizzazzjonijiet fejn tista’ tfittex appoġġ;
  • il-proċeduri li jseħħu wara li int tkun għamilt ir-rapport;
  • ir-rekwiżiti biex ikun jista’ jinkiseb kumpens.

Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ fuljetti u opuskuli, jew inkella bil-fomm. L-opuskuli huma disponibbli bit-tliet lingwi uffiċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Olandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Franċiż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ġermaniż). Fil-prattika, l-informazzjoni li tingħata bil-fomm tista' tiġi pprovduta wkoll b'lingwi oħra (pereżempju bl-Ingliż).

Huwa importanti li tkun taf li int se tinżamm infurmat dwar ċerti żviluppi fil-każ tiegħek jekk tkun irreġistrajt bħala parti offiża jew tkun għamilt talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1biss. Dawn huma hekk:

  • id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li jagħlaq il-każ tiegħek u r-raġuni għal din id-deċiżjoni;
  • id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li jirreferi l-każ teigħek lil imħallef inkwirenti biex issir investigazzjoni ġudizzjarja;
  • deċiżjoni mill-prosekutur pubbliku li jipproponi ftehim bonarju jew medjazzjoni lit-trasgressur; u
  • id-data ta’ meta l-każ tiegħek se jinstema' quddiem qorti.
  • Bħala parti offiża jew parti ċivili fi-proċedimenti int ikollok ukoll id-dritt li titlob aċċess għall-atti u li jkollok kopja tagħhom. Din it-talba trid tiġi indirizzata lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew lill-imħallef inkwirenti waqt l-investigazzjoni.

Inti tkun tista’ tagħmel kopji tal-atti, iżda trid tħallas tariffa għal kull kopja (madwar EUR 0,25-0,50 għal kull kopja). Meta l-każ tiegħek ikun qed jiġi ġestit mill-qorti ta' assize (hof van assisen/cour d'assises), il-kopji jingħataw mingħajr ebda ħlas.

Nista’ nirċievi għajnuna legali?

Bħala gwida inizjali tista' ssaqsi għal għajnuna legali tal-ewwel fażi (juridische eerstelijnsbijstand/aide juridique de première ligne), fejn l-avukati jagħtu pariri legali b'xejn f'ċerti ġranet u waqt ċerti ħinijiet. Meta jkun meħtieġ jirreferuk għal servizz speċjalizzat jew organizzazzjoni. Il-konsultazzjonijiet huma organizzati fil-binjiet tal-qorti, fil-qrati tad-distretti (vredegerecht/justice de paix), f'ċentri ġuridiċi u tal-amministrazzjoni muniċipali eċċ. Tista' ssib ċentru ġuridiku (justitiehuis/maison de justice) f'kull distrett ġudizzjarju (id-dettalji ta' kuntatt tagħhom huma disponibbli bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż) jew tista' tikkuntattja wieħed mis-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi.

Għal parir legali ddettaljat, assistenza u rappreżentanza, għandek bżonn tuża s-servizzi ta' avukat. Skont l-introjtu li jkollok dan jista' jkun kollu kemm hu b'xejn jew parzjalment b'xejn permezz tat-tieni fażi fis-sistema ta' għajnuna legali (juridische tweedelijnsbijstand/aide juridique de deuxième ligne). Għadd ta' kategoriji ta' persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal minuri jew persuni b'diżabilità mentali huma dejjem intitolati għal rappreżentanza legali b'xejn.

Għall-għajnuna legali tat-tieni fażi trid tmur f'Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (bureau voor juridische bijstand/bureau d’aide juridique) (dettalji bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Olandiż), li jinsab f'kull binja tal-qorti. Trid turi dokumentazjoni li tipprova li int jew tappartjeni għal waħda mill-kategoriji speċjali jew inkella li għandek introjtu nett baxx. L-Uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ġimagħtejn jekk japprovax l-applikazjoni tiegħek, u jibgħatlek id-dettalji tal-kuntatt tal-avukat li għandek assenjat. Huwa wkoll possibbli li titlob lil avukat tal-għażla tiegħek jekk huwiex lest li jaħdem skont l-arranġamenti ta' għajnuna legali tat-tieni fażi. Jekk l-avukat jaqbel ma' dan, huwa jikkuntattja lill-Uffiċċju f'ismek sabiex l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata.

Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek huma modesti, taħt ċerti ċirkostanzi tista' ssaqsi biex tiġi eżentat minn għadd ta' spejjeż proċedurali (pereż. l-ispejjeż tal-bailiff u l-ispejjeż tal-kopji mir-reġistru tal-evidenza) skont l-arraġamenti tal-għajnuna legali (rechtsbijstand/assistance judiciaire) . Sabiex tibbenefika trid tippreżenta talba lill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali tal-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha. Jekk inti diġà parti ċivili fil-proċedimenti kriminali tista' tippreżenta din it-talba bil-miktub jew verbalment lill-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha.

Int mogħti l-parir ukoll biex tiċċekkja sewwa l-polza tal-assigurazzjoni tiegħek biex tara jekk għandekx assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali. Ikkuntattja lis-sensar tal-assigurazzjoni tiegħek.

Kif nista’ nikseb protezzjoni jekk jiena fil-periklu?

Il-pulizija tiżgura mill-ewwel is-sikurezza tiegħek billi tieħu miżuri ta' sikurezza ġenerali. Jekk tħossok f'periklu minħabba d-dikjarazzjoni li tkun għamilt jew li jkollok l-intenzjoni li tagħmel, u tkun lest tikkonferma d-dikjarazzjoni tiegħek fil-qorti, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tax-Xhieda (Getuigenbeschermingscommissie/ Commission de protection des témoins ) tista' tagħtik protezzjoni addizzjonali. Jekk il-prosekutur pubbliku (f'investigazzjoni standard) jew l-imħallef inkwirenti (f'investigazzjoni ġudizzjarja) jaħsbu li jkollok bżonn dawn il-miżuri ta' protezzjoni, jibagħtu applikazzjoni għand il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tax-Xhieda.

Jekk int vittma ta' stupru jew attakk sesswali, tkun protett billi ma tiġix żvelata l-identità tiegħek fil-midja. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.

Jekk inti vittma ta' vjolenza domestika u qed tibża’ tmur lura d-dar, il-pulizija tista’ tipprovdilek (u lit-tfal tiegħek) post ta' kenn fejn toqgħod.

Tista' tistaqsi lill-uffiċjal tal-pulizija biex ma jinkludix id-dettalji tiegħek fir-rapport uffiċjali, għalkemm għandek iżżomm f'moħħok li l-puliżija hija marbuta li tagħti dawn id-dettalji lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jekk tintalab dan.

Huwa biss meta int jew persuna relatata miegħek tkunu f'sitwazzjoni verament perikoluża bħala riżultat ta' dikjarazzjoni li l-imħallef inkwirenti (il-pulizija ma għandhiex l-awtorità f'din il-kwistjoni) jista' jagħtik l-anonimità sħiħa jew parzjali. L-imħallef inkwirenti ħafna drabi jiddeċiedi li jagħtik l-anonimità fuq inizjattiva tiegħu, iżda int tista' wkoll titlobha. Jekk l-imħallef inkwirenti jiċħad it-talba tiegħek inti ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni.

L-anonimità parzjali tfisser li l-identità tiegħek ma tkunx żvelata fir-rapport uffiċjali tal-interrogazzjoni tiegħek. Dan huwa possibbli kemm f'investigazzjoni standard kif ukoll f'investigazzjoni ġudizzjarja.

L-anonimità sħiħa tfisser li l-identità tiegħek tinżamm sigrieta waqt il-proċedimenti kriminali kollha; l-anonimità sħiħa tingħata biss jekk:

  • ikun hemm investigazzjoni ġudizzjarja mill-imħallef inkwirenti;
  • l-għoti tal-anonimità parzjali ma tkunx biżżejjed biex tipproteġik;
  • tħoss li jekk tagħmel dikjarazzjoni inti kif ukoll il-qraba tiegħek tkunu f'periklu, u li dan jista' jiġġustifika l-fatt li int ma tagħmilx id-dikjarazzjoni; u
  • ir-reat twettaq minn organizzazzjoni kriminali jew ikun wieħed ta’ natura serja (pereżempju ħtif ta' minorenni jew omiċidju).

X’servizzi u x’assistenza nista’ ningħata waqt l-investigazzjoni tad-delitt?

L-impjegati kollha fil-forza tal-pulizija u tal-awtoritajiet ġudizzjarji huma obbligati li jipprovduk b'kull informazzjoni neċessarja, u fejn ikun adegwat, li jirriferuk għal servizzi speċjalizzati. Hemm diversi servizzi speċjalizzati li joffru assistenza lill-vittmi. Waqt u anke wara l-proċediment kriminali, tista' titlob dawn is-servizzi:

  • Il-pulizija toffri servizzi ta’ akkoljenza, ta’ assistenza prattika, ta’ informazzjoni, ta’ tħejjija ta' rapporti uffiċjali, u riferiment għal servizzi xierqa. Meta l-uffiċjal tal-pulizija inkarigat ma jkunx jista' joffrilek l-aqwa tip ta’ appoġġ (pereżempju waqt emerġenza jew waqt sitwazzjonijiet serji ħafna), is-servizzi speċjalizzati tal-pulizija għall-vittmi (politionele slachtofferbejegening/assistance policière aux victimes) jistgħu jintervjenu biex jipprovdu l-appoġġ meħtieġ.
  • L-uffiċċji ta' akkoljenza għall-vittmi (slachtofferonthaal/accueil des victimes) fiċ-ċentru ġuridiku jistgħu jagħtuk informazzjoni speċjalizzata rigward il-każ tiegħek. Hemm ċentru ġuridiku f'kull distrett ġuridiku (id-dettalji ta' kuntatt huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiz u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Olandiż). Dan l-uffiċċju jista' jagħtik l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa sakemm idumu għaddejjin il-proċedimenti ġuridiċi. Jekk ikun meħtieġ, u skont il-problema, il-persunal tal-uffiċċju ta' akkoljenza għall-vittmi jirreferik għal aktar servizzi speċjalizzati. Il-persunal tal-uffiċċju ta' akkoljenza għall-vittmi jista' jgħinek waqt mumenti emozzjonalment diffiċli fil-proċedimenti, u jagħtik għajnuna biex ikollok aċċess għall-atti, assistenza waqt is-seduta tal-qorti, għajnuna sabiex jintradd id-dokument ġustifikattiv, jew appoġġ waqt ir-rikostruzzjoni ta' reat. Jistgħu wkoll jgħinuk tfassal id-dikjarazzjoni tal-vittma li l-użu tagħha jkun marbut mal-eżekuzzjoni tas-sentenza.
  • Is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi (diensten slachtofferhulp/services d'assistance aux victimes) jagħtu aktar assistenza sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tar-reat: appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, informazzjoni (dwar id-drittijiet tiegħek, il-kumpens għall-ħsara kkawżata, il-proċess u l-aċċessibbiltà għall-għajnuna legali) flimkien ma' assistenza sabiex jiġu kkuntattjati diversi istituzzjonijiet (bħal pereżempju l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-avukati, l-isptarijiet, eċċ.). Ġeneralment tkun riferut għal dawn is-servizzi mill-pulizija jew mill-assistenti ġudizzjarji, iżda tista' tikkuntattjahom int stess ukoll.

L-aċċess għal dawn is-servizzi kollha huwa b'xejn, u kompletament volontarju.

Jekk int vittma tat-traffikar tal-bnedmin, diversi servizzi speċjalizzati privati jistgħu jipprovdu appoġġ. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawn is-servizzi hija pprovduta mingħand Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiċ-Ċentru għall-Opportunitajiet Indaqs u l-Prevenzjoni tar-Razziżmu (Centrum voor Gelijkheid van Kansen en voor Racismebestrijding/Centre pour l’Egalité des chances et la lutte contre le racisme ). Int tkun ukoll eliġibbli għal għadd ta' arranġamenti speċjali dwar permessi ta' residenza u ta' xogħol jekk int tingħata protezzjoni bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin2.

Tista' tirċievi assistenza medika, iżda tista' tintalab ukoll tħallas għaliha jekk ma jkollokx assigurazzjoni medika valida (għalkemm tista' tinkludi dawn l-ispejjeż fit-talba tiegħek għal kumpens). Iċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE, tal-Islanda, tal-Liechtenstein, tan-Norveġja u tal-Isvizzera jistgħu jibbenefikaw mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKarta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea .

Hemm opportunitajiet sabiex jintlaħaq ftehim jew issir konċiljazzjoni jew sabiex tinbeda medjazzjoni bejni u l-persuna li wettqet id-delitt?

Il-medjazzjoni hija possibbli f'kull stadju tal-proċedimenti legali: fl-istadju tal-pulizija (medjazzjoni f'livell ta' pulizija); f'livell ta' muniċipalitajiet (medjazzjoni marbuta mal-pieni amministrattivi); f'livell ta' uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, qabel ma tittieħed deċijoni dwar il-prosekuzzjoni (medjazzjoni f'kawżi kriminali) u wara li l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun iddeċieda li jixli (medjazzjoni restorattiva). Il-medjazzjoni restorattiva hija wkoll possibbli waqt u wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza.

Il-medjazzjoni hija disponibbli għal kull tip ta' reat. Il-prosekutur pubbliku, l-imħallef inkwirenti u l-imħallef iridu jinfurmawk dwar il-possibbiltà ta' medjazzjoni. Tista' titlob għall-medjazzjoni int stess.

Il-medjazzjoni f'livell ta' pulizija (politionele schadebemiddeling/médiation policière) hija offruta f'każijiet ta reati żgħar (pereżempju għal graffiti, serq żgħir u vandaliżmu) sabiex tissolva l-ħsara fuq il-propjetà. Din it-tip ta' medjazzjoni hija disponibbli fid-distretti tal-pulizija ta' Leuven, Mechelen u Brussell. Il-medjazzjoni sseħħ qabel mar-rapport uffiċjali jintbagħat lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Il-prosekutur pubbliku jiġi infurmat dwar ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' medjazzjoni, u jekk jintlaħaq ftehim, il-każ normalment jingħalaq.

Medjazzjoni marbuta mal-pieni amministrativi3 mogħtija qabel ma tingħata piena amministrattiva. Din hija obbligatorja meta t-trasgressur ikollu inqas minn 16-il sena. Il-medjazzjoni għandha l-għan primarju li tirrimborża l-ħsara kkawżata u titwettaq mill-uffiċjali tal-awtorità lokali.

Il-medjazzjoni f'każijiet kriminali (bemiddeling in strafzaken/médiation pénale) tista' tiġi proposta mill-prosekutur pubbliku meta jaħseb li r-reat huwa punibbli b'massimu ta' sentejn priġunerija. Din it-tip ta' medjazzjoni sseħħ qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li t-trasgressur jiġi mixli, u ssir mill-persunal taċ-ċentru ġuridiku. Bħala vittma ta' reat, l-interess prinċipali tiegħek tkun il-medjazzjoni sabiex tiġi rimburżat għall-ħsara li saritlek. Il-prosekutur pubbliku jista' jipproponi miżura addizzjonali oħra jew aktar li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-trasgressur (kura jew terapija psikoloġika, taħriġ jew l-għoti ta' servizzi). Jekk jintlaħaq ftehim bejn it-trasgressur u l-vittma dwar il-kumpens għall-ħsara, u jekk it-trasgressur ikun ikkonforma ma' kull miżura addizzjonali imposta, il-prosekuzzjoni taqa' (jiġifieri l-prosekutur pubbliku ma jkunx għadu jista' jressaq każ quddiem il-qorti). Jekk it-trasgressur ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet, il-każ jista' jiġi rriferut il-qorti. Din it-tip ta' medjazzjoni teħtieġ il-kooperazzjoni tiegħek, u jekk ma taqbilx li tikkoopera l-każ jerġa' jgħaddi għand il-prosekutur pubbliku, li jieħu deċiżjoni mill-ġdid dwar jekk iwettaqx il-prosekuzzjoni jew le.

Il-medjazzjoni riparatriċi (herstelbemiddeling/médiation réparatrice) taħdem b'mod separat mill-proċedimenti kriminali, u ma tissostitwihomx. L-awtoritajiet ġudizzjarji jibqgħu għaldaqstant responsanbbli għal kull deċiżjoni li tinvolvi l-prosekuzzjoni kriminali, il-qtugħ tas-sentenzi u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Dan madankollu ma jimpedikx milli tibda medjazzjoni f'kull punt tal-proċedimenti, jiġifieri qabel ma l-każ jidher quddiem il-qorti, waqt li l-każ ikun qiegħed jiġi ttrattat mill-qorti, jew wara li imħallef jaqta' s-sentenza. Kull min ikun direttament affettwat minn każ kriminali jista' jitlob medjazzjoni. Dan ifisser li mhux biss il-vittma jew it-trasgressur jistgħu jitolbu għall-medjazzjoni, iżda anki sieħeb, membru tal-familja jew qarib. Il-medjazzjoni riparatriċi titwettaq minn żewġ organizzazzjonijiet mhux governattivi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSuggnomè għar-reġjun Fjamming u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMédiante għar-reġjun tal-Wallonja. Huma għandhom sezzjonijiet lokali f’kull distrett ġudizzjarju. Il-ftehim milħuq bħala riżultat ta' medjazzjoni riparatriċi huwa kunfidenzjali u jingħata lill-qorti bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Fis-sentenza tal-qorti trid tissemma l-medjazzjoni riparatriċi, iżda ma hemm għalfejn jitqies il-ftehim milħuq.

Il-medjazzjoni hija wkoll disponibbli  f'każijiet ta' minorenni, u l-medjazzjoni riparatriċi hija possibbli kemm fil-livell tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku kif ukoll fil-livell tal-qrati tal-minorenni stess. Jista' jiġi ordnat id-djalogu fi grupp (herstelgericht groepsoverleg (hergo)/concertation restauratrice en groupe) minn qorti tal-minorenni biss. L-imħallef ikun mistenni li jagħti prijorità lil miżura ta' medjazjoni (minflok l-ikkundannar ta' trasgressur li huwa minorenni), u li jgħarraf lill-partijiet fil-kunflitt dwar din il-possibilità. Jekk l-eżerċizzju ta' medjazzjoni riparatriċi tirriżulta fi ftehim bejn il-vittma u t-trasgresur, l-imħallef bħala regola jrid japprova dan il-ftehim. L-imħallef ma jistax ibiddel il-kontenut tal-ftehim, iżda jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi l-ftehim jekk il-kontenut jimplika b'mod ċar xi periklu għas-sigurtà pubblika. Il-medjazzjoni u d-djalogu fi grupp huma organizzati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali attivi fis-settur tal-għajnuna għall-minorenni.

Kif jitkompla l-każ tiegħi wara li tintemm l-investigazzjoni?

Id-deċiżjonijiet meħuda fi tmiem l-investigazzjoni jkunu differenti skont jekk l-investigazzjoni tkunx ġudizzjarja jew standard.

Fl-investigazzjoni standard, il-prosekutur pubbiku jista' jiddeċiedi li:

  • jagħlaq il-każ;
  • jipproponi ftehim bonarju (minnelijke schikking/résolution à l’aimable) lit-trasgressur, – jekk it-trasgresur jaċċetta l-proposta u jagħti kumpens għall-ħsara li ġarrabt il-każ jingħalaq;
  • jipproponi medjazzjoni f'każijiet kriminali (bemiddeling in strafzaken/médiation dans les affaires pénales);
  • jgħaddi l-każ tiegħek lill-qorti.

Bħala parti offiża jew parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int tkun infurmat dwar id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku.

Jekk isseħħ investigazzjoni ġudizzjarja, l-imħallef inkwirenti jrid jgħaddi l-atti lill-qorti istruttorja (raadkamer/chambre du conseil). Is-seduti ta' smigħ tal-qorti istruttorja jseħħu bil-bibien magħluqin: l-istampa u l-pubbliku ma jistgħux ikunu preżenti. Int u l-avukat tiegħek tistgħu tkunu preżenti, iżda l-ħbieb u l-qraba ma jistgħux jattendu. Il-qorti istruttorja tista' tiddeċiedi li:

  • tagħlaq il-każ jekk tqis li ma hemmx biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata jew li ma seħħ l-ebda reat;
  • tirreferi l-każ lill-qorti għal proċess, jekk tqis li hemm biżżejjed provi sabiex il-persuna suspettata tittella' l-qorti;
  • tagħlaq lit-trasgressur f'istituzzjoni mentali speċjalizzata jekk ikun mentalment marid jew fi stat ta' defiċenza mentali serja, fejn ma jkunx jista' jikkontrolla l-aġir tiegħu, f'dan il-każ il-persuna suspettata tista' titlob smigħ pubbliku;
  • tissospendi s-sentenza: il-qorti istruttorja tista' tiddeċiedi li tissospendi s-sentenza biss meta t-trasgressur ma jkunx ġie ssentenzjat qabel għal aktar minn sitt xhur priġunerija; tistipula perjodu ta' prova ta' mhux aktar minn ħames snin li matulu t-trasgressur ikollu jikkonforma ma' għadd ta' kundizzjonijiet; jekk huwa jagħmel reat ieħor jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet fil-perjodu ta' prova, il-qorti tista' tiddeċiedi li terġa' tiftaħ il-każ.

Jekk il-qorti istruttorja tiddeċiedi li tagħlaq lill-persuna suspettata f'istituzzjoni mentali jew li tissospendi s-sentenza, id-deċiżjoni tagħha tkun ekwivalenti għas-sentenza sħiħa ta' qorti kriminali, u taqta' wkoll sentenza fuq it-talba ċivili għall-kumpens.

Bħala parti offiża jew parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1, int tkun infurmat dwar id-data tas-seduta ta' smigħ. Jekk il-każ tiegħek ikun riferut għall-qorti kriminali, tiġi infurmat ukoll dwar id-data tas-seduta ta' smigħ.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq mingħajr ma jitressaq quddiem qorti?

Inti ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku biex tagħlaq il-każ. Skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ, u r-raġunijiet għalfejn ikun ingħalaq, xorta jista' jkun possibbli li titlob kumpens fil-qrati kriminali (ħlief għal xi proċedimenti quddiem il-qrati ċivili):

  • Jekk ir-reat ikun wieħed minuri (contravention/overtreding) jew reat intermedju (délit/wanbedrijf), huwa possibbli li t-trasgressur jittella' l-qorti direttament. Sabiex taħmel hekk trid issaqsi lill-bailiff sabiex iħarrek lit-trasgressur.
  • Tista' tippreżenta kwerela mal-imħallef inkwirenti u tagħmel talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1; l-imħallef imbagħad ikun obbligat jibda investigazzjoni ġudizzjarja. Sabiex tagħmel hekk, trid tiddikjara espressament mal-imħallef inkwirenti li int qed tagħmel talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Dan irid isir verbalment jew bil-miktub. L-imħallef inkwirenti jfassal rapport uffiċjali li jikkonferma li int parti ċivili fil-proċedimenti. Għandek tkun taf li f'dan il-każ, l-imħallef inkwirenti jista' jesiġi li int tiddepożita garanzija li tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti. L-ammont ta' dan il-pagament jistipulah l-imħallef. Għandek tkun taf li l-qorti istruttorja tista' xorta fl-aħħar tal-investigazzjoni tiddeċiedi li ma tressaqx il-każ għall-proċess jekk pereżempju ma jkunx hemm biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata. Waqt il-proċess trid tikkonferma l-istatus tiegħek ta' parti ċivili fil-proċedimenti.

Ma tistax ittella' t-trasgressur direttament il-qorti u lanqas ma tista' tagħmel kwerela bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jekk it-trasgressur ikun minuri.

Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali1, tista' tappella kontra kull deċiżjoni tal-qorti istruttorja, inkluża kull deċiżjoni li ma tixlix lill-persuna suspettata, quddiem il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura (Kamer van inbeschuldigingstelling/Chambre des mises en accusation). Ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-ġudikatura, lanqas ma tista' sussegwentement ittella' t-trasgressur il-qorti int stess.

Jekk tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens fil-qorti istruttorja (fejn it-trasgressur jiġi maqful f'istituzzjoni mentali jew fejn is-sentenza hija sospiża) tista' tappella rigward il-kumpens mogħti, iżda mhux kontra s-sentenza kriminali. Int trid tappella fi żmien ħmistax-il jum (jew fi żmien tlett ijiem fil-każ li t-trasgressur ikun qed jinżamm taħt arrest preventiv) fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti. Il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura mbagħad tirrevedi t-talba tiegħek għal kumpens.

Jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt sehem waqt il-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tagħmel rikors fil-qrati ċivili. Għandek din il-possibilità wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-kawża kriminali. Jekk il-partijiet kollha ma jkunux iridu jidhru b'mod volontarju, int tressaq rikors quddiem il-qorti ċivili billi ttella' l-persuna li għamlitlek il-ħsara. Meta jkun hemm involut assiguratur (pereżempju wara aċċident tat-traffiku), tista' tħarrku wkoll. Il-proċedura fil-qrati ċivili hija fundamentalment differenti mill-proċedura kriminali. Jekk trid tagħmel rikors fil-qorti ċivili (burgerlijke rechtbank/tribunal civil) (pereżempju jekk ma kontx involut fil-proċedimenti kriminali jew jekk il-każ tiegħek ingħalaq), trid tkun imħejji biex tipprova li twettqet azzjoni ħażina. Jekk ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti kriminali, il-qorti ċivili trid tissospendi l-proċedimenti ta' quddiemha, sakemm tinqata' s-sentenza tal-qorti kriminali. Il-qorti ċivili hija marbuta bis-sejbiet tal-każ kriminali. Rikors fil-qrati ċivili ddaħħlek fi spejjeż.

Jiena barrani. Kif jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Bħala barrani tgawdi mid-drittijiet kollha spjegati hawn fuq. Int ikollok ukoll xi drittijiet addizzjonali sabiex tiġi aġevolata l-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedimenti kriminali.

Għandek id-dritt li titlob għas-servizzi ta’ interpretu bla ebda ħlas f’każ li ma titkellimx bil-lingwa uffiċjali tal-post. Tista' tikteb id-dikjarazzjoni int stess (jew tistaqsi lil uffiċjal tal-pulizija biex jiktiblek id-dikjarazzjoni tiegħek fil-lingwa materna). Jekk tinsab barra mill-pajjiż, inti tista' tiġi interrogat mill-prosekutur pubbliku jew mill-imħallef inkwirenti permezz ta’ vidjokonferenza jew ta' telekonferenza.

Jekk int applikant għall-asil għandek id-dritt awtomatiku li tistaqsi għal appuntament b'xejn ma' avukat fit-tieni fażi tas-sistema ta' għajnuna legali.

Iktar informazzjoni:

  • Il-kostituzzjoni – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Kodiċi Ġudizzjarju – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż, u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Liġi dwar il-forza tal-pulizija tal-5 ta' Awwissu 1992 – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Liġi dwar il-kumpens mill-Istat tal-1 ta' Awwissu 1985 – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-Liġi dwar is-sospensjoni ta' sentenza, il-posponiment tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi u l-perjodu ta' prova tad-29 ta' Ġunju 1964 bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • Iċ-ċirkulari GPI 58 tal-4 ta' Mejju 2007 dwar it-trattament tal-vittmi fil-forza integrata tal-pulizija, strutturata f'żewġ livelli – bl-Olandiż
  • Iċ-ċirkulari COL 5/2009 tal-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar l-użu ta' ċertifikati uniformi għall-kwereli, linji gwida dwar it-trasferiment ta’ dawn iċ-ċertifikati mill-pulizija u l-modifika ta' COL 8/2005, il-verżjoni riveduta tal-20 ta’ Diċembru 2012.
  • Iċ-ċirkulari tas-26 ta' Settembru 2008 dwar l-introduzzjoni ta' kooperazzjoni multidixxiplinari marbuta mat-traffikar tal-vittmi u/jew vittmi ta' forom serji ta' dħul klandestin – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • Iċ-ċirkulari COL 16/2012 tat-12 ta' Novembru 2012 - Ċirkulari Konġunta mill-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar l-ilqugħ ta' vittmi mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u mill-qrati
  • Iċ-ċirkulari COL 16/2012 tat-12 ta' Novembru 2012 - Ċirkulari Konġunta mill-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar it-trattament rispettuż tad-deċeduti, in-notifika tal-mewt, it-teħid ta' liv bi prudenza u t-tindif tal-post tad-delitt f'każijiet fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu involuti.
  • Iċ-ċirkulari COL 18/2012 ta' Diċembru 2012 - Ċirkulari Konġunta mill-Ministru tal-Ġustizzja, il-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kulleġġ tal-Prosekuturi Ġenerali dwar il-projbizzjonijet temporanji għad-dħul fid-dar f'każ li jkun hemm vjolenza domestika
  • L-Ordni Amministrattiv tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kundizzjonijiet għall-għajnuna legali tat-tieni fażi parzjalment jew kollha kemm hi mingħajr ħlas – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • L-Ordni Amministrattiv tas-16 ta' Mejju 2004 dwar il-ġlieda kontra traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • L-Ordni Amministrattiv tat-13 ta' Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment taċ-Ċentri Ġuridiċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • L-Ordni Amministrattiv tat-28 ta' Diċembru 1950 li jistipula r-regoli ġenerali dwar l-ispejjeż legali għall-każijiet kriminali.
  • Il-ftehim ta' kooperazzjoni tas-7 ta' April 1998 bejn l-Istat u l-Komunità Fjamminga dwar il-kura għall-vittmi – bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż
  • Il-Protokoll għall-Ftehim tal-5 ta' Ġunju 2009 bejn l-Istat, il-Komunità Fjamminga, il-Komunità Franċiża, il-Kumitat tal-Komunità Franċiża u l-Kumitat Konġunt tal-Komunità dwar il-Kura għall-Vittmi - bl-Olandiż u l-Franċiż
  • Il-Protokoll għall-Ftehim tal-5 ta' Ġunju 2009 bejn l-Istat, il-Komunità Franċiża u r-Reġjun tal-Wallonja dwar il-Kura għall-Vittmi – bl-Olandiż u l-Franċiż
  • Il-Protokoll għall-Ftehim tal-5 ta' Ġunju 2009 bejn l-Istat u l-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż dwar il-Kura għall-Vittmi – bl-Olandiż, bil-Franċiż u l-Ġermaniż
1. Il-parti ċivili fil-proċess kriminali

Tista' tagħmel talba ċivili quddiem il-qorti kriminali f'kull ħin waqt il-proċedimenti kriminali, anki jekk ma tkunx għamilt kwerela mal-pulizija. Apparti d-drittijiet ordinarji ta' vittma, l-istatus tiegħek bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jagħti d-dritt ukoll li:

titlob kumpens;
tkun mismugħ mill-qorti;
li tiġi rimborżat fl-aħħar tal-proċedimenti; u
li titlob interpretu waqt il-proċeduri tal-qorti;
jekk l-azzjoni ċivili titqies bħala ammissibbli u b'bażi soda, int tirċievi għadd ta' drittijiet fil-proċedimenti kriminali mingħajr ma jkollok għalfejn tippreżenta rikors lill-qorti biex tiġi rikonoxxut bħala vittma għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi
Tista' tirreġistra bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali permezz ta' dikjarazzjoni espressa jekk ikunu tnedew il-proċedimenti mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Tista' tagħmel dan waqt kull stadju tal-investigazzjoni u effettivament waqt il-proċess, iżda ma għadux possibbli li tagħmel dan fl-istadju tal-appell. F'każ ta' kontravvenzjoni (contravention/overtreding) jew delitt (délit/wanbedrijf) tista' tagħmel kwerela quddiem l-imħallef inkwirenti, li mbagħad ikun obbligat iniedi investigazzjoni kriminali. Żomm f'moħħok li fl-aħħar tal-investigazzjoni l-qorti istruttorja tkun għadha tista' tiddeċiedi li ma hemmx biżżejjed evidenza sabiex l-allegat trasgressur jittella' l-qorti.
Jekk tixtieq tikseb kumpens, ikollok bżonn tipprova l-ħsara li ġarrabt. Il-qorti tivvaluta jekk ir-rikors tiegħek hux aċċettabbli, u jew tilqgħu jew tiċħdu.
Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int intitolat tressaq il-każ quddiem il-qorti tal-appell bħala qorti tal-ġudikatura jekk l-investigazzjoni kriminali tkun għadha għaddejja wara sena li tkun nbdiet. Din l-għażla tagħtik kontroll indirett fuq il-progress tal-investigazzjoni.
2. Il-protezzjoni bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin
Sa mill-bidu tad-disgħinijiet il-Belġju offra lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin sistema bi status ta' resident. Dawn il-kategoriji ta' vittmi huma intitolati għall-istatus ta' "vittmi tat-traffikar tal-bnedmin":
vittmi tat-traffikar tal-bnedmin (jiġifieri traffikar bl-iskop li jkun hemm diversi forom ta' sfruttament sesswali, sfruttament bħala tallaba, sfruttament ekonomiku, it-tneħħija tal-organi, atti kriminali mġiegħla);
vittmi ta' dħul klandestin (jiġifieri s-sehem, għal skop ta' qligħ, fl-immigrazzjoni illegali) meta hemm ċirkustanzi aggravanti. Vittmi li huma suġġetti għall-vjolenza jew li ħajjithom hija f'periklu huma intitolati għal dan l-istatus.
Jekk tiġi rikonoxxut bħala vittma tat-traffikar tal-bnedmin, tkun eliġibbli għal arranġamenti speċjali dwar ir-residenza u l-permess ta' xogħol, jekk:
taqta' l-kuntatt mal-persuni ssuspettati bi ksur;
taċċetta l-assistenza obbligatorja offruta minn ċentru approvat speċjalizzat fl-għoti ta’ faċilitajiet ta' akkoljenza u ta’ għajnuna lil persuni li sfaw vittmi tat-traffikar;
tikkoopera mal-awtoritajiet ġudizzjarji billi tagħmel dikjarazzjoni jew tressaq kwerela.
3. Pieni amministrattivi
Il-pieni amministrattivi huma imposti mill-awtoritajiet lokali u mhumiex pieni kriminali. L-awtoritajiet lokali għandhom il-poter li jikkastigaw ċerti reati żgħar u inkonvenjenzi permess ta' sanzjonijiet amministrattivi (il-multi, l-għeluq ta' binjiet jew postijiet, jew is-sospensjoni ta' permessi jew liċenzji). Il-muniċipalità tista' timponi dawn is-sanzjonijiet għall-ksur tar-regolamenti tagħha, għal ċerti forom ta' vandaliżmu eċċ. Il-prosekuzzjoni ma tiddependix direttament fuq il-prosekutur pubbliku.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

2 - ID-DRITTIJIET TIEGĦI WAQT IL-PROĊESS QUDDIEM IL-QORTI KRIMINALI

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Kif nista' nkun involut fil-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Bħala parti li tkun ġarrbet il-ħsara jew parti ċivili għall-proċedimenti kriminali1 (partie civile/burgerljke partij) inti tkun infurmat bil-miktub dwar id-data tal-kawża tal-qorti. Jekk ma tkunx għadek ressaqt it-talba ċivili, f'dan l-istadju tkun għadek tista' tressaqha fil-qorti kriminali; tkun tista' tagħmel dan f'kull ħin, sakemm ikunu saru l-aħħar sottomissjonijiet. Jekk ma għandekx rappreżentanza legali u tixtieq tressaq talba ċivili waqt seduta ta' smigħ fi proċess kriminali, trid tagħmel dan li ġej:

  • tasal fil-ħin;
  • tinforma lill-uffiċjal tal-qorti (huissier de justice/zittingsdeurwachter) u tivverifika li qiegħed fl-awla tal-qorti t-tajba;
  • tersaq 'il quddiem meta l-imħallef li jippresjedi jsejjaħ isem l-akkużat li inti tridu jagħmel tajjeb għall-ħsara.
  • tippreżenta t-talba tiegħek lill-imħallef flimkien mad-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-ħsara li ġarrabt;
  • tagħti kopja tat-talba lill-avukat tal-imputat;
  • iżżomm id-dokumenti oriġinali għalik;
  • l-imħallef li jkun qed jippresjedi jista’ jitolbok biex tagħti aktar informazzjoni, u mbagħad formalment jieħu nota dwar it-talba tiegħek għal kumpens.

Is-sessjonijiet tal-qorti ġeneralment ikunu miftuħin għall-pubbliku ġenerali. Dan ifisser li kwalunkwe persuna ta' aktar minn 14-il sena tista tattendi l-proċedimenti. Il-ħbieb tiegħek, il-ġirien u l-familja, il-membri tal-istampa u kull persuna interessata oħra għaldaqstant jistgħu jkunu preżenti fl-awla tal-qorti. Huwa biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali (pereżempju għal reati sesswali) li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin Dan ifisser li l-membri tal-pubbliku u l-midja ma jitħallewx jidħlu fl-awla tal-qorti. Tista' titlob lill-imħallef biex jagħmel is-seduta ta' smigħ bil-bibien magħluqin. Il-liġi tippermetti dan f'każ li l-vittma tkun ġarrbet ċertu tip ta' abbuż sesswali, bħal stupru jew attentat għall-pudur. L-imħallef jista' jordna wkoll li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin sabiex jipproteġi l-interessi ta' minuri jew sabiex jipproteġi l-privatezza tal-partijiet. Madankollu l-imħallef dejjem jaqta' s-sentenza fil-qorti bil-miftuħ.

Jekk tixtieq tikseb kumpens għall-ħsara permezz tal-qorti kriminali (billi tagħmel talba ċivili fil-proċedimenti kriminali), trid tipprova l-ħsara li soffrejt. L-imħallef jivvaluta t-talba ċivili tiegħek fl-aħħar tal-proċedimenti. Tul il-proċess int trid tkun irrappreżentat. Jekk trid tevita l-kuntatt dirett mal-konvenut, jista’ jattendi l-proċedimenti l-avukat tiegħek f'ismek (mhux possibbli li tirrifjuta l-preżenza tal-imputat fl-awla). L-unika darba li inti trid tattendi personalment huwa meta tissejjaħ bħala xhud.

Mhux possibbli li tiddefendi l-każ tiegħek separatament mal-prosekutur pubbliku.

Xi drittijiet għandi bħala xhud?

Jekk tkun tajt dikjarazzjoni waqt investigazzjoni, ma jfissirx awtomatikament li int se tiġi mitlub sabiex tikkonferma d-dikjarazzjoni tieghek fil-qorti. Issir eċċezzjoni meta l-kawża tiegħek tkun qed tinstema' fil-qorti ta' assize2 (cour d'assises/hof van assisen).

Jekk madankollu int tissejjaħ sabiex tidher personalment, u tkun ingħatajt miżura protettiva, jew jekk ma tkunx fil-pajjiż, tista' twieġeb għall-mistoqsijiet permezz ta' vidjokonferenza jew ta' telekonferenza  Jekk ikun meħtieġ, il-vuċi tiegħek u wiċċek jistgħu jiġu moħbija.

Bħala xhud, int intitolat għal kumpens li jkun jikkonsisti f'ammont fiss (indennizz għall-parteċipazzjoni) u kumpens għal kull kilometru (indennizz għall-ivvjaġġar). Sabiex tikseb dan il-kumpens trid tikkuntattja lir-reġistru (greffe/griffie) tal-qorti fejn int tkun dhert bħala xhud, u tippreżenta ċ-ċitazzjoni li tkun irċevejt mingħand l-uffiċju tal-qorti, flimkien ma' prova tal-identità. Int tista' tikseb dan il-kumpens minnufih mir-reġistru waqt il-ħinijiet tal-ftuħ.

Jien minorenni. Għandi drittijiet addizzjonali?

Bħala minuri tkun protett milli tiżvela l-identità tiegħek. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħtra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.

Jekk tkun ġejt intervistat permezz ta' mezzi awdjoviżivi ma jkunx hemm għalfejn tidher personalment, ħlief meta l-imħallef jiddeċiedi li dan ikun meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-verità. F'dan il-każ, irid jordnalek tidher personalment, u jrid jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni. Madankollu, tista' titlob lill-imħallef biex jagħmel is-seduta ta' smigħ bil-bibien magħluqin. Il-liġi tippermetti dan f'każ li tkun vittma ta' ċertu tip ta' abbuż sesswali, bħal stupru jew attentat fuq il-pudur. L-imħallef jista' jordna wkoll li s-seduta ta' smigħ isseħħ bil-bibien magħluqin sabiex jipproteġi l-interessi ta' minuri jew sabiex jipproteġi l-privatezza tal-partijiet.

Nista' nirċievi għajnuna legali?

Jekk tkun ressaqt talba ċivili bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tattendi int stess is-sessjoni jew li jkollok rappreżentanza legali.

Għall-ewwel parir legali tista' tikkonsulta lit-tim ta' assistenza legali tal-ewwel fażi (aide juridique de première ligne/juridische eerstelijnsbijstand), li l-avukati tiegħu jagħtu pariri b'xejn f'ċerti ħinijiet f'jiem speċifiċi, u jistgħu jirreferuk għal servizzi speċjalizzati skont il-każ. Il-konsultazzjonijiet huma organizzati fil-binjiet tal-qrati, fil-qrati tal-maġistrati ċivili, f'ċentri ġuridiċi u tal-amministrazzjoni muniċipali eċċ. Iċ-ċentri ġuridiċi (maisons de justice/justitiehuizen) jinstabu f'kull distrett ġuridiku (id-dettalji ta' kuntatt huma disponibbli bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Olandiż), jew inkella tista' tikkuntattja xi servizz ta' sapport għall-vittmi.

Għal parir legali ddettaljat, assistenza u rappreżentanza, għandek bżonn tuża s-servizzi ta' avukat. Skont l-introjtu tiegħek, din l-assistenza tista' tingħata kollha kemm hi, jew parti minnha b'xejn, skont l-arranġamenti tal-għajnuna legali tat-tieni fażi. Għadd ta' kategoriji ta' persuni f'sitwazzjonijiet speċifiċi, bħal minuri jew persuni b'diżabilità mentali huma dejjem intitolati għal rappreżentanza legali b'xejn.

Jekk trid tapplika għall-għajnuna tat-tieni fażi trid tikkuntattja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali (Bureau d'Aide Juridique/Bureau voor Juridische Bijstand) li jinsab f'kull bini tal-qorti. Trid turi dokumentazjoni li tipprova li int jew tappartjeni għal waħda mill-kategoriji speċjali jew inkella li int għandek introjtu nett baxx. L-Uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ġimagħtejn jekk japprovax l-applikazjoni tiegħek, u jibgħatlek id-dettalji tal-kuntatt tal-avukat li għandek assenjat. Huwa wkoll possibbli li titlob lil avukat tal-għażla tiegħek jekk huwiex lest li jaħdem skont l-arranġamenti ta' għajnuna legali tat-tieni fażi. Jekk l-avukat jaqbel ma' dan, huwa jikkuntattja lill-Uffiċċju f'ismek sabiex l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata.

Jekk il-mezzi finanzjarji tiegħek huma modesti, taħt ċerti ċirkostanzi tista' ssaqsi biex tiġi eżentat minn għadd ta' spejjeż proċedurali (pereż. l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju u l-ispejjeż tal-kopji mir-reġistru tal-evidenza) skont l-arraġamenti tal-għajnuna legali. Sabiex tibbenefika trid tippreżenta talba lill-Uffiċċju  għall-Għajnuna  Legali tal-qorti kriminali li jkollha l-każ f'idha. Jekk inti diġà parti ċivili fil-proċedimenti kriminali (ara hawn taħt), tista' tippreżenta din it-talba bil-miktub jew verbalment lill-qorti kriminali li tkun qed tisma' l-każ.

Int mogħti l-parir ukoll biex tiċċekkja sewwa l-polza tal-assigurazzjoni tiegħek biex tara jekk għandekx assigurazzjoni fuq l-ispejjeż legali. Ikkuntattja lis-sensar tal-assigurazzjoni tiegħek.

Waqt il-proċeduri tal-qorti tista' tiġi megħjun mill-persunal ta' ċentru ġuridiku jew minn servizz ta' sapport għall-vittmi

Kif nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

Jekk tkun f'periku waqt il-proċedimenti kriminali u l-prosekutur pubbliku jagħtik anonimità totali jew b'mod parzjali waqt il-fażi investigattiva, tista' twieġeb għall-mistoqsijiet waqt il-proċess permezz ta' telekonferenza jew ta' vidjokonferenza. Jekk ikun meħtieġ, il-vuċi tiegħek u wiċċek jistgħu jiġu moħbija.

Jekk tiġi msejjaħ biex tidher fil-qorti bħala xhud u ma tajtx evidenza waqt l-investigazzjoni, l-imħallef jista' jordna li l-identità tiegħek ma tiġix żvelata fil-minuti tas-seduta ta' smigħ.

Jekk int vittma ta' stupru jew attentat fuq il-pudur tkun protett billi ma tiġix żvelata l-identità fil-midja. Kull pubblikazzjoni jew tixrid ta' ritratti, tpinġijiet jew dokumenti oħtra li jistgħu jiżvelaw l-identità tiegħek huwa reat.

Jekk l-akkużat ma jkunx taħt arrest preventiv qabel smigħ il-kawża, u int inkwetat dwar il-prospett li tiġi direttament f'kuntatt miegħu qabel is-smigħ tas-seduta tiegħek, huwa rrakkomandat li tikkuntattja lill-persunal ta' ċentru ġuridiku. Xi binjiet tal-qrati għandhom kmamar għall-istennija separati għall-vittmi, sabiex jiġu evitati kuntatti bħal dawn.

Kif nista' nagħmel talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat jew nirċievi kumpens mingħand l-Istat?

Jekk se tfittex kumpens finanzjarju waqt il-proċediment kriminali, trid tressaq talba ċivili fil-proċedimenti kriminali. It-talba tiegħek tista' telenka kull tip ta' ħsara sofferta, bħal ħsara fuq il-persuna u l-ispejjeż mediċi relatati, ħsara morali, ħsara materjali (pereżempju it-telf tal-introjtu, ir-ripetizzjoni tas-sena tal-istudju, it-telf tal-impjieg u ħsara fuq vetturi jew ħwejjeġ), spejjeż għall-funeral, eċċ.

Jekk l-awtur tal-ksur jinstab ħati, il-qorti kriminali taqta' sentenza fuq it-talba ċivili tiegħek u ssib li int intitolat għal kumpens. Il-qorti mbagħad tevalwa l-kontenut tat-talba għall-kumpens.

Jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt sehem waqt il-proċedimenti kriminali, tista' tagħżel li tagħmel talba fil-qrati ċivili. Għandek din il-possibilità wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-kawża kriminali. Jekk il-partijiet kollha ma jkunux iridu jidhru b'mod volontarju, int tressaq it-talba ċivili quddiem il-qorti ċivili billi tħarrek il-persuna li għamlitlek il-ħsara. Meta jkun hemm involut assiguratur (pereżempju wara aċċident tat-traffiku), tista' tħarrku wkoll. Il-proċedura fil-qrati ċivili hija fundamentalment differenti mill-proċedura kriminali. Pereżempju inti stess trid tipprova li l-kontroparti hija responsabbli għall-ħsara li għamlitlek, madankollu int tista' tagħmel dan billi tippreżenta kopji tal-evidenza mill-kawża kriminali, anki jekk il-proċedimenti twaqqfu. Jekk ikunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti kriminali, l-qorti ċivili trid tissospendi l-proċedimenti ta' quddiemha, sakemm tinqata' s-sentenza tal-qorti kriminali. Il-qorti ċivili hija marbuta bis-sejbiet tal-każ kriminali. Ftakar li l-ftuħ ta' talba quddiem il-qorti ċivili timplika spejjeż.

Jekk il-prosekutur legali ddeċieda li jwaqqa' l-azzjoni kriminali (soluzzjoni bonarja jew il-medjazzjoni fil-każijiet kriminali), dan huwa mod ieħor kif int tista' takkwista kumpens mingħand it-trasgressur. Tista' wkoll tikseb kumpens mingħand it-trasgressur permezz tal-medjazzjoni. Pereżempju, f'ħafna każijiet tirċievi kumpens jekk il-prosekutur legali jipproponi medjazzjoni f'każijiet kriminali, jew soluzzjoni bonarja mat-trasgressur.

Mhux dejjem possibbli tikseb kumpens mingħand it-trasgressur (pereżempju jista' jagħti l-każ li t-trasgressur ma jistax jiġi identifikat jew miżmum), jew li tieħu l-kumpens kollu mingħand assigurazzjoni. Jekk int kont il-vittma ta' reat vjolenti premeditat, f'ċerti ċirkostanzi tista' tikseb kumpens mill-Istat. Għal aktar informazzjoni dwar il-possibilità ta' kumpens mill-Istat, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġni informattivi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew dwar il-kumpens għall-vittmi fil-Belġju (disponibbli bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Olandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ġermaniż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Inġliż kif ukoll f'lingwi oħra).

Jekk l-akkużat jinstab ħati, irid iħallas l-ispejjeż tal-azzjoni ċivili, li jkunu jinkludu parti mit-tariffi tal-avukat. Il-qorti tistipula ċ-ċifra ta' kumpens meta taqta' s-sentenza fil-kawża.

Jekk il-proċedimenti jkunu nbdew għax tkun ħarrikt direttament lill-akkużat jew għax bdejt proċedimenti kriminali permezz ta' kwerela b'talba ċivili, u l-akkużat jinstab mhux ħati, il-qorti tista' tordnalek tħallas l-ispejjeż kollha  jew parti speċifika mill-ispejjeż imġarrba mill-Istat u mill-akkużat.

Jeżistu opportunitajiet biex nasal għal soluzzjoni/għal konċiljazzjoni jew biex issir medjazzjoni bejni u bejn min ikun wettaq ir-reat?

Int tista' titlob għal medjazzjoni riparatriċi (médiation réparatrice/herstelbemiddeling) f'kull ħin waqt il-proċedimenti: qabel ma' każ imur quddiem il-qorti, waqt li l-qorti tkun qiegħda tittrattah, u wara li l-qorti taqta' s-sentenza. Il-medjazzjoni riparatriċi taħdem b'mod separat mill-proċedimenti kriminali, u ma tissostitwihomx. L-awtoritajiet ġudizzjarji jibqgħu għaldaqstant responsanbbli għal kull deċiżjoni li tinvolvi l-prosekuzzjoni kriminali, il-qtugħ tas-sentenzi u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

Il-medjazzjoni riparatriċi ma jwettaqhiex l-Istat, iżda żewġ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSuggnomè fil-Fjandri u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMédiante fil-Wallonja. Huma għandhom sezzjonijiet lokali f’kull distrett ġudizzjarju.

Il-ftehim milħuq bħala riżultat ta' medjazzjoni riparatriċi huwa kunfidenzjali u jingħata lill-qorti bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Fis-sentenza tal-qorti trid tissemma l-medjazzjoni riparatriċi, iżda ma hemm għalfejn jitqies il-ftehim milħuq.

L-imħallef tal-qorti tal-minorenni jista' jagħti sentenza li tordna il-medjazzjoni riparatriċi jew id-djalogu fi grupp (concertation restauratrice en groupe/hergo).

Jien barrani. Kif inhuma protetti d-drittijiet u l-interessi tiegħi?

Jekk inti parti ċivili għall-proċedimenti kriminali1 jew xhud, iżda ma tafx bil-lingwa li qed tintuża fil-proċedimenti, jinħatar interpretu. Madankollu, d-dokumenti legali ma jistgħux jiġu tradotti b'xejn.

Aktar tagħrif:

  • Il-liġi tal-1 ta' Awwissu 1985 dwar it-taxxa u miżuri oħra – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-liġi tat-8 ta' April 1965 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ, ir-responsabbiltà tal-minuri li jikkommettu att li jikkostitwixxi reat u r-riparazzjoni tal-ħsara kkawżata minn dan l-att – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż.
  • Il-kostituzzjoni – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • Il-kodiċi ta' proċedura kriminali – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż
  • Il-Kodiċi Ġudizzjarju – bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż
  • L-Ordni Amministrattiv tat-28 ta' Diċembru 1950 li jistipula r-regoli ġenerali dwar l-ispejjeż legali għall-miżuri ta' eżekuzzjoni.

1. Il-parti ċivili fil-proċess kriminali
Tista' tagħmel talba ċivili quddiem il-qorti kriminali f'kull ħin waqt il-proċedimenti kriminali, anki jekk ma tkunx għamilt kwerela mal-pulizija. Apparti d-drittijiet ordinarji ta' vittma, l-istatus tiegħek bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jagħti d-dritt ukoll li:
  • titlob kumpens
  • tinstema' mill-qorti
  • tiġi rimborżat fl-aħħar tal-proċedimenti
  • titlob interpretu waqt il-proċedimenti
  • jekk l-azzjoni ċivili titqies bħala ammissibbli u b'bażi soda, int tirċievi għadd ta' drittijiet fil-proċedimenti kriminali mingħajr ma jkollok għalfejn tippreżenta rikors il-qorti biex tiġi rikonoxxut bħala vittma għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi
Tista' tirreġistra bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali permezz ta' dikjarazzjoni espressa jekk ikunu tnedew il-proċedimenti mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Tista' tagħmel dan waqt kull stadju tal-investigazzjoni u effettivament waqt il-proċess, iżda ma għadux possibbli li tagħmel dan fl-istadju tal-appell. Jekk ir-reat ikun wieħed minuri (contravention/overtreding) jew wieħed intermedju (délit/wanbedrijf) tista' tagħmel talba ċivili quddiem l-imħallef inkwirenti, li mbagħad ikun obbligat jiftaħ investigazzjoni kriminali. Żomm f'moħħok li fl-aħħar tal-investigazzjoni l-awla preliminari tkun għadha tista' tiddeċiedi li ma hemmx biżżejjed evidenza sabiex l-allegat trasgressur jittella' l-qorti.
Jekk tixtieq tikseb kumpens, ikollok bżonn tipprova l-ħsara li ġarrabt. Il-qorti tivvaluta jekk ir-rikors tiegħek hux aċċettabbli, u jew taċċettah jew tiċħdu.
Bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int intitolat tressaq il-każ quddiem l-awla istruttorja tal-qorti jekk l-investigazzjoni kriminali tkun għadha għaddejja wara sena li tkun bdiet. Din l-għażla tagħtik kontroll indirett fuq il-progress tal-investigazzjoni.

2. Il-qorti ta' Assize
Il-qorti ta' Assize (id-dettalji tal-kuntatt disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż) hija qorti kriminali temporanja li tista' tiġi interpellata f'kull provinċja jew distrett ta' Brussell. Il-qrati ta' Assize għandhom is-setgħa jitrattaw ir-reati serji kollha (crimes/misdaden, jiġifieri qtil u reati serji oħra li huma punibbli b'piena ta' kustodja minn ħames snin sa priġunerija għall-għomor), reati politiċi u reati tal-istampa (ħlief dawk li huma mmotivati mir-razziżmu jew mill-ksenofobija). B'differenza minn qorti kriminali permanenti, il-qorti ta' Assize trid terġa' tinħoloq għal kull każ ġdid. Il-president tagħha huwa mħallef tal-qorti tal-appell. Il-president huwa assistit minn żewġ imħallfin mill-qorti tal-ewwel istanza. Il-ġurija tkun magħmula minn 12-il membru mill-pubbliku inġenerali, mtellgħa bil-polza, b'mhux aktar minn żewġ terzi tal-ewwel membri li jistgħu jkunu tal-istess sess. Il-membri tal-ġurija jridu jkunu intitolati għall-vot u jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi kollha, irid ikollhom bejn 28 u 65 sena, jkunu jafu jaqraw u jiktbu, u ma jkollhom l-ebda kundanna penali li għaliha kienu ġew issentenzjati għal perjodu ta' priġunerija ta' aktar minn erba' xhur jew għal servizz fil-komunità ta' aktar minn 60 siegħa. Il-ġurija weħidha tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew innoċenti. Il-ġurija, biex taqta' s-sentenza, tiddeċiedi flimkien mal-imħallfin professjonali. Is-sentenzi tal-qorti ta' Assize jistgħu jiġu appellati biss fuq punti tal-liġi fil-Qorti tal-Kassazzjoni.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

3 - ID-DRITTIJIET TIEGĦI WARA L-(EWWEL)PROĊESS QUDDIEM IL-QORTI KRIMINALI

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Nista' nappella darba oħra?

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Aktar tagħrif

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Jekk ressaqt talba bħala parti ċivili għall-proċedimenti kriminali (partie civile / burgerlijke partij), tista' tappella jekk il-qorti tiċħad it-talba tiegħek għad-danni jew jekk tqis li l-kumpens li ngħatajt kien żgħir wisq. Ma tistax tappella jekk l-imputat jinstab ħati, jew jekk taħseb li s-sentenza imposta fuq l-imputat ma kinitx ħarxa biżżejjed. (Il-prosekutur pubbliku jista' jappella għal dawk ir-raġunijiet.)

Iddeċiedi malajr, għax fil-kawżi kriminali kull appell normalment ikollu jiddaħħal fi żmien 15-il jum. L-appelli jridu jiġu ppreżentati fir-reġistru (greffe / griffie) tal-qorti li tkun wasslet għas-sentenza kkontestata. Tista' tikseb aktar tagħrif fir-reġistru. Jekk ikun hemm appell, il-kawża tiġi kkunsidrata mill-bidu minn qorti superjuri. Inti tiġi nnotifikat bil-ħinijiet u bil-post. Il-proċedura ta' appell hija bażikament l-istess bħall-proċedura fl-ewwel istanza. Ma għandekx għalfejn tirreġistra għat-tieni darba bħala parti ċivili fil-proċedimenti. Madankollu ma tistax tirreġistra bħala parti ċivili għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell.

Ma jistax isir appell sħiħ, fuq punti ta' fatt u ta' dritt (appel / hoger beroep), kontra s-sentenza ta' cour d'assise, imma jista' jsir appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni fuq punti ta' dritt biss (pourvoi / voorziening).

Nista' nappella darba oħra?

Ma tistax tressaq appell sħiħ ieħor (appel / hoger beroep) minn sentenza mogħtija wara appell sħiħ.

Ma jistax isir appell kontra sentenza ta' cour d'assise, imma jista' jsir appell fuq punti tad-dritt quddiem il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Kassazzjoni.

Il-Qorti tal-Kassazzjoni ma teżaminax il-fatti tal-kawża: hija tikkunsidra sempliċement kienx hemm ksur tal-proċedura u jekk il-liġi ġietx applikata ħażin jew interpretata ħażin. Il-Qorti tal-Kassazzjoni tista' biss tikkonferma jew tannulla s-sentenza. Ma tistax tisma' iktar xhieda jew taqta' l-kawża mill-bidu. Jekk tannulla s-sentenza, tirrinvijaha għar-ritrattazzjoni minn qorti oħra fl-istess livell tal-qorti li tkun tat is-sentenza ta' qabel. Is-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni mhix vinkolanti fuq il-qorti l-ġdida.

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Importanti li tkun taf mill-bidu li bħala vittma ma tiġix infurmat awtomatikament bis-sentenza tal-qorti (sakemm ma tkunx ressaqt talba bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali). Jekk la int u lanqas l-avukat tiegħek ma kontu preżenti fil-mument li ngħatat is-sentenza fil-qorti, trid tikkuntattja lill-awtoritajiet int stess jew tistaqsi lill-persunal taċ-ċentru tal-ġustizzja (maison de justice / justitiehuis) biex jinfurmawk.

Bħala vittma tista' skont ċerti kundizzjonijiet titlob li tkun infurmat jew li tinstema' fir-rigward ta' kif se tiġi servuta s-sentenza, pereżempju rigward liv mill-priġunerija, detenzjoni limitata, sorveljanza elettronika, libertà provviżorja bil-ħsieb ta' deportazzjoni jew estradizzjoni, jew libertà kkundizzjonata.

Jekk it-talba ċivili tiegħek tiġi milqugħa, tista' f'ċerti kundizzjonijiet titlob li tkun infurmat jew li tinstema' jekk il-persuna kkundannata tingħata kwalunkwe arranġament speċjali biex isservi s-sentenza.

Inkella, tista' titlob li tiġi rikonoxxut bħala vittma billi tressaq talba quddiem il-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi (tribunal d’application des peines / strafuitvoeringsrechtbank). It-talba tiegħek tiġi milqugħa jekk il-qorti tiddeċiedi li jkollok interess leġittimu.

Skont ċerti kundizzjonijiet int għandek id-drittijiet li ġejjin bħala vittma:

  • li tkun infurmat bid-deċiżjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni tas-sentenza (inkluż liv mill-priġunerija, sorveljanza elettronika, liv ikkundizzjonat, eċċ.);
  • li tipproponi kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jkunu imposti fuq it-trasgressur;
  • li tinstema' fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jkunu imposti fuq it-trasgressur fl-interess tiegħek.

Eżempji

  • tista' titlob li tinstema' mill-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi rigward il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu imposti fuq it-trasgressur jekk tkun permessa s-sorveljanza elettronika;
  • tista' titlob lill-qorti tinnotifikak jekk tagħti l-libertà kkundizzjonata lit-trasgressur;
  • tista' titlob li tkun infurmat jekk il-Ministru tal-Ġustizzja jagħti liv mill-priġunerija lit-trasgressur.

Jekk trid teżerċita kwalunkwe wieħed minn dawn id-drittijiet trid timla formola ta' dikjarazzjoni ta' vittma, u tippreżentaha jew tibgħatha lir-reġistru tal-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi jew lil ċentru tal-ġustizzja.

Fis-seduti tal-qorti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi dejjem tista' tkun assistit jew rappreżentat minn avukat. Tista' titlob ukoll l-għajnuna lil waħda mill-għaqdiet għall-appoġġ tal-vittmi rikonoxxuti uffiċjalment, jew minn servizz għall-appoġġ tal-vittmi jew l-uffiċċji għall-ilqugħ tal-vittmi fil-qorti, pereżempju meta tkun se tattendi seduta tal-qorti

Tista' tikseb iktar informazzjoni miċ-ċentru tal-ġustizzja, mill-uffiċċji għall-ilqugħ tal-vittmi jew mingħand l-avukat tiegħek.

Waqt u wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza, sew jekk it-trasgressur ikun qed jiskonta s-sentenza fil-ħabs u sew jekk barra, dejjem tista' tirrikorri għall-medjazzjoni.

Aktar tagħrif:

  • Liġi dwar il-pożizzjoni ġuridiku esterna tal-persuni sentenzjati għal piena ta' kustodja u dwar id-drittijiet tal-vittmi b'konnessjoni mal-mod kif se tiġi skontata s-sentenza - bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż jew bl-Olandiż.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

4 - L-GĦAJNUNA U L-APPOĠĠ GĦALL-VITTMI TAD-DELITTI

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.


Il-pulizija lokali u federali

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Il-Kummissjoni għall-Għajnuna Finanzjarja għall-Vittmi ta' Atti Intenzjonali ta' Vjolenza

Ċentri ta' Għajnuna Ġenerali

Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux reliġjużi

Ċentru Soċjali u Psikoloġiku

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal

Timijiet ta' Servizzi ta' SOS tat-Tfal

Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ

Il-puliżija lokali u federali

Il-Pulizija lokali u federali jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Intern. Il-pulizija lokali huma responsabbli mid-dmirijiet bażiċi tal-pulizija u joperaw skont filosofija ta’ “pulizija fil-komunità”. Il-pulizija federali huma responsabbli mill-kompiti speċjalizzati tal-pulizija.

Il-pulizija lokali u federali

  • jirċievu lill-vittmi b'mod edukat u bir-rispett;
  • jipprovdu assistenza prattika lill-vittmi tad-delitti, jipprovduhom bl-informazzjoni u jirreferuhom lil servizzi xierqa;
  • jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet li jagħmlu l-vittmi jirrekordjaw sewwa l-identità tagħhom u jindikaw jekk jixtiqux jinżammu infurmati fil-fażijiet sussegwenti tal-proċeduri kriminali;
  • jistgħu jikkuntattjaw lill-vittma ftit wara li tkun għamlet il-kwerela.

KUNTATTI:

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaibznet@ibz.fgov.be

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu diversi dipartimenti u kumitati li huma responsabbli mill-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi inkluż id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u d-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja.

Id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali

  • iħejji u jabbozza l-liġijiet;
  • jagħti pariri lill-Ministru tal-Ġustizzja u lil atturi oħrajn, iwieġeb mistoqsijiet parlamentari, u jipparteċipa f’negozjati internazzjonali;
  • jaħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħrajn bħad-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja jew atturi esterni oħrajn.

Id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja

  • jimmaniġġa 28 ċentru tal-ġustizzja (maisons de justice / justitiehuizen li jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja (kemm il-Fjandri kif ukoll il-Wallonja għandhom 13 kull wieħed, u Brussell għandha tnejn, waħda fejn jiġi mitkellem il-Franċiż u l-oħra fejn jiġi mitkellem l-Olandiż;
  • f’kull ċentru tal-ġustizzja hemm persunal speċjalizzat li jifforma uffiċċju ta' akkoljenza tal-vittmi.

KUNTATTI:

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja: Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justitie.belgium.be

Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri tal-ġustizzja agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenz

Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenza (Commission pour l’aide financière aux victimes d'actes intentionnels de violence / Commissie voor financiële hulp aan slachtoffers van opzettelijke gewelddaden) ġiet stabbilita bl-Att tal-1 ta’ Awwissu 1985. Hija għandha rwol importanti billi tipprovdi kumpens mill-Istat lill-vittmi tad-delitti ta' vjolenza.

Il-Kummissjoni

  • tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza u, f’uħud mill-każijiet, lill-familji tagħhom;
  • tipprovdi proċedura għal għajnuna finanzjarja lill-vittmi ta’ atti kriminali li seħħew f’pajjiż ieħor membru tal-Unjoni Ewropea;
  • tista’ tagħti assistenza anki jekk l-identità ta’ min wettaq l-attakk ma tkunx magħrufa jew huwa ma jkunx responsabbli mill-azzjonijiet tiegħu;
  • ma tistax tipprovdi assistenza fejn ir-reat twettaq minħabba traskuraġni jew b’negliġenza.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.belgium.be/fr

Ċentri ta’ Għajnuna Ġenerali

Fil-Fjandri u fi Brussell hemm 11-il Ċentru ta' Għajnuna Ġenerali (Centra Algemeen Welzijnswerk — CAW), li kull wieħed għandu dipartiment li jgħin lill-vittmi ta' reati.

Iċ-Ċentri

  • permezz tal-korp imsejjaħ Steunpunt Algemeen Welzijnswerk huma membri ta’ Victim Support Europe;
  • huma disponibbli fir-rigward ta’ persuni li jkollhom mistoqsijiet jew problemi;
  • jipprovdu servizzi biex jassistu vittmi fi Fjandri u fi Brussell;
  • joffru għajnuna psikosoċjali lill-vittmi u lill-familji tagħhom, lill-qraba ta’ persuni li wettqu suwiċidju, lill-vittmi ta’ diżastri u lill-qraba tagħhom, u lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku u lill-qraba tagħhom;
  • jipprovdu lill-vittmi b'għajnuna psikosoċjali, prattika u legali.

KUNTATTI:

Websajt: http://Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.archipel.be/

Għad-dettalji tal-kuntatti tal-25 CAW agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux Reliġjużi

Fil-Wallonja s-Servizzi ta' Għajnuna lil Ċittadini mhux Reliġjużi (Services Laïques d'Aide aux Justiciables) toffri assistenza mhux biss lill-vittmi tal-kriminalità imma wkoll, pereżempju, lill-priġunieri u lill-priġunieri lliberati.

Dawn is-servizzi

  • huwa maqsuma f'ħames fergħat lokali, waħda f'kull provinċja tal-Wallonja;
  • huma finanzjati mill-Komunità li titkellem il-Franċiż;
  • jipprovdu għajnuna psikoloġika, psikjatrika u soċjali lill-imputati arrestati jew li jkunu għadhom liberi, lill-persuni li jkunu wettqu delitti u ġew mogħtija piena, lill-vittmi u lill-qraba ta’ dawn l-individwi;
  • għandhom persunal professjonali li jaħdem f'timijiet multidixxiplinari.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ulb.ac.be/

Għad-dettalji tal-kuntatti tal-fergħat lokali, agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Ċentru Soċjali u Psikoloġiku

Iċ-Ċentru Soċjali u Psikoloġiku  (Sozial-Psychologisches Zentrum — SPZ) huwa organizzazzjoni li topera fil-parti tal-pajjiż fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż u joffri assistenza lill-vittmi tal-kriminalità.

Iċ-Ċentru

  • huwa organizzazzjoni mhux governattiva li topera fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż;
  • għandu fergħat f’St.Vith u f’Eupen;
  • joffri approċċ individwali lill-vittmi kollha tal-kriminalità permezz ta’ tim multidixxiplinari li jikkonsisti fi psikologi, terapisti, ħaddiema fil-qasam soċjali u psikjatriku.

KUNTATTI:

SPZ Eupen: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo.eupen@spz.be

SPZ St. Vith: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ulb.ac.be/

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal (Vertrouwenscentra Kindermishandeling) huma ċentri speċjalizzati, stabbiliti mill-gvern Fjamming, li għandhom metodu speċjali ta' ħidma li huwa immirat lejn is-sikurezza u l-benesseri tat-tfal.

Iċ-Ċentri

  • għandhom fergħa f'kull provinċja Fjamminga u fi Brussell;
  • għandhom timijiet multidixxiplinari u għandhom funzjoni psikosoċjali, edukattiva u soċjali;
  • jipprovdi pariri u assistenza fejn ikun hemm suspett ta' abbuż tat-tfal;
  • jipprovdu għajnuna u informazzjoni bla ħlas;
  • jistgħu jaġixxu f'kull sitwazzjoni fejn it-tfal huma vittma ta' vjolenza fiżika, psikoloġika jew sesswali attivi jew passivi;
  • jippermettu li jsir rappurtar anonimu dwar kull abbuż tat-tfal.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kindinnood.org/

Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal

Il-Federazzjoni ta’ Timijiet ta' SOS tat-Tfal (Fédération des Équipes SOS-Enfants) tipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-vittmi ta’ abbuż ta’ tfal fil-Wallonja.

It-Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal

  • jipprovdu prevenzjoni u trattament ta’ każijiet individwali ta’ abbuż tat-tfal;
  • iwettqu valutazzjoni multidixxiplinari tals-sitwazzjoni tat-tfal u tal-ambjent tagħhom;
  • jipprovdu għajnuna psikjatrika, psikoloġika u soċjali lit-tfal u lill-familji tagħhom;
  • huma lesti li javvanzaw l-għarfien fil-qasam tat-trattament u tal-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet ta’ abbuż.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.federationsosenfants.be/

Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ

Is-Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ (Jugendhilfedienst— JHD) jipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-minuri li huma vittmi ta' delitti fil-partijiet li jitkellmu bil-Ġermaniż fil-Belġju.

Is-Servizz

  • jipprovdi pariri u assistenza f’każijiet ta’ abbuż tat-tfal;
  • joffri assistenza lit-tfal, lill-adolexxenti u lill-ġenituri tagħhom fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż;
  • jistgħu jirreferu każijiet lill-prosekutur pubbliku jew lit-tribunal tal-minorenni jekk ikun meħtieġ.

KUNTATTI:

Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dglive.be/desktopdefault.aspx/tabid-300/537_read-3830/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Repubblika Ċeka


Tiġi kkunsidrat bħala “parti li ġarrbet dannu” (poškozený - terminu użat għall-vittma ta’ reat fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (trestní řád)) fil-każ li tkun ġarrabt dannu minħabba azzjoni identifikata bħala reat fil-Kodiċi Kriminali (trestní zákon). Dan id-dannu jista’ jkun f’għamliet varji, pereżempju, dannu jew serq ta’ oġġett. Bħala l-parti li ġarrabt id-dannu, għandek drittijiet legali, qabel, matul u wara l-proċedimenti legali.

Il-proċedimenti kriminali fir-Repubblika Ċeka jibdew bil-verifika tal-fatti u investigazzjoni. F’dan l-istadju tal-każ, il-pulizija tista’ tagħmel inkjesti taħt is-superviżjoni tal-prosekutur pubbliku. Fil-każ li tinġabar biżżejjed evidenza matul dan l-istadju tal-proċedimenti li tagħti prova li sar reat u li twettaq minn persuna speċifika, il-prosekutur pubbliku joħroġ deċiżjoni biex jitressqu l-akkużi u l-każ jittieħed quddiem il-qorti. Matul l-istadju tal-qorti tal-proċedimenti kriminali, il-qorti tisma’ l-evidenza u abbażi ta’ din l-evidenza ssib lill-akkużat ħati jew mhux ħati. Fil-każ li l-qorti ssib lill-akkużat ħati li wettaq ir-reat, timponi piena fuq l-akkużat. Fil-każ li l-verdett ikun li l-akkużat mhux ħati, huwa jiġi lliberat. Fil-każ li tkun għamilt talba għad-danni, il-proċedimenti kriminali jistgħu jitkomplew abbażi ta’ appell imressaq quddiem qorti superjuri.

Bħala l-parti li tkun ġarrabt dannu, tkun tista’ tingħaqad mal-proċedimenti kriminali f’kull stadju.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija, int tirċievi informazzjoni li tippermettilek teżerċita drittijietek. Speċifikament, int tirċievi informazzjoni dwar:

  • l-awtorità li magħha tista’ tippreżenta kwerela, u tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità;
  • min tista’ tikkuntattja b’talba għal assistenza professjonali, u taħt liema kundizzjonijiet l-assistenza professjonali tkun mingħajr ħlas; int tirċievi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-professjonisti li jipprovdu assistenza;
  • il-kundizzjonijiet li fihom int intitolat(a) għal miżuri biex tiġi żgurata s-sikurezza tiegħek;
  • fejn iġġib aktar informazzjoni dwar il-kawża li fiha int il-vittma;
  • l-istadji tal-proċedimenti kriminali u r-rwol tiegħek fihom;
  • l-awtorità fejn tista’ titlob aktar informazzjoni; int tirċievi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità;
  • il-kundizzjonijiet li fihom int intitolat(a) għal assistenza finanzjarja;
  • l-eqreb ċentri ta’ kenn, ċentri ta’ intervent jew faċilitajiet simili oħra li int tista’ tikkuntattja;
  • l-eqreb fornitur tal-kura tas-saħħa li int tista’ tikkuntattja;
  • kif tfittex rimedju jekk id-drittijiet tiegħek inkisrulek minn awtorità pubblika;
  • il-miżuri li tista’ titlob biex jiġu protetti l-interessi tiegħek jekk qed tirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-UE;
  • xi drittijiet oħra għandek skont l-Att dwar il-Vittmi ta’ Reati.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Int għandek garanzija li tirċievi l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka u l-persuni li jirrisjedu fir-Repubblika Ċeka. Jekk int tiddikjara li ma titkellimx biċ-Ċek, tingħata l-informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek f’lingwa li tifhem jew fil-lingwa uffiċjali tal-istat ta’ fejn int ċittadin.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Jekk tippreżenta lment mal-pulizija, int trid tingħata l-informazzjoni kollha li trid tiġi pprovduta fil-mument tal-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija, kif speċifikat aktar ’il fuq.

Jekk tippreżenta kwerela quddiem prosekutur pubbliku, int dejjem trid tirċievi informazzjoni dwar:

  • fejn tista’ titlob assistenza professjonali, u taħt liema kundizzjonijiet l-assistenza professjonali tkun mingħajr ħlas; int tirċievi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-professjonisti li jipprovdu assistenza;
  • il-kundizzjonijiet li fihom int intitolat(a) għal miżuri biex tiġi żgurata s-sikurezza tiegħek;
  • fejn iġġib aktar informazzjoni dwar il-kawża li fiha int il-vittma.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Meta tkun qed tittratta mal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi u ma titkellimx biċ-Ċek, int tista’ tuża l-ilsien nattiv tiegħek jew lingwa li indikajt li taf titkellem biha.

Jekk ikun possibbli, it-traduzzjoni tad-deċiżjoni finali li ttemm il-proċedimenti tingħadda lilek fuq talba tiegħek. Sa fejn ikun hemm bżonn għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek fil-proċedimenti, traduzzjoni ta’ dokumenti oħra tista’ tiġi pprovduta lilek ukoll fuq talba motivata tiegħek.

Kif tiżgura l-awtorità li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum(a) (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)?

L-awtoritajiet għandhom obbligu li jinformaw lill-vittmi b’mod komprensibbli, filwaqt li jqisu l-età, il-maturità intellettwali u tar-rieda, il-litteriżmu u s-saħħa tagħhom, inkluż l-istat psikoloġiku tagħhom. Jekk possibbli, intervisti ta’ tfal u ta’ persuni b'diżabilitajiet iridu jitwettqu minn persuna mħarrġa b’mod speċjali biex tagħmel dan.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

L-appoġġ għall-vittmi hu pprovdut minn diversi gruppi ta’ entitajiet. Dawn jinkludu ċ-ċentri tal-istat tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni, kif ukoll entitajiet privati akkreditati mill-Ministeru tal-Ġustizzja biex jipprovdu informazzjoni legali u/jew programmi ta’ restawr, u entitajiet awtorizzati mill-Att dwar is-Servizzi Soċjali biex jipprovdu servizzi psikoloġiċi u ta’ konsulenza soċjali. L-assistenza legali lill-vittmi hi pprovduta minn ċerti avukati. Dawn l-entitajiet huma inklużi fir-reġistru ta’ fornituri ta’ assistenza għall-vittmi, li jinżamm mill-Ministeru tal-Ġustizzja u li hu aċċessibbli minn fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Iva, int awtomatikament tiġi informat(a) dwar l-appoġġ għall-vittmi matul l-ewwel kuntatt li tagħmel mal-pulizija. Int tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet li jipprovdu l-assistenza.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

B’mod ġenerali, l-awtorità ta’ infurzar tal-liġi mhumiex awtorizzati jippubblikaw informazzjoni li mhijiex relatata b’mod dirett mal-attività kriminali. Fi proċedimenti ta’ qabel il-proċess, kwalunkwe informazzjoni li tista’ twassal biex tinkixef l-identità tiegħek ma tistax tiġi żvelata. Tingħata protezzjoni speċjali lill-privatezza tal-persuni ta’ anqas minn 18-il sena. Jekk titlob hekk, l-informazzjoni dwar il-ħajja privata tiegħek (l-indirizz tar-residenza u tal-konsenja tiegħek, il-post tax-xogħol jew in-negozju tiegħek, u s-sitwazzjoni personali, tal-familja u tal-proprjetà tiegħek) tinżamm b’tali mod li tkun tista’ tiġi aċċessata biss mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi, mill-uffiċjali tal-pulizija u mill-uffiċjali tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni involuti fil-każ. Din tista’ tkun aċċessibbli biss jekk ikun hemm bżonn biex jinkiseb l-iskop tal-proċedimenti kriminali jew għall-persuna li kontriha jinfetħu l-proċedimenti kriminali biex jiġi eżerċitat id-dritt tagħha għad-difiża.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Le, l-assistenza professjonali hi disponibbli qabel ma jibdew il-proċedimenti kriminali. Anki qabel ma jiġi rapportat ir-reat, int tista’ tirċievi assistenza professjonali jekk din tkun neċessarja u meħtieġa malajr.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Hemm numru ta’ għażliet għall-protezzjoni tal-vittmi.

Il-pulizija tista’ tipprovdilek “protezzjoni fuq terminu qasir” jekk ikun probabbli li int tkun f’riskju ta’ ħsara fiżika jew f’riskju serju ieħor. Protezzjoni bħal din tista’ tinkludi protezzjoni fiżika, bidla fir-residenza tiegħek jew attivitajiet konsultattivi u preventivi. Il-pulizija tista’ tordna wkoll lill-persuna akkużata biex titlaq mid-dar li int tgħix fiha u mill-viċinanzi tagħha għal perjodu ta’ 10 ijiem jekk ikun hemm riskju ta’ attakk kontra l-ħajja jew is-saħħa tiegħek.

Jekk is-sikurezza tal-vittma tinsab f’riskju, l-uffiċjal tal-pulizija jieħu azzjonijiet jew miżuri biex jiżgura s-sikurezza tal-vittma. L-uffiċjali tas-Servizz tal-Ħabs, l-uffiċjali tal-pulizija militari u l-uffiċjali tal-pulizija muniċipali għandhom l-istess obbligu.

F’sitwazzjonijiet aktar serji, taħt ċerti kundizzjonijiet tkun eliġibbli għal protezzjoni speċjali li tiġi pprovduta lil xhieda u lil persuni oħra li aktarx li jkunu f’riskju ta’ ħsara fiżika jew f’riskju serju ieħor b'rabta mal-proċedimenti kriminali. Protezzjoni bħal din tinkludi protezzjoni personali, bidla tar-residenza u assistenza fl-inklużjoni soċjali f’ambjent ġdid, ħabi tal-identità vera, eċċ. Din hi miżura serja ħafna, li għandha tintuża biss meta jkun hemm bżonnha.

Il-protezzjoni pprovduta mill-qrati jew mill-prosekuturi pubbliċi tieħu l-forma ta’ miżuri ta’ prekawzjoni użati fil-proċedimenti kriminali, pereżempju li jipprojbixxu lill-persuna akkużata milli tikkuntattja lill-vittma jew tidħol fid-dar komuni fejn tgħix il-vittma. Miżuri ta’ prekawzjoni simili jistgħu jittieħdu minn qorti fi proċedimenti ċivili wkoll. Jekk il-protezzjoni tiegħek, bħala vittma jew parti li ġarrbet id-danni, teħtieġ it-teħid tal-persuna akkużata f’kustodja, din tista’ tittieħed f’kustodja jekk ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jemmen li l-persuna akkużata se tirrepeti r-reat, tlesti r-reat jew twettaq reat li kienet qed tipprepara jew thedded li twettaq.

Barra minn hekk, għandek id-dritt li titlob li jittieħdu passi fil-proċedimenti kriminali għall-prevenzjoni tal-kuntatt tiegħek mal-allegat trasgressur.

Fuq talba tiegħek, int għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-ħelsien jew il-ħarba tal-persuna akkużata mill-kustodja, mill-ħabs jew minn ċentru ta’ detenzjoni tas-sigurtà, u informazzjoni simili oħra.

Jekk int xhud, tista’ tixhed bl-identità tiegħek moħbija taħt ċerti kundizzjonijiet.

Korp ġudizzjarju jista’ joħroġ ordni ta’ protezzjoni Ewropea wkoll għall-protezzjoni tiegħek.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Il-protezzjoni hi offruta mill-awtoritajiet imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari mill-pulizija u mill-qrati permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Is-sitwazzjoni dejjem tiġi vvalutata mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi. Jekk isibu xi periklu, dawn jieħdu l-passi neċessarji.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

L-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi dejjem iridu jaġixxu b’tali mod li jipprevjenu dannu ulterjuri għall-vittma bħala riżultat tat-trasgressjoni jew ta’ ħsara sekondarja.

Jekk awtorità ta’ infurzar tal-liġi tikser id-drittijiet tiegħek jew int ma rnexxilekx teżerċitahom bis-sħiħ, int għandek id-dritt li tfittex rimedju. Fuq kollox, int għandek id-dritt li tapplika għal rieżami tal-kondotta tal-awtorità tal-pulizija jew li tfittex kumpens għad-danni jew sodisfazzjon raġonevoli għal ħsara mhux pekunarja kkawżata minn awtorità pubblika fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Vittmi partikolarment vulnerabbli jinkludu tfal, l-anzjani jew persuni b'diżabilitajiet u vittmi ta’ ċerti reati bħat-traffikar tal-bnedmin, attakki terroristiċi, reati sesswali kontra d-dinjità umana, jew ċerti reati vjolenti. Naturalment, il-vittmi partikolarment vulnerabbli jistgħu jisfruttaw il-possibbiltajiet kollha ta’ protezzjoni msemmija hawn fuq, u spiss ikun il-każ li l-awtorità kompetenti, fil-prinċipju, tkun obbligata taċċetta l-applikazzjoni ta’ vittma partikolarment vulnerabbli. Ġeneralment, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet ta’ vittmi partikolarment vulnerabbli jkun usa’; madankollu, dan ma japplikax b’mod dirett għall-protezzjoni tal-vittmi, li jiddependi aktar minn jekk il-vittma tinsabx f’riskju li ġġarrab ħsara fiżika jew f’riskju serju ieħor.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Iva, bħala minorenni (persuna ta’ anqas minn 18-il sena), int vittma partikolarment vulnerabbli u int intitolat(a) għal drittijiet speċjali. Dawn jinkludu d-dritt għal assistenza legali mingħajr ħlas fil-proċedimenti kriminali, id-dritt li jkollok intervisti li jsiru b’mod partikolarment sensittiv minn persuna mħarrġa, limitu fuq intervisti ripetuti jew id-dritt ta’ prevenzjoni ta’ kuntatt viżiv immedjat mat-trasgressur, kif ukoll limitu fuq l-eżenzjonijiet minn ċerti drittijiet oħra li jappartjenu għall-vittmi kollha.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk int iġġarrab ħsara minħabba l-mewt ta’ membru tal-familja bħala riżultat ta’ reat, int titqies li int vittma int stess, u jkollok id-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ vittma.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

F’dan il-każ, int ma titqiesx vittma. Madankollu, int tista’ ssir il-persuna tal-fiduċja ta’ vittma jekk il-vittma tagħżlek bħala tali. Il-vittma għandha d-dritt li tkun akkumpanjata minn persuna tal-fiduċja matul il-proċedimenti kriminali u meta tagħti spjegazzjoni. Persuna tal-fiduċja tista’ tiġi eskluża biss f’każijiet eċċezzjonali.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Iva. Is-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni, li hu wieħed mill-fornituri ta’ assistenza għall-vittmi, jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni. Il-medjazzjoni hi mingħajr ħlas u bbażata fuq il-kunsens taż-żewġ partijiet, jiġifieri l-vittma u t-trasgressur. Il-medjazzjoni ssir minn espert ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti li jżomm approċċ amikevoli u bbilanċjat maż-żewġ partijiet u jgħin biex tinstab soluzzjoni. Is-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni hu unità organizzazzjonali tal-Istat li l-missjoni tiegħu hi, fost l-oħrajn, li jservi ta’ medjatur għal soluzzjoni effettiva u soċjalment ta’ benefiċċju għal kunflitti relatati ma’ reati, u li, b’hekk, tista’ tiżgura s-sigurtà tal-vittma matul in-negozjati tal-medjazzjoni.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma drittijieti?

Id-dispożizzjonijiet ewlenin huma dawk tal-Att Nru 45/2013 dwar il-vittmi ta’ reati. Il-Ġabra ta’ Liġijiet tista’ tiġi kkonsultata fil-jiem tax-xogħol fi kwalunkwe awtorità muniċipali u reġjonali (inkluż fis-City Hall ta’ Praga). Bħal leġiżlazzjoni oħra, din il-liġi hi disponibbli onlajn ukoll, pereżempju Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Portal tal-Amministrazzjoni Pubblika jew fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Intern


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Tista’ tippreżenta kwerela ma’ kwalunkwe korp tal-pulizija jew prosekutur pubbliku bil-miktub, verbalment f’rapport jew b’mod elettroniku. Fil-kwerela, int għandek turi dik li int temmen li tikkostitwixxi evidenza li seħħ ir-reat kriminali.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Jekk titlob hekk fil-kwerela, l-awtorità kompetenti trid tinformak bil-miżuri meħuda fi żmien xahar minn meta tiġi ppreżentata l-kwerela. Bħala vittma, fil-prinċipju, int il-parti li ġarrbet il-ħsara u, bħala tali, għandek id-dritt li tikkonsulta l-fajl. Tista’ tapplika wkoll għal informazzjoni dwar l-istatus tal-proċedimenti. Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta lilek mill-awtorità kompetenti; dan ma japplikax jekk it-tali informazzjoni tista’ tkun ta’ ħsara għall-fini tal-proċedimenti kriminali.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Iva. Int tista’ tirċievi assistenza legali anki qabel ma jinbdew il-proċedimenti kriminali u int tista’ tirċiviha matul il-proċedimenti kif ukoll wara li jintemmu. L-assistenza legali hi pprovduta minn avukati. Vittmi partikolarment vulnerabbli jistgħu jirċievu assistenza legali fi proċedimenti kriminali mingħajr ħlas. Barra minn hekk, din tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas jew bi prezz imnaqqas lil vittma li tkun ġarrbet ħsara serja minħabba reat kriminali intenzjonat, jew lis-superstitu ta’ vittma li tkun mietet minħabba reat kriminali; dawn il-persuni jridu juru li m’għandhomx biżżejjed fondi. Vittmi oħra għandhom id-dritt għal assistenza legali bi ħlas.

Nista’ nagħmel talba għall-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Jekk inti l-parti li ġarrbet il-ħsara fil-proċedimenti kriminali u titlob kumpens għad-danni jew għal ħsara mhux pekunarja jew ir-restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu, u din it-talba tingħatalek tal-anqas b’mod parzjali, il-persuna kkundannata tkun obbligata tikkumpensak għall-ispejjeż neċessarji għall-eżekuzzjoni raġonevoli ta’ din it-talba fil-proċedimenti. Jekk tippreżenta mozzjoni għat-tali kumpens, il-qorti xorta waħda tista’ tagħtihulek anki jekk it-talba tiegħek ma tintlaqax.

Jekk int xhud, int intitolat(a) għal tariffa tax-xhieda. Int trid titlob rifużjoni ta’ din it-tariffa fi żmien 3 ijiem mill-intervista.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Tista’ topponi għal dan billi tippreżenta lment. L-ilment hu mezz ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-pulizija u ċerti deċiżjonijiet tal-prosekutur pubbliku fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess, li jieħdu l-forma ta’ riżoluzzjoni. B’dan il-mod, int, bħala l-parti li ġarrbet ħsara, tista’ topponi pereżempju għar-riżoluzzjoni li titwaqqa’ l-kawża u r-riżoluzzjoni għat-terminazzjoni tal-prosekuzzjoni.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Iva. Int (bħala l-parti li ġarrbet ħsara) tiġi informat(a) mill-qorti dwar meta ser isiru l-proċedimenti ewlenin.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nitqies jew nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

L-ordinament ġuridiku Ċek jagħmel distinzjoni bejn it-terminu “vittma” u t-terminu “parti li ġġarrab il-ħsara”. Parti li ġarrbet il-ħsara hi waħda mill-partijiet għall-proċedimenti kriminali. Fil-prinċipju, it-terminu jkopri l-vittmi kollha, ħlief dawk li huma vittmi minħabba relazzjoni tal-familja ma’ persuna li mietet minħabba reat.

Għaldaqstant, fis-sistema ġudizzjarja Ċeka int tkun il-vittma u l-parti li ġarrbet il-ħsara (u b’hekk, il-parti għall-proċedimenti kriminali; dan ma japplikax fil-każ imsemmi aktar ’il fuq) – bħala vittma, int tista’ titlob kumpens għad-danni, għal ħsara mhux pekunarja jew għal arrikkiment indebitu. Fil-prinċipju, int tkun xhud ukoll. Kawżi legali privati ma jeżistux skont l-ordinament ġuridiku Ċek; għaldaqstant, ma tistax tkun prosekutur privat.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Id-drittijiet tal-vittmi huma regolati primarjament mill-Att dwar il-Vittmi ta’ Reati u huma deskritti fi tweġibiet oħra.

Il-parti li ġarrbet il-ħsara jkollha numru ta’ drittijiet skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru 141/1961, Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, inkluża l-possibbiltà li jintalab kumpens għad-danni u għal ħsara mhux pekunarja kkawżati minn reat jew ir-restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu, jew il-possibbiltà li jsir appell kontra l-parti operattiva tad-deċiżjoni dwar il-kumpens għad-danni, għall-ħsara, jew restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu. Il-parti li ġarrbet il-ħsara għandha wkoll id-dritt li tippreżenta mozzjonijiet għal evidenza addizzjonali, tikkonsulta l-fajls, tattendi għall-proċess, tattendi għas-seduta pubblika dwar l-appelli, tesprimi l-opinjoni tagħha dwar il-kawża qabel ma jintemmu l-proċedimenti, tieħu sehem fin-negozjar tal-ftehim dwar il-ħtija u l-piena u tattendi s-seduta pubblika dwar l-approvazzjoni tagħha, id-dritt li tkun rappreżentata minn rappreżentant u d-dritt li tippreżenta appelli u rikorsi f’kawżi speċifiċi.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Iva, tista’ tagħmel dikjarazzjoni dwar l-impatt tar-reat fuq ħajtek fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, kemm b’mod verbali kif ukoll bil-miktub. Bħala vittma, jiġifieri bħala waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, int tista’ tfittex, tippreżenta u tipproponi evidenza.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Fuq talba tiegħek, int tirċievi informazzjoni:

  • li l-proċedimenti kriminali ma nfetħux;
  • dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • dwar il-klassifikazzjoni tal-att li bih hi akkużata l-persuna;
  • il-ħin u l-post tas-seduta pubblika tal-kawża quddiem il-qorti;

u tingħata wkoll id-deċiżjoni finali li ttemm il-proċedimenti.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Iva, bħala l-parti li ġġarrab il-ħsara, int għandek id-dritt li tikkonsulta l-fajl. Madankollu, għal raġunijiet serji, dan id-dritt jista’ jinċaħadlek mill-prosekutur pubbliku jew mill-awtorità tal-pulizija fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Iva, iżda bħala vittma, int tista’ tappella biss kontra l-parti operattiva tas-sentenza dwar il-kumpens għad-danni, għal ħsara mhux pekunarja jew restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Ara tweġibiet oħra.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

L-appoġġ (assistenza professjonali) jista’ jiġi pprovdut anki wara li jintemmu l-proċedimenti ġudizzjarji sakemm ikun meħtieġ skont l-iskop tiegħu. Protezzjoni speċjali (imsemmija aktar ’il fuq) spiss tista’ tfisser bidla dejjiema fil-mod tal-għajxien u, għalhekk, skont in-natura tagħha stess, tiġi pprovduta saħansitra wara li jintemmu l-proċedimenti kriminali.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

Fuq talba tiegħek, int tingħata d-deċiżjoni finali, li jkun fiha informazzjoni dwar il-piena u l-forma tagħha. Jekk int titlob id-danni jew kumpens għal ħsara mhux pekunarja jew għal arrikkiment indebitu, is-sentenza dejjem tiġi notifikata lilek.

Barra minn hekk, ħabs jew istituzzjoni li tipprovdi detenzjoni tas-sigurtà jew trattament protettiv, fuq talba tiegħek, tagħtik xi informazzjoni addizzjonali, speċjalment dwar:

  • l-illiberar jew il-ħarba tal-persuna kundannata mill-ħabs, mid-detenzjoni tas-sigurtà jew minn trattament protettiv;
  • sospensjoni tal-priġunerija;
  • estradizzjoni tal-persuna kundannata fi stat barrani jew it-trasferiment tagħha fi Stat Membru tal-UE.

Jekk il-persuna akkużata nħelset jew ħarbet u int tinsab fil-periklu minħabba li int xhud, l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jinformaw lill-pulizija minnufih, li tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura s-sikurezza tiegħek u tinformak.

Se niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż libertà kmieni jew libertà kondizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Iva, ara aktar ’il fuq.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar l-illiberar jew il-parole? Pereżempju, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nippreżenta appell?

Fi kwalunkwe waqt matul il-proċedimenti kriminali, int ikollok id-dritt li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-impatt tar-reat fuq ħajtek s’issa.

Madankollu, m’intix intitolat(a) li tappella kontra deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali jew imġiba tajba ta’ persuna b’kundanna kondizzjonali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Vittma tista’ titlob kumpens għad-danni mingħand it-trasgressur permezz ta’ proċedimenti ċivili; il-vittma tista’ tgħaqqad ukoll it-talba għal kumpens għad-danni mal-prosekuzzjoni kriminali tat-trasgressur (“proċedimenti ta’ adeżjoni”).

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni d-danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Jekk it-trasgressur b’mod intenzjonat ma jissodisfax l-obbligu li jipprovdi kumpens għad-danni impost mill-qorti, il-persuna li tagħmel talba (il-vittma) ikollha d-dritt li tapplika quddiem il-qorti għal infurzar tal-obbligu. Liġi, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018, tintitola wkoll lill-vittmi ta’ reati biex jitolbu li d-dritt tagħhom għal kumpens għad-danni jiġi ssodisfat mill-istat mill-fondi li jkun irkupra mingħand it-trasgressur bħala sanzjonijiet tal-proprjetà.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Ir-Repubblika Ċeka ma tħallasx bil-quddiem għal kwalunkwe eżekuzzjoni li tirriżulta mill-obbligu tat-trasgressur li jipprovdi kumpens għad-danni kkawżati mir-reat. L-ordinament ġuridiku Ċek jissepara b’mod strett id-dritt tal-vittma għal kumpens għad-danni kkawżati mit-trasgressur, li hu meqjus bħala responsabbiltà għal delitt, u għal assistenza finanzjarja f’konformità mal-Att Nru 45/2013, dwar il-vittmi ta’ reati, li sservi bħala benefiċċju fi flus mill-istat ipprovdut għall-mitigazzjoni tal-impatt soċjali tal-vittimizzazzjoni.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Kif iddikjarat aktar ’il fuq, l-istat ma jħallasx għad-danni fis-sens strett tal-kelma (ma jinterferixxix mal-obbligi tal-proprjetà tat-trasgressur, ma jassumihomx), iżda joffri assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ reati. F’konformità mal-Att Nru 45/2013, dwar il-vittmi ta’ reati, l-assistenza finanzjarja tista’ titħallas lil vittmi li jkunu ġarrbu ħsara minima statutorja għas-saħħa bħala konsegwenza ta’ reat, lil vittmi ta’ reati sesswali kontra d-dinjità umana, lil tfal torturati u lil superstiti (minn grupp definit bil-liġi) ta’ dawk li mietu bħala konsegwenza ta’ reat. L-assistenza spiss tingħata f’ammonti li jvarjaw minn CZK 10 000 (madwar EUR 370) sa CZK 200 000 (madwar EUR 7 400) u hi kkalkolata jew bħala rata fissa statutorja jew tikkorrispondi għall-ammont ta’ qligħ mitluf muri bil-provi u l-ispejjeż tat-trattament jew, fejn xieraq, il-kostijiet ta’ terapija speċjalizzata użata biex tittaffa l-ħsara mhux pekunarja mġarrba. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jiddeċiedi dwar ir-rikorsi għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja, li jridu jiġu ppreżentati fi żmien sentejn mid-data li fiha l-vittma saret taf bil-ħsara kkawżata mir-reat u mhux aktar tard minn 5 snin mid-data tar-reat.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Il-kumpens għall-ħsara kkawżata minn trasgressur (jiġifieri r-responsabbiltà għal delitt) ma jistax jintalab jekk it-trasgressur ma jkunx ġie kkundannat sempliċiment għaliex mhuwiex magħruf, jiġifieri m’hemm ebda persuna responsabbli, jew ir-responsabbiltà tiegħu qatt ma ġiet ipprovata, jew it-trasgressur ma jġorrx responsabbiltà kriminali għal għemilu, jiġifieri l-persuna akkużata ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-atti li hi ma wettqitx, li ma kellhomx in-natura ta’ reat jew li għalihom mhix responsabbli l-persuna akkużata. Madankollu, għall-kuntrarju, persuna tista’ ssir intitolata għal assistenza finanzjarja mill-istat (ara aktar ’il fuq) anki qabel ma jiġi kkundannat it-trasgressur; il-vittma tkun intitolata għal din jekk it-trasgressur ma jkunx magħruf jew jekk dan ma jkunx iġorr responsabbiltà kriminali għal għemilu, dment li ma jkunx hemm dubju li l-vittma ġarrbet il-ħsara mill-atti li għandhom in-natura ta’ reat (jew li l-qarib tal-vittma jkun miet bħala riżultat ta’ dan).

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

L-Att Nru 45/2013, dwar il-vittmi ta’ reati, ma jippermettix lill-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi avvanzi għal assistenza finanzjarja li d-deċiżjoni dwarha tkun għadha pendenti; il-ħtiġijiet urġenti tal-ħajja tal-vittmi jiġu indirizzati b’mod ieħor, mis-sistema ta’ kura jew ta’ appoġġ soċjali tal-istat.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

L-entitajiet li int tista’ tikkuntattja huma speċifikati fir-Reġistru ta’ Fornituri tal-Assistenza lil Vittmi ta’ Reati. Ir-Reġistru hu disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Intern fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.justice.cz/Justice2/MS/ms.aspx?o=23&j=33&k=6115&d=330753.

Ir-Reġistru għandu 4 taqsimiet li fihom informazzjoni dwar it-tipi kollha ta’ fornituri ta’ assistenza għall-vittmi, jiġifieri:

  1. fornituri ta’ servizzi soċjali;
  2. fornituri akkreditati ta’ informazzjoni legali jew ta’ programmi restorattivi;
  3. avukati; u
  4. ċentri tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni.

Ir-Reġistru fih informazzjoni relattivament dettaljata dwar il-fornituri tal-assistenza għal vittmi ta’ reati u jippermetti t-tiftix ta’ dawn il-fornituri b’isimhom u skont id-distrett, kif ukoll tiftixa avvanzata bl-użu ta’ kriterji oħra.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

(+420) 116 006 (Helpline għall-Vittmi – linja universali użata wkoll fi Stat Membri oħra tal-UE)

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Sa fejn stipulat, l-assistenza mill-esperti hi pprovduta mingħajr ħlas lil vittmi partikolarment vulnerabbli li jeħtiġuha. Vittmi bħal dawn jirċievu l-assistenza legali mingħajr ħlas sa fejn stipulat ukoll. Vittmi oħra mhumiex intitolati għal assistenza professjonali mingħajr ħlas, iżda t-tali assistenza tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas bid-diskrezzjoni tal-fornitur. Madankollu, l-assistenza pprovduta mis-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni dejjem tkun mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-istat?

Is-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni, li hu awtorità tal-istat, jipprovdi lill-vittmi b’informazzjoni legali, b’appoġġ psikoloġiku, u joffri programmi restorattivi, bħal medjazzjoni, li jistgħu jgħinu biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni tiegħek permezz ta’ negozjati informali barra mill-qorti mat-trasgressur. Hemm 74 ċentru tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni; dawn huma mifruxa fil-bnadi kollha tar-Repubblika Ċeka u jipprovdu s-servizzi tagħhom mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Skont in-natura tagħhom, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-individwi jipprovdu informazzjoni legali, konsulenza psikoloġika u soċjali, assistenza legali, jew programmi restorattivi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Estonja


Inti titqies vittma ta' reat (parti li ġarrbet il-ħsara) jekk iġġarrab xi dannu dirett fiżiku, materjali u morali b’riżultat ta’ att illegali, pereżempju tkun korrejt jew il-proprjetà tiegħek tkun ikkawżatila ħsara jew ġiet misruqa, eċċ. bħala riżultat ta' inċident li jikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali. Bħala vittma ta' reat, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet qabel, waqt u wara l-proċedimenti tal-qorti (proċess).

Il-proċedimenti kriminali fl-Estonja jibdew bi proċedimenti ta’ qabel il-proċess, li ġeneralment huma mwettqa mill-pulizija u l-prosekutur u matulhom tinġabar l-evidenza dwar ir-reat imwettaq u t-trasgressur allegat. Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza, il-każ jgħaddi għal proċess. Il-proċess jispiċċa bil-qorti jew tikkundanna jew tillibera l-akkużat. Fil-każ ta' kundanna, il-qorti tirregola wkoll dwar l-azzjoni ċivili mressqa quddiem il-qorti, iżda f'każ ta' liberazzjoni l-azzjoni tkun imwarrba. F’dan il-każ huwa possibbli li jiġi mitlub kumpens fi proċedimenti ċivili. Il-qorti tista' tiddeċiedi li tissodisfa b'mod sħiħ jew parzjalment l-azzjoni ċivili, mhux tissodisfa l-azzjoni jew twarraba. Jekk ma taqbilx mas-sentenza, tista' tappella l-kawża lil qorti iktar għolja.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Meta tikkuntattja lill-awtorità, int tirċievi informazzjoni dwar:

  • kif tirrapporta r-reat; u
  • kwalunkwe servizz ta’ appoġġ għall-vittmi li hu disponibbli mingħajr ma jiġi rapportat ir-reat.

Hemm ukoll gwida disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Pulizija u tal-Gwardja tal-Fruntiera.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Id-drittijiet tiegħek jiġu protetti indipendentement mill-pajjiż tal-UE fejn sfajt vittma tar-reat. Int tista’ tirrapporta r-reat u, jekk ikun hemm bżonn, tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi kemm fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat kif ukoll fil-pajjiż fejn tgħix.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Meta tirrapporta reat, int tkun intitolat(a) li tirċievi l-informazzjoni li ġejja:

  • fuq talba tiegħek, konferma bil-miktub li int irrapportajt reat;
  • notifika, fi żmien għaxart ijiem, dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ jew ta’ nuqqas ta’ ftuħ ta’ proċedimenti kriminali;
  • jekk jinfetħu proċedimenti kriminali, int tiġi interrogat(a) bħala vittma u tiġi mistoqsi(ja) jekk tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar l-arrest u l-ħelsien tal-persuna suspettata, u dwar il-ħin u l-post tal-proċess; minbarra dan,
  • meta titlesta l-investigazzjoni preliminari tal-każ, il-prosekutur pubbliku jinnotifikak li int intitolat(a) teżamina l-kontenut tal-fajl kriminali.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Kull min ma jifhimx jew ma jitkellimx bl-Estonjan hu intitolat għal interpretazzjoni matul il-proċedimenti. Int intitolat(a) biex, fuq talba, tirċievi traduzzjoni ta’ kwalunkwe test li jkun essenzjali għall-fehim tad-deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-proċedimenti kriminali jew tas-sentenza tal-qorti jew għall-iżgurar tal-ġustizzja tal-proċedimenti.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li jien nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

L-awtoritajiet iridu jaraw li int tifhem dak li jiġi spjegat lilek u li int tiġi mifhum(a). Għal dan l-għan, ikun hemm skedi ta’ informazzjoni f’lingwa li tinftiehem faċilment u speċjalisti mħarrġa disponibbli fl-għassa tal-pulizija jew fl-uffiċċju tal-prosekutur. Int dejjem tkun intitolat(a) għal interpretu tal-lingwa tas-sinjali.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi huma pprovduti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Jekk int vittma ta’ vjolenza fuq in-nisa, int tista’ tirrikorri wkoll għaċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċentri ta’ rifuġju għan-nisa għall-għajnuna.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Il-pulizija tinformak dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi u tirreferik għal assistent tal-vittmi jekk ikun hemm bżonn. Ħafna għases tal-pulizija jkollhom assistent tal-vittmi preżenti f’kull ħin.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

L-informazzjoni kollha li tinġabar matul il-proċedimenti kriminali hi kunfidenzjali u ma tinqasamx mal-pubbliku qabel il-proċess pubbliku. Il-qorti tista’ tiddikjara wkoll li l-proċess tiegħek isir in camera, f’liema każ lanqas l-informazzjoni diskussa matul il-proċess ma tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Le, kulħadd għandu aċċess għall-appoġġ ġenerali għall-vittmi, kemm jekk jirrapportaw reat kif ukoll jekk le. Madankollu, hemm servizzi speċifiċi ta’ appoġġ għall-vittmi, bħall-kumpens għall-vittmi ta’ vjolenza jew benefiċċji għall-appoġġ psikoloġiku, li tkun tista’ taċċessa biss wara li tirrapporta reat.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Tista’ titlob lill-prosekutur biex jitlob lill-qorti toħroġ ordni temporanja ta’ restrizzjoni kontra l-persuna suspettata. Ordni temporanja ta’ restrizzjoni tordna lill-persuna suspettata biex ma tersaqx lejn il-postijiet speċifikati mill-qorti u ma tavviċinax lill-persuni speċifikati mill-qorti u lanqas ma tikkomunika mat-tali persuni.

Int tista’ tkun protett(a) b’miżuri ta’ protezzjoni għax-xhieda applikati mill-pulizija fuq it-talba tal-uffiċċju tal-prosekutur.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Jekk tinsab fil-periklu, ikkuntattja lill-pulizija u din tiżgura s-sikurezza tiegħek.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar dannu mit-trasgressur?

Il-pulizija trid tivvaluta kull każ, filwaqt li tiżgura l-prevenzjoni ta’ kwalunkwe dannu.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

L-awtoritajiet kollha li jmexxu l-proċedimenti dejjem huma meħtieġa jikkunsidraw l-interessi tiegħek u ma jħallukx iġġarrab vittimizzazzjoni sekondarja matul il-proċedimenti kriminali.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Jekk int vittma ta’ reat serju, tista’ tingħata l-permess li ma jsirulekx mistoqsijiet fil-qorti; inkella, jista’ jkun awtorizzat telesmigħ jew tista’ tintuża partition biex tibqa’ moħbi(ja) mill-persuna akkużata matul l-interrogazzjoni tiegħek fil-qorti.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

L-awtorità li tmexxi l-proċedimenti tista’ tinvolvi uffiċjal ta’ protezzjoni tat-tfal, assistent soċjali jew psikologu fl-interrogazzjoni ta’ vittma li tkun minorenni. Dan hu obbligatorju f’każijiet serji jekk il-persuna li tmexxi l-proċedimenti ma tkunx irċeviet taħriġ xieraq.

Jekk int vittma minorenni u l-interessi tiegħek jinsabu f’kunflitt ma’ dawk tar-rappreżentant legali tiegħek jew tal-ġenituri tiegħek, l-awtorità li tmexxi l-proċedimenti tista’ taħtar avukat għalik mingħajr ħlas bħala għajnuna legali.

Minorenni b’disturbi mentali u t-tfal kollha taħt l-10 snin, jew tfal taħt l-14-il sena f’każijiet ta’ vjolenza domestika jew sesswali, ma jiġux interrogati fil-qorti. Minflok, l-intervista tal-pulizija mal-minorenni tiġi rreġistrata fuq vidjo u tista’ tintuża bħala evidenza fil-qorti.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-membru tal-familja tiegħek miet minħabba r-reat, int ikollok id-drittijiet kollha ta’ vittma matul il-proċedimenti.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-membru tal-familja tiegħek kien vittma ta’ reat, int tkun intitolat(a) li tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma b’mod simili għall-vittma jekk ikun hemm bżonn.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Bil-kunsens tiegħek u dak tal-persuna suspettata, l-uffiċċju tal-prosekutur jista’ jiddeċiedi li jtemm il-proċedimenti kriminali b’konċiljazzjoni (medjazzjoni). Is-servizz ta’ konċiljazzjoni jiġi pprovdut minn assistent ta’ appoġġ għall-vittmi.

Int ikollok id-dritt li fi kwalunkwe ħin ma tibqax parteċipi fil-proċedura ta’ konċiljazzjoni.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma drittijieti?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Appoġġ għall-Vittmi


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Kif nirrapporta reat?

Tista’ tirrapporta reat billi ċċempel fuq in-numru ta’ emerġenza tal-pulizija 112 (jekk ikollok bżonn ukoll l-assistenza tal-pulizija b’urġenza), filwaqt li tissottometti rapport bil-miktub fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi tibgħat ittra elettronika b’rapport lill-prefettura xierqa tal-pulizija. Aktar informazzjoni dwar kif tirrapporta reat hi disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Wara li tirrapporta reat, int tiġi kkuntattjat(a) u informat(a) dwar kwalunkwe proċedura ulterjuri (eż. tintalab tixhed, tipprovdi informazzjoni dwar xhieda possibbli, tgħin fil-kumpilazzjoni, eċċ.). Jekk ikun hemm bżonn, int tirċievi wkoll informazzjoni dwar appoġġ possibbli għall-vittmi u dwar miżuri oħra ta’ protezzjoni.

Wara l-interrogazzjoni tiegħek, niżżel in-numru tal-kwistjoni kriminali u tal-investigatur responsabbli għall-kawża. Dan jagħmilhielek eħfef biex titlob informazzjoni mingħand il-pulizija aktar tard.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int għandek id-dritt għal avukat preżenti matul il-proċedimenti. Jekk ma għandekx il-mezzi biex tqabbad wieħed, int tista’ titlob lill-qorti għal għajnuna legali mill-istat.

Il-vittmi kollha li jkunu minorenni b’interessi li jkunu f’kunflitt ma’ dawk tar-rappreżentanti legali tagħhom ikunu intitolati għal għajnuna legali mill-istat mingħajr ħlas.

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi u x-xhieda jkunu intitolati għal kumpens għal spejjeż imġarrba jew għal introjtu mhux riċevut minħabba l-proċedimenti kriminali. Pereżempju, tista’ titlob lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew it-telf tal-qligħ imġarrbin biex tmur tixhed. Biex titlob l-ispejjeż, innotifika lill-awtorità li ħarrkitek u tirċievi struzzjonijiet dwar kif tippreżenta t-talba.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Meta jiġu mitmuma l-proċedimenti kriminali, minnufih tintbagħat lilek jew lir-rappreżentant tiegħek kopja tas-sentenza rilevanti. Bħala vittma, int tista’ titlob aċċess għall-fajl kriminali fi żmien 10 ijiem minn meta tirċievi s-sentenza li ttemm il-proċedimenti kriminali. Fi żmien dawk l-10 ijiem, int intitolat(a) ukoll titlob li l-uffiċċju tal-prosekutur jirrieżamina s-sentenza.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Bħala vittma, int parti għall-proċess b’termini ugwali għall-partijiet l-oħra u int intitolat(a) li tkun involut(a) fil-proċess.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nitqies jew jien nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Jekk twettaq reat kontrik, int titqies bħala vittma fil-proċedimenti kriminali. Madankollu, int intitolat(a) ukoll tippreżenta kawża ċivili bħala parti mill-istess proċedimenti.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Taħt il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, vittma hi intitolata li:

  1. tikkontesta rifjut għat-tnedija jew terminazzjoni tal-proċedimenti kriminali;
  2. tippreżenta kawża ċivili permezz ta’ korp investigattiv jew tal-uffiċċju tal-prosekutur;
  3. tixhed jew tirrifjuta milli tixhed kontra persuni li tgħożż;
  4. tixhed;
  5. tippreżenta talbiet u kwereli;
  6. teżamina l-minuti tal-proċedimenti u tagħmel dikjarazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet, il-perkors, ir-riżultati u l-minuti tal-proċedimenti (id-dikjarazzjonijiet tiegħek jiġu reġistrati bil-miktub);
  7. teżamina l-kontenuti tal-fajl kriminali wara li titlesta l-investigazzjoni preliminari tal-kawża;
  8. tieħu sehem fis-seduta l-qorti;
  9. tagħti kunsens jew tirrifjuta milli tagħti kunsens għall-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ soluzzjoni u tagħti opinjoni dwar l-akkużi u l-piena, l-ammont tad-danni speċifikati fl-atti tal-akkuża u fil-kawża ċivili;
  10. tagħti kunsens għall-applikazzjoni ta’ ordni temporanja ta’ restrizzjoni u titlob l-applikazzjoni ta’ ordni ta’ restrizzjoni;
  11. titlob li tiġi interrogata minn persuna tal-istess sess fil-każ ta’ vjolenza sesswali, ta’ vjolenza sessista jew ta’ reat imwettaq f’relazzjoni mill-qrib, ħlief meta l-interrogazzjoni ssir minn prosekutur jew minn imħallef jew jekk tkun ta’ xkiel għall-perkors tal-proċedimenti.

Vittma hi meħtieġa:

  1. tidher meta tiġi mħarrka minn korp investigattiv, minn uffiċċju tal-prosekutur jew minn qorti;
  2. tieħu sehem fil-proċedimenti u ssegwi l-ordnijiet tal-korp investigattiv, tal-uffiċċju tal-prosekutur u tal-qorti.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int intitolat(a) tagħmel dikjarazzjonijiet u tesprimi l-opinjoni tiegħek matul il-proċess. Int għandek id-dritt li tixhed fil-qorti jekk il-prosekuzzjoni titlob biex int tiġi interrogat(a).

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Il-qorti tinformak dwar il-ħin u l-post tas-sessjonijiet tal-qorti u int tiġi informat(a) ukoll dwar is-sentenza tal-qorti, li tintbagħatlek bil-posta sakemm ma tkunx preżenti fiżikament fil-qorti meta tinqata’ s-sentenza.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Int intitolat(a) teżamina l-fajls tal-qorti fl-uffiċċju tal-prosekutur wara li titlesta l-investigazzjoni preliminari jew meta jiġu mitmuma l-proċedimenti kriminali. L-uffiċċju tal-prosekutur jinformak dwar dan id-dritt u jipprovdi struzzjonijiet dwar kif int tista’ teżamina l-fajls.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Bħala parti għall-proċess, int għandek id-dritt li tressaq appell kontra d-deċiżjoni quddiem qorti distrettwali fi żmien 30 jum minn meta tinqata’ s-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Int għandek id-dritt li tiġi notifikat(a) f’każ tar-rilaxx bikri tat-trasgressur kundannat mill-ħabs jekk int titlob li jsir hekk matul il-proċedimenti.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Il-proċess tal-proċedimenti kriminali ma jaffettwax kemm int iddum tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma. Int tista’ tkompli tirċievi servizzi ta’ appoġġ għall-vittma wara l-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali mingħajr ebda terminu perentorju speċifiku.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi sentenzjat?

Int tiġi informat(a) dwar is-sentenza tal-qorti, li tiddikjara t-tul tas-sentenza mogħtija lill-persuna suspettata. Int tiġi notifikat(a) ukoll f’każ tar-rilaxx bikri tat-trasgressur kundannat mill-ħabs jekk int titlob li jsir hekk.

Se niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż rilaxx kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Jekk int titlob hekk matul l-interrogazzjoni tiegħek, tiġi notifikat(a) jekk it-trasgressur kundannat jinħeles jew jaħrab mill-ħabs.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar rilaxx jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?

Int tista’ tintalab tagħti opinjoni matul il-proċedimenti ta’ rilaxx bikri, iżda ma tistax tappella kontra t-tali deċiżjonijiet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, kawża ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Int intitolat(a) tippreżenta kawża ċivili kontra l-persuna akkużata biex titlob id-danni bħala parti mill-proċedimenti kriminali. Int tista’ tippreżenta kawża ċivili fi żmien 10 ijiem wara li teżamina l-fajl kriminali. Tista’ titlob ukoll li l-uffiċċju tal-prosekutur jestendi din l-iskadenza.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Jekk it-trasgressur kundannat ma jħallasx l-ammont impost fuqu mis-sentenza tal-qorti, int intitolat(a) tikkuntattja uffiċjal ġudizzjarju, li jorganizza l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-istat iħallasni bil-quddiem? Taħt liema kundizzjonijiet?

Le, l-istat ma jħallasx għad-danni dovuti minn trasgressur kundannat.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Int tista’ tapplika għal kumpens mill-istat għat-tipi li ġejjin ta’ danni jekk int persuna li tiġi mill-viċin mill-persuna li mietet minħabba reat, jew jekk int vittma ta’ reat ta’ vjolenza, u ġarrabt disturb tas-saħħa li jdum tal-anqas erba’ xhur minħabba r-reat:

  1. ħsara li tirriżulta minħabba l-inkapaċità għax-xogħol jew kapaċità mnaqqsa għax-xogħol;
  2. spejjeż imġarrba minħabba l-ħsara kkawżata lis-saħħa tal-vittma;
  3. ħsara li tirriżulta mill-mewt tal-vittma;
  4. ħsara kkawżata f’nuċċalijiet, f’dentaturi, f’lenti ta’ kuntatt jew f’apparati oħra li jissostitwixxu funzjonijiet tal-ġisem jew fl-ilbies;
  5. l-ispejjeż tal-funeral tal-vittma.

Biex tkun eliġibbli għal kumpens, int trid tirrapporta r-reat lill-pulizija fi żmien 15-il jum minn meta jseħħ jew wara li jkollok l-opportunità li tirrapportah.

Ir-rikors għal kumpens irid jiġi ppreżentat lill-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali fi żmien tliet snin mit-twettiq tar-reat jew mid-data tal-mewt tal-vittma, sakemm:

  1. il-persuna dipendenti ma ssirx taf bil-mewt tal-vittma aktar minn sena wara l-mewt u r-rikors jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mid-data li fiha ssir taf bil-mewt tal-vittma;
  2. ir-rikorrent li jitlob kumpens ma jkunx ġarrab disturb tas-saħħa li jdum aktar minn sena u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rikors kienet impossibbli minħabba l-istat ta’ saħħtu, u r-rikors jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn meta jitjieb l-istat tas-saħħa tiegħu;
  3. il-bażi għall-applikazzjoni għal kumpens hi reat sesswali kontra minorenni u r-rikors jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin wara li l-vittma tkun saret adulta sakemm ir-raġuni għall-proċedimenti kriminali ma tkunx saret evidenti qabel ma saret adulta.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Int tista’ tapplika għal kumpens mill-istat għal vittmi ta’ reat jekk il-proċedimenti kriminali jonqsu milli jidentifikaw lill-persuna li wettqet ir-reat kontrik.

Jekk il-persuna akkużata bir-reat tinħeles mill-qorti iżda int temmen li l-persuna kkawżatlek il-ħsara, int tista’ tippreżenta kawża ċivili.

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kumpens lil vittma ta’ vjolenza tista’ tiġi posposta sakemm tinqata’ sentenza tal-qorti tal-kontea jekk:

  1. id-dritt tar-rikorrent li jirċievi kumpens mingħand il-persuna responsabbli għall-ħsara kkawżata mir-reat kriminali jkun inċert, jew
  2. ikun ovvju li l-persuna responsabbli għall-ħsara kkawżata mir-reat kriminali taqbel u tkun tista’ tikkumpensa għall-ħsara.

Jekk l-għoti tal-kumpens jiġi pospost, il-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali jista’ jagħmel ħlas bil-quddiem fuq il-bażi ta’ talba mingħand ir-rikorrent għal kumpens jekk ikun jidher ċar li r-rikorrent ikun eliġibbli għal kumpens u jkun f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jien vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

  1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dipartiment ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali
  2. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-ċentri ta’ appoġġ għan-nisa
  3. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord tal-Pulizija u l-Għassa tal-Fruntiera

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

  1. Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi: 6121360 jew 16106 (it-telefonati jitwieġbu Tne-Ġim 9.00-17.00).
  2. Hotline ta’ appoġġ għat-tfal: 16111 (għar-rapportar ta’ tfal li għandhom bżonn l-għajnuna; it-telefonati jittieħdu 24 siegħa kuljum).

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Iva, is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi huma mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-istat?

Is-servizzi tal-istat ta’ appoġġ għall-vittmi jkopru dawn li ġejjin:

  1. konsulenza għall-vittmi;
  2. l-għoti ta’ assistenza lill-vittmi fil-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-istat u tal-gvern lokali u mal-persuni ġuridiċi;
  3. l-iżgurar ta’ akkomodazzjoni sikura;
  4. l-iżgurar ta’ forniment tal-ikel;
  5. l-iżgurar ta’ aċċess għas-servizzi tas-saħħa neċessarji;
  6. l-għoti tal-assistenza materjali neċessarja;
  7. l-għoti tal-assistenza psikoloġika neċessarja;
  8. l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni neċessarji biex jingħataw servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi;
  9. il-forniment ta’ servizzi oħra neċessarji għar-riabilitazzjoni fiżika u psikosoċjali tal-vittmi.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Il-fornituri statali ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu jidderiġuk lejn organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-ċentri ta’ rifuġju għan-nisa


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Greċja


Inti titqies bħala vittma ta’ reat jekk tkun sofrejt dannu, pereż. ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek saritilha l-ħsara jew insterqet, bħala riżultat ta’ inċident li jikkostitwixxi reat skont il-liġi Griega. Bħala vittma ta’ reat, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċess.

Il-proċedimenti kriminali fil-Greċja jibdew bl-investigazzjoni (dierévnisi) tar-reat. Xi drabi l-investigazzjoni tkun maqsuma f’investigazzjoni preliminari (prokatarktikí exétasi) u investigazzjoni ġudizzjarja (anákrisi). L-għan ta’ investigazzjoni preliminari huwa li tesplora ċ-ċirkustanzi tal-każ u tistabbilixxi jekk għandhomx jinbdew proċedimenti kriminali jew le.

L-investigazzjoni titwettaq mill-pulizija u minn uffiċjali tal-qorti — il-prosekutur pubbliku (eisangeléas), l-imħallef inkwirenti (anakritís), jew it-tnejn. Fit-tmiem tal-investigazzjoni, l-uffiċjal tal-pulizija responsabbli mill-każ jgħaddi l-evidenza kollha miġbura lill-prosekutur. Il-prosekutur imbagħad jeżamina l-ħidma li tkun saret sa dak il-ħin u jgħaddi l-każ lill-qorti flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif il-każ għandu jkompli jipproċedi .

Wara li tirrieżamina l-fajl tal-każ u r-rakkomandazzjonijiet tal-prosekutur, il-qorti tordna li jsir proċess jew tagħlaq il-każ.

Fil-proċess, il-qorti tikkunsidra l-evidenza kollha miġbura u tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Jekk il-konvenut jinstab ħati, huwa jiġi kkundannat u mogħti s-sentenza. Jekk il-konvenut jinstab mhux ħati, huwa jiġi liberat.

Għal aktar informazzjoni, irreferi għal-links li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni se ningħata mill-awtorità (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) wara li jkun seħħ ir-reat kriminali iżda saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija, jew awtorità kompetenti oħra, inti tingħata informazzjoni, mingħajr dewmien eċċessiv u bi kwalunkwe mezz disponibbli, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ammissibbiltà ta’ kwerela kriminali, u dwar id-dritt li tissieħeb fil-proċedimenti ċivili bħala parti ċivili tfittex kumpens għad-danni (politikós enágon); dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet tista’ tikseb assistenza legali, tippreżenta talba għad-danni, jew tikseb servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni; dwar il-ġustizzja riparatriċi disponibbli, u l-awtoritajiet li jistgħu jaħdmu sabiex tissewwa l-ħsara billi jwettqu medjazzjoni bejnek u t-trasgressur; dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedimenti kriminali jistgħu jiġu rimborżati; u kif tista’ tagħmel ilment kontra awtorità jekk tħoss li d-drittijiet tiegħek ma ġewx irrispettati.

Minbarra d-drittijiet tiegħek fil-proċedimenti kriminali, inti tiġi infurmat ukoll

dwar l-aċċess għall-kura medika, u kwalunkwe appoġġ speċjalizzat, inklużi l-assistenza psikoloġika u l-akkomodazzjoni alternattiva, u dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu applikati miżuri protettivi.

Jekk tgħix fi Stat Membru ieħor tal-UE, inti tingħata informazzjoni speċifika dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek.

Il-firxa u l-kontenut tal-informazzjoni li tingħata jvarjaw skont il-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni personali partikolari tiegħek u t-tip u n-natura tar-reat. Matul il-proċedimenti tingħata informazzjoni addizzjonali u aktar komprensiva, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, skont il-ħtiġijiet tiegħek (l-Artikolu 57 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt li tirċievi informazzjoni mill-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti (l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/29/UE).

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Jekk tgħix fi Stat Membru tal-UE li ma jkunx l-istat fejn twettaq ir-reat, inti tissejjaħ sabiex tagħmel dikjarazzjoni immedjatament wara li tirrapporta r-reat. Dan jista’ jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Kódikas Poinikís Dikonomías — ‘KPD’) li jippermettu l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, eż. vidjokonferenzi, bit-telefown jew bl-Internet (l-Artikolu 233(1) KPD).

Jekk tgħix il-Greċja u r-reat ikun twettaq fi Stat Membru ieħor tal-UE, inti tista’ tippreżenta kwerela kriminali għand il-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-maġistrati (eisangeléas plimmeleiodikón) tal-post tar-residenza tiegħek, li jibgħat mingħajr dewmien eċċessiv il-kwerela tiegħek lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tal-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-appell (eisangeléas efetón), sakemm il-qrati Griegi ma jkollhomx il-ġurisdizzjoni fil-materja. Il-prosekutur mhuwiex obbligat jibgħat il-kwerela tiegħek lill-Istat Membru fejn ikun twettaq ir-reat kriminali jekk tkun tapplika l-liġi Griega u l-proċedimenti kriminali jitressqu fil-Greċja. F’dak il-każ, sabiex ikun assigurat li inti tirċievi informazzjoni adegwata u sabiex tiġi promossa l-assistenza legali reċiproka, il-prosekutur fil-qorti tal-maġistrati li tittratta l-kawża jinnotifika b’dan lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun twettaq ir-reat kriminali, mingħajr dewmien eċċessiv, permezz tal-prosekutur fil-qorti tal-appell.

(L-Artikolu 64 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-drittijiet ta’ vittmi residenti fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2012/29/UE))

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Meta tippreżenta kwerela kriminali, l-uffiċjal responsabbli jrid jinfurmak li tista’ tikseb kopja tal-kwerela tiegħek.

(L-Artikolu 58 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt tal-vittmi meta jagħmlu kwerela (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/29/UE))

Meta jiġi ppreżentat kwerela kriminali, din tingħata numru tar-reġistrazzjoni uniku tal-kwerela (arithmós vivlíou mínysis). Dak in-numru jippermettilek li timmonitorja l-kors tal-kawża tiegħek billi tuża r-reġistru miżmum fl-uffiċċju tal-prosekutur jew billi tikkuntattja lill-uffiċċju tal-kwereli responsabbli. Inti tista’ titlob u tikseb ukoll ċertifikat dwar il-progress tal-kawża (pistopoiitikó poreías) li jindika l-istadju attwali tal-proċedimenti (pereż. qiegħda titwettaq investigazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-validità tal-kwerela, jew qiegħda titwettaq investigazzjoni preliminari) u jiddeskrivi l-eżitu f’kull stadju (pereż. il-prosekutur waqqaf il-proċedimenti; tressqu akkużi kriminali u t-trasgressur ġie kommess għall-proċess, f’liema każ inti tiġi infurmat bil-ħin u l-post tal-proċess u n-natura tal-akkużi ppreżentati; għaddejja inkjesta ġudizzjarja qabel il-proċess (kyría anákrisi), jew saret ordni li twarrab l-akkużi jew ittemm il-prosekuzzjoni; ingħatat sentenza tal-qorti, jekk inti sseħibt fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili biex tfittex kumpens għad-danni).

(L-Artikolu 59 tal-Liġi 4478, dwar id-dritt tal-vittmi li jingħataw informazzjoni dwar il-każ tagħhom (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/29/UE))

Jekk il-kawża tiegħek taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni (Protodikeío Athinón), meta tasal il-qorti, l-avukat tiegħek jista’ jimmonitorja l-progress tagħha fuq is-sit web tal-Kamra tal-Avukati ta’ Ateni (Dikigorikós Sýllogos AthinónIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dsa.gr/). Din l-opzjoni mhijiex disponibbli għall-vittmi nfushom, billi huwa meħtieġ l-użu tal-kredenzjali.

Għandi dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni jew ta’ traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bil-Grieg, inti tista’ tippreżenta kwerela kriminali b’lingwa li tifhem, jew tingħata l-assistenza lingwistika neċessarja, soġġett dejjem għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jew kwalunkwe liġi kriminali speċifika — inti tiġi infurmat dwar dan mill-uffiċjali responsabbli. Tista’ titlob traduzzjoni tal-kwerela tiegħek mingħajr ħlas.

(L-Artikolu 58 tal-Liġi 4478, dwar id-dritt tal-vittmi meta jagħmlu kwerela (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/29/UE))

Jekk tkun se tiġi eżaminat bħala xhud fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti u ma tkunx titkellem jew tifhem il-Grieg tajjeb biżżejjed, inti tingħata s-servizzi ta’ interpretu mingħajr dewmien. Id-dritt għas-servizzi ta’ interpretazzjoni jinkludi l-forniment ta’ assistenza xierqa lill-persuni b’diffikultajiet fis-smigħ jew biex jitkellmu. Fejn ikun xieraq, tista’ tintuża teknoloġija tal-komunikazzjoni bħal vidjokonferenzi, it-telefown jew l-Internet, sakemm il-preżenza fiżika tal-interpretu ma tkunx meqjusa bħala assolutament essenzjali mill-persuna li tkun qiegħda teżaminak (l-Artikolu 233(1) KPD).

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

Fl-ewwel kuntatt tagħhom miegħek, il-pulizija jew awtoritajiet oħra se jikkomunikaw miegħek b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, oralment jew bil-miktub, billi jqisu l-karatteristiċi personali tiegħek, fosthom, prinċipalment, l-età, il-livell ta’ maturità, l-abbiltajiet intellettwali u mentali, l-edukazzjoni, il-ħiliet lingwistiċi, kwalunkwe diffikultà fis-smigħ jew biex titkellem, jew jekk tkunx f’diffikultà emozzjonali severa li taffettwa l-ħila tiegħek li tifhem jew li tinftiehem. Gwida għad-drittijiet tiegħek hija disponibbli bil-miktub fil-biċċa l-kbira tal-lingwi mitkellma b’mod komuni u bil-Braille (l-Artikolu 56(2) tal-Liġi 4478/2017 (l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/29/UE)). Barra minn hekk, jekk għandek diffikultà fis-smigħ jew biex titkellem, inti tiġi pprovdut b’assistenza xierqa minn interpretu (l-Artikolu 233(1) KPD).

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Jekk inti minorenni (taħt l-età ta’ 18-il sena), ir-rappreżentant legali tiegħek (ġenitur jew kustodju) jista’ jirrapporta r-reat f’ismek. Jekk għandek aktar minn 12-il sena, tista’ tirrapporta r-reat flimkien mar-rappreżentant legali tiegħek (l-Artikolu 118(2) tal-Kodiċi Kriminali (Poinikós Kódikas — ‘PK’)).

Jekk ikollokx drittijiet speċjali matul il-proċedimenti kriminali jiddependi min-natura tar-reat. Pereżempju, jekk inti vittma ta’ ksur tal-libertà personali jew sesswali tiegħek, traffikar tal-bnedmin, turiżmu sesswali, serq ta’ persuna, ħtif ta’ persuna jew reat sesswali, inti għandek id-dritt li:

  • tikkonsulta l-fajl tal-kawża tiegħek, anki jekk ma tkunx isseħibt fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili (l-Artikolu 108A KPD);
  • l-interrogazzjoni tiegħek tiġi rreġistrata sabiex tkun tista’ tintuża matul il-proċedimenti kriminali ulterjuri u ma jkollokx għalfejn terġa’ tidher quddiem il-prosekutur jew il-qorti (l-Artikolu 226A KPD);
  • tikseb l-assistenza ta’ psikologu jew ta’ psikjatra tat-tfal meta tkun qiegħed tiġi eżaminat bħala xhud;
  • tikseb informazzjoni dwar jekk it-trasgressur ikunx inħeles (l-Artikolu 108A KPD);
  • titlob ordni ta’ restrizzjoni kontra t-trasgressur li tipprojbih milli jikkuntattjak jew jersaq qrib id-dar tiegħek.
  • Barra minn hekk, inti dejjem intitolat:
  • għal valutazzjoni individwali, sabiex jiġi stabbilit jekk għandhomx jiġu applikati miżuri speċjali ta’ protezzjoni fejn ikun hemm ir-riskju ta’ vittimizzazzjoni ripetuta (l-Artikolu 68 tal-Liġi 4478/2017, dwar il-valutazzjoni individwali tal-vittmi biex jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni (l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2012/29/UE));
  • li titlob lill-prosekuzzjoni jew lill-awtoritajiet ġudizzjarji jaħtru tutur għall-minorenni (epimelitís anilikón) sabiex jirrappreżentak fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jirrappreżentawk jew jekk ma tkunx akkumpanjat jew tkun separat mill-familja tiegħek (l-Artikolu 69(7) tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni waqt il-proċedimenti kriminali (l-Artikoli 23 u 24 tad-Direttiva 2012/29/UE);
  • li titlob sabiex tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili tfittex kumpens għad-danni, assistit mir-rappreżentant legali tiegħek (l-Artikolu 82(2) KPD).

X’informazzjoni nista’ nikseb mingħand il-pulizija jew mill-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi waqt l-investigazzjoni tar-reat?

Tista’ tikseb informazzjoni dwar l-istadju attwali tal-proċedimenti mingħand il-prosekutur pubbliku, jekk il-fajl tal-kawża (dikografía) jkun intbagħat lill-prosekutur.

Jekk tkun isseħibt fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili, inti tista’ tikkonsulta l-kontenut tal-fajl tal-kawża u tingħata kopji tad-dokumenti ta’ ġo fih ladarba l-akkużat ikun issejjaħ sabiex jipprovdi stqarrija ta’ difiża (apología), jew ikun inħareġ mandat ta’ arrest (éntalma sýllipsis) jew mandat għal dehra obbligatorja (éntalma viaías prosagogís) (l-Artikolu 108 KPD), jew persuna suspettata tkun ġiet imsejħa mill-awtoritajiet sabiex tipprovdi spjegazzjonijiet. Sa dak il-ħin, il-proċedimenti huma kunfidenzjali.

Is-servizzi ta’ appoġġ u protezzjoni għall-vittmi jistgħu jipprovdu informazzjoni, pariri u appoġġ dwar kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, inkluż id-dritt li titlob kumpens għad-danni li tkun sofrejt bħala riżultat tar-reat, u r-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili jew bħala xhud (l-Artikolu 62 tal-Liġi 4478/2017, dwar l-appoġġ mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi (l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2012/29/UE)).

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala xhud?

Jekk tkun se tiġi eżaminat bħala xhud, inti tiġi ppreżentat taħrika mill-prosekutur jew mill-uffiċjal tal-pulizija li jkun qiegħed imexxi l-inkjesti preliminari, jew minn imħallef tal-qorti kriminali distrettwali (ptaismatodíkis) jew mill-imħallef inkwirenti (anakritís). Inti trid tidher u tixhed quddiemhom malli tirċievi t-taħrika. Inti tiġi mitlub tiddeskrivi x’ġara u, possibbilment, twieġeb xi mistoqsijiet addizzjonali. Jekk tiġi mill-persuna suspettata, inti tista’ tirrifjuta li tixhed (l-Artikolu 222 KPD).

Jekk għandek diffikultà fis-smigħ jew biex titkellem, l-eżami jista’ jitwettaq bil-miktub. Jekk ma titkellimx bil-Grieg, inti għandek id-dritt għas-servizzi ta’ interpretu mingħajr ħlas.

Jekk inti vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, inti tappartjeni għal grupp speċjali ta’ xhieda: inti se tirċievi assistenza minn qabel minn psikologu jew psikjatra, li jaħdmu f’kooperazzjoni mal-pulizija investigattiva jew mal-uffiċjali ġudizzjarji, li jużaw metodoloġiji dijanjostiċi xierqa sabiex jistabbilixxu l-kapaċità intellettwali u l-istat psikoloġiku tiegħek. Il-psikologu jew il-psikjatra jkun preżenti waqt l-eżami tiegħek. Inti tista’ tiġi akkumpanjat ukoll mir-rappreżentant legali tiegħek, sakemm l-imħallef inkwirenti ma joħroġx ordni li timpedih milli jattendi, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan.

Fejn ikun possibbli, ix-xhieda tiegħek se titniżżel u tiġi rreġistrata b’mod awdjoviżiv, sabiex tiġi sottomessa lill-qorti b’mod elettroniku, f’liema każ ma jkollokx għalfejn tkun fiżikament preżenti fi kwalunkwe stadju sussegwenti tal-proċedimenti.

Jekk il-każ ikun wieħed ta’ vjolenza domestika, u inti tkun membru tal-familja, ix-xhieda tiegħek ma titteħidx b’ġurament. Jekk inti minorenni, ma tiġix imsejjaħ biex tixhed fil-qorti. Minflok, inti tista’ tipprovdi stqarrija bil-miktub li tinqara fl-awla, sakemm il-preżenza fiżika tiegħek ma tkunx meqjusa bħala fundamentali.

Wara l-eżami tiegħek, inti tista’ tfittex ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li jista’ jkun li tkun għamilt (spejjeż tat-trasport jew tal-akkomodazzjoni) mingħand l-awtorità li tkun sejħitlek biex tixhed (l-Artikolu 288 KPD).

Kif nista’ nikseb protezzjoni, jekk inkun fil-periklu?

Huma disponibbli tipi differenti ta’ protezzjoni, skont in-natura tar-reat u r-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali.

Jekk inti vittma ta’ kriminalità organizzata jew terroriżmu u ġejt imsejjaħ biex tixhed bħala xhud ewlieni bħala parti minn investigazzjoni ġudizzjarja ta’ qabel il-proċess dwar attivitajiet kriminali, inti tista’ tfittex protezzjoni speċjali kontra r-ritaljazzjoni jew l-intimidazzjoni potenzjali. Jiddependi mill-każ, it-tip ta’ protezzjoni disponibbli tista’ tinkludi protezzjoni mill-pulizija, protezzjoni tal-anonimità tiegħek (ismek, il-post tat-twelid, l-indirizz tad-dar u tax-xogħol, l-impjieg, l-età, eċċ. jitħassru mir-rekords miktubin kollha), jew saħansitra bdil tal-identità u rilokazzjoni f’pajjiż ieħor. Tista’ titlob li tixhed permezz tat-teknoloġija awdjoviżiva. Jekk taħdem ma’ aġenzija pubblika, tista’ titlob ukoll trasferiment proviżorju jew permanenti għal pożizzjoni oħra. Il-miżuri ta’ protezzjoni se jkunu suġġetti għall-kunsens tiegħek, u se jillimitaw il-libertà tiegħek biss safejn ikun meħtieġ għas-sigurtà tiegħek innifsek; huma jistgħu jiġu sospiżi jekk inti titlob dan bil-miktub jew jekk tonqos milli tikkoopera sabiex tassigura s-suċċess tagħhom (l-Artikolu 9 tal-Liġi 2928/2001, dwar il-protezzjoni tax-xhieda).

Jekk inti vittma ta’ vjolenza domestika, l-uffiċjali tal-pulizija li jkunu qed jittrattaw il-każ tiegħek ma jistgħu taħt l-ebda ċirkustanza jiżvelaw l-identità tiegħek, l-identità tat-trasgressur, l-indirizz tad-dar tiegħek jew kwalunkwe informazzjoni li tista’ tikxef l-identità tiegħek (l-Artikolu 20 tal-Liġi 3500/2006).

Bħala vittma, inti tista’ tapplika bil-miktub għal miżuri sabiex jiġi evitat kwalunkwe kuntatt bejnek jew il-membri tal-familja tiegħek u t-trasgressur fil-postijiet fejn ikunu qegħdin jitwettqu l-proċedimenti kriminali. L-applikazzjoni tiegħek tinstema’ mill-qorti tal-maġistrati bi tliet membri (trimelés plimmeleiodikeío) tal-post fejn ikunu qegħdin jitwettqu l-proċedimenti kriminali, fi kwalunkwe stadju fil-proċedimenti, skont il-proċedura mħaffa għar-reati in flagrante delicto

(L-Artikolu 65 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt li jiġi evitat il-kuntatt bejn il-vittma u t-trasgressur (l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/29/UE)).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Jekk inti vittma ta’ reat, inti tista’ tirrapporta r-reat lill-prosekutur pubbliku jew lill-pulizija, billi tippreżenta kwerela kriminali (énklisi or mínysi). (Strettament, énklisi huwa kwerela kriminali magħmul mill-vittma nnifsu jew innifisha. F’ċerti sitwazzjonijiet, il-proċedimenti kriminali jinbdew biss jekk ikun hemm tali kwerela (eż. fil-każ ta’ reati kontra l-unur jew ir-reputazzjoni ta’ persuna). Mínysi huwa kwerela jew rapport kriminali magħmul minn parti li ma tkunx il-vittma, fil-każ ta’ reat li l-awtoritajiet jistgħu jipproċedu kontrih fuq inizjattiva proprja, irrispettivament minn jekk il-vittma tressaqx kwerela. Fil-prattika, madankollu, it-terminu mínysi jintuża biex jirreferi għaż-żewġ tipi ta’ kwerela. Għalhekk, meta tiġi ppreżentata kwalunkwe tip ta’ kwerela kriminali lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, din tingħata numru uniku tar-reġistru tal-kwereli magħruf bħala arithmós vivlíou minýseon — billi tintuża l-kelma minýsi).

Inti tista’ titlob ukoll persuna oħra tirrapporta r-reat f’ismek. F’dan il-każ, inti trid tiffirma dikjarazzjoni bil-miktub (dílosi jew exousiodótisi), fejn tindika l-persuna li għandha tippreżenta l-kwerela f’ismek. Din id-dikjarazzjoni ma tiġix f’forma standardizzata, iżda trid tiġi ffirmata quddiem uffiċjal ta’ awtorità tal-gvern ċentrali jew lokali jew quddiem avukat (inkluż l-avukat tiegħek stess, jekk diġà jkollok wieħed), li jawtentika l-firma tiegħek. Il-persuna li tirrapporta r-reat f’ismek tista’ tkun avukat jew xi persuna oħra tal-fiduċja tiegħek. Jekk il-każ ikun wieħed fejn il-proċedimenti kriminali jkunu jirrikjedu kwerela kriminali mill-vittma, u l-vittma tkun mejta, id-dritt li tiġi ppreżentata kwerela jgħaddi għand il-konjuġi u t-tfal superstiti tiegħu jew tagħha jew għand il-ġenituri tiegħu jew tagħha (l-Artikolu 118(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Kódikas Poinikís Dikonomías — ‘KPD’). Jekk il-vittma tkun mietet b’riżultat tar-reat, dawn il-persuni jistgħu jissieħbu wkoll fil-proċedimenti kriminali għalihom infushom bħala partijiet ċivili sabiex ifittxu kumpens għad-danni għall-uġigħ u t-tbatija kkawżati lilhom.

Tista’ tirrapporta reat kemm oralment kif ukoll bil-miktub. Jekk tagħżel li tirrapporta reat oralment, l-uffiċjal li jirċievi l-ilment tiegħek ifassal rapport li jirreġistrah.

Trid tħallas tariffa biex tippreżenta l-ilment tiegħek; l-ammont tat-tariffa jiġi aġġustat b’mod perjodiku b’deċiżjoni konġunta tal-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru għall-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, inti titħalla tħallas it-tariffa wara li tippreżenta l-kwerela, iżda fi kwalunkwe każ inti trid tagħmel dan fi żmien tlett ijiem. Jekk ma tħallasx it-tariffa, il-kwerela tiegħek jiġi rifjutat bħala inammissibbli. M’intix meħtieġ li tħallas it-tariffa jekk tkun intitolat(a) għall-għajnuna legali. M’intix meħtieġ li tħallas it-tariffa lanqas jekk tkun vittma ta’ reat kontra l-libertà sesswali jew ta’ sfruttament finanzjarju tal-ħajja sesswali, vjolenza domestika jew diskriminazzjoni razzista (l-Artikoli 81A u 361B tal-Kodiċi Kriminali (Poinikós Kódikas — ‘PK’) jew jekk ikun hemm ksur tat-trattament ugwali (l-Artikolu 46(2) KPD).

Fil-każ ta’ reati li jistgħu jitmexxew fuq inizjattiva tal-awtoritajiet, irrispettivament minn jekk il-vittma jkunx talab dan, ma hemmx limiti ta’ żmien fuq ir-rapportar ta’ reat, ħlief li r-reati ta’ gravità intermedja (plimmelímata) jiġu preskritti wara ħames snin. F’ċerti każijiet, madankollu, ir-reat jista’ jiġi pproċessat biss jekk inti l-vittma, li tkun sofrejt id-dannu minnu, titlob li jitressqu proċedimenti kriminali. F’dawn is-sitwazzjonijiet, inti trid tippreżenta kwerela kriminali (énklisi) fi żmien tliet xhur mid-data li fiha ssir taf bir-reat u l-identità tat-trasgressur (jekk tkun taf min hu t-trasgressur).

Ma hemmx formola standard li tista’ tuża biex tippreżenta kwerela.

L-ilment tiegħek għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

  • id-dettalji ta’ identifikazzjoni sħaħ tiegħek;
  • it-trasgressur u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jew tagħha, jekk tafhom;
  • deskrizzjoni komprensiva tal-fatti;
  • kwalunkwe evidenza dokumentarja disponibbli li tissostanzja l-kwerela tiegħek;
  • kwalunkwe xhud li inti tissuġġerixxi jista’ jiġi eżaminat;
  • id-dettalji tal-avukat tiegħek, jekk qabbadt wieħed.

Jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bil-Grieg, inti tista’ tippreżenta kwerela kriminali b’lingwa li tifhem, jew tingħata l-assistenza lingwistika neċessarja, soġġett dejjem għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jew kwalunkwe liġi kriminali speċifika oħra. Inti tista’ titlob traduzzjoni tad-dokument mingħajr ħlas (l-Artikolu 58 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-drittijiet tal-vittmi meta jagħmlu kwerela (l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/29/UE)).

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Meta tiġi ppreżentata kwerela kriminali, din tingħata numru tar-reġistrazzjoni uniku tal-kwerela. Dak in-numru jippermettilek li timmonitorja l-progress tal-kawża billi tuża r-reġistru miżmum fl-uffiċċju tal-prosekutur jew fl-uffiċċju tal-ilmenti responsabbli. Inti tista’ titlob u tikseb ukoll ċertifikat dwar il-progress tal-kawża (pistopoiitikó poreías) li jindika l-istadju attwali tal-proċedimenti.

Jekk il-kawża tiegħek taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni (Protodikeío Athinón), meta tasal il-qorti, l-avukat tiegħek jista’ jimmonitorja l-progress tagħha fuq is-sit web tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura ta’ Ateni (Dikigorikós Sýllogos AthinónIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dsa.gr/). Din l-opzjoni mhijiex disponibbli għall-vittmi nfushom, billi huwa meħtieġ l-użu tal-kredenzjali.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Matul il-proċess inti jista’ jkollok avukat, iżda trid tħallas għas-servizzi tiegħu jew tagħha.

Jekk l-introjtu annwali tal-familja tiegħek huwa anqas minn żewġ terzi tal-introjtu personali minimu annwali definit fil-Ftehim Kollettiv Nazzjonali Ġenerali tax-Xogħol, inti tiġi pprovdut avukat bla ħlas, li jħejji u jippreżenta kwerela kriminali u jirrappreżentak bħala parti ċivili fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, bil-kundizzjoni li inti tkun vittma ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin: tortura jew reat ieħor kontra d-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 137(A) u (B) tal-Kodiċi Kriminali); diskriminazzjoni jew trattament mhux ugwali, reat kontra l-ħajja, il-libertà personali jew il-libertà sesswali; sfruttament finanzjarju tal-ħajja sesswali; reat kontra l-proprjetà jew id-drittijiet ta’ proprjetà; korriment personali; jew reat relatat maż-żwieġ jew il-familja. Ir-reat irid ikun reat serju (kakoúrgima) jew reat intermedju (plimmélima) fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-qorti komposta minn tliet maġistrati (trimeloús plimmeleiodikeío) li jġorr sentenza minima ta’ sitt xhur priġunerija (il-Liġi 3226/2004 (Il-Gazzetta tal-Gvern 24/Α/ 4/4.2.2004), kif emendata u supplimentata bil-Liġi 4274/2014.) Il-persuna li tivvaluta t-talba tiegħek għall-għajnuna legali f’kawża kriminali hija l-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi fil-qorti fejn tkun pendenti l-kawża jew li quddiemha jkun se jitressaq appell.

L-avukat li jidher għalik jgħinek tipprepara u tippreżenta d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex inti tkun tista’ tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili u jassistik matul il-kors sħiħ tal-proċedimenti.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel immur il-qorti?

Jekk il-prosekutur fil-qorti tal-maġistrati (eisangeléas plimmeleiodikón) jagħmel ordni li tiċħad il-kwerela tiegħek bħala mingħajr bażi fil-liġi, jew infondat b’mod ovvju fuq il-merti tiegħu, jew li ma jistax jiġi valutat minn qorti, inti tista’ tikkontesta l-ordni quddiem il-prosekutur responsabbli fil-qorti tal-appell (eisangeléas efetón) (l-Artikoli 47 u 48 KPD) fi żmien tliet xhur mid-data tal-ordni — dan il-limitu taż-żmien ma jista’ jiġi estiż għall-ebda raġuni. Sabiex tikkontesta l-ordni, inti trid tħallas tariffa, li tiġi rimborżata jekk il-prosekutur isostniha.

Nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Inti tista’ tipparteċipa fil-proċess biss jekk tkun parti ċivili (politikó enágon) titlob lill-qorti sabiex tagħtik kumpens għad-danni għat-telf jew għad-dannu morali jew għall-uġigħ u t-tbatija. Inti tista’ titlob sabiex tissieħeb fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili billi tapplika għand il-prosekutur pubbliku responsabbli, fil-kwerela kriminali tiegħek jew f’dokument separat, sat-tmiem tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess (l-Artikolu 308 KPD), personalment jew permezz ta’ avukat li jkollu awtorizzazzjoni ġenerali jew speċifika f’dak ir-rigward. It-talba ċivili tiegħek tiġi rreġistrata f’rapport mal-awtorizzazzjoni mehmuża tal-avukat (l-Artikolu 83 KPD). Jekk ma tkunx tlabt biex tiġi ttrattat bħala parti ċivili fil-kwerela kriminali tiegħek, xorta tista’ tagħmel dan fil-qorti kriminali (l-Artikolu 82 KPD) qabel ma l-qorti tibda tevalwa l-evidenza.

L-applikazzjoni tiegħek sabiex tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili tiġi rifjutata bħala inammissibbli jekk ma tinkludix deskrizzjoni fil-qosor tal-każ, ir-raġunijiet għat-talba tiegħek u, jekk ma tkunx residenti permanenti fi ħdan il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti, il-ħatra ta’ aġent fi ħdan dik il-ġurisdizzjoni. L-aġent ikun intitolat li jaċċetta s-servizz tad-dokumenti jew l-avviżi kollha indirizzati lilek bħala parti ċivili (l-Artikolu 84 KPD). Sabiex tinstema’ bħala parti ċivili fil-qorti kriminali, inti trid taħtar avukat awtorizzat u tħallas tariffa b’rata fissa favur l-Istat, li tkopri l-proċedimenti kollha sakemm tingħata sentenza li ma tkunx aktar miftuħa għall-appell. L-ammont tat-tariffa jiġi aġġustat b’mod perjodiku b’deċiżjoni konġunta tal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi u tal-Ministru tal-Ġustizzja.

Bħala parti ċivili, inti tkun parti fil-proċedimenti, b’għadd ta’ drittijiet. Tista’ tattendi s-seduti kollha tal-qorti, inklużi s-seduti bil-magħluq, u għandek aċċess għad-dokumenti kollha fil-kawża. Inti tista’ titkellem quddiem il-qorti biex tippreżenta t-talbiet tiegħek u tista’ tikkummenta wkoll wara li xhud ikun ġie eżaminat jew tagħmel sottomissjonijiet jew tipprovdi spjegazzjonijiet dwar kwalunkwe xhieda mogħtija jew evidenza ppreżentata (l-Artikolu 358 KPD). Tista’ tagħmel mistoqsijiet, permezz tal-avukat tiegħek, lit-trasgressur, lix-xhieda u lill-parteċipanti l-oħra (pereż. kwalunkwe espert tekniku maħtur fil-kawża). Inti tintalab tixhed bħala xhud (għalkemm mhux b’ġurament), u tista’ tipproponi wkoll xhieda, bil-kundizzjoni li l-qorti tiġi infurmata fi żmien xieraq. Għandek id-dritt li titlob aġġornament tas-seduta jew is-sostituzzjoni ta’ mħallef.

Fi kwalunkwe każ, bħala vittma, inti tista’ tissejjaħ mill-qorti bħala xhud. F’dak il-każ inti obbligat tidher quddiem il-qorti. Meta tiġi eżaminat bħala xhud, inti se jkollok l-opportunità li tispjega lill-qorti l-fatti fir-rigward tar-reat. L-imħallef jista’ jistaqsik ukoll xi mistoqsijiet addizzjonali.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, inkun jew nista’ nagħżel li nkun: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?
X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Tista’ tagħżel jekk tisseħibx fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili, u hekk tkun parti fil-proċedimenti sħaħ, bi drittijiet proċedurali sostanzjali, jew sempliċement tixhed bħala xhud materjali, billi l-proċedimenti kriminali qegħdin iseħħu b’mod partikolari bħala riżultat tar-reat imwettaq kontra tiegħek. Il-kunċett ta’ prosekuzzjoni privata ma jeżistix fis-sistema ġudizzjarja Griega.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Tista’ tissottometti dokumenti, li jinqraw fil-qorti (l-Artikolu 364 KPD) u jkunu inklużi fil-fajl tal-kawża, u tista’ ssejjaħ ukoll xhieda u tinforma b’dan lill-qorti (l-Artikolu 326(2-1) KPD).

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Tista’ tattendi s-seduti pubbliċi matul il-proċedimenti, it-teħid tal-evidenza, l-istqarrija ta’ difiża tal-konvenut, it-trattazzjonijiet tal-avukati u s-sentenza tal-qorti.

Ser inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Bħala parti ċivili inti għandek aċċess għall-kontenut tal-fajl tal-kawża u tista’ tikseb kopji tas-sentenza tal-qorti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Fi tmiem il-proċess, il-qorti tikkundanna jew tillibera lill-akkużat skont l-evidenza ppreżentata. Jekk il-qorti ssib lill-akkużat mhux ħati, hija teħilsu mill-akkuża, u jekk inti tkun isseħibt fil-proċedimenti bħala parti ċivili (politikós enágon), hija ma tiddeċidix dwar it-talba tiegħek għal riparazzjoni jew kumpens finanzjarju għad-dannu morali jew l-uġigħ u t-tbatija. F’każ bħal dan, l-akkużat huwa intitolat għal kontrotalba kontra tiegħek biex ifittex kumpens u kwalunkwe spiża li jkun ġarrab b’rabta mal-kawża (l-Artikolu 71 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Kódikas Poinikís Dikonomías — ‘KPD’). Jekk il-qorti ssib lill-akkużat ħati, hija tikkundannah, u tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ kumpens li għandek tirċievi mingħand l-akkużat abbażi tat-talba ċivili tiegħek.

Jekk il-qorti tillibera lill-akkużat, inti tista’ tappella kontra s-sentenza biss jekk tkun ġejt ordnat tħallas lill-akkużat il-kumpens u l-ispejjeż, u f’dak ir-rigward biss, skont l-Artikolu 486(1)(b) KPD. Barra minn hekk, jekk inti tkun parti ċivili, inti tista’ tappella kontra parti mis-sentenza li tkun ċaħdet it-talba tiegħek bħala infondata fil-liġi jew parti li tkun tatek sodisfazzjon jew kumpens finanzjarju (l-Artikolu 488 KPD).

Inkella, inti tista’ titlob lill-prosekutur pubbliku sabiex jappella kontra s-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tingħata s-sentenza?

Ladarba tidħol fis-seħħ is-sentenza tal-qorti, ir-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali ġeneralment jispiċċa. Il-leġislazzjoni Griega ma tagħti lill-vittmi ta’ reat l-ebda dritt ulterjuri fl-istadju meta tiġi eżegwita s-sentenza. Hemm eċċezzjoni waħda biss: jekk inti minorenni vittma ta’ reat kontra l-libertà personali u sesswali, inti għandek id-drittijiet assoċjati kollha, anki jekk ma tkunx isseħibt fil-proċedimenti bħala parti ċivili, inkluż id-dritt li tiġi infurmat mill-prosekutur pubbliku jekk it-trasgressur jinħeles, b’mod proviżorju jew permanenti, jew jekk jingħatalu xi parole meta jkun il-ħabs (l-Artikolu 108A KPD).

Jien intitolat għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Bħala vittma, inti intitolat għal appoġġ u servizzi ta’ kura ġenerali jew speċjalizzati b’xejn u kunfidenzjali, skont il-ħtiġijiet tiegħek, qabel, waqt u għal perjodu ta’ żmien raġonevoli wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu estiżi wkoll għall-membri tal-familja tiegħek, skont il-ħtiġijiet tagħhom u l-gravità tad-danni li jkunu sofrew b’riżultat tar-reat kriminali li jkun twettaq kontra tiegħek. Il-pulizija, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra li tirċievi l-kwerela tiegħek, tista’ tipprovdilek informazzjoni meta titlobha, jew tirreferik għal: is-servizzi soċjali tal-awtoritajiet tal-gvern lokali tal-ewwel u t-tieni livell; il-faċilitajiet tas-saħħa mentali; iċ-Ċentri tal-Komunità (Kéntra Koinótitas), iċ-ċentri ta’ konsulenza (symvoulevtiká kéntra) tas-Segretarjat Ġenerali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi; l-istrutturi ta’ appoġġ taċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali (Ethnikó Kéntro Koinonikís Allilengýis); l-Uffiċċji Indipendenti għall-Protezzjoni ta’ Vittmi Minorenni (Avtotelí Grafeía Prostasías Anílikon Thymáton) tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem; jew korpi privati u assoċjazzjonijiet professjonali u voluntiera. Jekk inti mara li tkun vittma ta’ reat kontra l-libertà personali jew sesswali tiegħek, jew ta’ sfruttament finanzjarju tal-ħajja sesswali, vjolenza domestika, traffikar tal-bnedmin, akkwist jew kriminalità razzista, it-tfal tiegħek huma wkoll intitolati sabiex jirċievu servizzi ta’ appoġġ u kura (l-Artikolu 61 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt għall-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u kura għall-vittmi (l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/29/UE)).

Is-servizzi ġenerali ta’ appoġġ u kura jistgħu jipprovdulek, fost affarijiet oħra, informazzjoni u pariri dwar d-drittijiet tiegħek bħala vittma u l-intitolament tiegħek li titlob kumpens għad-danni kriminali; informazzjoni dwar kif tista’ tipparteċipa fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili jew bħala xhud; informazzjoni dwar jew riferiment dirett għal kwalunkwe servizz ta’ appoġġ speċjalizzat rilevanti li jkun hemm fis-seħħ; appoġġ emozzjonali u psikoloġiku; pariri dwar kwistjonijiet finanzjarji u prattiċi li jirriżultaw mir-reat; jew pariri relatati mal-prevenzjoni tal-vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, l-intimidazzjoni u r-ritaljazzjoni.

Is-servizzi ta’ appoġġ u kura speċjalizzati jirreferu lill-vittmi għal kennijiet jew jipprovdu akkomodazzjoni temporanja xierqa oħra għall-vittmi li jkunu jeħtieġu post sigur minħabba riskju imminenti ta’ vittimizzazzjoni sekondarja jew ripetuta, intimidazzjoni jew ritaljazzjoni, u jistgħu jipprovdu appoġġ integrat, inkluż appoġġ u konsulenza f’każijiet ta’ trawma, għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi, bħall-vittmi ta’ vjolenza razzista jew sesswali, il-vittmi ta’ vjolenza bbażata fuq l-identità jew il-ġeneru, u l-vittmi ta’ vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib (l-Artikolu 62 tal-Liġi 4478/2017, dwar l-appoġġ mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi (l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2012/29/UE)).

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jingħata s-sentenza?

Bħala vittma, inti tiġi infurmat dwar il-progress tal-proċedimenti kriminali u nnotifikat dwar id-deċiżjoni tal-qorti mingħajr dewmien bla bżonn, jekk inti titlob dan, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, bil-kundizzjoni li inti tkun isseħibt fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Jekk tkun isseħibt fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili, inti tista’ tingħata informazzjoni dwar il-proċedimenti permezz ta’ email, personalment jew permezz tal-avukat tiegħek (l-Artikolu 59 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt tal-vittmi li jirċievu informazzjoni dwar il-każ tagħhom (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/29/UE))

Ser inkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż billi jinħeles qabel iż-żmien jew b’libertà kondizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Inti għandek id-dritt li tiġi infurmat jekk ordni ta’ detenzjoni temporanja tiġi revokata jew mibdula mill-korp ġudizzjarju kompetenti, jew jekk it-trasgressur jinħeles b’mod permanenti, jew ikun ħarab mill-ħabs jew ingħata parole mill-uffiċjali responsabbli tal-faċilità ta’ detenzjoni, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe miżura li tista’ tittieħed sabiex inti tiġi protett f’każ li t-trasgressur ikun inħeles jew ħarab mill-ħabs. Informazzjoni bħal din trid tingħatalek, soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-prosekutur pubbliku, jekk ikun hemm periklu reali jew potenzjali għas-sigurtà tiegħek, bil-kundizzjoni li ma jinħoloq l-ebda riskju ta’ ħsara għat-trasgressur b’riżultat tad-divulgazzjoni ta’ dik l-informazzjoni (l-Artikolu 59 tal-Liġi 4478/2017, dwar id-dritt tal-vittmi li jirċievu informazzjoni dwar il-każ tagħhom (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/29/UE)).

Ser inkun involut f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?

Le. Madankollu, il-Qorti tista’ tirrikjedi r-riparazzjoni tad-dannu mġarrab mill-vittma tal-att kriminali (l-Artikolu 100(3a) tal-Kodiċi Kriminali (Poinikós Kódikas — ‘PK’) bħala alternattiva għal, jew prerekwiżit għas-sospensjoni tas-sentenza, soġġett għal probation jew superviżjoni minn uffiċjal tal-assistenza soċjali (epimelitís koinonikís arogís)(l-Artikolu 100 PK). Il-konformità tat-trasgressur mar-rekwiżiti tal-Qorti tiġi mmonitorjata mill-uffiċjal tal-assistenza soċjali, u f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-prosekutur kompetenti jista’ jitlob lill-qorti li tkun ordnat is-sospensjoni, sabiex tirrevoka l-ordni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

4 - Kumpens


Inti tista’ titlob kumpens għad-danni mingħand it-trasgressur billi tagħmel talba skont il-liġi ċivili. Tista’ tippreżenta t-talba ċivili tiegħek bħala parti mill-proċedimenti kriminali, matul l-investigazzjoni jew waqt il-proċess. Billi tippreżenta t-talba tiegħek, inti tissieħeb fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili (politikós enágon). Inti tista’ titlob kumpens finanzjarju għall-ħsara fil-proprjetà tiegħek u / jew għad-dannu morali u l-uġigħ u t-tbatija. Mat-talba tiegħek tista’ żżid l-ispejjeż kollha li tkun għamilt b’rabta mal-każ (tariffi tal-avukati, tariffi tal-uffiċjali ġudizzjarji, spejjeż tal-ivvjaġġar, eċċ.).

Jekk il-qorti ssib it-trasgressur ħati, hija tordnalu jħallsek il-kumpens. Fil-prattika, dan il-kumpens ħafna drabi jkun simboliku, u anqas mid-dannu reali li tkun sofrejt. Għall-bqija, inti trid tippreżenta kawża separata f’qorti ċivili.

Inkella, inti tista’ tippreżenta t-talba tiegħek direttament fil-qorti ċivili. Il-qorti ċivili tordna lit-trasgressur iħallas kumpens li jikkorrispondi għad-dannu reali li tkun sofrejt.

Jekk ikollok talba pendenti quddiem qorti ċivili, inti tista’ terġa’ tippreżentaha fil-qafas tal-proċedimenti kriminali; il-kawża quddiem il-qorti ċivili mbagħad tingħalaq.

Jekk tkun vittma ta’ reat vjolenti mwettaq intenzjonalment, inti tkun intitolat għal kumpens mill-Istat. Ikkonsulta l-iskeda informattiva dwar il-kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità fil-Greċja (disponibbli bl-Ingliż, bil-Grieg u b’lingwi oħra) tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ġustizzja riparatriċi).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Is-Segretarjat Ġenerali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Genikí Grammateía Isótitas ton Fýlon), li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Intern, imexxi ċentri ta’ konsulenza għal nisa li huma vittmi ta’ vjolenza.

Huwa stabbilixxa netwerk integrat ta’ 62 struttura biex jgħin lil dawn in-nisa.

In-netwerk jinkludi helpline 24/7 (SOS 15900), 40 ċentru ta’ konsulenza, u 21 ħostel għan-nisa u t-tfal tagħhom.

Il-helpline SOS15900 tista’ tiġi kkuntattjata wkoll fl-indirizz elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasos15900@isotita.gr. Hija topera fuq bażi 24/7, 365 jum fis-sena, kemm bil-Grieg kif ukoll bl-Ingliż. L-ispejjeż tat-telefonati huma soġġetti għat-tariffi tat-telefonati lokali.

Iċ-ċentri ta’ konsulenza joffru appoġġ psikosoċjali u parir legali mingħajr ħlas. Il-firxa tas-servizzi offruti issa qiegħda tespandi sabiex tinkludi l-impjieg tan-nisa u n-nisa li jsofru diversi forom ta’ diskriminazzjoni (appoġġ lir-refuġjati, ġenituri singli, membri tal-komunità Rom, eċċ.). L-informazzjoni ta’ kuntatt dwar iċ-ċentri ta’ konsulenza hija disponibbli mis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.womensos.gr/ u minn Facebook: WomenSOS.gr

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web tas-Segretarjat Ġenerali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.isotita.gr/

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Kéntro Erevnón gia Thémata Isótitas — "KEThI")

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi joffri appoġġ psikoloġiku u assistenza legali lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u jopera ħostel għan-nisa li jkunu vittmi ta’ vjolenza u għat-tfal tagħhom.

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

  • huwa korp regolat mil-liġi privata li ġie stabbilit fl-1994 u huwa soġġett għas-superviżjoni mis-Segretarjat Ġenerali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
  • jinkludi servizzi reġjonali u lokali li joffru appoġġ psikoloġiku u assistenza legali lill-vittmi ta’ vjolenza domestika
  • jipprovdi appoġġ psikoloġiku u assistenza legali mingħajr ħlas
  • jipprovdi informazzjoni, pariri u appoġġ lil nisa li jkunu qegħdin jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ impjieg u esklużjoni soċjali
  • f’kooperazzjoni mal-Prefettura ta’ Ateni, ilu jopera ħostel għan-nisa li jkunu vittmi ta’ vjolenza u għat-tfal tagħhom mill-1993.
  • INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://kethi.gr/

Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali (Ethnikó Kéntro Koinonikís Allilengýis — ‘EKKA’)

Iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali jopera netwerk li joffri servizzi ta’ appoġġ soċjali lil individwi, familji u gruppi soċjali li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet psikosoċjali jew li jkunu jeħtieġu appoġġ soċjali immedjat.

Iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali

  • huwa korp regolat mil-liġi privata, ibbażat f’Ateni, u soġġett għas-superviżjoni mill-Ministeru tax-Xogħol, is-Sigurtà Soċjali u s-Solidarjetà Soċjali
  • Huwa jinkludi s-servizzi li ġejjin:
  • Il-linja diretta għall-assistenza soċjali 197 għaċ-ċittadini kollha topera fuq bażi 24/7. It-telefonati huma mingħajr ħlas.
  • Il-hotline nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal 1107, għal mistoqsijiet dwar it-tfal, topera fuq bażi 24/7.
  • Ċentri ta’ appoġġ soċjali f’Ateni, Piraeus u Tessaloniki
  • Ħostels għal ċittadini li jkunu għaddejjin minn problemi soċjofinanzjarji serji fir-reġjun ta’ Attica
  • Huwa jopera kennijiet għan-nisa f’riskju u t-tfal tagħhom f’Attica u Tessaloniki
  • Firxa tas-servizzi offruti:
  • pariri u informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni soċjali
  • appoġġ soċjali u psikoloġiku lill-individwi u l-familji, għoti ta’ kenn lin-nisa f’riskju u t-tfal tagħhom (prinċipalment vittmi ta’ vjolenza domestika u ta’ traffikar tal-bnedmin)
  • akkomodazzjoni għal żmien qasir għal persuni li jkunu għaddejjin minn kriżi jew emerġenza soċjali
  • kooperazzjoni u medjazzjoni sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi ta’ solidarjetà soċjali offruti minn organizzazzjonijiet oħra
  • Fl-aħħar nett, iċ-Ċentru jibgħat timijiet ta’ appoġġ psikosoċjali ta’ intervent rapidu, li jikkonsistu prinċipalment minn psikologi u assistenti soċjali, f’sitwazzjonijiet ta’ diżastri naturali (terremot, għargħar, nirien), inċidenti, nawfraġji li jinvolvu għadd kbir ta’ vittmi, u kwalunkwe kriżi li tinvolvi għadd kbir ta’ persuni meta l-preżenza ta’ dawn it-timijiet titqies bħala neċessarja.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ekka.org.gr/

Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni Medika għall-Vittmi tat-Tortura (Iatrikó Kéntro Apokatástasis Thymáton Vasanistiríon)

Iċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni Medika għall-Vittmi tat-Tortura jipprovdi ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-persuni li jkunu ġew ittorturati u l-familji tagħhom; huwa jħarreġ professjonisti tal-kura tas-saħħa Griegi u barranin sabiex jeżaminaw u jikkuraw vittmi tat-tortura, iwettaq riċerka xjentifika, u joffri inċentivi għar-riċerka dwar it-tortura u l-konsegwenzi tagħha.

Iċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni Medika għall-Vittmi tat-Tortura

  • jipprovdi ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-persuni li jkunu ġew ittorturati u l-familji tagħhom
  • iħarreġ professjonisti tal-kura tas-saħħa Griegi sabiex jeżaminaw u jikkuraw il-vittmi tat-tortura
  • jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni wiesgħa tal-għarfien dwar il-prattika tat-tortura u l-forom differenti tagħha u l-possibbiltà ta’ rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura
  • iwettaq riċerka xjentifika u joffri inċentivi għar-riċerka dwar it-tortura u l-konsegwenzi tagħha
  • iżomm u jiżviluppa ċentru ta’ informazzjoni (dokumentazzjoni)
  • jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tortura billi jsegwi dawn l-objettivi.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mrct.org/

Ċentru ta’ Riċerka u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Trattament Ħażin u Esklużjoni Soċjali (Kéntro Érevnas kai Ypostírixis Thymáton Kakopoíisis kai Koinonikoú Apokleismoú — ‘EKYThKKA’)

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Trattament Ħażin u Esklużjoni Soċjali joffri appoġġ mediku, psikoloġiku, soċjali u legali lill-vittmi ta’ tortura u vjolenza organizzata, trattament ħażin u esklużjoni soċjali.

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Trattament Ħażin u Esklużjoni Soċjali

  • huwa assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ regolata mil-liġi ċivili
  • joffri appoġġ mediku, psikoloġiku, soċjali u legali lill-vittmi ta’ tortura u vjolenza organizzata, trattament ħażin u esklużjoni soċjali
  • iqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, u jxerred l-għarfien dwar l-eżistenza ta’ manifestazzjonijiet ta’ vjolenza u esklużjoni soċjali u l-metodi sabiex dawn jiġu indirizzati kemm fil-Greċja kif ukoll f’pajjiżi oħra
  • joffri assistenza umanitarja lil gruppi soċjali li jkunu ġew soġġetti għal vjolenza organizzata, tortura, trattament ħażin u esklużjoni soċjali, kemm fil-Greċja kif ukoll f’pajjiżi oħra
  • iwettaq riċerka xjentifika dwar il-vjolenza u t-tortura, it-trattament ħażin u l-esklużjoni soċjali
  • jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tortura, it-trattament ħażin u l-esklużjoni soċjali.


INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cvme.gr/

Kunsill Grieg għar-Refuġjati (Ellinikó Symvoúlio gia tous Prósfyges)

Il-Kunsill Grieg għar-Refuġjati huwa organizzazzjoni mhux governattiva li tappoġġa r-refuġjati u l-applikanti għall-ażil fil-Greċja permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi psikosoċjali u legali.

Il-Kunsill Grieg għar-Refuġjati

  • huwa organizzazzjoni mhux governattiva stabbilita fl-1989 sabiex tappoġġa lir-refuġjati u l-applikanti għall-ażil fil-Greċja
  • jgħin lir-refuġjati jintegraw mingħajr problemi fil-Greċja permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi psikosoċjali u legali
  • huwa l-unika organizzazzjoni mhux governattiva Griega mingħajr skop ta’ qligħ li tittratta esklussivament persuni li jkunu qegħdin ifittxu ażil fil-Greċja u li jkunu meqjusa bħala refuġjati
  • huwa rreġistrat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mal-Ministeru tas-Saħħa u s-Solidarjetà Soċjali bħala organizzazzjoni speċjali tal-karità
  • huwa waħda mis-sitt organizzazzjonijiet mhux governattivi li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem fil-Greċja u huwa membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (Ethnikí Epitropí gia ta Dikaiómata tou Anthrópou)
  • huwa sieħeb tal-implimentazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u membru tal-Kunsill Ewropew għar-Refuġjati u l-Eżiljati.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gcr.gr/

Il-Monitor Grieg ta’ Helsinki (Ellinikó Paratiritírio ton Symfonión tou Elsínki)

Il-Monitor Grieg ta’ Helsinki jimmonitorja, jippubblika artikli u jagħmel lobbying dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-Greċja.

Il-Greek Helsinki Monitor

  • ġie stabbilit fl-1992
  • huwa l-membru Grieg tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ Ħelsinki dwar id-Drittijiet tal-Bniedem
  • jimmonitorja, jippubblika u jagħmel lobbying dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-Greċja u, minn żmien għall-ieħor, fil-Balkani
  • ipparteċipa u kkoordina ta’ spiss il-monitoraġġ tal-midja Griega u tal-Balkani għall-isterjotipi u d-diskors ta’ mibegħda, u ħejja rapporti annwali dettaljati, rapporti paralleli / mhux uffiċjali għall-korpi tat-trattat tan-NU, u rapporti speċjalizzati dwar it-trattament ħażin u dwar il-komunitajiet etniċi, etnolingwistiċi, reliġjużi u immigranti.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://greekhelsinki.wordpress.com/

Is-Sezzjoni Griega ta’ Amnesty International (Diethnís Amnistía Ellinikó Tmíma)

Amnesty International tindirizza gvernijiet, organizzazzjonijiet intergovernattivi, gruppi politiċi armati, kumpaniji u atturi oħra mhux statali u tinvestiga b’mod sistematiku u imparzjali każijiet individwali u mudelli ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Amnesty International

  • hija moviment globali, indipendenti ta’ voluntiera li jiġġieldu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem
  • tiddefendi l-priġunieri tal-kuxjenza, il-vjolenza u l-faqar
  • tfittex li ttemm il-vjolenza kontra n-nisa
  • tfittex li tabolixxi l-pieni tal-mewt, it-tortura u l-limitazzjonijiet tal-libertà f’isem il-“gwerra fuq it-terrur”
  • tiġġieled id-diskriminazzjoni kontra r-refuġjati, l-immigranti, il-minoranzi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT:

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.amnesty.org.gr/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Spanja


Skont il-Liġi 4/2015 tas-27 ta’ April 2015, il-persuni fiżiċi li huma vittmi ta’ reati li twettqu fi Spanja jew li jistgħu jkunu suġġetti għal proċedura kriminali fi Spanja jitqiesu li huma vittmi ta’ reat, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, jekk humiex ta’ età legali jew minuri, u jekk humiex jew le residenti legali. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Liġi għandhom japplikaw:

a) Bħala vittma diretta, għal kull persuna fiżika li tkun sofriet dannu fuq persunitha jew il-proprjetà tagħha, speċjalment korriment fiżiku jew dannu mentali, sofferenza emozzjonali jew telf ekonomiku kkawżati mir-reat.

b) Bħala vittma indiretta, f’każ ta’ mewt jew għajbien ta’ persuna li jkunu direttament ikkawżati minn reat, ħlief meta l-każijiet ikunu attribwibbli direttament għal:

1. Il-konjuġi tal-vittma, meta ma jkunux separati legalment jew de facto, u għal kull tifel u tifla tal-vittma jew tal-konjuġi tal-vittma, meta ma jkunux separati legalment jew de facto, li jkunu qed jgħixu magħhom meta jseħħu l-mewt jew l-għajbien; kull persuna li fil-mument tal-mewt jew tal-għajbien, tkun f’relazzjoni sentimentali kumparabbli mal-vittma, u kull tifel u tifla ta’ din il-persuna li jkunu qed jgħixu mal-vittma meta jseħħu l-mewt jew l-għajbien; Il-ġenituri tal-vittma jew il-qraba diretti jew tat-tielet grad li l-vittma għandha r-responsabiltà ta’ ġenitur għalihom, u l-persuni li jkunu taħt it-tutela tal-vittma jew li jkunu taħt fostering mill-vittma.

2. Meta ma teżisti l-ebda persuna minn dawn, qraba oħra diretti u l-aħwa tal-vittma, bil-preferenza tingħata lir-rappreżentant legali tal-vittma.

  • Id-drittijiet bażiċi tal-vittmi: Il-vittmi kollha huma intitolati għall-protezzjoni, għall-informazzjoni, għas-sostenn, għall-assistenza u għall-kura, kif ukoll għall-parteċipazzjoni attiva fi proċedimenti kriminali, u li jirċievu trattament rispettuż, professjonali, personali u nondiskriminatorju mal-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali, filwaqt li jiġu pprovduti servizzi ta’ assistenza, ta’ appoġġ u ta’ ġustizzja riparatriċi lill-vittma matul il-proċedimenti kriminali u għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien wara li jiġu konklużi, sew jekk l-identità tal-awtur tar-reat tkun magħrufa u sew jekk le, u irrispettivament mir-riżultat tal-proċedimenti.
  • Punt ta’ kuntatt: uffiċċji ta' assistenza għall-vittmi.

Bħala vittma ta’ reat, il-liġi tagħtik ċertu drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċeduri tal-qorti (il-proċess).

Il-proċeduri kriminali fi Spanja jibdew bl-investigazzjoni tar-reat, imwettqa mill-pulizija ġudizzjarja taħt is-superviżjoni tal-maġistrat inkwirenti. Fi tmiem l-investigazzjoni l-maġistrat inkwirenti jibgħat il-każ lill-prosekutur pubbliku li jiddeċiedi l-pass li jmiss. Jekk ma jkunx hemm provi biżżejjed sabiex tinfetaħ kawża kontra l-awtur tar-reat u l-prosekutur pubbliku jonqos milli jixlih, il-maġistrat inkwirenti jwaqqa’ (jtemm) il-proċedimenti. Inkella, il-każ jiġi rriferut lill-qorti rilevanti għat-twettiq tal-proċess.

Matul il-proċess, il-qorti teżamina l-evidenza u tiddeċiedi jekk l-allegat awtur tar-reat huwiex ħati jew le. Jekk l-awtur tar-reat jinstab ħati, il-qorti timponi piena. Il-proċedimenti kriminali jistgħu jkomplu bil-possibilità ta’ appell quddiem il-qorti superjuri.

Bħala vittma, tista’ tieħu sehem fi proċedimenti kriminali bħala xhud jew inkella jkollok rwol aktar attiv bħala prosekutur privat, u għaldaqstant tibbenefika minn drittijiet addizzjonali li jiġu għax tkun parti fil-proċedimenti. F’kull każ, skont l-Artikolu 124 tal-Kostituzzjoni Spanjola, il-prosekutur pubbliku għandu jissalvagwardja l-interessi tal-vittma/tal-vittmi tul il-proċedimenti.

Il-vittmi ta’ reati relatati ma’ vjolenza sessista jkunu assistiti minn avukat speċjalizzat, mill-inkjesti preliminari ’l quddiem. Wara r-riforma tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura (Ley Orgánica del Poder Judicial, LOPJ) bil-Liġi Organika 7/2015, il-qrati bil-ġuriżdizzjoni fuq il-vjolenza kontra n-nisa jittrattaw ukoll ir-reati kontra l-privatezza, id-dritt tal-immaġni u tal-unur tan-nisa kif ukoll in-nuqqas ta’ rispett lejn il-qorti jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ miżura interim.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

B’mod ġenerali, bħala vittma, mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-intervent mis-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż qabel ma tirrapporta r-reat, inti għandek id-dritt li tirċievi protezzjoni, informazzjoni, appoġġ, assistenza u kura.

Inti tista’ titlob lill-awtoritajiet jew lill-uffiċjali li tikkuntattja fil-bidu sabiex jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità (Oficinas de Asistencia a las Víctimas del delito), fejn huma jassistuk mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, anki jekk qabel ma tkunx irrapportajt ir-reat.

Tista’ wkoll tkun akkumpanjat(a) minn persuna tal-għażla tiegħek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet u l-uffiċjali.

Barra minn hekk, bħala vittma, inti għandek id-dritt li tifhem u tinftiehem fi kwalunkwe azzjoni li tkun twettqet ladarba jkun ġie rrapportat ir-reat, inkluża l-informazzjoni qabel jiġi ppreżentat ir-rapport, bl-interpretazzjoni tiġi pprovduta f’lingwi tas-sinjali rikonoxxuti legalment, kif ukoll mezzi ta’ appoġġ għal komunikazzjoni orali f’każijiet fejn meħtieġa.

Il-komunikazzjoni kollha, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, għandha ssir b’lingwaġġ ċar, sempliċi u aċċessibbli u tqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet personali tiegħek, speċjalment jekk għandek xi diżabilità sensorja, intellettwali jew mentali jew jekk inti minorenni.

L-informazzjoni li għaliha inti intitolat bħala vittma u li tiġi pprovduta lilek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-intervent tas-servizzi ta’ assistenza u appoġġ tikkonċerna prinċipalment:

  • il-proċedura sabiex tirrapporta r-reat u tikseb il-pariri u l-assistenza ta’ avukat u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas;
  • il-miżuri ta’ assistenza u appoġġ disponibbli għalik, kemm jekk dawn ikunu mediċi, psikoloġiċi jew materjali, u l-proċedura sabiex jinkisbu;
  • il-possibbiltà li titlob miżuri ta’ protezzjoni u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex tagħmel dan;
  • il-kumpens li għalih tista’ tkun intitolat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titolbu;
  • is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva disponibbli, f’każijiet fejn dan ikun legalment possibbli;
  • il-każijiet li fihom tista’ tiġi rrimborżat għall-ispejjeż legali u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titlobhom.

Jekk ikollok bżonnha, tista’ tirċievi wkoll informazzjoni dwar is-servizzi ta’ interpretar u traduzzjoni, kif ukoll l-għajnuniet u s-servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli.

Jekk mintix residenti fi Spanja, inti intitolat li tirċievi informazzjoni dwar il-proċedura sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Jekk inti vittma ta’ reat u tirrisjedi fi Spanja, ser tkun tista’ tirrapporta l-atti kriminali li jkunu twettqu f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea lill-awtoritajiet Spanjoli.

F’każ li l-awtoritajiet Spanjoli jiddeċiedu li ma jkomplux bl-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, huma għandhom jibagħtu minnufih ir-rapport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn twettqu l-atti u jinformawk b’dan bħala l-ilmentatur.

Jekk inti ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE u ordinarjament residenti fi Spanja u r-reat li tkun vittma tiegħu jkun twettaq fi Stat Membru tal-UE minbarra Spanja (vittma ta’ reat f’sitwazzjonijiet transfruntiera), tista’ tmur fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, li jistgħu jipprovdulek informazzjoni dwar il-proċedimenti legali li għandhom jiġu segwiti fil-pajjiż fejn twettaq ir-reat u dwar il-kumpens li għalih tista’ tkun intitolat. Jekk ikun reat terroristiku, għandek tikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għall-Vittmi tat-Terroriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Intern (Dirección General de Apoyo a las Víctimas del Terrorismo del Ministerio del Interior).

Jekk inti ċittadin mhux residenti fi Spanja, jista’ jkollok id-dritt għal servizz ta’ interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva. Il-pulizija jistgħu jipprovdulek formola bil-lingwa tiegħek sabiex tirrapporta r-reat, kif ukoll aċċess għal interpretu bit-telefon jew personalment. Il-qrati għandhom servizz ta’ interpretu, li jikkoordina mal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità. Barra minn hekk, jekk mintix residenti fi Spanja, inti intitolat li tirċievi informazzjoni dwar il-proċedura sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek.

Jekk inti benefiċjarju ta’ ordni ta’ protezzjoni maħruġa fi Stat Membru, tista’ titlob ordni ta’ protezzjoni Ewropea. Bl-użu ta’ proċess issimplifikat u mgħaġġel, inti tingħata protezzjoni permezz ta’ miżura ta’ protezzjoni ġdida meħuda mill-Istat Membru li lejh tkun qed tivvjaġġa jew tiċċaqlaq.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Fil-mument li tkun qed tirrapporta reat, inti għandek id-dritt li tirċievi kopja debitament iċċertifikata tar-rapport. Ser ikollok ukoll id-dritt li tingħata assistenza lingwistika bla ħlas u traduzzjoni bil-miktub tal-kopja tar-rapport li tippreżenta, jekk ma tifhimx jew ma titkellimx xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn jiġi rrapportat ir-reat.

Ser tkun intitolat ukoll li tirċievi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

  • il-miżuri ta’ kura u appoġġ disponibbli għalik, kemm jekk mediċi, psikoloġiċi jew materjali, u l-proċedura sabiex jinkisbu, inkluża, jekk tkun meħtieġa u xierqa, informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tinkiseb akkomodazzjoni alternattiva;
  • id-dritt li tagħti l-evidenza lill-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni;
  • il-possibbiltà li titlob miżuri ta’ protezzjoni u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex tagħmel dan;
  • il-kumpens li għalih tista’ tkun intitolat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titolbu;
  • is-servizzi ta’ interpretar u traduzzjoni disponibbli;
  • kwalunkwe għajnuniet u servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli;
  • il-proċeduri li permezz tagħhom tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek jekk tkun tgħix barra minn Spanja;
  • l-appelli li tista’ tressaq kontra kwalunkwe deċiżjoni li tqis li hija inkompatibbli mad-drittijiet tiegħek;
  • id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità inkarigata mill-immaniġġjar tal-proċedura u l-mezzi ta’ komunikazzjoni li tista’ tuża magħhom;
  • is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva disponibbli, f’każijiet fejn dan ikun legalment possibbli;
  • il-każijiet li fihom tista’ tiġi rrimborżat għall-ispejjeż legali u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titlobhom;
  • id-dritt li tagħmel talba ġenerali sabiex tiġi nnotifikat b’ċerti deċiżjonijiet fil-proċedimenti bħal, fost l-oħrajn, id-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali, is-sentenza finali fil-proċedimenti, id-deċiżjonijiet li t-trasgressur jinżamm arrestat jew li sussegwentement jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja, u d-deċiżjonijiet ta’ kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew tal-ħabs li jaffettwaw lill-persuni kkundannati għal reati mwettqa bl-użu ta’ vjolenza jew intimidazzjoni li joħolqu riskju għas-sikurezza tiegħek.

Barra minn hekk, ser tiġi informat bid-data, il-ħin u l-post tal-proċess, kif ukoll is-sustanza tal-akkużi kontra t-trasgressur.

Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, ser tiġi nnotifikat bid-deċiżjonijiet li t-trasgressur jinżamm arrestat jew li sussegwentement jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja, minbarra dawk li japprovaw miżuri ta’ prekawzjoni personali jew li jemendaw il-miżuri diġà miftiehma, fejn dawn ikunu maħsuba sabiex jiżguraw is-sikurezza tiegħek, mingħajr ma jkollok bżonn titlobhom, ħlief fi kwalunkwe każ fejn tesprimi x-xewqa li ma tirċevix dawn in-notifiki.

Inti ser tkun tista’ wkoll tikseb aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali. Tista’ tiġi riferut għal dawn l-Uffiċċji, fejn meħtieġ, skont is-serjetà tar-reat jew meta titlob dan.

Fejn ir-reati inkwistjoni jkunu kkawżaw dannu partikolarment serju, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jistgħu jestendu għall-membri tal-familja tiegħek id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza. Għaldaqstant, il-membri tal-familja huma definiti bħala l-persuni marbuta miegħek biż-żwieġ jew b’relazzjoni simili u l-qraba sat-tieni grad (nanniet, aħwa u neputijiet).

Jien intitolat għal servizzi ta’ interpretar jew traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħrajn, jew inkella matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk inti ċittadin mhux residenti fi Spanja, jista’ jkollok id-dritt għal servizz ta’ interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva. Il-pulizija jistgħu jipprovdulek formola bil-lingwa tiegħek sabiex tirrapporta r-reat, kif ukoll aċċess għal interpretu bit-telefon jew personalment. Il-qrati għandhom servizz ta’ interpretu, li jikkoordina mal-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek informazzjoni dwar id-dritt tiegħek għal assistenza lingwistika mingħajr ħlas u għat-traduzzjoni bil-miktub tal-kopja tar-rapport jekk ma tifhimx jew ma titkellimx b’xi waħda mil-lingwi uffiċjali fil-post fejn tirrapporta r-reat.

B’mod partikolari, inti għandek id-dritt:

  • li tkun assistit mingħajr ħlas minn interpretu li jitkellem b’lingwa li tifhem meta tagħti x-xhieda tiegħek lill-imħallef, lill-prosekutur pubbliku jew lill-uffiċjali tal-pulizija matul l-investigazzjoni, jew meta tidher bħala xhud fil-proċess jew fi kwalunkwe seduta ta’ smigħ pubblika.

Dan id-dritt japplika wkoll jekk ikollok nuqqas ta’ smigħ jew diffikultajiet fit-taħdit;

  • it-traduzzjoni mingħajr ħlas ta’ ċerti deċiżjonijiet fil-proċedimenti bħal, fost l-oħrajn, id-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali, is-sentenza finali fil-proċedimenti, id-deċiżjonijiet li t-trasgressur jinżamm arrestat jew li sussegwentement jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja, id-deċiżjonijiet ta’ kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew tal-ħabs li jaffettwaw lill-persuni kkundannati għal reati mwettqa bl-użu ta’ vjolenza jew intimidazzjoni li joħolqu riskju għas-sikurezza tiegħek u d-deċiżjoni li tingħalaq l-investigazzjoni.

Tista’ titlob li t-traduzzjoni tkun tinkludi sommarju qasir tar-raġunijiet tad-deċiżjoni meħuda;

  • it-traduzzjoni mingħajr ħlas ta’ kwalunkwe informazzjoni li hija essenzjali għalik sabiex tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali. Għaldaqstant, tista’ tissottometti talba motivata sabiex dokument jitqies bħala essenzjali;
  • li tkun informat, b’lingwa li tifhem, bid-data, il-ħin u l-post tal-proċess.

L-assistenza minn interpretu tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ konferenza bil-vidjo jew kwalunkwe mezz ta’ telekomunikazzjoni, sakemm l-imħallef jew il-qorti, ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, ma jaqblux li l-interpretu jkun fiżikament preżenti sabiex jissalvagwardja d-drittijiet tiegħek.

It-traduzzjoni bil-miktub tad-dokumenti tista’ tiġi sostitwita, b’mod eċċezzjonali, b’sommarju orali tal-kontenut tagħhom b’lingwa li tifhem sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja tal-proċedimenti.

Jekk tixtieq li l-azzjonijiet tal-pulizija jiġu interpretati jew tradotti u dan is-servizz ma jiġix ipprovdut, tista’ tappella mal-imħallef li jeżamina. L-appell jitqies bħala li tressaq mill-mument li fih tkun esprimejt in-nuqqas ta’ qbil tiegħek maċ-ċaħda tas-servizz ta’ interpretar jew traduzzjoni mitlub minnek.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

B’mod ġenerali, bħala vittma, mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-intervent mis-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż qabel ma tirrapporta r-reat, għandek id-dritt li tirċievi protezzjoni, informazzjoni, appoġġ, assistenza u kura.

Inti tista’ titlob lill-awtoritajiet jew lill-uffiċjali li tikkuntattja fil-bidu sabiex jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, fejn huma jassistuk mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, anki jekk qabel ma tkunx irrapportajt ir-reat.

Tista’ wkoll tkun akkumpanjat(a) minn persuna tal-għażla tiegħek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet u l-uffiċjali.

Barra minn hekk, għandek id-dritt li tifhem u tinftiehem fi kwalunkwe azzjoni li tkun twettqet ladarba jkun ġie rrapportat ir-reat, inkluża l-informazzjoni qabel jiġi ppreżentat ir-rapport, bl-interpretazzjoni tiġi pprovduta f’lingwi tas-sinjali rikonoxxuti legalment, kif ukoll mezzi ta’ appoġġ għal komunikazzjoni orali f’każijiet fejn meħtieġa.

Il-komunikazzjoni kollha, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, għandha ssir b’lingwaġġ ċar, sempliċi u aċċessibbli u tqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet personali tiegħek, speċjalment jekk għandek xi diżabilità sensorja, intellettwali jew mentali jew jekk inti minorenni.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ lill-vittmi?

Jekk inti vittma tal-kriminalità, għandek id-dritt li tikseb aċċess, mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, għas-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għal dawk ipprovduti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità huwa servizz multidixxiplinarju pubbliku pprovdut mingħajr ħlas sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-vittmi, imwaqqaf mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Hemm Uffiċċji Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek appoġġ komprensiv, ikkoordinat u speċjalizzat bħala vittma tal-kriminalità, filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet legali, psikoloġiċi u soċjali speċifiċi tiegħek.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali (Oficina de Información y Asistencia a Víctimas del Terrorismo de la Audiencia Nacional), għalkemm tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità fil-provinċja tiegħek jekk tixtieq. L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mbagħad jikkoordina mal-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali.

Id-dritt ta’ aċċess ikompli waqt l-intervent tas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza u, fejn xieraq, tas-servizzi tal-ġustizzja restorattiva, matul il-proċedimenti kriminali kollha u għal perjodu ta’ żmien xieraq wara li jintemmu, irrispettivament minn jekk l-identità tat-trasgressur tkunx magħrufa u mill-eżitu tal-proċedimenti, inkluż iż-żmien qabel jiġi rrapportat ir-reat.

Fejn ir-reati inkwistjoni jkunu kkawżaw dannu partikolarment serju, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jistgħu jestendu għall-membri tal-familja tiegħek id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza. Għaldaqstant, il-membri tal-familja huma definiti bħala l-persuni marbuta miegħek biż-żwieġ jew b’relazzjoni simili u l-qraba sat-tieni grad (nanniet, aħwa u neputijiet).

Jekk għandek tfal taħt l-età jew inti minorenni soġġett għal tutela, il-kustodja ta’ vittma femminili ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew minn persuni li huma vittmi ta’ vjolenza domestika, ser tkun intitolat(a) għall-miżuri speċifiċi ta’ assistenza u protezzjoni stabbiliti bil-liġi.

Barra minn hekk, jekk int vittma ta’ reati terroristiċi jew vjolenza abbażi ta’ sess jew jekk inti minorenni, ser ikollok ukoll id-drittijiet rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni speċifika għal kull tip ta’ reat.

Il-pulizija ser jirreferuni awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

L-uffiċjali tal-pulizija tal-Istat u, fejn xieraq, il-pulizija tal-komunità awtonoma fejn ikun seħħ ir-reat, ser iwettqu valutazzjoni individwali inizjali tas-sitwazzjoni tiegħek meta tirrapporta r-reat, sabiex jiddeterminaw il-ħtiġijiet tal-protezzjoni tiegħek u jidentifikawk, jekk applikabbli, bħala vittma vulnerabbli. Matul din il-valutazzjoni inizjali, inti ser tirċievi informazzjoni dwar il-possibbiltà li tmur f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

Kwalunkwe awtorità jew uffiċjal li jiġu f’kuntatt miegħek iridu jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, fejn ikun meħtieġ, skont is-serjetà tar-reat jew, fi kwalunkwe każ, meta inti titlob dan.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

L-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza pprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għal dawk ipprovduti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, għandu jkun kunfidenzjali fil-każijiet kollha.

L-informazzjoni li tipprovdi lill-uffiċjali tal-pulizija jew lil kwalunkwe awtorità jew uffiċjal li jassistuk mill-ewwel mument tista’ tingħata biss lil servizzi oħrajn ta’ appoġġ u assistenza, bħalma huma l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, bil-kunsens minn qabel u informat tiegħek.

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu biss jipprovdu l-informazzjoni li rċevew dwarek lil partijiet terzi bil-kunsens minn qabel u informat tiegħek.

Fir-rigward tal-isfera ġudizzjarja, l-imħallfin, il-qrati, il-prosekuturi pubbliċi u awtoritajiet u uffiċjali oħrajn inkarigati mill-investigazzjoni kriminali, kif ukoll oħrajn li huma involuti bi kwalunkwe mod fil-proċedimenti jew li jieħdu sehem fihom, ser jieħdu l-miżuri meħtieġa, f’konformità mal-liġi, sabiex jipproteġu l-privatezza tiegħek u dik tal-membri tal-familja tiegħek u, b’mod partikolari, sabiex jipprevjenu t-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiżvela l-identità tiegħek jekk inti vittma taħt l-età jew persuna b’diżabilità li teħtieġ protezzjoni speċjali.

Barra minn hekk, l-awtorità ġudizzjarja tista’ tipprojbixxi l-kisba, id-divulgazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ immaġnijiet tiegħek jew ta’ membri tal-familja tiegħek, speċjalment jekk inti vittma taħt l-età jew persuna b’diżabilità li teħtieġ protezzjoni speċjali.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Kull vittma għandha dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mingħajr ħlas u fuq bażi kunfidenzjali.

L-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza mhux ser ikun kondizzjonali fuq ir-rapportar ta’ reat minn qabel.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni hija disponibbli?

L-awtoritajiet u l-uffiċjali inkarigati mill-investigazzjoni, mill-prosekuzzjoni u mill-proċess tar-reati ser jieħdu l-miżuri meħtieġa stabbiliti mil-liġi sabiex jissalvagwardjaw il-ħajja tal-vittma u tal-membri tal-familja tagħha, il-benesseri mentali u fiżiku, il-libertà, is-sikurezza, il-libertà sesswali u l-integrità tagħhom, kif ukoll sabiex jipproteġu b’mod adegwat il-privatezza u d-dinjità tagħhom, b’mod partikolari meta jagħmlu stqarrijiet jew ikollhom jixhdu fil-qorti.

Il-prosekutur pubbliku ser jiżgura b’mod partikolari li dan id-dritt għall-protezzjoni jiġi ssodisfat fil-każ ta’ vittmi taħt l-età, billi jieħu l-miżuri xierqa fl-aħjar interess tagħhom, fejn ikun hemm bżonn, sabiex jipprevjeni jew inaqqas id-dannu li jista’ jinħoloq għalihom mit-tmexxija tal-proċedimenti.

Jekk inti vittma taħt l-età jew vittma b’diżabilità (vittmi li jeħtieġu protezzjoni speċjali), hemm il-possibbiltà li l-provi jiġu eżaminati qabel il-proċess mill-esperti u li l-intervista tiegħek ma’ tim imħarreġ apposta u li ssir f’kamra speċjali tiġi rrekordjata.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek ser jiġu vvalutati sabiex jiġi ddeterminat liema miżuri ta’ protezzjoni jridu jittieħdu?

Dawn li ġejjin huma responsabbli sabiex jivvalutaw u jiddeċiedu fuq dawn it-tipi ta’ miżuri:

  • matul l-investigazzjoni tar-reat, l-imħallef li jeżamina jew l-imħallef li jittratta l-vjolenza fuq in-nisa, mingħajr preġudizzju għall-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet provviżorji li għandhom jitwettqu u jittieħdu minn:
  • il-prosekutur pubbliku, matul l-investigazzjonijiet tiegħu jew fi proċedimenti li jikkonċernaw vittmi taħt l-età, jew
  • l-uffiċjali tal-pulizija involuti fil-fażi inizjali tal-investigazzjonijiet;
  • matul il-proċess, l-imħallef jew il-qorti responsabbli mit-tressiq tal-provi tal-kawża.

Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mit-trasgressur?

Iva, minħabba li ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek dejjem jiġu vvalutati l-ewwel sabiex jiġi ddeterminat liema miżuri ta’ protezzjoni jridu jittieħdu.

L-uffiċjali tal-pulizija tal-Istat u, fejn xieraq, il-pulizija tal-komunità awtonoma fejn ikun seħħ ir-reat, iwettqu valutazzjoni individwali inizjali tas-sitwazzjoni tiegħek meta tirrapporta r-reat, sabiex jiddeterminaw il-ħtiġijiet tal-protezzjoni tiegħek u jidentifikawk, jekk applikabbli, bħala vittma vulnerabbli. Matul din il-valutazzjoni inizjali, inti ser tirċievi informazzjoni dwar il-possibbiltà li tmur f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

Jekk tingħata assistenza f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, dan is-servizz iwettaq ukoll valutazzjoni individwali tal-każ tiegħek. L-informazzjoni miġbura fil-valutazzjoni tal-pulizija tista’ tintbagħat lill-Uffiċċju jekk inti tagħti l-kunsens għal dan.

Il-valutazzjoni individwali tqis il-ħtiġijiet li tesprimi, kif ukoll ix-xewqat tiegħek, u tirrispetta b’mod sħiħ l-integrità fiżika, mentali u morali tiegħek.

B’mod partikolari, hija tikkunsidra dawn li ġejjin:

  • il-karatteristiċi personali, is-sitwazzjoni, il-ħtiġijiet immedjati, is-sess, id-diżabilità u l-livell ta’ maturità tiegħek, u tivvaluta, b’mod partikolari, jekk intix persuna b’diżabilità jew jekk għandekx relazzjoni ta’ dipendenza mal-allegat awtur tar-reat, jekk intix vittma taħt l-età jew jekk għandekx bżonn protezzjoni speċjali jew jekk hemmx fatturi oħrajn ta’ vulnerabbiltà partikolari preżenti;
  • in-natura tar-reat li tiegħu inti vittma u s-serjetà tad-dannu kkawżat, kif ukoll ir-riskju li r-reat jerġa’ jseħħ. Il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tiegħek ser jiġu vvalutati b’mod speċjali jekk int vittma ta’ reati ta’ terroriżmu, reati mwettqa minn organizzazzjoni kriminali, vjolenza abbażi ta’ sess u vjolenza domestika, reati kontra l-libertà sesswali u l-integrità, it-traffikar tal-bnedmin, l-għajbien sfurzat u reati mwettqa għal raġunijiet razzisti, anti-Semitiċi jew oħrajn li jikkonċernaw ideoloġija, reliġjon jew twemmin, sitwazzjoni familjari, sħubija ta’ etniċità, razza jew nazzjon, l-oriġini nazzjonali tiegħek, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tiegħek, jew għal raġunijiet ta’ sess, mard jew diżabilità;
  • iċ-ċirkostanzi tar-reat, b’mod partikolari fil-każ ta’ reati vjolenti.

Jekk inti taħt l-età jew għandek xi diżabilità u teħtieġ protezzjoni speċjali, l-opinjonijiet u l-interessi tiegħek jiġu kkunsidrati wkoll, flimkien maċ-ċirkostanzi personali tiegħek, filwaqt li l-prinċipji tal-aħjar interess tal-persuna taħt l-età jew b’diżabilità li teħtieġ protezzjoni speċjali għandhom jiġu rrispettati b’mod partikolari, kif ukoll id-dritt tagħha għall-informazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-kunfidenzjalità, il-privatezza u d-dritt li tiġi protetta.

Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Iva, matul l-investigazzjoni tar-reat, ikun l-imħallef li jeżamina jew l-imħallef li jittratta l-vjolenza fuq in-nisa jew, jekk ikun reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, il-prosekutur pubbliku jew l-uffiċjali tal-pulizija involuti fil-fażi inizjali tal-investigazzjonijiet li jivvalutaw u jiddeterminaw il-miżuri ta’ protezzjoni li jistgħu jkunu xierqa għalik.

Jekk tkun fil-periklu, tirċievi l-protezzjoni tal-pulizija.

Ix-xhieda tiegħek tingħata permezz ta’ konferenza bil-vidjo għal raġunijiet ta’ sikurezza, ordni pubbliku, utilità jew sabiex tiġi ppreservata d-dinjità tiegħek.

Jekk inti vittma ta’ ċerti reati speċifiċi li jwasslu għal miżuri ta’ protezzjoni speċjali li jingħataw lill-vittmi tagħhom, bħal vjolenza abbażi ta’ sess, vjolenza domestika, traffikar tal-bnedmin għal skopijiet ta’ sfruttament sesswali u sfruttament tal-ħaddiema, offiżi, reati kontra l-libertà, tortura, reati kontra l-individwu, kontra l-libertà sesswali, il-privatezza, id-dritt għal immaġini personali, l-invjolabbiltà tad-dar, l-unur u l-ordni soċjoekonomika, għandek id-dritt li tiġi imposta waħda mill-projbizzjonijiet li ġejjin fuq l-aggressur jekk din tkun strettament meħtieġa għall-protezzjoni tiegħek: projbizzjoni fuq ir-residenza jew iż-żjara f’post, viċinat, belt jew reġjun, projbizzjoni fuq l-avviċinament lejk jew fuq il-komunikazzjoni ma’ ċerti persuni.

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jittieħdu matul l-investigazzjoni għall-protezzjoni tiegħek:

  • inti tista’ tagħti x-xhieda tiegħek f’faċilitajiet iddisinjati apposta jew adattati lill-professjonisti mħarrġa apposta;
  • jekk ikollok tixhed diversi drabi, ix-xhieda tittieħed mill-istess persuna, sakemm dan ma jkunx jista’ jipperikola b’mod sinifikanti t-tmexxija tal-proċedimenti jew sakemm ix-xhieda tiegħek ma tkunx trid tittieħed direttament minn imħallef jew prosekutur pubbliku;
  • jekk inti vittma ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, vjolenza domestika, reat kontra l-libertà sesswali jew l-integrità, ix-xhieda tiegħek tista’ tingħata minn xi ħadd tal-istess sess, meta inti titlob dan, sakemm dan ma jkunx jista’ jipperikola b’mod sinifikanti t-tmexxija tal-proċedimenti jew sakemm ix-xhieda tiegħek ma tkunx trid tittieħed direttament minn imħallef jew prosekutur pubbliku.

Jekk tiġi mħarrek sabiex tixhed u l-imħallef jara li tinsab f’riskju serju jew li l-libertà, il-proprjetà jew il-familja tiegħek qegħdin f’riskju, huwa jista’ jieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

  • jipproteġi l-identità, l-indirizz, il-professjoni jew il-post tax-xogħol tiegħek, billi ma jużax din l-informazzjoni fil-proċedimenti;
  • ma jħallikx tidher fil-qorti u jistabbilixxi l-qorti bħala l-indirizz għan-notifiki;
  • ma jħallix l-immaġini tiegħek tiġi rrekordjata bi kwalunkwe mod;
  • jordna l-protezzjoni tal-pulizija matul u wara l-proċedimenti;
  • jipprovdilek trasport lejn il-qorti f’karozzi uffiċjali;
  • fil-qorti, ipoġġik f’kamra ta’ stennija mgħassa mill-pulizija;
  • f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jipprovdilek identità ġdida u għajnuna finanzjarja sabiex tkun tista’ tbiddel il-post tar-residenza jew tax-xogħol tiegħek.

Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew ta’ vjolenza domestika, tista tingħata ‘ordni ta’ protezzjoni’ li tinkludi miżuri ta’ prekawzjoni ġenerali kontra l-aggressur (projbizzjoni fuq ir-residenza jew iż-żjara f’ċerti postijiet, viċinati, bliet jew reġjuni, projbizzjoni fuq l-avviċinament jew il-komunikazzjoni ma’ ċerti persuni).

Matul il-proċedimenti ġudizzjarji, l-imħallef jew il-president tal-qorti jista’ jordna seduta ta’ smigħ privata (li tirrestrinġi l-preżenza ta’ mezzi awdjoviżivi fis-sessjonijiet tal-proċess u tipprojbixxi l-irrekordjar tas-seduti ta’ smigħ kollha jew ta’ wħud minnhom) bil-għan li jipproteġi l-moralità, l-ordni pubbliku u lilek bħala vittma u/jew il-familja tiegħek. Huma jistgħu jipprojbixxu d-divulgazzjoni tal-identità tal-esperti jew ta’ kwalunkwe persuna oħra li tieħu sehem fil-proċess.

Bħala prosekutur privat, tista’ titlob li ssir seduta ta’ smigħ privata.

Matul il-proċedimenti, jistgħu jittieħdu l-miżuri li ġejjin għall-protezzjoni tiegħek:

  • miżuri sabiex jiġi evitat li jkollok kuntatt viżwali mal-allegat awtur tar-reat u li jiżguraw li tkun tista’ tinstema’ mingħajr ma tkun preżenti fl-awla; jistgħu jintużaw teknoloġiji tal-komunikazzjoni għal dan (jintrama skrin fl-awla u l-istqarrijiet isiru permezz ta’ konferenza bil-vidjo);
  • miżuri sabiex jiġi evitat li jsiru mistoqsijiet li huma relatati mal-ħajja privata tiegħek u li ma għandhom l-ebda rilevanza għall-att kriminali li jkun qed jinstema’ mill-qorti, sakemm l-imħallef jew il-qorti ma jikkunsidrawx b’mod eċċezzjonali li dawn iridu jiġu mwieġba;
  • is-seduta ta’ smigħ orali ssir fil-privat, għalkemm l-imħallef jew il-president tal-qorti jista’ jawtorizza l-preżenza ta’ persuni li jistgħu juru li għandhom interess speċjali fil-kawża.

Il-miżuri sabiex jiġi evitat il-kuntatt viżwali mal-allegat awtur tar-reat u l-mistoqsijiet li jsiru rigward il-ħajja privata tiegħek jistgħu jittieħdu wkoll matul l-investigazzjoni.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Fil-każ ta’ vittmi vulnerabbli, bħal vittmi taħt l-età u vittmi b’diżabilità li jeħtieġu protezzjoni speċjali, minbarra l-miżuri stabbiliti fit-taqsima ‘Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?’, il-miżuri li ġejjin ser ikunu applikabbli matul il-proċedimenti:

  • l-istqarrijiet miksuba ser jiġu rrekordjati b’mezzi awdjoviżivi u jistgħu jiġu riprodotti fil-proċess fil-każijiet u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi;
  • l-istqarrija tista’ tinkiseb permezz ta’ esperti.

Jekk inti vittma taħt l-età jew vittma b’diżabilità (vittmi li jeħtieġu protezzjoni speċjali), hemm il-possibbiltà li l-provi jiġu eżaminati qabel il-proċess mill-esperti u li l-intervista tiegħek ma’ tim imħarreġ apposta u li ssir f’kamra speċjali tiġi rrekordjata.

Barra minn hekk, fuq talba tal-prosekutur pubbliku, jista’ jkun possibbli li jinħatar kustodju ad litem jekk inti vittma partikolarment vulnerabbli u f’ċerti każijiet, bħal meta jkun hemm kunflitti ta’ interess mar-rappreżentant legali tiegħek, jew ma’ wieħed mill-ġenituri, sakemm il-ġenitur l-ieħor ma jkunx jista’ jaqdi b’mod adegwat id-dmirijiet tiegħu ta’ rappreżentanza u assistenza tal-vittma. 

Jien minorenni - għandi xi drittijiet speċjali?

Jekk inti minorenni, matul il-fażi tal-investigazzjoni tar-reat ser tiġi ttrattat skont il-protokolli li huma maħluqa apposta sabiex jipproteġuk. Ser jittieħdu prekawzjonijiet speċjali meta tkun trid tagħti x-xhieda tiegħek. Il-prosekutur pubbliku, li għandu d-dmir speċifiku li jipproteġi lill-minorenni, għandu dejjem ikun preżenti. Il-kuntatt viżwali bejnek u l-aggressur irid jiġi evitat bl-użu ta’ kwalunkwe mezz tekniku.

Inti ser tiġi intervistat minn tim imħarreġ apposta f’kamra speċjali, li ma jidhirx li jkun ta’ theddida għalik, minħabba li hemm il-possibbiltà li l-provi jiġu eżaminati qabel il-proċess minn esperti u li l-intervista tiġi rrekordjata.

Inti tista’ tagħti x-xhieda tiegħek darba biss, fil-preżenza tal-imħallef li jeżamina, tal-iskrivan tal-qorti u tal-partijiet kollha fil-proċedimenti, u ma terġax tagħmel dan waqt il-proċess.

Matul il-proċedimenti ġudizzjarji, jekk inti persuna minorenni li tkun qed tagħti x-xhieda tiegħek, il-kuntatt viżwali bejnek u l-persuna akkużata għandu jiġi evitat b’kull mezz tekniku possibbli.

Il-konfrontazzjoni hija wkoll ristretta.

Minbarra l-miżuri stabbiliti fit-taqsima ‘Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?’, il-miżuri li ġejjin ser ikunu applikabbli matul il-proċedimenti:

  • l-istqarrijiet miksuba ser jiġu rrekordjati b’mezzi awdjoviżivi u jistgħu jiġu riprodotti fil-proċess fil-każijiet u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi;
  • l-istqarrija tista’ tinkiseb permezz ta’ esperti.

Barra minn hekk, fuq talba tal-prosekutur pubbliku, jista’ jkun possibbli li jinħatar kustodju ad litem jekk inti vittma partikolarment vulnerabbli u f’ċerti każijiet, bħal meta jkun hemm kunflitti ta’ interess mar-rappreżentant legali tiegħek, jew ma’ wieħed mill-ġenituri, sakemm il-ġenitur l-ieħor ma jkunx jista’ jaqdi b’mod adegwat id-dmirijiet tiegħu ta’ rappreżentanza u assistenza għall-vittma. 

Il-membru tal-familja tiegħi miet minħabba r-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Jekk membru tal-familja jkun miet minħabba reat, inti tkun vittma indiretta tar-reat ikkawżat lill-membru tal-familja tiegħek (il-vittma diretta) jekk tkun f’ċerti sitwazzjonijiet previsti mil-liġi (minbarra, fil-każijiet kollha, il-persuna responsabbli għar-reat), kif ukoll jekk inti kont il-konjuġi tal-vittma diretta u ma kontux legalment separati jew tgħixu bogħod minn xulxin; jekk kont il-wild tal-vittma diretta jew tal-konjuġi mhux legalment separati jew jgħixu bogħod minn xulxin u kont qed tgħix magħhom; jekk kellek rabta mal-vittma diretta permezz ta’ relazzjoni simili u kont tgħix magħhom, fost sitwazzjonijiet oħrajn.

Ftakar li l-vittmi kollha għandhom id-dritt li jressqu azzjoni kriminali u azzjoni ċivili skont il-liġi u li jidhru quddiem l-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni sabiex jagħtuhom il-provi u l-informazzjoni meqjusa bħala rilevanti sabiex jiġu ċċarati l-fatti.

Bħala vittma indiretta, ser ikollok aċċess kunfidenzjali mingħajr ħlas għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza pprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għal dawk ipprovduti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi, sakemm jitqies li huwa xieraq li dan id-dritt jiġi estiż għall-membri tal-familja tal-vittma diretta minħabba li r-reati kkawżaw dannu partikolarment serju. Għaldaqstant, il-membri tal-familja ser jiġu definiti bħala l-persuni marbuta mal-vittma diretta biż-żwieġ jew b’relazzjoni simili u l-qraba sat-tieni grad (nanniet, aħwa u neputijiet).

Bħala vittma indiretta, tista’ tirċievi informazzjoni dwar il-miżuri ta’ appoġġ u assistenza disponibbli, kemm jekk mediċi, psikoloġiċi jew materjali, u l-proċedura sabiex jinkisbu, kif ukoll il-kumpens li għalih inti intitolat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titolbu.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jagħtuk pariri dwar l-intitolamenti ekonomiċi relatati mal-proċedimenti, b’mod partikolari dwar l-għajnuna finanzjarja għad-danni kkawżati mir-reat u l-proċedura sabiex titlobha u joffrulek l-appoġġ emozzjonali u l-assistenza terapewtika li tkun teħtieġ, sabiex b’hekk tiżgura li jkollok l-assistenza psikoloġika xierqa sabiex tegħleb il-konsegwenzi trawmatiċi tar-reat.

F’termini tal-għajnuna finanzjarja li għaliha inti intitolat bħala vittma indiretta tal-kriminalità, fi Spanja teżisti sistema ta’ għajnuna pubblika għall-benefiċċju tal-vittmi indiretti ta’ reati vjolenti u intenzjonati mwettqa fi Spanja li jwasslu għal mewt jew dannu serju għas-saħħa mentali tiegħek.

Inti trid tissodisfa ċerti rekwiżiti sabiex titqies bħala vittma indiretta għall-finijiet tal-għajnuna finanzjarja (benefiċjarju):

  • tkun Spanjol jew ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew, jekk ebda wieħed minn dawk il-każijiet ma japplika għalik, trid tkun ordinarjament residenti fi Spanja jew tkun ċittadin ta’ Stat ieħor li jagħti għajnuna simili liċ-ċittadini Spanjoli fit-territorju tiegħu. Fil-każ ta’ mewt, in-nazzjonalità jew ir-residenza ordinarja tal-persuna deċeduta mhijiex importanti;
  • tkun il-konjuġi tal-persuna deċeduta, mhux legalment separati jew tgħixu bogħod minn xulxin, jew il-persuna li għext mal-persuna deċeduta fuq bażi permanenti f’relazzjoni simili għal mill-inqas sentejn qabel il-mewt tagħha, sakemm ma kellkomx tfal flimkien, f’liema każ sempliċi koabitazzjoni tkun biżżejjed. Dan jinkludi wkoll it-tfal tal-persuni msemmija, anki jekk ma kinux it-tfal tal-persuna deċeduta, sakemm kienu finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna u għexu magħha;
  • il-benefiċjarji fl-ebda każ ma jinkludu lil xi ħadd li ġie kkundannat għal omiċidju intenzjonat f’xi waħda mill-forom tiegħu, fejn il-persuna deċeduta kienet il-konjuġi tagħhom jew il-persuna li magħha kellhom rabta stabbli permezz ta’ relazzjoni simili;
  • tkun il-wild tal-persuna deċeduta, finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna u għext magħha, jekk wieħed jassumi li t-tfal li huma taħt l-età jew adulti b’diżabilità huma finanzjarjament dipendenti;
  • jekk inti l-ġenitur tal-persuna deċeduta u kont finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna, sakemm ma jkun hemm ħadd fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq;
  • il-ġenituri ta’ persuni minorenni li jmutu bħala konsegwenza diretta tar-reat jitqiesu wkoll bħala vittmi indiretti għall-finijiet tal-għajnuna finanzjarja stabbilita mil-liġi Spanjola.

Inti trid titlob l-għajnuna fi żmien sena mid-data li fiha seħħ ir-reat. F’każ li l-mewt tkun seħħet bħala konsegwenza diretta ta’ offiżi fuq il-persuna jew dannu għas-saħħa, jiġi skattat limitu ta’ żmien ġdid ta’ tul ta’ żmien ugwali sabiex tintalab l-għajnuna.

Bħala regola ġenerali, l-għoti tal-għajnuna huwa kondizzjonali fuq it-teħid ta’ deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali.

L-għajnuna ma tistax tiġi kkombinata mal-kumpens stabbilit permezz tas-sentenza, għalkemm l-għajnuna kollha jew parti minnha titħallas meta l-persuna ħatja tar-reat tkun ġiet iddikjarata parzjalment insolventi, jew mal-kumpens jew l-għajnuna minn assigurazzjoni privata jekk l-ammont ikun ogħla mill-ammont stabbilit fis-sentenza, jew mas-sussidju tas-sigurtà soċjali li jista’ jkun pagabbli minħabba d-diżabilità temporanja tal-vittma.

L-ammont ta’ għajnuna f’ebda każ ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Bħala vittma, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim bl-użu, fejn xieraq, ta’ medjazzjoni u miżuri oħrajn ta’ ġustizzja restorattiva, u dwar is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva disponibbli, fil-każijiet fejn dan ikun legalment possibbli. L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek din l-informazzjoni.

Barra minn hekk, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità ser ikunu jistgħu jipproponu lill-korp ġudizzjarju li tintuża medjazzjoni kriminali meta din titqies bħala ta’ benefiċċju għalik, filwaqt li jipprovdu appoġġ lis-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva u proċeduri oħrajn ta’ soluzzjoni barra l-qorti stabbiliti mil-liġi.

Tista’ tikseb aċċess għas-servizzi tal-ġustizzja restorattiva sabiex tikseb kumpens xieraq għat-telf materjali u mhux materjali li jirriżulta mir-reat, meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

  • it-trasgressur ikun irrikonoxxa l-fatti essenzjali li minnhom tinħoloq l-obbligazzjoni tiegħu;
  • inti tkun tajt il-kunsens tiegħek, wara li tkun irċevejt informazzjoni eżawrjenti u imparzjali dwar il-kontenut tagħhom, l-eżiti possibbli tagħhom u l-proċeduri fis-seħħ sabiex tiġi infurzata l-konformità;
  • it-trasgressur ikun ta l-kunsens tiegħu;
  • il-proċedura ta’ medjazzjoni ma tinvolvi ebda riskju għas-sikurezza tiegħek u ma jkun hemm ebda periklu li t-twettiq tagħha jista’ jikkawżalek telf materjali jew mhux materjali ġdid;
  • dan ma jkunx ipprojbit mil-liġi għar-reat imwettaq.

Id-diskussjonijiet li jsiru bħala parti mill-proċedura ta’ medjazzjoni ser jinżammu kunfidenzjali u ma jistgħux jinxterdu mingħajr il-kunsens tiegħek u l-kunsens tat-trasgressur.

Il-medjaturi u professjonisti oħrajn li jieħdu sehem fil-proċedura ta’ medjazzjoni ser ikunu soġġetti għas-segretezza professjonali b’rabta mal-avvenimenti u l-istqarrijiet li kellhom għarfien dwarhom fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Kemm inti kif ukoll it-trasgressur ser tkunu tistgħu tirrevokaw il-kunsens tagħkom sabiex tipparteċipaw fil-proċess ta’ medjazzjoni fi kwalunkwe ħin.

Ġeneralment, il-medjazzjoni sseħħ fil-każ ta’ reati inqas serji.

Fil-ġustizzja tal-minorenni (minn 14 sa 18-il sena), il-medjazzjoni hija espressament stabbilita bħala mezz għall-edukazzjoni mill-ġdid tal-minorenni. F’dan il-qasam, il-medjazzjoni titwettaq mit-timijiet li jappoġġjaw is-servizz tal-prosekuzzjoni tal-minorenni, għalkemm tista’ titwettaq ukoll minn aġenziji mill-komunitajiet awtonomi u minn entitajiet oħrajn bħal ċerti assoċjazzjonijiet speċjalizzati.

Fil-qasam tal-ġustizzja tal-adulti, il-medjazzjoni hija inkluża bħala parti mis-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva, fejn issa hemm diversi programmi pilota li ilhom fis-seħħ għal bosta snin.

Fir-rigward tas-sikurezza tal-medjazzjoni għalik, dejjem ser ikun hemm xi miżuri ta’ protezzjoni fiżika meħtieġa u miżuri oħrajn meħtieġa miċ-ċirkostanzi li ser ikunu jistgħu jingħataw mill-awtorità ġudizzjarja.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

  • Código Penal (Il-Kodiċi Kriminali Spanjol) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Código Civil (Il-Kodiċi Spanjol tal-Proċedura Ċivili) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley de Enjuiciamiento Criminal (Ir-Regoli dwar il-Proċedura Kriminali) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley 4/2015, de 27 de abril, del Estatuto de la víctima del delito (Il-Liġi 4/2015 tas-27 ta’ April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi tal-kriminalità) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Real Decreto 1109/2015, de 11 de diciembre, por el que se desarrolla la Ley 4/2015, de 27 de abril, del Estatuto de la víctima del delito, y se regulan las Oficinas de Asistencia a las Víctimas del Delito (Id-Digriet Irjali 1109/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li jimplimenta l-Liġi 4/2015 tas-27 ta’ April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u li jirregola l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley Orgánica 8/2015, de 22 de julio y Ley 26/2015, de 22 de julio, de modificación del sistema de protección de la infancia y de la adolescencia (Il-Liġi Organika 8/2015 tat-22 ta’ Lulju 2015 u l-Liġi 26/2015 tat-22 ta’ Lulju 2015 li jemendaw is-sistema għall-protezzjoni tat-tfal u tal-adoloxxenti) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley 23/2014, de 20 de noviembre, de reconocimiento mutuo de resoluciones penales en la Unión Europea (Il-Liġi 23/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet f’materji kriminali fl-Unjoni Ewropea) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Real Decreto 671/2013, de 6 de septiembre, por el que se aprueba el Reglamento de la Ley 29/2011 (Id-Digriet Irjali 671/2013 tas-6 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Liġi 29/2011) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley 29/2011, de 22 de septiembre, de Reconocimiento y Protección Integral a las Víctimas de Terrorismo (Il-Liġi 29/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 dwar ir-Rikonoxximent u l-Protezzjoni Komprensiva tal-Vittmi tat-Terroriżmu) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley Orgánica 1/2004, de 28 de diciembre, de Medidas de Protección Integral contra la Violencia de Género (Il-Liġi Organika 1/2004 tat-28 ta’ Diċembru 2004 dwar Miżuri ta’ Protezzjoni Komprensiva kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Sess) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley Orgánica 5/2000, de 12 de enero, reguladora de la responsabilidad penal de los menores (Il-Liġi Organika 5/2000 tat-12 ta’ Jannar 2000 li tirregola r-responsabbiltà kriminali tat-tfal) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley Orgánica 1/1996, de 15 de enero, de Protección Jurídica del Menor (Il-Liġi Organika 1/1996 tal-15 ta’ Jannar 1996 dwar il-Protezzjoni Legali għat-Tfal) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley 1/1996, de 10 de enero, de asistencia jurídica gratuita (Il-Liġi 1/1996 tal-10 ta’ Jannar 1996 dwar l-għajnuna legali) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley 35/1995, de 11 de diciembre, de ayuda y asistencia a las víctimas de delitos violentos y contra la libertad sexual (Il-Liġi 35/1995 tal-11 ta’ Diċembru 1995 dwar l-għajnuna u l-assistenza għall-vittmi ta’ reati vjolenti u reati kontra l-libertà sesswali) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Real Decreto 738/1997, de 23 de mayo, por el que se aprueba el Reglamento de ayudas a las víctimas de delitos violentos y contra la libertad sexual (Id-Digriet Irjali 738/1997 tat-23 ta’ Mejju 1997 li japprova r-Regolament dwar l-għajnuna għall-vittmi ta’ reati vjolenti u reati kontra l-libertà sesswali) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol
  • Ley Orgánica 19/1994, de 23 de diciembre, de protección a testigos y peritos en causas criminales (Il-Liġi Organika 19/1994 tat-23 ta’ Diċembru 1994 dwar il-protezzjoni għax-xhieda u l-esperti f’kawżi kriminali) – Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Jekk int vittma ta’ reat, inti intitolat, mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew l-uffiċjali, li tirċievi informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li tirrapporta r-reat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex tagħmel dan.

Tista’ tirrapporta r-reat lill-pulizija u ssir xhud fil-proċedura li tiġi segwita. Tista’ wkoll titlob lill-pulizija sabiex jirreferuk għall-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità (Oficina de Asistencia a las Víctimas del delito), fejn tingħata informazzjoni dwar kif tirrapporta r-reat.

L-aċċess għas-servizzi ta’ kura u appoġġ, bħall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, huwa mingħajr ħlas u kunfidenzjali; mhuwiex neċessarju li l-ewwel tirrapporta r-reat.

Bħala l-persuna li tirrapporta r-reat, inti għandek id-drittijiet li ġejjin:

  • li tikseb kopja tar-rapport, li jkun debitament iċċertifikat;
  • li tingħata assistenza lingwistika bla ħlas u traduzzjoni bil-miktub tal-kopja tar-rapport li tippreżenta, jekk ma tifhimx jew ma titkellimx xi waħda mil-lingwi uffiċjali fil-post fejn isir ir-rapport. Jekk ma titkellimx jew ma tifhimx l-Ispanjol jew il-lingwa uffiċjali użata fil-proċedimenti inkwistjoni, inti tkun intitolat li tiġi assistit, mingħajr ħlas, minn interpretu li jitkellem lingwa li tifhem meta tagħti x-xhieda tiegħek matul il-fażi tal-investigazzjoni quddiem l-imħallef, il-prosekutur pubbliku jew l-uffiċjali tal-pulizija;
  • jekk tkun tlabt li tiġi nnotifikat b’ċerti deċiżjonijiet, bħad-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali jew bis-sentenza finali fil-proċedimenti, inti għandek id-dritt li tiġi infurmat bid-data, il-ħin u l-post tal-proċess, kif ukoll dwar il-kontenut tal-akkuża kontra t-trasgressur.

Inti tista’ tressaq ukoll azzjoni kontra t-trasgressur u ssir parti fil-proċedimenti bħala prosekutur privat, bi drittijiet simili ħafna għal dawk tal-prosekutur pubbliku.

Minbarra każijiet ordinarji, fejn il-prosekutur pubbliku jippreżenta l-akkużi kontra t-trasgressur, hemm żewġ tipi ta’ reati fejn ir-rwol tiegħek huwa importanti ħafna sabiex jinbdew il-proċedimenti:

  • il-proċedimenti għal reati semi-pubbliċi jesiġu li inti tirrapporta r-reat jew tressaq azzjoni sabiex ikunu jistgħu jibdew; il-prosekutur pubbliku mbagħad jassumi r-responsabbiltà għall-akkużi kontra t-trasgressur. Madankollu, għal proċedimenti kontra reati privati (eż. malafama), huwa kompletament f’idejk: il-prosekutur pubbliku ma għandu ebda responsabbiltà fir-rigward tal-akkużi kontra t-trasgressur u inti tista’ tirtira r-rapport fi kwalunkwe ħin, u b’hekk ittemm il-proċedimenti.

Inti tista’ tirrapporta r-reat bi kwalunkwe lingwa u, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew b’xi waħda mil-lingwi reġjonali rispettivi, għandek id-dritt għal interpretu mingħajr ħlas. Fil-prattika, jekk fl-għassa tal-pulizija ma jkun hemm ħadd li jitkellem bil-lingwa tiegħek, il-pulizija joffrulek l-għażliet li ġejjin:

  • jekk ir-reat ma jkunx serju, inti tkun tista’ tirrapportah bl-użu ta’ formola bil-lingwa tiegħek;
  • jekk ir-reat ikun serju, tiġi pprovdut is-servizz ta’ interpretu permezz tat-telefon jew personalment.

Ikun hemm interpreti Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi f’xi għases tal-pulizija, speċjalment fis-sajf.

Ma hemm ebda limitu ta’ żmien sabiex tirrapporta r-reat, iżda hemm limiti ta’ żmien li warajhom il-prosekuzzjoni tar-reat ma tkunx possibbli: minn 10 sa 20 sena, skont is-serjetà tar-reat. Ma huwa meħtieġ ebda mod speċifiku għar-rapportar ta’ reat mill-awtoritajiet. Tista’ tirrapportah bil-miktub jew bil-fomm, f’liema każ l-awtorità kompetenti tieħu nota tar-rapport. Int trid tagħti ismek, l-indirizz, in-numru tal-ID, in-numru tat-telefon, eċċ. u trid tiffirma r-rapport.

Meta tirrapporta r-reat, jekk inti tkun vittma ta’ reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew vjolenza domestika, tista’ titlob għal ordni ta’ protezzjoni mill-pulizija. Tista’ wkoll titlob ordni ta’ protezzjoni direttament mill-awtorità ġudizzjarja jew mill-prosekutur pubbliku, mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jew inkella mis-servizzi soċjali jew l-istituzzjonijiet tal-kura marbuta mal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Fil-każijiet kollha, inti tiġi pprovdut formoli sabiex titlob l-ordni ta’ protezzjoni u tingħata informazzjoni dwar din l-ordni.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Meta tippreżenta rapport, inti tirċievi kopja ċċertifikata b’numru ta’ referenza.

Bħala l-vittma, tista’ tikseb informazzjoni mill-pulizija dwar l-iżvilupp tal-proċedimenti, sakemm din ma tkunx ta’ detriment għall-investigazzjoni. Fil-prattika, huwa aħjar li wieħed jikkomunika mal-korp tal-pulizija rispettiv u jitlob l-informazzjoni.

B’mod ġenerali, inti għandek id-dritt – jekk tkun għamilt it-talba rilevanti – li tirċievi informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tal-proċess u l-kontenut tal-akkuża kontra t-trasgressur, kif ukoll li tiġi nnotifikat bid-deċiżjonijiet li ġejjin:

  • id-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali;
  • is-sentenza finali fil-proċedimenti;
  • deċiżjonijiet li t-trasgressur jingħata sentenza ta’ priġunerija jew li jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja u deċiżjonijiet li jiġu adottati miżuri ta’ prekawzjoni għall-protezzjoni tiegħek.

Jekk tkun tlabt li tiġi riferut għal Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jew qed tirċievi assistenza minn wieħed minn dawn l-Uffiċċji, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità responsabbli mill-immaniġġjar tal-proċedimenti u l-mezzi għall-komunikazzjoni ma’ din l-awtorità, kif ukoll informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tal-proċess u l-kontenut tal-akkuża kontra t-trasgressur.

Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza sessista, għandek id-dritt li tiġi infurmat dwar is-sitwazzjoni proċedurali tal-aggressur u l-miżuri ta’ prekawzjoni meħuda, mingħajr ma jkollok bżonn titlob għal dan. Inti tista’, fi kwalunkwe ħin, tesprimi x-xewqa tiegħek li ma tirċevix l-informazzjoni.

Jekk inti vittma ta’ reat vjolenti kontra l-libertà sesswali, għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-kumpens mill-Istat li għalih tkun intitolat jekk l-aggressur ma jħallasx il-kumpens tiegħek jew jekk dan ma jkunx biżżejjed.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-proċedura sabiex tikseb pariri u difiża legali u, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li taħthom tkun tista’ tiksibhom mingħajr ħlas. L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek ukoll din l-informazzjoni.

Inti ser tkun tista’ tissottometti t-talba tiegħek sabiex ikollok id-dritt tiegħek għall-għajnuna legali rikonoxxut lill-uffiċjal jew lill-awtorità li tawk l-informazzjoni dwar il-proċedura sabiex tikseb pariri u difiża legali u, fejn applikabbli, sabiex tiksibhom mingħajr ħlas. Min-naħa tagħhom, l-uffiċjal jew l-awtorità jibagħtuha, flimkien mad-dokumentazzjoni pprovduta, lill-kamra tal-avukati rilevanti.

It-talba tiegħek tista’ tiġi sottomessa wkoll lill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, li min-naħa tagħhom jibagħtuha lill-kamra tal-avukati rilevanti.

B’mod ġenerali, inti tista’ tibbenifika minn servizzi ta’ gwida legali li joffru informazzjoni dwar il-liġi liċ-ċittadini kollha. Dawn is-servizzi huma organizzati mill-kmamar tal-avukati f’kull qasam ġudizzjarju.

Għandek timla formola li tista’ tinstab fil-qrati, fil-Ministeru tal-Ġustizzja u f’uffiċċji oħrajn tal-Istat u tipprova li l-mezzi ta’ appoġġ tiegħek mhumiex biżżejjed. Inti trid tissottometti t-talba tiegħek lill-kamra tal-avukati fil-qasam tal-qorti rispettiva jew fil-qorti fiż-żona fejn tirrisjedi, jekk il-proċedimenti kriminali jkunu għadhom ma bdewx.

Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza sessista, ma hemmx bżonn li l-ewwel tipprova li l-mezzi tiegħek huma insuffiċjenti sabiex tkun tista’ tikseb għajnuna legali.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, tista’ tikseb ukoll għajnuna legali.

Tista’ titlob għajnuna legali fi Spanja jekk tkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, fost l-oħrajn:

  • jekk inti ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-UE u tipprova li r-riżorsi tiegħek mhumiex biżżejjed;
  • jekk inti ċittadin ta’ pajjiż terz u legalment residenti fi Spanja jew bi dritt rikonoxxut fi ftehimiet internazzjonali (eż. ftehimiet dwar il-ħtif internazzjonali ta’ minuri). F’dan il-każ, inti ser tkun tista’ tikseb aċċess għal għajnuna legali fi Spanja taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-UE;
  • irrispettivament mill-eżistenza tar-riżorsi sabiex jinbdew proċedimenti legali, id-dritt tiegħek għall-għajnuna legali ser ikun rikonoxxut u din l-għajnuna tiġi pprovduta lilek minnufih jekk tkun vittma ta’ vjolenza sessista, terroriżmu jew traffikar tal-bnedmin fi kwalunkwe proċedimenti li huma marbuta ma’, derivati minn jew riżultat tal-istat tiegħek bħala vittma, jew jekk inti minorenni jew għandek diżabilità fit-tagħlim jew mard mentali meta tkun il-vittma ta’ sitwazzjonijiet ta’ abbuż jew trattament ħażin.

Dan id-dritt ser japplika wkoll għas-suċċessuri fil-każ ta’ mewt tal-vittma, sakemm ma kinux involuti fl-atti.

Għall-finijiet tal-għoti ta’ għajnuna legali, inti titqies bħala vittma meta jiġi ppreżentat rapport jew titressaq azzjoni, jew meta jinbdew proċedimenti kriminali, għal kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija, u inti żżomm dan l-istatus sakemm il-proċedimenti kriminali jkunu fis-seħħ jew meta jkun inħareġ verdett ta’ ħtija wara l-konklużjoni tal-proċedimenti.

Id-dritt għall-għajnuna legali jintilef ladarba l-liberazzjoni minn akkuża ssir finali, jew wara s-soġġorn temporanju jew iċ-ċaħda tal-proċedimenti minħabba li l-atti kriminali ma jiġux ipprovati, mingħajr l-obbligu li titħallas l-ispiża tal-benefiċċji li jkunu tgawdew mingħajr ħlas sa dak il-punt.

Fil-proċedimenti differenti li jistgħu jinbdew bħala riżultat tal-istatus tiegħek bħala vittma tar-reati identifikati u, b’mod partikolari, fi proċedimenti ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, irid ikun l-avukat innifsu li jgħinek, sakemm id-dritt ta’ difiża tiegħek ikun b’hekk debitament garantit.

Inti għandek id-dritt għal għajnuna legali jekk l-introjtu annwali tiegħek u l-introjtu għal kull unità tal-familja ma jaqbżux:

  • darbtejn aktar mill-indiċi pubbliku tal-introjtu ((indicador público de renta de efectos múltiples – IPREM) fis-seħħ fil-mument li ssir it-talba, meta l-persuni inkwistjoni ma jkunux parti minn kwalunkwe unità tal-familja. L-IPREM huwa indiċi li jiġi ffissat kull sena u jintuża sabiex jiddetermina l-ammont ta’ ċerti benefiċċji jew il-livell limitu għall-aċċess għal ċerti benefiċċji, intitolamenti jew servizzi pubbliċi;
  • darbtejn u nofs aktar mill-IPREM fis-seħħ fil-mument li ssir it-talba, meta l-persuni inkwistjoni jkunu parti minn kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ unità tal-familja b’inqas minn erba’ membri;
  • tliet darbiet aktar mill-IPREM meta l-unitajiet tal-familja inkwistjoni jkunu fformati minn erba’ membri jew aktar.

L-IPREM annwali għall-2016 huwa ta’ EUR 6 390.13.

Jekk tingħata għajnuna legali, ma jkollokx bżonn tħallas l-ispejjeż li ġejjin:

  1. l-ispejjeż għall-pariri legali preliminari;
  2. il-miżati tal-avukat u tar-rappreżentant tal-qorti (procurador);
  3. l-ispejjeż li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-ġurnali uffiċjali;
  4. id-depożiti meħtieġa sabiex jitressqu ċerti appelli;
  5. il-ħlasijiet għall-esperti;
  6. inti tibbenifika minn tnaqqis ta’ 80% fuq l-ammont għall-atti notarili u ċ-ċertifikazzjonijiet mir-reġistri tal-artijiet u tal-kummerċ.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

B’mod ġenerali, jekk bħala vittma ta’ reat tkun ħadt sehem fil-proċedimenti, inti jkollok id-dritt li tiġi rrimborżat għall-ispejjeż meħtieġa sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek u għall-ispejjeż legali mġarrba bi preferenza għall-ħlas tal-ispejjeż li jkunu ġew imġarrba għall-Istat.

Għaldaqstant, il-ħlas għandu jiġi impost fis-sentenza u, barra minn hekk, il-persuna akkużata għandha tkun ġiet ikkundannata, fuq talba tiegħek bħala l-vittma, għal reati li għalihom il-prosekutur pubbliku ma jkun għamel ebda akkuża, jew inkella tkun ġiet ikkundannata wara li d-deċiżjoni li tingħalaq il-kawża tkun ġiet irrevokata minħabba appell ippreżentat minnek bħala l-vittma.

Is-servizzi ta’ assistenza u appoġġ u, b’mod partikolari, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, jipprovdulek informazzjoni dwar il-każijiet li fihom tista’ tiġi rrimborżat għall-ispejjeż legali u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titlobhom.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel immur il-qorti?

Jekk inti vittma u ma dehertx fil-proċedimenti u l-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li jirtira l-akkużi kontra t-trasgressur, l-imħallef jista’ jinformak b’dan u jistiednek tressaq azzjoni u ssir prosekutur privat fi żmien 15-il jum. Fil-każ ta’ proċedura rapida, l-imħallef huwa obbligat li jinformak u jistiednek.

Jekk il-prosekutur pubbliku jressaq akkużi kontra t-trasgressur, bħala vittma ma tista’ tagħmel xejn biex ittemm il-proċedimenti, ħlief f’reati privati.

Jekk tkun diġà dehert fil-proċedimenti u inti prosekutur privat, tista’ titlob il-ftuħ tal-proċedimenti orali u tressaq akkużi kontra t-trasgressur. Jekk l-imħallef investigattiv jiddeċiedi li jtemm il-proċedimenti, jiġifieri jwaqqa’ l-kawża, inti tista’ tappella.

Jekk il-prosekutur pubbliku jressaq akkużi kontra t-trasgressur, tista’ titlob sabiex il-kawża titwaqqa’ u tirtira mir-rwol tiegħek bħala prosekutur privat. Madankollu, il-prosekutur pubbliku jista’ jkompli bil-kawża, jekk jiddeċiedi hekk.

Nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Fl-ewwel dehra tiegħek fil-qorti, l-avukat jinformak bid-drittijiet tiegħek fil-proċedimenti kriminali bħala vittma u joffrilek il-possibbiltà li tidħol fil-proċedimenti bħala parti privata, billi juża lingwaġġ ċar, sempliċi u li jinftiehem, filwaqt li jqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tiegħek.

Bħala vittma ta’ reat, fil-proċedimenti kriminali inti intitolat(a) għal dawn li ġejjin:

  • li tressaq azzjonijiet ċivili u kriminali skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni kriminali fis-seħħ;
  • li tidher quddiem l-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni sabiex tipprovdilhom sorsi ta’ evidenza u informazzjoni rilevanti bil-għan li jiġu ċċarati l-fatti.

Barra minn hekk, f’din id-dehra inizjali tiġi mistoqsi jekk tixtieqx tirċievi l-komunikazzjonijiet jew in-notifiki stabbiliti bil-liġi, f’liema każ trid tipprovdi indirizz tal-posta elettronika jew, fin-nuqqas ta’ dan, indirizz tad-dar jew indirizz postali.

Irrispettivament mir-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali, ġeneralment tista’ tkun preżenti waqt is-seduti ta’ smigħ, anki jekk dawn ma jkunux pubbliċi. Inti tkun obbligat biss li tattendi sabiex tagħti x-xhieda tiegħek bħala xhud.

Jekk inti vittma li ma dehritx fil-proċedimenti kriminali, ser tiġi informat bid-data u l-post tal-proċess. Ir-rwol ewlieni tiegħek ser ikun li tagħti x-xhieda tiegħek. Sabiex tkun tista’ tiġi nnotifikat bid-data u l-ħin tal-proċess, inti trid tikkomunika kwalunkwe bidla fl-indirizz tiegħek matul il-proċedimenti.

Inti tista’ tidher fil-proċedimenti bħala prosekutur privat qabel titħejja l-akkuża, jiġifieri qabel il-bidu tal-proċedimenti orali, ħlief fil-każ ta’ proċedimenti kriminali kontra persuna minorenni. Il-prosekutur pubbliku, il-prosekutur privat, jekk ikun hemm wieħed, u l-avukat tad-difiża jħejju l-akkuża. Dan id-dokument jinkludi l-klassifikazzjoni tar-reat u l-piena rrakkomandata minn dawn il-persuni. Fil-prattika, kull parti għandha ħamest ijiem sabiex tippreżenta l-pożizzjoni tagħha bil-miktub.

Ġeneralment, inti tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek, li jiddefendi l-kawża tiegħek, kif ukoll mir-rappreżentant tal-qorti tiegħek, li jirrappreżentak formalment fil-proċedimenti.

Jekk ikun hemm aktar minn vittma waħda, dawn ikunu jistgħu jidhru separatament, għalkemm l-imħallef jista’ jitlobhom jinġabru f’difiża waħda jew f’diversi difiżi. L-assoċjazzjonijiet tal-vittmi jkunu jistgħu jidhru wkoll fil-proċedimenti kriminali, diment li jkollhom il-permess tiegħek bħala l-vittma tar-reat.

Jekk inti diġà prosekutur privat, l-avukat tiegħek ser ikollu aċċess għas-sommarju u għad-dokumenti l-oħrajn tal-kawża, kif ukoll drittijiet oħrajn, simili għal dawk tal-prosekutur pubbliku, inklużi dawn li ġejjin:

  • li jitlob il-ġbir ta’ aktar evidenza;
  • li jipproponi xhieda jew esperti ġodda li jappoġġjaw il-kawża tiegħek;
  • li jipproponi konfrontazzjonijiet, eċċ.

F’każ li l-persuna akkużata tiġi kkundannata, il-qorti tista’ tordnalha li tħallsek l-ispejjeż li ġejjin: l-ispiża ta’ avukati u rappreżentanti tal-qorti, esperti, ċertifikati minn reġistri pubbliċi u nutara, eċċ.

Bħala parti mill-proċedimenti kriminali, inti tista’ tressaq azzjoni ċivili (parti ċivili) jekk titlob ir-restituzzjoni ta’ proprjetà, li jsir tajjeb għad-dannu jew il-kumpens għad-danni, kemm materjali kif ukoll le, ikkawżati mir-reat. F’dan il-każ, inti tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek, li jiddefendi l-kawża tiegħek, kif ukoll mir-rappreżentant tal-qorti tiegħek, li jirrappreżentak formalment fil-proċedimenti.

F’każ li jiġi deċiż li tingħalaq l-investigazzjoni, id-deċiżjoni li titwaqqa’ l-kawża tiġi kkomunikata lill-vittmi diretti tar-reat li rrapportaw l-atti, kif ukoll lill-vittmi diretti l-oħrajn li l-identitajiet u l-postijiet tar-residenza tagħhom ikunu magħrufa. F’każijiet ta’ mewt jew għajbien ta’ persuna bħala riżultat dirett ta’ reat, id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-vittmi indiretti tar-reat.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien meqjus(a) jew nista’ nagħżel li nkun meqjus(a) bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Bħala vittma ta’ reat, fil-proċedimenti kriminali inti intitolat(a) għal dawn li ġejjin:

  • li tressaq azzjonijiet ċivili u kriminali skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni kriminali fis-seħħ;
  • li tidher quddiem l-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni sabiex tipprovdilhom sorsi ta’ evidenza u informazzjoni rilevanti bil-għan li jiġu ċċarati l-fatti.

Ir-rwoli differenti li tista’ twettaq fis-sistema ġudizzjarja huma:

  • vittma diretta jew indiretta: skont ir-reat irrapportat jew, f’każ li jintalab aċċess għal servizzi ta’ appoġġ u assistenza għall-vittmi, mingħajr ma tkun irrapportajt ir-reat qabel, minħabba li l-aċċess għal dawn is-servizzi mhuwiex dipendenti fuq is-sottomissjoni ta’ rapport;
  • xhud: jekk ikun hemm rapport. L-involviment tiegħek fil-proċedimenti jseħħ ladarba tirċievi ċ-ċitazzjoni;
  • prosekutur privat: jekk tiddeċiedi li tidher fil-proċedimenti kriminali bħala prosekutur privat,, f’każ li tressaq azzjoni kontra t-trasgressur (reati semi-pubbliċi u reati privati) u qabel ma titħejja l-akkuża, jiġifieri qabel ma jibda l-proċediment orali, ħlief fil-każ ta’ proċedimenti kriminali kontra minorenni;
  • parti ċivili: b’mod ġenerali, jekk tiddeċiedi li tressaq kawża ċivili bħala parti mill-proċedimenti kriminali, jiġifieri titlob ir-restituzzjoni ta’ proprjetà, li jsir tajjeb għad-dannu jew il-kumpens għad-danni, kemm materjali kif ukoll le, ikkawżati mir-reat.

B’mod ġenerali, trid tkun preżenti waqt is-seduti ta’ smigħ, anki jekk ma jkunux pubbliċi. Inti tkun obbligat biss li tattendi sabiex tagħti x-xhieda tiegħek bħala xhud.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

B’mod ġenerali, bħala vittma, mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-attività tas-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż qabel ma tirrapporta r-reat, għandek id-dritt li tirċievi protezzjoni, informazzjoni, appoġġ, assistenza u kura.

Inti tista’ titlob lill-awtoritajiet jew lill-uffiċjali li tikkuntattja fil-bidu sabiex jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, fejn huma jassistuk mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, anki jekk qabel ma tkunx irrapportajt ir-reat.

Tista’ wkoll tkun akkumpanjat(a) minn persuna tal-għażla tiegħek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet u l-uffiċjali.

Barra minn hekk, bħala vittma għandek id-dritt li tifhem u tinftiehem fi kwalunkwe azzjoni li għandha titwettaq ladarba r-reat ikun ġie rrapportat, inkluża l-informazzjoni qabel ma jiġi ppreżentat ir-rapport. Tiġi pprovduta interpretazzjoni f’lingwi tas-sinjali rikonoxxuti legalment, kif ukoll mezzi ta’ appoġġ għal komunikazzjoni orali f’każijiet fejn meħtieġa.

Il-komunikazzjonijiet kollha magħmula, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, għandhom isiru b’lingwaġġ ċar, sempliċi u aċċessibbli u jqisu l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet personali tiegħek, speċjalment jekk għandek xi diżabilità sensorja, intellettwali jew mentali jew jekk int minorenni.

Bħala vittma, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni primarjament rigward dawn li ġejjin:

  • il-miżuri ta’ assistenza u appoġġ disponibbli, kemm jekk dawn ikunu mediċi, psikoloġiċi jew materjali, u l-proċedura sabiex jinkisbu. Fejn xieraq, dawn il-miżuri jinkludu informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tinkiseb akkomodazzjoni alternattiva;
  • id-dritt li tirrapporta r-reat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex tagħmel dan u d-dritt li tipprovdi evidenza lill-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni;
  • il-proċedura sabiex jinkisbu pariri u difiża legali u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas;
  • il-possibbiltà li titlob miżuri ta’ protezzjoni u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex tagħmel dan;
  • il-kumpens li għalih tista’ tkun intitolat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titolbu;
  • is-servizzi ta’ interpretar u traduzzjoni disponibbli;
  • l-għajnuna awżiljarja u s-servizzi għall-komunikazzjoni disponibbli;
  • il-proċedura li permezz tagħha tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek jekk tkun tgħix barra minn Spanja;
  • appelli li tista’ tressaq kontra kwalunkwe deċiżjoni li tqis li hija inkompatibbli mad-drittijiet tiegħek;
  • id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità inkarigata mill-immaniġġjar tal-proċedura u l-mezzi sabiex tikkomunika magħha;
  • is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva disponibbli, f’każijiet fejn dan ikun legalment possibbli;
  • il-każijiet li fihom tista’ tiġi rimborżat għall-ispejjeż legali u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titlobhom;
  • id-dritt li tagħmel talba sabiex tiġi nnotifikat b’ċerti deċiżjonijiet fil-proċedimenti bħal, fost l-oħrajn, id-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali, is-sentenza finali fil-proċedimenti, eċċ.

Irrispettivament mir-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali, ġeneralment tista’ tkun preżenti waqt is-seduti ta’ smigħ, anki jekk dawn ma jkunux pubbliċi. Inti tkun obbligat biss li tattendi sabiex tagħti x-xhieda tiegħek bħala xhud.

Jekk inti vittma li ma dehritx fil-proċedimenti kriminali, ser tiġi informat bid-data u l-post tal-proċess. Ir-rwol ewlieni tiegħek ser ikun li tagħti x-xhieda tiegħek. Sabiex tkun tista’ tiġi nnotifikat bid-data u l-ħin tal-proċess, inti trid tikkomunika kwalunkwe bidla fl-indirizz tiegħek matul il-proċedimenti.

Inti tista’ tidher fil-proċedimenti bħala prosekutur privat qabel titħejja l-akkuża, jiġifieri qabel il-bidu tal-proċess orali, ħlief fil-każ ta’ proċedimenti kriminali kontra persuna minorenni. Inti tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek, li jiddefendi l-kawża tiegħek, kif ukoll mir-rappreżentant tal-qorti tiegħek, li jirrappreżentak formalment fil-proċedimenti.

Jekk inti diġà prosekutur privat, l-avukat tiegħek ser ikollu aċċess għas-sommarju u għad-dokumenti l-oħrajn tal-kawża, kif ukoll drittijiet oħrajn, simili għal dawk tal-prosekutur pubbliku, inklużi dawn li ġejjin:

  • li jitlob il-ġbir ta’ aktar evidenza;
  • li jipproponi xhieda jew esperti ġodda li jappoġġjaw il-kawża tiegħek;
  • li jipproponi konfrontazzjonijiet, eċċ.

F’każ li l-persuna akkużata tiġi kkundannata, il-qorti tista’ tordnalha li tħallsek l-ispejjeż li ġejjin: l-ispiża ta’ avukati u rappreżentanti tal-qorti, esperti, ċertifikati minn reġistri pubbliċi u nutara, eċċ.

Bħala xhud, inti għandek id-dritt għal servizz ta’ interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva, iżda ma għandekx il-possibbiltà ta’ traduzzjoni tad-dokumenti. Minkejja l-fatt li ġeneralment ikun diffiċli li tevita l-kuntatt wiċċ imb wiċċ mal-persuna akkużata u l-bini tal-qorti ġeneralment ma jkollux kmamar ta’ stennija differenti għax-xhieda, jekk inti kont vittma ta’ attakk sesswali tista’:

  • tibbenifika minn skrin fl-awla tal-qorti, jew
  • tixhed permezz ta’ konferenza bil-vidjo.

Jekk ser tixhed u tinsab fil-periklu, il-president tal-qorti jista’ jordna seduta ta’ smigħ privata sabiex jipproteġi l-moralità, l-ordni pubbliku u lilek innifsek bħala vittma u/jew il-familja tiegħek. Bħala prosekutur privat, tista’ titlob li ssir seduta ta’ smigħ privata.

Jekk tiġi mħarrek sabiex tixhed u l-imħallef jara li tinsab f’riskju serju jew li l-libertà, il-proprjetà jew il-familja tiegħek qegħdin f’riskju, huwa jista’ jieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

  • jipproteġi l-identità, l-indirizz, il-professjoni jew il-post tax-xogħol tiegħek, billi ma jużax din l-informazzjoni fil-proċedimenti;
  • ma jħallikx tidher fil-qorti u jistabbilixxi l-qorti bħala l-indirizz għan-notifiki;
  • jipprevjeni l-immaġini tiegħek milli tiġi rrekordjata bl-użu ta’ kwalunkwe mezz;
  • jordna l-protezzjoni tal-pulizija matul u wara l-proċedimenti;
  • jipprovdilek trasport lejn il-qorti f’karozzi uffiċjali;
  • fil-qorti, ipoġġik f’kamra ta’ stennija mgħassa mill-pulizija;
  • f’ċirkostanzi speċjali, jipprovdilek identità ġdida u għajnuna finanzjarja sabiex tkun tista’ tbiddel il-post, ir-residenza u l-impjieg tiegħek.

Jekk inti persuna minorenni li tagħmel stqarrija, il-kuntatt bl-għajnejn bejnek u l-persuna akkużata għandu jiġi evitat bl-użu ta’ kwalunkwe mezz tekniku possibbli. Il-konfrontazzjonijiet huma wkoll ristretti. Jekk ikollok xi kunflitt ta’ interess mar-rappreżentanti legali tiegħek li ma jagħmilhiex possibbli li tkun kunfidenti li l-interessi tiegħek ser jiġu ġestiti b’mod adegwat fl-investigazzjoni jew fil-proċedimenti kriminali, jew il-kunflitt ikun ma’ wieħed mill-ġenituri tiegħek u l-ġenitur l-ieħor ma jkunx kapaċi jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod adegwat sabiex jirrappreżentak jew jgħinek, fost każijiet oħrajn, il-prosekutur pubbliku jitlob lill-imħallef jew lill-qorti sabiex jaħtru kustodju ad litem għalik, li jkollu d-dmir li jirrappreżentak fl-investigazzjoni u fil-proċedimenti kriminali.

Jekk inti persuna barranija, jista’ jkollok interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva. Il-pulizija jistgħu joffrulek formola bil-lingwa tiegħek sabiex tirrapporta r-reat, kif ukoll aċċess għal interpretu bit-telefon jew personalment. Il-qrati għandhom servizz ta’ interpretu li jiġi kkoordinat mill-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

Jekk tkun tixtieq tressaq azzjoni ċivili fil-proċedimenti kriminali (parti ċivili), inti trid tidher ma’ avukat u rappreżentant tal-qorti fil-ħin li toffri l-possibbiltà li tidħol fil-proċedimenti bħala parti privata u dejjem qabel jiġi kklassifikat ir-reat. F’dan il-każ, inti tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek, li jiddefendi l-kawża tiegħek, kif ukoll mir-rappreżentant tal-qorti tiegħek, li jirrappreżentak formalment fil-proċedimenti.

Jekk tikseb kwalunkwe sussidju jew għajnuna abbażi tal-istatus tiegħek bħala vittma u inti kont is-suġġett ta’ kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni prevista mil-liġi, inti għandek l-obbligu li tirrimborża s-sussidju jew l-għajnuna, fil-każijiet ta’ kundanna għal rapport falz ta’ reat jew simulazzjoni tar-reat, kif ukoll l-obbligu li tħallas l-ispejjeż imġarrba għall-amministrazzjoni għall-azzjonijiet ta’ rikonoxximent, protezzjoni u appoġġ u għas-servizzi pprovduti, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligazzjoni ċivili jew kriminali oħra li tista’ tapplika.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Irrispettivament mir-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali, ġeneralment tista’ tkun preżenti waqt is-seduti ta’ smigħ, anki jekk dawn ma jkunux pubbliċi. Inti tkun obbligat biss li tattendi sabiex tagħti x-xhieda tiegħek.

Waqt li tkun qed tieħu sehem fil-proċedimenti, tista’ tkompli tibbenifika mis-servizzi tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

Jekk inti vittma li ma dehritx fil-proċedimenti kriminali, ser tiġi informat bid-data u l-post tal-proċess. Ir-rwol ewlieni tiegħek ser ikun li tagħti x-xhieda tiegħek. Sabiex tkun tista’ tiġi nnotifikat bid-data u l-ħin tal-proċess, inti trid tikkomunika kwalunkwe bidla fl-indirizz tiegħek matul il-proċedimenti.

Inti tista’ tidher fil-proċedimenti bħala prosekutur privat qabel titħejja l-akkuża, jiġifieri qabel il-bidu tal-proċedimenti orali, ħlief fil-każ ta’ proċedimenti kriminali kontra persuna minorenni. Inti tkun irrappreżentat mill-avukat tiegħek, li jiddefendi l-kawża tiegħek, kif ukoll mir-rappreżentant tal-qorti tiegħek, li jirrappreżentak formalment fil-proċedimenti.

Jekk inti diġà prosekutur privat, l-avukat tiegħek ser ikollu aċċess għas-sommarju u għad-dokumenti l-oħrajn tal-kawża, kif ukoll drittijiet oħrajn, simili għal dawk tal-prosekutur pubbliku:

  • li jitlob il-ġbir ta’ aktar evidenza;
  • li jipproponi xhieda jew esperti ġodda li jappoġġjaw il-kawża tiegħek;
  • li jipproponi konfrontazzjonijiet, eċċ.

F’każ li l-persuna akkużata tiġi kkundannata, il-qorti tista’ tordnalha li tħallsek l-ispejjeż li ġejjin: l-ispiża ta’ avukati u rappreżentanti tal-qorti, esperti, ċertifikati minn reġistri pubbliċi u nutara, eċċ.

Bħala xhud, inti għandek id-dritt għal servizz ta’ interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva, iżda ma għandekx il-possibbiltà ta’ traduzzjoni tad-dokumenti. Minkejja l-fatt li ġeneralment ikun diffiċli li tevita li tiġi wiċċ imb wiċċ mal-persuna akkużata u l-bini tal-qorti ġeneralment ma jkollux kmamar ta’ stennija differenti għax-xhieda, jekk inti kont vittma ta’ attakk sesswali tista’:

  • tibbenifika minn skrin fl-awla tal-qorti, jew
  • tixhed permezz ta’ vidjokonferenza.

Jekk ser tixhed u tinsab fil-periklu, il-president tal-qorti jista’ jordna seduta ta’ smigħ privata sabiex jipproteġi l-moralità, l-ordni pubbliku u lilek innifsek bħala vittma u/jew il-familja tiegħek. Bħala prosekutur privat, tista’ titlob li ssir seduta ta’ smigħ privata.

Jekk tiġi mħarrek sabiex tixhed u l-imħallef jara li tinsab f’riskju serju jew li l-libertà, il-proprjetà jew il-familja tiegħek qegħdin f’riskju, huwa jista’ jieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

  • jipproteġi l-identità, l-indirizz, il-professjoni jew il-post tax-xogħol tiegħek, billi ma jużax din l-informazzjoni fil-proċedimenti;
  • ma jħallikx tidher fil-qorti, billi jistabbilixxi l-qorti bħala l-indirizz għan-notifiki;
  • jipprevjeni l-immaġini tiegħek milli tiġi rrekordjata bl-użu ta’ kwalunkwe mezz;
  • jordna l-protezzjoni tal-pulizija matul u wara l-proċedimenti;
  • jipprovdilek trasport lejn il-qorti f’karozzi uffiċjali;
  • fil-qorti, ipoġġik f’kamra ta’ stennija mgħassa mill-pulizija;
  • f’ċirkostanzi speċjali, jipprovdilek identità ġdida u għajnuna finanzjarja sabiex tkun tista’ tbiddel il-post, ir-residenza u l-impjieg tiegħek.

Jekk inti persuna minorenni li tagħmel stqarrija, il-kuntatt wiċċ imb wiċċ bejnek u l-persuna akkużata għandu jiġi evitat bl-użu ta’ kwalunkwe mezz tekniku possibbli. Il-konfrontazzjonijiet huma wkoll ristretti. Jekk ikollok xi kunflitt ta’ interess mar-rappreżentanti legali tiegħek li ma jagħmilhiex possibbli li tkun kunfidenti li l-interessi tiegħek ser jiġu ġestiti b’mod adegwat fl-investigazzjoni jew fil-proċedimenti kriminali, jew il-kunflitt ikun ma’ wieħed mill-ġenituri tiegħek u l-ġenitur l-ieħor ma jkunx kapaċi jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod adegwat sabiex jirrappreżentak jew jgħinek, fost każijiet oħrajn, il-prosekutur pubbliku jitlob lill-imħallef jew lill-qorti sabiex jaħtru kustodju ad litem għalik, li jkollu d-dmir li jirrappreżentak fl-investigazzjoni u fil-proċedimenti kriminali.

Jekk inti persuna barranija, jista’ jkollok interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva. Il-qrati għandhom servizz ta’ interpretu li jiġi kkoordinat mill-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Inti għandek id-dritt – jekk tkun għamilt it-talba rilevanti – li tirċievi informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tal-proċess u l-kontenut tal-akkuża kontra t-trasgressur, kif ukoll li tiġi nnotifikat bid-deċiżjonijiet li ġejjin:

  • id-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali;
  • is-sentenza finali fil-proċedimenti;
  • deċiżjonijiet li t-trasgressur jingħata sentenza ta’ priġunerija jew li jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja;
  • deċiżjonijiet li jiġu adottati miżuri ta’ prekawzjoni personali jew li jiġu emendati dawk diġà miftiehma, meta jkunu fis-seħħ sabiex jiżguraw is-sikurezza tiegħek;
  • deċiżjonijiet minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew tal-ħabs li jaffettwaw lil dawk ikkundannati għal reati mwettqa bl-użu ta’ vjolenza jew intimidazzjoni u li joħolqu riskju għas-sikurezza tiegħek;
  • deċiżjonijiet li jinvolvu l-parteċipazzjoni tiegħek bħala vittma fl-eżekuzzjoni tas-sentenza u li jingħataw fl-ambjent tal-ħabs, kif ukoll dawk li jaffettwaw il-klassifikazzjoni tal-persuna kkundannata f’reġim ta’ ħabs miftuħ tal-grad 3, benefiċċji tal-ħabs, leave għal żmien qasir, libertà kondizzjonali, eċċ.

Meta titlob li tiġi nnotifikat bid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq, inti trid tindika indirizz tal-posta elettronika jew, inkella, indirizz postali jew tad-dar, fejn ikunu jistgħu jintbagħtu l-komunikazzjonijiet u n-notifiki mill-awtorità.

B’mod eċċezzjonali, jekk ma jkollokx indirizz tal-posta elettronika, dawn jintbagħtu permezz tal-posta ordinarja fl-indirizz ipprovdut minnek.

Jekk inti ċittadin li tirrisjedi barra l-Unjoni Ewropea u ma għandekx indirizz tal-posta elettronika jew indirizz postali fejn jistgħu jintbagħtu l-komunikazzjonijiet, dawn jintbagħtu lill-uffiċċju konsulari jew diplomatiku Spanjol fil-pajjiż tar-residenza tiegħek għall-pubblikazzjoni.

In-notifiki li tista’ tirċievi jinkludu, bħala minimu, id-dispożizzjonijiet operattivi tad-deċiżjoni u l-bażi ġuridika tagħha.

Jekk bħala vittma tkun dehert formalment fil-proċedimenti, id-deċiżjonijiet jiġu nnotifikati lir-rappreżentant tal-qorti tiegħek u jiġu wkoll ikkomunikati lilek fl-indirizz tal-posta elettronika pprovdut minnek.

Fi kwalunkwe ħin, tista’ tesprimi x-xewqa tiegħek li ma tiġix informat bid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq u t-talba li tkun għamilt imbagħad ma tibqax operattiva.

Jekk tkun tlabt li tiġi riferut għal Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jew qed tirċievi assistenza minn wieħed minn dawn l-Uffiċċji, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità responsabbli mill-immaniġġjar tal-proċedura u l-mezzi għall-komunikazzjoni ma’ din l-awtorità, kif ukoll informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tal-proċess u l-kontenut tal-akkuża kontra t-trasgressur.

Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza sessista, għandek id-dritt li tiġi infurmat dwar is-sitwazzjoni proċedurali tal-aggressur u l-miżuri ta’ prekawzjoni meħuda, mingħajr ma jkollok bżonn titlob għal dan. Inti tista’, fi kwalunkwe ħin, tesprimi x-xewqa tiegħek li ma tirċevix l-informazzjoni.

Ser inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Jekk inti diġà prosekutur privat, l-avukat tiegħek ikollu aċċess għas-sommarju u għad-dokumenti l-oħrajn tal-kawża.

L-attivitajiet ta’ kuljum tal-avukati jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni legali, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-klijent tagħhom ma jkunx parti fil-proċediment.

Skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-partijiet li jidhru jistgħu jiġu informati bil-proċedimenti u jipparteċipaw fil-formalitajiet proċedurali kollha.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Jekk tkun tixtieq tappella kontra s-sentenza f’każ li l-persuna akkużata tiġi ddikjarata innoċenti, żomm f’moħħok li jekk ma kontx parti fil-proċedimenti, ma tistax tappella kontra s-sentenza.

Jekk kont parti fil-proċedimenti u inti prosekutur privat, tista’ tappella kif ġej:

  • kontra s-sentenza fi żmien għaxart ijiem minn meta tiġi nnotifikata; hemm diversi raġunijiet għal appell u huwa possibbli li tiġi riveduta l-evidenza. Dan huwa appell ordinarju.
  • Appell tal-kassazzjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta tiġi nnotifikata s-sentenza; ir-raġunijiet huma ksur tal-liġi jew tal-Kostituzzjoni Spanjola jew raġunijiet formali. Dan huwa appell straordinarju.

Bħala parti ċivili, tista’ tressaq appell fil-kassazzjoni biss fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-kumpens tiegħek.

Fir-rigward tal-possibbiltajiet għat-tressiq ta’ appelli oħrajn, jekk l-ewwel tkun ressaqt appell ordinarju, tkun tista’ tressaq appell ta’ kassazzjoni bħala t-tieni appell. L-appell tal-kassazzjoni jiġi deċiż mill-Qorti Suprema.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek informazzjoni dwar l-appelli li tista’ tressaq kontra d-deċiżjonijiet li tqis li huma inkompatibbli mad-drittijiet tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tingħata s-sentenza?

Jekk għamilt it-talba rilevanti, inti għandek id-dritt li tkun innotifikat bid-deċiżjonijiet li ġejjin:

  • id-deċiżjoni li ma jinbdewx proċedimenti kriminali;
  • is-sentenza finali fil-proċedimenti;
  • deċiżjonijiet li t-trasgressur jingħata sentenza ta’ priġunerija jew li jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja;
  • deċiżjonijiet li jiġu adottati miżuri ta’ prekawzjoni personali jew li jiġu emendati dawk diġà miftiehma, meta l-għan tagħhom ikun li jiżguraw is-sikurezza tiegħek;
  • deċiżjonijiet minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew tal-ħabs li jaffettwaw lil dawk ikkundannati għal reati mwettqa bl-użu ta’ vjolenza jew intimidazzjoni u li joħolqu riskju għas-sikurezza tiegħek;
  • deċiżjonijiet li jinvolvu l-parteċipazzjoni tiegħek fl-eżekuzzjoni tas-sentenza u li jingħataw għal kwistjonijiet relatati mal-ħabs, kif ukoll dawk li jaffettwaw il-klassifikazzjoni tal-persuna kkundannata f’reġim ta’ ħabs miftuħ tal-Grad 3, benefiċċji tal-ħabs, leave għal żmien qasir, libertà kondizzjonali, eċċ.

Id-drittijiet ewlenin tiegħek matul l-eżekuzzjoni tas-sentenza huma d-dritt għal informazzjoni dwar is-sentenza tal-persuna akkużata. B’mod ġenerali, l-informazzjoni rigward il-ħelsien mill-ħabs titqies bħala parti mill-privatezza tagħha u ma tkunx tista’ tiġi kkomunikata lilek.

B’mod eċċezzjonali, jekk kont vittma ta’ reat ta’ vjolenza sessista, inti ser tiġi pprovdut informazzjoni dwar l-istatus proċedurali tal-persuna akkużata u kif qed tiskonta l-piena tagħha, sakemm tibqa’ fis-seħħ l-ordni ta’ protezzjoni jew l-ordni ta’ trażżin.

Jekk kont prosekutur privat fil-proċedimenti, inti tista’ tieħu sehem fis-sospensjoni tas-sentenza tal-persuna akkużata. Sentenza ta’ priġunerija ta’ inqas minn sentejn tista’ tiġi sospiża jekk ma jkunx hemm reċidività f’perjodu ta’ żmien partikolari. Wara dan il-perjodu, is-sentenza tiskadi. Il-qorti tiddeċiedi dwar is-sospensjoni tas-sentenza u inti tinstema’ mill-imħallef qabel id-deċiżjoni tal-qorti.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdu informazzjoni dwar il-possibbiltà li għandek bħala vittma li tipparteċipa fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija u jwettqu kwalunkwe attivitajiet ta’ assistenza li jkunu meħtieġa sabiex inti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet rikonoxxuti mil-liġi.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, l-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali jipprovdilek il-mezzi ta’ informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ ssib dak kollu li huwa relatat mal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija sal-iskontar tal-piena kollha, speċjalment f’każijiet fejn jingħataw benefiċċji jew jinħelsu l-persuni kkundannati.

Jien intitolat għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Jekk is-sentenza tiġi eżegwita u jkun meħtieġ, inti tista’ tkompli tingħata protezzjoni, jekk l-imħallef jiddeċiedi hekk. Inti jista’ jkollok protezzjoni tal-pulizija jew, f’każijiet eċċezzjonali, identità ġdida jew għajnuna finanzjarja sabiex tbiddel il-post ta’ residenza jew xogħol.

Għal ċerti reati, bħal vjolenza abbażi ta’ sess jew vjolenza domestika, tista’ titlob għal ordni ta’ protezzjoni li l-validità temporanja tagħha tiġi stabbilita b’deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja.

L-ordni ta’ protezzjoni tista’ tintalab direttament mill-awtorità ġudizzjarja jew mill-prosekutur pubbliku, jew minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jew inkella mis-servizzi soċjali jew l-istituzzjonijiet tal-kura marbuta mal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

L-ordni ta’ protezzjoni tirrappreżenta status ta’ protezzjoni komprensiva li jinkludi l-miżuri ta’ prekawzjoni ċivili u kriminali stabbiliti bil-liġi u kwalunkwe miżura oħra ta’ assistenza u protezzjoni soċjali stabbilita fis-sistema legali.

L-għoti ta’ ordni ta’ protezzjoni jimplika d-dmir li żżomm ruħek infurmat fuq bażi kontinwa dwar is-sitwazzjoni proċedurali tal-persuna akkużata jew suspettata, kif ukoll dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-validità tal-miżuri kawtelatorji meħuda. B’mod partikolari, inti tinżamm infurmat il-ħin kollu dwar is-sitwazzjoni tal-allegat aggressur fil-ħabs. Għaldaqstant, l-ordni ta’ protezzjoni tintbagħat lill-amministrazzjoni tal-ħabs.

Inti tista’ tkun protett ukoll minn ċerti pieni jew miżuri ta’ sigurtà li jiġu imposti fuq it-trasgressur: ordnijiet ta’ trażżin, ċaħda tas-setgħa tal-ġenituri jew tat-tutela, ċaħda tad-dritt li ġġorr u tuża armi, eċċ. Barra minn hekk, f’każijiet fejn is-sentenza tiġi sospiża qabel id-dħul fil-ħabs, l-imħallef jista’ jipprojbixxi lit-trasgressur milli jmur f’ċerti postijiet jew milli jersaq lejk, jobbliga lit-trasgressur sabiex jieħu sehem fi programmi edukattivi speċifiċi, eċċ.

Bħala vittma, inti intitolat sabiex:

a) titlob li jiġu imposti fuq il-parolee miżuri jew regoli ta’ mġiba previsti mil-liġi u meqjusa bħala meħtieġa sabiex tiżgura s-sikurezza tiegħek, meta din il-persuna tkun ġiet ikkundannata għal atti li minnhom tista’ raġonevolment tinħoloq sitwazzjoni ta’ periklu għalik;

b) tipprovdi lill-imħallef jew lill-qorti bi kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-infurzar tal-piena imposta, l-obbligazzjonijiet ċivili li jirriżultaw mir-reat jew il-konfiska li ntlaħaq qbil dwarha.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jikkooperaw u jikkoordinaw mal-korpi, l-istituzzjonijiet u s-servizzi li jistgħu jkunu involuti fl-għajnuna lill-vittmi: il-ġudikatura, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, l-uffiċjali għall-infurzar tal-liġi, speċjalment fil-każ ta’ vittmi vulnerabbli b’riskju għoli ta’ vittimizzazzjoni. Barra minn hekk, jekk inti vittma li teħtieġ miżuri ta’ protezzjoni speċjali, huma jevalwaw il-każ tiegħek sabiex jiddeterminaw liema miżuri ta’ protezzjoni, assistenza u appoġġ għandhom jiġu pprovduti, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

  • l-għoti ta’ appoġġ psikoloġiku jew assistenza sabiex jittrattaw id-disturbi kkawżati mir-reat, bl-użu tal-aktar metodi psikoloġiċi xierqa għall-kura tiegħek;
  • akkumpanjament għall-proċess;
  • informazzjoni dwar ir-riżorsi psikosoċjali u tal-kura disponibbli u riferiment għal dawn is-servizzi jekk inti titlob dan;
  • kwalunkwe miżuri ta’ appoġġ speċjali li jistgħu jkunu meħtieġa jekk inti tkun vittma bi ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċjali;
  • riferiment għal servizzi ta’ appoġġ speċjalizzat;

Għal kemm żmien?

Il-miżuri protettivi ta’ natura ġudizzjarja ser ikunu validi għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fid-deċiżjoni rilevanti mill-awtorità ġudizzjarja.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jissorveljaw is-sitwazzjoni tiegħek bħala vittma, speċjalment jekk inti vittma vulnerabbli, matul il-proċedimenti kriminali kollha u għal perjodu ta’ żmien xieraq wara li jintemmu, irrispettivament minn jekk l-identità tat-trasgressur u l-eżitu tal-proċedimenti jkunux magħrufa.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jingħata s-sentenza?

Id-drittijiet ewlenin tiegħek matul l-eżekuzzjoni tas-sentenza huma d-dritt għal informazzjoni dwar is-sentenza tal-persuna akkużata. B’mod ġenerali, l-informazzjoni rigward il-ħelsien mill-ħabs titqies bħala parti mill-privatezza tagħha u ma tkunx tista’ tiġi kkomunikata lilek.

B’mod eċċezzjonali, jekk kont vittma ta’ reat ta’ vjolenza sessista, inti ser tiġi pprovdut informazzjoni dwar l-istatus proċedurali tal-persuna akkużata u kif qed tiskonta l-piena tagħha, waqt li l-ordni ta’ protezzjoni jew l-ordni ta’ trażżin tkun fis-seħħ, ħlief meta tesprimi x-xewqa tiegħek li ma tirċievi ebda notifika dwar il-kwistjoni.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdu informazzjoni dwar il-possibbiltà li għandek bħala vittma li tipparteċipa fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija u jwettqu kwalunkwe attivitajiet ta’ assistenza li jkunu meħtieġa sabiex inti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet rikonoxxuti mil-liġi.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, l-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali jipprovdilek il-mezzi ta’ informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ ssib dak kollu li huwa relatat mal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija sal-mument li l-pieni jkunu ġew skontati kompletament, speċjalment f’każijiet fejn jingħataw benefiċċji jew jinħelsu l-persuni kkundannati.

Ser inkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż billi jinħeles qabel iż-żmien jew b’libertà kondizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Jekk għamilt it-talba rilevanti, inti għandek id-dritt li tkun innotifikat bid-deċiżjonijiet li ġejjin, fost l-oħrajn:

  • deċiżjonijiet li t-trasgressur jingħata sentenza ta’ priġunerija jew li jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja;
  • deċiżjonijiet minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew tal-ħabs li jaffettwaw lil dawk ikkundannati għal reati mwettqa bl-użu ta’ vjolenza jew intimidazzjoni u li joħolqu riskju għas-sikurezza tiegħek;
  • deċiżjonijiet li jinvolvu l-parteċipazzjoni tiegħek fl-eżekuzzjoni tas-sentenza u li jingħataw għal kwistjonijiet relatati mal-ħabs, kif ukoll dawk li jaffettwaw il-klassifikazzjoni tal-persuna kkundannata f’reġim ta’ ħabs miftuħ tal-Grad 3, benefiċċji tal-ħabs, leave għal żmien qasir, libertà kondizzjonali, eċċ.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdu informazzjoni dwar il-possibbiltà li għandek bħala vittma li tipparteċipa fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija u jwettqu kwalunkwe attivitajiet ta’ assistenza li jkunu meħtieġa sabiex inti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet rikonoxxuti mil-liġi.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, l-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali jipprovdilek il-mezzi ta’ informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ ssib dak kollu li huwa relatat mal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija sal-mument li l-pieni jkunu ġew skontati kompletament, speċjalment f’każijiet fejn jingħataw benefiċċji jew jinħelsu l-persuni kkundannati.

Ser inkun involut f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole?

Bħala vittma tal-kriminalità, inti ser tkun intitolat sabiex:

  • titlob li jiġu imposti fuq il-parolee miżuri jew regoli ta’ mġiba previsti mil-liġi u meqjusa bħala meħtieġa sabiex tiżgura s-sikurezza tiegħek, meta din il-persuna tkun ġiet ikkundannata għal avvenimenti li minnhom tista’ raġonevolment tinħoloq sitwazzjoni ta’ periklu għall-vittma;
  • tipprovdi lill-imħallef jew lill-qorti bi kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenza imposta, l-obbligazzjonijiet ċivili li jirriżultaw mir-reat jew il-konfiska li ntlaħaq qbil dwarha.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdu informazzjoni dwar il-possibbiltà li għandek bħala vittma li tipparteċipa fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija u jwettqu kwalunkwe attivitajiet ta’ assistenza li jkunu meħtieġa sabiex inti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet rikonoxxuti mil-liġi.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, l-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali jipprovdilek il-mezzi ta’ informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ ssib dak kollu li huwa relatat mal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija sal-mument li l-pieni jkunu ġew skontati kompletament, speċjalment f’każijiet fejn jingħataw benefiċċji jew jinħelsu l-persuni kkundannati.

Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?

Jekk inti tkun tlabt li tiġi nnotifikat b’ċerti deċiżjonijiet mogħtija għal kwistjonijiet relatati mal-ħabs, kif ukoll dawk li jaffettwaw il-klassifikazzjoni tal-persuna kkundannata f’reġim ta’ ħabs miftuħ tal-Grad 3, benefiċċji tal-ħabs, leave għal żmien qasir, libertà kondizzjonali, eċċ., tista’ tappella kontrihom anki jekk ma kontx parti fil-proċedimenti. Inti trid tavża lill-iskrivan tal-qorti kompetenti bix-xewqa tiegħek li tappella, mingħajr il-ħtieġa li tkun assistit minn avukat sabiex tagħmel dan, f’perjodu massimu ta’ ħamest ijiem li jibdew jgħoddu minn dakinhar meta tkun ġejt innotifikat bid-deċiżjoni u tressaq l-appell fi żmien ħmistax-il jum minn din in-notifika.

Sabiex tappella l-klassifikazzjoni possibbli tal-persuna kkundannata f’reġim ta’ ħabs miftuħ tal-Grad 3, inti trid tkun vittma ta’ wieħed mir-reati li ġejjin:

  • omiċidju;
  • abort;
  • korriment;
  • reati kontra l-libertà;
  • reati ta’ tortura u kontra l-integrità morali;
  • reati kontra l-libertà sesswali u indennizz;
  • reati ta’ serq imwettqa bi vjolenza jew intimidazzjoni;
  • reati ta’ terroriżmu;
  • reati ta’ traffikar tal-bnedmin.

Qabel ma l-awtorità tal-ħabs tagħti kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq, id-deċiżjoni inkwistjoni tiġi kkomunikata lilek sabiex tkun tista’ tissottometti kwalunkwe argument li tqis li huwa xieraq, sakemm tkun għamilt it-talba rilevanti sabiex tiġi nnotifikat b’dawn id-deċiżjonijiet.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek kwalunkwe informazzjoni li tkun teħtieġ dwar l-appelli li tista’ tressaq kontra d-deċiżjonijiet li tqis li huma inkompatibbli mad-drittijiet tiegħek.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

4 - Kumpens


X’inhu l-proċess sabiex titlob kumpens għad-danni mingħand it-trasgressur? (eż. kawża indipendenti, talba ċivili, proċedimenti ċivili u kriminali konġunti)

Bħala prosekutur privat, tista’ titlob kumpens għad-danni permezz ta’ azzjoni ċivili fi ħdan l-istess proċedimenti kriminali jew tiddifferixxi din it-talba sakemm jintemmu l-proċedimenti kriminali. Jekk iż-żewġ kawżi jkunu separati, il-kawża ċivili trid tistenna sakemm jintemmu l-proċedimenti kriminali.

Barra minn hekk, inti tista’ tidher biss fil-proċedimenti bħala parti ċivili li ma jkollha ebda kapaċità fil-proċedimenti. Jekk ma tidhirx bħala parti ċivili sabiex tfittex il-kumpens, il-prosekutur pubbliku jitlob l-azzjoni ċivili f’ismek. Jekk il-qorti tiddikjara li l-akkużat mhuwiex ħati jew ma tagħtikx il-kumpens, inti dejjem tista’ titlob kumpens għad-danni permezz ta’ proċedura ċivili.

Ir-responsabbiltà ċivili tal-akkużat tkopri r-restituzzjoni tal-proprjetà, li tagħmel tajjeb għad-danni u l-kumpens għad-danni, inklużi dawk ikkawżati lis-sieħeb/sieħba tiegħek u lit-tfal.

Tista’ wkoll tikseb kumpens mill-Istat.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità huma l-awtorità li tagħti assistenza lill-vittmi tal-kriminalità f’sitwazzjonijiet transfruntiera, f’każijiet fejn ir-reat kriminali mġarrab minnek ikun twettaq fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minbarra Spanja waqt li inti tkun ordinarjament residenti fi Spanja. F’każijiet ta’ reati ta’ terroriżmu f’sitwazzjonijiet transfruntiera, il-Ministeru tal-Intern huwa l-awtorità tal-assistenza, permezz tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu.

B’mod ġenerali, ħlief għal reati ta’ terroriżmu, l-awtorità tal-assistenza tikkoopera fil-bidu u fl-immaniġġjar tal-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn twettaq ir-reat, sabiex b’hekk inti, bħala l-pretendent, tkun tista’ tikseb aċċess, minn Spanja, għall-kumpens mill-Istat li fit-territorju tiegħu twettaq ir-reat.

Għaldaqstant, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek, bħala applikant għall-għajnuna, l-informazzjoni li ġejja:

  • informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tintalab għajnuna finanzjarja jew kumpens, il-proċeduri jew il-formoli meħtieġa, inkluż il-mod kif dawn iridu jimtlew, u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tkun meħtieġa;
  • gwida ġenerali dwar kif timla t-talbiet għal informazzjoni addizzjonali.

Barra minn hekk, bħala l-awtorità tal-assistenza, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jridu jagħmlu dan li ġej:

  • jibagħtu t-talba tiegħek u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn, kif ukoll kwalunkwe dokumentazzjoni li tista’ tkun meħtieġa sussegwentement, fejn applikabbli, lill-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet maħtura mill-Istat li fit-territorju tiegħu twettaq ir-reat;
  • jikkooperaw mal-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet meta, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, din l-awtorità tiddeċiedi li tisma’ lill-pretendent jew lil kwalunkwe persuna oħra.

L-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet hija d-Direttorat Ġenerali tal-Ispejjeż tal-Persunal u l-Pensjonijiet tal-Istat fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi meta t-talba għall-għajnuna mill-Istat stabbilita legalment tiġi ttrattata permezz tal-awtorità tal-assistenza tal-Istat fejn il-pretendent ikun ordinarjament residenti.

L-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet trid tikkomunika dan li ġej kemm lilek bħala applikant għall-għajnuna kif ukoll lill-awtorità tal-assistenza:

  • irċevuta tat-talba għall-għajnuna mill-Istat, il-korp li jiftaħ il-proċedimenti, il-perjodu ta’ żmien sabiex tingħata deċiżjoni u, jekk possibbli, id-data antiċipata ta’ meta ser tittieħed id-deċiżjoni;
  • id-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedimenti.

Għal reati ta’ terroriżmu, il-Ministeru tal-Intern (id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu) jaġixxi bħala l-awtorità tal-assistenza f’każijiet fejn il-post fejn jitwettaq ir-reat ikun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minbarra Spanja u inti, bħala l-applikant għall-għajnuna, tkun ordinarjament residenti fi Spanja, sabiex b’hekk tkun tista’ tikseb aċċess, minn Spanja, għall-kumpens xieraq, fejn applikabbli, mill-Istat li fit-territorju tiegħu twettaq ir-reat. L-azzjonijiet li jridu jitwettqu mid-Direttorat Ġenerali tal-Appoġġ għall-Vittmi, bħala l-awtorità tal-assistenza jew tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huma ekwivalenti għal dawk li jappartjenu lid-Direttorat Ġenerali tal-Ispejjeż tal-Persunal u l-Pensjonijiet tal-Istat fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur sabiex iħallasni danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

L-Istat iħallas l-għajnuna kollha jew parti minnha meta t-trasgressur ikun ġie ddikjarat parzjalment insolventi.

L-Istat ser ikun surrogat, sal-ammont sħiħ tal-għajnuna provviżorja jew finali li tkun ingħatajt bħala vittma jew benefiċjarju, għad-drittijiet tiegħek kontra l-parti ċivilment responsabbli għar-reat.

L-Istat jista’ jressaq azzjoni għall-irkupru kontra l-parti ċivilment responsabbli għall-att kriminali sabiex jitlob ir-rimborż sħiħ jew parzjali tal-għajnuna mogħtija.

Din l-azzjoni ser titwettaq, fejn xieraq, permezz tal-proċedura ta’ rkupru amministrattiv u ser tapplika fil-każijiet li ġejjin, fost l-oħrajn:

  • fejn id-deċiżjoni ġudizzjarja finali ssib li ma twettaq ebda reat;
  • fejn, wara l-ħlas, kemm inti bħala l-vittma, kif ukoll il-benefiċjarji tiegħek ksibtu, għal kwalunkwe raġuni, kumpens sħiħ jew parzjali għad-danni mġarrba fit-tliet snin wara l-għoti tal-għajnuna;
  • fejn l-għajnuna tkun inkisbet abbażi tal-forniment ta’ informazzjoni falza jew deliberatament inkompleta jew bi kwalunkwe mezz frodulenti ieħor, kif ukoll l-ommissjoni deliberata ta’ ċirkostanzi li jwasslu għar-rifjut jew it-tnaqqis tal-għajnuna mitluba;
  • fejn il-kumpens mogħti fis-sentenza jkun inqas mill-għajnuna provviżorja.

Din l-azzjoni titressaq mill-Istat li jidher fil-proċedimenti kriminali jew ċivili li jitwettqu, mingħajr preġudizzju għall-azzjoni ċivili li tista’ titressaq mill-prosekutur pubbliku.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

L-Istat iħallas l-għajnuna kollha jew parti minnha meta l-persuna kkundannata għar-reat tkun ġiet iddikjarata parzjalment insolventi.

L-għajnuna provviżorja tista’ tingħata qabel ma tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali, sakemm tkun intweriet is-sitwazzjoni ekonomika prekarja li tkun tħallejt fiha bħala l-vittma jew il-benefiċjarju.

L-għajnuna provviżorja tista’ tintalab ladarba tkun irrapportajt l-avvenimenti lill-awtoritajiet kompetenti jew meta l-proċedimenti kriminali jitwettqu ex officio abbażi ta’ dawn l-avvenimenti.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Tista’ tikseb kumpens mill-Istat.

Fi Spanja, hemm sistema ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ reati intenzjonati u vjolenti, imwettqa fi Spanja, li jwasslu għal mewt, offiża serja fuq il-persuna jew dannu serju għas-saħħa fiżika jew mentali. L-għajnuna tingħata wkoll lill-vittmi ta’ reati kontra l-libertà sesswali, anki meta dawn ir-reati jitwettqu mingħajr vjolenza.

B’mod ġenerali, tista’ tikseb aċċess għall-għajnuna finanzjarja stabbilita legalment jekk, fiż-żmien meta jitwettaq ir-reat, inti tkun Spanjol jew ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew jekk ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq ma tapplika għalik, tkun ordinarjament residenti fi Spanja jew ċittadin ta’ Stat ieħor li jagħti għajnuna simili lil ċittadini Spanjoli fit-territorju tiegħu.

F’każ ta’ mewt, ir-rekwiżiti tan-nazzjonalità jew tar-residenza msemmija hawn fuq iridu jiġu ssodisfati mill-benefiċjarji, mhux mill-persuna deċeduta.

Fil-każ ta’ offiża serja fuq il-persuna jew dannu serju għas-saħħa fiżika jew mentali, il-vittmi diretti, jiġifieri dawk li sofrew l-offiżi jew id-danni, ser ikunu l-benefiċjarji.

Fil-każ ta’ mewt, il-benefiċjarji huma l-vittmi indiretti, li jkunu dawn li ġejjin:

  • Il-konjuġi tal-persuna deċeduta, jekk ma kinux legalment separati, jew il-persuna li għexet mal-persuna deċeduta fuq bażi permanenti f’relazzjoni simili għal żwieġ għal mill-inqas sentejn qabel il-mewt, sakemm ma kellhomx tfal flimkien, f’liema każ sempliċi koabitazzjoni tkun biżżejjed. It-tfal tal-persuni msemmija huma wkoll inklużi, anki jekk ma kinux it-tfal tal-persuna deċeduta, sakemm kienu finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna u kien hemm koabitazzjoni.

Il-benefiċjarji fl-ebda każ ma jinkludu lil xi ħadd li ġie kkundannat għal omiċidju intenzjonat f’xi waħda mill-forom tiegħu, fejn il-persuna deċeduta kienet il-konjuġi tiegħu jew tagħha jew il-persuna li magħha kien jew kienet f’relazzjoni stabbli simili għal żwieġ.

  • Il-wild tal-persuna deċeduta, li kien dipendenti fuq dik il-persuna u kien hemm koabitazzjoni, jekk wieħed jassumi li tfal li huma taħt l-età jew adulti b’diżabilità huma finanzjarjament dipendenti.
  • Il-ġenitur tal-persuna deċeduta, li kien finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna, sakemm ma jkun hemm ħadd fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
  • Il-ġenituri ta’ persuna minorenni li tmut bħala konsegwenza diretta tar-reat jitqiesu wkoll bħala vittmi indiretti għall-finijiet tal-għajnuna finanzjarja stabbilita mil-liġi Spanjola.

L-offiżi li jintitolaw lill-vittmi sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja huma dawk li jkunu ta’ dannu għall-integrità tal-persuna jew għas-saħħa fiżika jew mentali u li jwasslu għal diżabilità temporanja, għal aktar minn sitt xhur, jew permanenti, bi grad ta’ diżabilità ta’ mill-inqas 33 %, tal-persuna li ġarrbithom.

Bħala regola ġenerali, l-għoti tal-għajnuna jiddependi fuq l-għoti ta’ deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali. B’kont meħud tal-iskedi ta’ żmien sabiex tittieħed deċiżjoni dwar kawżi kriminali, qabel ma tingħata deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali, il-liġi tipprevedi l-possibbiltà li tingħata għajnuna provviżorja, b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika prekarja tal-vittma tar-reat jew tal-benefiċjarji tagħha. L-għajnuna provviżorja tista’ tintalab ladarba l-vittma tkun irrapportat l-avvenimenti lill-awtoritajiet kompetenti jew meta l-proċedimenti kriminali jkunu nbdew mill-korpi kompetenti mingħajr il-ħtieġa ta’ rapport.

L-ammont ta’ għajnuna f’ebda każ ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

Fil-każ tal-mewt ta’ persuna minorenni jew b’diżabilità bħala konsegwenza diretta tar-reat, il-ġenituri jew il-kustodji tal-minorenni jkunu intitolati biss għal għajnuna li tikkonsisti f’kumpens għall-ispejjeż tal-funeral li effettivament tħallsu sal-limitu stabbilit legalment.

F’każijiet ta’ reati kontra l-libertà sesswali li jikkawżaw danni għas-saħħa mentali tal-vittma, l-ammont ta’ għajnuna ser ikopri l-ispejjeż tat-trattament terapewtiku magħżul liberament mill-vittma, b’massimu stabbilit mil-liġi.

B’mod ġenerali, il-limitu ta’ żmien sabiex tintalab l-għajnuna huwa ta’ sena, li jibda jgħodd minn meta twettaq ir-reat. Dan il-limitu ta’ żmien jiġi sospiż meta jibdew il-proċedimenti kriminali u jerġa’ jibda meta tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja finali u tiġi nnotifikata lill-vittma.

Ir-riċeviment tal-għajnuna huwa inkompatibbli ma’ dan li ġej:

  • il-kumpens stabbilit permezz tas-sentenza. Madankollu, l-għajnuna kollha jew parti minnha titħallas meta t-trasgressur ikun ġie ddikjarat bħala parzjalment insolventi;
  • kumpens jew għajnuna minn assigurazzjoni privata, kif ukoll mas-sussidju tas-Sigurtà Soċjali li jista’ japplika minħabba d-diżabilità temporanja tal-vittma. Madankollu, l-għajnuna titħallas lill-benefiċjarju ta’ assigurazzjoni privata meta l-ammont tal-kumpens li għandu jiġi riċevut taħt din l-assigurazzjoni kien inqas mill-ammont stabbilit fis-sentenza;
  • ir-riċeviment ta’ din l-għajnuna f’ebda każ ma jkun kompatibbli mal-kumpens għad-danni lill-vittmi ta’ gruppi armati u terroristi.

Ir-riċeviment tal-għajnuna huwa kompatibbli ma’ dawn li ġejjin:

  • f’każijiet ta’ diżabilità permanenti jew mewt tal-vittma, mar-riċeviment ta’ kwalunkwe pensjoni tal-Istat li l-benefiċjarju huwa intitolat li jirċievi;
  • l-assistenza soċjali prevista fl-Artikolu 27 tal-Liġi Organika 1/2004 tat-28 ta’ Diċembru 2004 dwar Miżuri ta’ Protezzjoni Komprensiva kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Sess (Ley Orgánica 1/2004 de 28 de diciembre, de Medidas de Protección Integral contra la Violencia de Género).

L-għajnuna għal diżabilità permanenti ser tkun inkompatibbli mal-għajnuna għal diżabilità temporanja.

Il- kompetenza sabiex jiġu pproċessati u deċiżi t-talbiet għall-għajnuna mill-Istat stabbilita legalment tinsab f’idejn id-Direttorat Ġenerali tal-Ispejjeż tal-Persunal u l-Pensjonijiet tal-Istat fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, għall-vittmi ta’ kwalunkwe reat, ħlief għal vittmi tat-terroriżmu, f’liema każ ikun kompetenti l-Ministeru tal-Intern (id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu).

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, hemm serje ta’ għajnuniet mill-Istat maħsuba għall-vittmi tat-terroriżmu sabiex jikkumpensaw għad-danni kkawżati minn dawn it-tipi ta’ reati, diment li jkun hemm konnessjoni sħiħa bejn l-att terroristiku u d-danni mġarrba.

Dawn li ġejjin huma danni eliġibbli għal kumpens:

  • offiżi fuq il-persuna, fiżiċi u mentali, kif ukoll l-ispejjeż għal trattament mediku, proteżi u kirurġija.

Dawn l-ispejjeż jitħallsu lill-persuna affettwata biss f’każ li ma jkunux koperti kompletament jew parzjalment minn sistema ta’ protezzjoni soċjali pubblika jew privata;

  • danni materjali kkawżati lid-djar ta’ persuni fiżiċi jew dawk li jseħħu fi stabbilimenti kummerċjali u industrijali, lill-kwartieri ġenerali ta’ partiti politiċi, trade unions u organizzazzjonijiet soċjali;
  • l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni provviżorja waqt li jkun qed jitwettaq xogħol ta’ tiswija fir-residenzi ordinarji ta’ persuni fiżiċi;
  • danni kkawżati lil vetturi privati, kif ukoll dawk imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti, ħlief vetturi ta’ proprjetà pubblika.

Il-kumpens għad-danni indikati, ħlief għall-offiżi fuq il-persuna, ser ikun sussidjarju għal dak stabbilit għall-istess każijiet minn kwalunkwe korp pubbliku ieħor jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet ta’ assigurazzjoni. F’dawn il-każijiet, kwalunkwe ammont li jista’ jirriżulta mid-differenza bejn dak li tħallas minn dawn l-amministrazzjonijiet pubbliċi jew entitajiet tal-assigurazzjoni u l-valwazzjoni uffiċjali ser jiġi kkumpensat.

L-ammont ta’ kumpens jiġi ddeterminat skont il-ħsara prodotta (is-severità tal-offiżi u t-tip ta’ diżabilità li jikkawżaw, mewt, eċċ.).

Għajnuna oħra:

  • għall-istudju: meta att terroristiku jirriżulta f’korrimenti personali ta’ sinifikat partikolari għal student, il-ġenituri jew il-kustodji tiegħu, jew jekk dawn il-korrimenti ma jħalluhomx aktar tajbin sabiex jeżerċitaw il-professjoni regolari tagħhom;
  • assistenza u konsulenza psikoloġika immedjata, kemm għall-vittmi kif ukoll għall-membri tal-familja;
  • għajnuna straordinarja maħsuba biex ittaffi, b’mod eċċezzjonali, sitwazzjonijiet ta’ ħtieġa personali jew familjari tal-vittmi, li mhumiex koperti jew huma koperti b’mod notevolment insuffiċjenti permezz ta’ għajnuna ordinarja.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna:

  • jekk ikun hemm korrimenti, il-persuni korruti;
  • jekk kien hemm mewt:
    • il-konjuġi tal-persuna deċeduta;
    • is-sieħeb/sieħba barra ż-żwieġ li miegħu/magħha l-persuna deċeduta tkun ikkoabitat għal mill-inqas sentejn;
    • is-sieħeb/sieħba barra ż-żwieġ li miegħu/magħha l-persuna deċeduta kellha t-tfal;
    • il-ġenituri tal-persuna deċeduta jekk dawn kienu finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna. Fin-nuqqas ta’ ġenituri u f’din l-ordni, il-neputijiet, l-aħwa u n-nanniet tal-persuna mejta li kienu finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna;
    • jekk ma hemm l-ebda waħda mill-persuni msemmija hawn fuq, it-tfal u, fin-nuqqas tagħhom, il-ġenituri li ma kinux finanzjarjament dipendenti fuq il-persuna deċeduta.

B’mod ġenerali, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-talbiet għal kumpens għal danni personali jew materjali ser ikun ta’ sena, li jibda jgħodd mid-data li fiha seħħew id-danni.

L-Uffiċċju ta’ Assistenza u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali (Oficina de Información y Asistencia a Víctimas del Terrorismo de la Audiencia Nacional), b’kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Intern, jgħinek bħala vittma tat-terroriżmu permezz tal-proċess tat-talba għall-kumpens: il-kisba taċ-ċertifikati tas-sentenzi finali, tal-ordnijiet sabiex ma jiġux infurzati obbligazzjonijiet ċivili u ta’ dokumenti oħrajn meħtieġa sabiex tiġi pproċessata l-għajnuna.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Is-sentenza finali fil-proċedimenti kriminali, li ma tistax tiġi appellata, għandha tipprova li l-mewt, l-offiżi fuq il-persuna u d-dannu serju għas-saħħa fiżika jew mentali jikkostitwixxu reat intenzjonat u vjolenti u, konsegwentement, is-sentenza jkollha tiddetermina l-kumpens xieraq.

Sabiex tissottometti t-talba għal għajnuna finanzjarja, inti trid tehmeż mat-talba kopja tad-deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali, kemm jekk din tkun sentenza, sentenza mogħtija b’kontumaċja jew deċiżjoni li tagħlaq il-każ minħabba mewt tat-trasgressur, jew inkella deċiżjoni li tiċħad il-każ.

L-ammont ta’ għajnuna mogħtija f’ebda ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

Jien intitolat għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Tista’ tingħata għajnuna provviżorja qabel ma tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali, sakemm tiġi pprovduta evidenza tas-sitwazzjoni ekonomika prekarja li tkunu tħallejtu fiha inti, bħala l-vittma, jew il-benefiċjarji tiegħek.

L-għajnuna provviżorja tista’ tintalab ladarba tkun irrapportajt l-avvenimenti lill-awtoritajiet kompetenti jew meta l-proċedimenti kriminali jitwettqu ex officio abbażi ta’ dawn l-avvenimenti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jien vittma tal-kriminalità. Lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Jekk int vittma tal-kriminalità, tista’ tmur f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità (Oficinas de Asistencia a las Víctimas del delito).

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità huma servizz multidixxiplinarju pubbliku mingħajr ħlas li jindirizza l-ħtiġijiet tal-vittmi, immexxi mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Hemm Uffiċċji Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek appoġġ komprensiv, ikkoordinat u speċjalizzat bħala vittma tal-kriminalità, filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet legali, psikoloġiċi u soċjali speċifiċi tiegħek.

Jekk inti vittma ta’ terroriżmu, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali (Oficina de Información y Asistencia a Víctimas del Terrorismo de la Audiencia Nacional), għalkemm tista’ tmur fl-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità fil-provinċja tiegħek jekk tixtieq. L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mbagħad jikkoordina mal-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali.

Il-kura u l-appoġġ offruti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità huma pprovduti f’serje ta’ fażijiet:

  • Fażi ta’ akkoljenza u orjentazzjoni: il-fażi ta’ orjentazzjoni hija meta l-Uffiċċju jipprovdilek informazzjoni komprensiva dwar l-azzjonijiet li trid tieħu, il-kwistjonijiet li trid tindirizza u l-konsegwenzi possibbli. Din il-fażi ġeneralment isseħħ permezz ta’ intervista, wiċċ imb’wiċċ jew fuq it-telefon, fejn ikollok iċ-ċans li tispjega l-problemi u l-ħtiġijiet tiegħek. Abbażi tal-ispjegazzjoni tiegħek, inti tingħata gwida, tiġi vvalutata l-possibbiltà ta’ interventi minn sorsi oħrajn u jsiru riferimenti, jekk ikun hemm bżonn.
  • Fażi ta’ informazzjoni: bħala vittma, billi tibda mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet u l-uffiċjali, saħansitra qabel tressaq ilment, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni li taqbel maċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet personali tiegħek, kif ukoll in-natura tar-reat kriminali li esperjenzajt u d-danni li ġarrabt. Din l-informazzjoni tikkonċerna ċerti aspetti bħal:
  • Kif tista’ tagħmel ilment u l-proċedura għat-tressiq tiegħu.
  • Is-servizzi speċjalizzati u r-riżorsi psikosoċjali u tal-kura disponibbli, irrispettivament minn jekk jitressaqx ilment, u kif jinkiseb l-aċċess għalihom.
  • Il-miżuri ta’ kura u appoġġ (mediċi, psikoloġiċi jew materjali) disponibbli u l-proċedura sabiex jinkisbu, inkluża, fejn xieraq, informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tinkiseb akkomodazzjoni alternattiva.
  • Kif tista’ tikseb pariri u difiża legali u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas.
  • Akkumpanjament għalik, matul il-proċedimenti, għall-proċess, jekk tkun teħtieġ dan, u/jew għall-awtoritajiet kriminali differenti.
  • Possibbiltà għalik li titlob miżuri ta’ protezzjoni u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex tagħmel dan.
  • Pariri dwar drittijiet ekonomiċi relatati mal-proċedimenti, b’mod partikolari rigward l-għajnuna u l-kumpens li għalihom tista’ tkun intitolat abbażi tad-danni kkawżati mir-reat kriminali u, fejn xieraq, liema proċedura għandha tintuża sabiex titlobhom.
  • Il-proċedura li trid issegwi sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek bħala vittma tal-kriminalità jekk tgħix barra Spanja.
  • Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità responsabbli sabiex tittratta l-proċedimenti tiegħek u l-mezzi għall-komunikazzjoni magħha u informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tal-proċess, kif ukoll il-kontenut tal-akkuża kontra t-trasgressur.
  • Is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva (eż. medjazzjoni) disponibbli, f’każijiet fejn dan ikun legalment possibbli.
  • Il-każijiet li fihom tista’ tiġi rimborżat għall-ispejjeż legali u, fejn xieraq, il-proċedura applikabbli sabiex titlobhom, eċċ.
  • Fażi ta’ intervent: l-intervent mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jseħħ f’oqsma differenti:
  • Interventi legali: l-Uffiċċji jipprovdulek l-assistenza legali li teħtieġ u, b’mod speċifiku, jagħtuk informazzjoni dwar it-tip ta’ assistenza li tista’ tirċievi fil-kuntest tal-proċedimenti ġudizzjarji, id-drittijiet li tista’ teżerċita bħala parti mill-proċedimenti, il-mod li bih u l-kundizzjonijiet li fihom tista’ tikseb aċċess għal pariri legali u t-tipi ta’ servizzi jew organizzazzjonijiet li tista’ tikkuntattja sabiex jagħtuk appoġġ.

Fil-każijiet kollha, l-assistenza legali tkun ġenerali fir-rigward tal-mod li bih jitwettqu l-proċedimenti u l-mod kif jiġu eżerċitati drittijiet differenti, billi l-avukat tiegħek huwa responsabbli għall-gwida u l-għajnuna legali f’kull każ.

  • Interventi mediċi u psikoloġiċi: il-kura psikoloġika offruta mill-Uffiċċji tikkonsisti fil-valutazzjoni u t-trattament tas-sitwazzjoni tiegħek sabiex titnaqqas il-kriżi kkawżata mir-reat, sabiex tlaħħaq mal-proċedimenti ġudizzjarji li jirriżultaw mir-reat u l-akkumpanjament matul il-proċedimenti u t-tisħiħ tal-istrateġiji u l-abbiltajiet tiegħek, li jippermettu għajnuna mill-ambjenti ta’ madwarek.

L-Uffiċċji joħolqu pjan ta’ appoġġ psikoloġiku f’każ li inti tkun vittma partikolarment vulnerabbli jew fil-bżonn ta’ protezzjoni speċjali.

  • Interventi ekonomiċi: fir-rigward tal-għajnuna ekonomika li għaliha tkun intitolat jekk kont vittma ta’ reat kriminali vjolenti jew reat kriminali kontra l-libertà sesswali, l-Uffiċċji primarjament ikollhom irwol ta’ informazzjoni u jistgħu jgħinu fit-trattament tal-pretensjonijiet.
  • Interventi soċjali u ta’ kura: f’dan il-qasam, l-Uffiċċji ser ikunu kkoordinati fil-kura li jipprovdulek u, fejn xieraq, jirreferuk għas-servizzi soċjali, l-istituzzjonijiet tal-kura jew l-organizzazzjonijiet disponibbli sabiex jiżguraw li inti jkollok akkomodazzjoni sikura, kura medika immedjata u kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tista’ tkun intitolat għaliha, b’attenzjoni partikolari mogħtija għall-ħtiġijiet li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta’ invalidità, kura fl-isptar, mewt u dawk ikkawżati minn sitwazzjoni possibbli ta’ vulnerabbiltà.
  • Fażi ta’ monitoraġġ: l-Uffiċċji ser jimmonitorjaw il-każ tiegħek, speċjalment jekk inti vittma vulnerabbli, matul il-proċess kriminali kollu u għal perjodu ta’ żmien xieraq wara li jintemm il-proċess. F’din il-fażi, l-Uffiċċji ser janalizzaw is-sitwazzjoni legali, medika u psikoloġika, soċjali u ta’ kura, kif ukoll ekonomika tiegħek wara r-reat kriminali f’perjodi differenti. Iż-żmien xieraq għall-monitoraġġ jiġi ddeterminat skont is-sitwazzjoni tiegħek.

Jekk inti vittma tat-terroriżmu, il-funzjonijiet ewlenin tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali huma dawn li ġejjin:

  • li jipprovdilek informazzjoni dwar l-istat tal-proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jaffettwawk abbażi tar-reat kriminali mwettaq;
  • li jagħtik pariri dwar dak kollu li huwa relatat mal-proċedimenti kriminali u amministrattivi li jistgħu jaffettwawk;
  • li joffrilek akkumpanjament personali għall-proċessi li jsiru rigward l-atti terroristiċi li jistgħu jaffettwawk;
  • li jipprovdilek appoġġ emozzjonali u terapewtiku, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Ministeru tal-Intern;
  • li jippromwovi l-protezzjoni tas-sikurezza u l-privatezza tiegħek bħala vittma tal-kriminalità fil-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedimenti ġudizzjarji;
  • li jinformak dwar il-kumpensi ewlenin għall-vittmi tat-terroriżmu u fil-każijiet kollha jirreferik għad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Intern;
  • li jinnotifikak dwar dak kollu li huwa relatat mal-infurzar tas-sentenza ta’ priġunerija, sakemm is-sentenza tkun ġiet skontata kompletament, b’mod partikolari f’każijiet fejn dawk ikkundannati jkunu ngħataw benefiċċji jew inħelsu.

Għall-vittmi tat-terroriżmu, id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Intern ser jaġixxi bħala one-stop shop għal kwalunkwe proċedimenti li jistgħu jinbdew min-nies u l-familji affettwati minn azzjoni terroristika quddiem l-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Istat, billi jirreferi kwalunkwe talbiet magħmula lill-korp kompetenti u jassumi r-relazzjoni mal-persuna kkonċernata.

Barra minn hekk, id-Direttorat Ġenerali ser jikkollabora mal-korpi kompetenti tal-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Istat u l-amministrazzjonijiet pubbliċi l-oħrajn fir-rigward tal-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu sabiex tiġi żgurata protezzjoni komprensiva għall-vittmi.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi tat-Terroriżmu ser ikun responsabbli għall-immaniġġjar, il-ġestjoni u l-abbozzar ta’ deċiżjonijiet dwar għajnuna u kumpens għal dawk affettwati minn reati ta’ terroriżmu.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

Matul il-fażi ta’ akkoljenza jew orjentazzjoni, inti tista’ tattendi personalment fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jew inkella tikkuntattjahom bit-telefon.

Għal ċerti reati bħal vjolenza sessista, fi Spanja hemm servizzi tat-telefon għal assistenza u gwida, eż. is-Servizz Telefoniku 016 għal Informazzjoni u Pariri Legali dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Sess (Servicio telefónico de información y asesoramiento jurídico en materia de violencia de género).

Fil-każ ta’ vittmi partikolarment vulnerabbli, bħal minorenni, hemm servizzi speċifiċi, bħall-Hotline tal-Fondazzjoni ANAR (Għajnuna għat-Tfal u l-Adoloxxenti f’Riskju) (Servicio de atención telefónica de la Fundación ANAR)), li huma mmirati għat-tfal u ż-żgħażagħ, l-adulti u l-qraba ta’ minorenni u l-qraba fil-każ ta’ minorenni neqsin.

Is-Servizz Telefoniku 016 għal Informazzjoni u Pariri Legali dwar il-Vjolenza Sessista jipprovdi assistenza professjonali u mingħajr ħlas 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena. Id-data tal-persuni li jużaw dan is-servizz hija garantita li tibqa’ kunfidenzjali l-ħin kollu.

L-assistenza hija offruta b’51 lingwa. Speċifikament, l-assistenza 24 siegħa kuljum hija offruta bl-Ispanjol, bil-Katalan, bil-Galizjan, bil-Bask, bl-Ingliż u bil-Franċiż, u permezz ta’ servizz ta’ tele-traduzzjoni għat-telefonati bil-Ġermaniż, bil-Portugiż, bil-Mandarin, bir-Russu, bl-Għarbi, bir-Rumen u bil-Bulgaru. L-assistenza bil-lingwi l-oħrajn hija offruta permezz ta’ servizz ta’ tele-traduzzjoni.

L-aċċessibilità tas-servizz għal persuni neqsin mis-smigħ u/jew b’diffikultajiet fit-taħdit hija garantita permezz tal-mezzi li ġejjin:

  • telefon testwali (TTY) fuq 900 116 016;
  • Servizz ta’ Telesor permezz tas-sit web ta’ Telesor (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.telesor.es/). F’dan il-każ hija meħtieġa konnessjoni tal-Internet;
  • telefon ċellulari jew PDA. Fiż-żewġ każijiet huwa meħtieġ li tinstalla applikazzjoni bla ħlas billi ssegwi l-passi indikati fuq is-sit web ta’ Telesor.

Dan is-servizz joffri assistenza għal kull min għandu mistoqsijiet relatati ma’ każijiet speċifiċi ta’ vjolenza sessista: vittmi femminili ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, persuni li huma qrib vittma femminili ta’ vjolenza abbażi ta’ sess (qraba, ħbieb, ġirien, eċċ.), professjonisti li jiltaqgħu ma’ vittma femminili ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew li huma konxji ta’ sitwazzjoni ta’ vjolenza ta’ dan it-tip, eċċ.

L-informazzjoni pprovduta tirreferi għar-riżorsi u d-drittijiet disponibbli għalik bħala vittma ta’ dan it-tip ta’ kriminalità, fir-rigward tal-impjiegi, is-servizzi soċjali, l-appoġġ finanzjarju u r-riżorsi ta’ informazzjoni, assistenza, akkoljenza u pariri legali.

F’każ li tidħol sejħa ta’ emerġenza, din tiġi ddevjata minnufih lejn in-numru ta’ emerġenza 112 tal-komunità awtonoma rispettiva.

Jekk inti vittma taħt l-età ta’ vjolenza sessista, kwalunkwe sejħa li tagħmel lis-Servizz 016 tiġi ddevjata lill-Hotline ta’ ANAR għall-Għajnuna għat-Tfal u l-Adoloxxenti (900 20 20 10).

Il-Hotline tal-Fondazzjoni ANAR (Għajnuna għat-Tfal u l-Adoloxxenti f’Riskju) (900 20 20 10) huwa servizz anonimu, kunfidenzjali u mingħajr ħlas, disponibbli 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena, li primarjament jikkonsisti fi tliet linji ta’ għajnuna:

  • Il-Hotline tal-ANAR għall-Għajnuna għat-Tfal u l-Adoloxxenti, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li joffri lit-tfal jew l-adoloxxenti li jagħmlu s-sejħiet l-appoġġ u l-gwida meħtieġa meta jkollhom problemi jew meta jkunu f’sitwazzjoni ta’ riskju.
  • Il-Hotline tal-ANAR għall-Adulti u l-Familji, li huwa mmirat għall-adulti li jeħtieġu gwida dwar kwistjonijiet relatati ma’ minorenni.
  • Il-Hotline tal-ANAR 116 000 għal każijiet ta’ minorenni neqsin (in-numru armonizzat ta’ valur soċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex jittratta dawn il-każijiet).

Dan is-servizz jiddevja t-telefonati li tagħmel lis-Servizz 016 jekk inti mara adulta u vittma ta’ vjolenza sessista jew persuna adulta konxja ta’ każ ta’ vjolenza ta’ dan it-tip.

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

Iva. L-aċċess għas-servizzi ta’ kura u appoġġ għall-vittmi ta’ reati, bħall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, huwa mingħajr ħlas u kunfidenzjali; mhuwiex neċessarju li l-ewwel tressaq ilment.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand awtoritajiet jew servizzi tal-Istat?

Inti tista’ tmur fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità li jinstabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi f’kull belt kapitali provinċjali u anki fi bliet oħrajn.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek appoġġ komprensiv, ikkoordinat u speċjalizzat bħala vittma ta' reat, filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet legali, psikoloġiċi u soċjali speċifiċi tiegħek.

B’mod partikolari, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek informazzjoni dwar is-servizzi speċjalizzati u r-riżorsi psikosoċjali u tal-kura disponibbli, irrispettivament minn jekk tressaqx ilment u dwar kif tikseb aċċess għal dawn is-servizzi.

Huma jipprovdulek ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta’ kura u appoġġ (mediċi, psikoloġiċi jew materjali) disponibbli u l-proċedura sabiex jinkisbu, inkluża, fejn tkun meħtieġa, informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tinkiseb akkomodazzjoni alternattiva.

Barra minn hekk, huma jagħtuk pariri dwar kif tista’ tagħmel ilment u l-proċedura għat-tressiq tiegħu, kif ukoll il-possibbiltà li tikseb pariri legali u difiża u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiksibhom mingħajr ħlas.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jkunu jistgħu jirreferuk għal servizzi legali, psikoloġiċi u soċjali speċjalizzati, skont il-ħtiġijiet tiegħek, bħal pereżempju servizzi muniċipali, tal-benesseri soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-impjiegi; assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet u entitajiet oħrajn mingħajr skop ta’ profitt; servizzi psikosoċjali mill-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja; u, f’każ li tkun vittma ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, għall-Unitajiet ta’ Koordinazzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa (Unidades de Coordinación contra la Violencia sobre la Mujer) u l-Unitajiet iddedikati għan-Nisa (Unidades sobre la Mujer) f’kull komunità u provinċja awtonoma.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi?

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) jistgħu joffru appoġġ lill-vittmi ta’ reati kriminali speċifiċi permezz tal-istabbiliment ta’ mogħdijiet personalizzati skont il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi ta’ kull vittma. Il-funzjoni ta’ assistenza tinkludi primarjament pariri legali, informazzjoni dwar ir-riżorsi u l-għajnuna differenti disponibbli u appoġġ psikoloġiku u emozzjonali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - il-Kroazja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: Kroat diġà ġew tradotti.


Vittmi ta’ reat għandhom għadd ta’ drittijiet fi proċedimenti prekontenzjużi u kriminali, bi protezzjoni partikolari tingħata lit-tfal u lill-vittmi ta’ reati kontra l-libertà sesswali u tat-traffikar tal-bnedmin

Il-vittma ta’ reat għandha d-dritt:

  • għal informazzjoni li l-pulizija, l-investigatur, l-uffiċċju tal-avukat ġenerali (državno odvjetništvo) kif ukoll il-qorti għandhom id-dmir li jipprovdu;
  • għal assistenza effettiva psikoloġika u assistenza esperta oħra kif ukoll appoġġ minn korpi, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li jappoġġaw il-vittmi ta’ reati;
  • tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala l-parti leża,
  • tkun infurmata mill-avukat ġenerali (državni odvjetnik) dwar x'azzjoni ttieħedet abbażi tar-rapport tal-vittma, u tippreżenta kwerela għand l-avukat ġenerali superjuri (viši državni odvjetnik);
  • għal għajnuna psikoloġika ffinanzjata mill-Istat jekk issofri dannu psikosomatiku ferm gravi jew konsegwenzi verament serji mir-reat;
  • tippreżenta rikors assoċjat għad-danni;
  • kumpens skont liġi separata li jekk hija tkun sofriet dannu gravi fuq il-persuna jew deterjorament tas-saħħa serju bħala riżultat tar-reat vjolenti.

Vittma ta’ reat kontra l-libertà sesswali jew ta’ reat ta’ traffikar tal-bniedem għandha dawn id-drittijiet apparti dawk imsemmijin hawn fuq:

  • li titkellem ma’ konsulent qabel ma tiġi intervistata, bl-ispiża li titkopra mill-baġit;
  • għajnuna legali ffinanzjata mill-istat;
  • li tiġi intervistata minn persuna tal-istess sess fl-għassa tal-pulizija jew fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali;
  • li waqt l-intervista jkollha persuna li tafdaha;
  • li tirrifjuta li twieġeb mistoqsija mhux meħtieġa dwar il-ħajja personali tagħha;
  • li tistaqsi li tiġi intervistata permezz ta’ tagħmir awdjoviżiv
  • kunfidenzjalità rigward id-dejta personali;
  • li titlob li l-pubbliku ma jkunx preżenti għas-smigħ;
  • li tiġi infurmata b’dawn id-drittijiet mill-qorti, mill-avukat ġenerali u mill-pulizija qabel l-ewwel intervista.

Jekk minuri jkun vittma ta’ reat, għandu dawn id-drittijiet apparti dawk imsemmijin hawn fuq:

  • għajnuna legali ffinanzjata mill-istat;
  • li jkun akkumpanjat minn persuna ta’ fiduċja meta jipparteċipa fi proċedimenti;
  • kunfidenzjalità rigward id-dejta personali;
  • li jiġi intervistat f’daru jew post ieħor mgħammar apposta minflok il-qorti;
  • l-esklużjoni tal-pubbliku;
  • li l-interrogazzjoni sseħħ mingħajr imħallef jew partijiet preżenti fl-istess kamra mal-minuri, issir permezz ta’ tagħmir awdjoviżiv operat minn assistent professjonali;
  • li tingħata attenzjoni partikolari waqt l-intervista sabiex is-saħħa mentali tal-minuri ma tiġix affettwata ħażin.

Il-minuri huma dawk kollha li ma għalqux it-18-il sena.

Ix-xhieda li jkunu minuri u l-vittmi għandhom jiġu eżaminati mill-imħallef inkwirenti waqt is-seduta ta’ eżami tal-provi, u x-xhieda li jkunu minuri għandhom jirċievu taħrika permezz tal-ġenituri tagħhom jew tat-tuturi tagħhom.

Prosekuzzjoni privata

Meta jiġi rrappurtat reat, l-avukat ġenerali f’bosta każijiet iwettaq prosekuzzjoni ex officio.

Prosekuzzjoni privata tista’ tiġi mressqa fil-każ ta’ reati li għalihom jitniedu proċedimenti kriminali abbażi ta’ prosekuzzjoni privata. Prosekuzzjoni privata trid titressaq fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata tkun saret taf bir-reat u bl-awtur tar-reat.

Rikors assoċjat għad-danni

Vittma ta’ reat hija wkoll parti leża u hija intitolata li tippreżenta rikors assoċjat għad-danni quddiem il-qorti.

Dan ir-rikors jista’ jinkludi dawn il-pretensjonijiet:

  • kumpens għad-danni, li jistgħu jkunu tanġibbli jew intanġibbli (l-uġigħ sofrut, il-biża’);
  • l-għoti lura tal-proprjetà personali — jekk il-parti leża tista’ tipprova li hija s-sid jew id-detentur leġittimu;
  • l-annullament ta’ tranżazzjoni speċifika — jekk ir-reat ikun irriżulta fi tranżazzjoni ta’ proprjetà (jekk l-akkużat ikun sforza lill-vittma biex tikkonkludi kuntratt).

Rikors assoċjat għad-danni jista’ jiġi ppreżentat fi proċedimenti kriminali jew fi proċedimenti ċivili separati kontra l-akkużat. Jekk rikors jiġi ppreżentat waqt proċedimenti kriminali, sabiex jiġi aċċettat hemm il-prerekwiżit li l-akkużat irid jinsab ħati mill-qorti.

Dan ma jkunx prerekwiżit għas-suċċess ta’ rikors fi proċedimenti ċivili.

Id-drittijiet tal-partijiet leżi matul investigazzjoni u fi proċedimenti kriminali

Matul inkjesta, il-vittmi tar-reat, bħala prosekuturi privati u partijiet leżi jkunu intitolati li jippreżentaw il-fatti u li jintroduċu l-evidenza li tkun kruċjali sabiex ir-reat jiġi aċċertat, sabiex l-awtur(i) tar-reat jiġi/u identifikati u sabiex il-pretensjonijiet tiegħu/tagħhom fir-rikors assoċjat għad-danni jiġu stabbiliti.

Vittma li tieħu sehem fi proċedimenti kriminali bħala parti leża għandha dritt:

  • tuża l-lingwa tagħha, inkluż il-lingwa tas-sinjali tal-persuni torox u ta’ dawk torox-għomja, u għall-assistenza ta’ interpretu jekk ma tifhimx jew ma tużax il-Kroat, jew għall-assistenza minn traduttur jew interpretu tal-lingwa tas-sinjali jekk hija tkun truxa jew truxa-għamja;
  • tuża il-lingwa tagħha;
  • tippreżenta rikors assoċjat għad-danni u mozzjonijiet għal inġunżjonijiet temporanji;
  • għal rappreżentant;
  • tippreżenta fatti u tgħaddi biex tintroduċi l-evidenza;
  • tattendi seduta ta’ eżami tal-provi;
  • tattendi l-proċedimenti, tieħu sehem fil-proċedimenti ta’ eżami tal-provi u tagħmel dikjarazzjoni tal-għeluq;
  • ikollha aċċess għall-atti tal-kawża;
  • titlob li tkun infurmata mill-avukat ġenerali dwar ir-rikors meħud abbażi tar-rapport tagħha, u tippreżenta kwerela għand avukat ġenerali superjuri;
  • tappella;
  • tippreżenta mozzjoni sabiex tħarrek u tibda prosekuzzjoni privata;
  • tirċievi avviż dwar iċ-ċaħda ta’ akkuża kriminali jew dwar id-deċiżjoni tal-avukat ġenerali li ma jkomplix bil-prosekuzzjoni;
  • tkompli bil-prosekuzzjoni minflok l-avukat ġenerali;
  • tipprova tkompli bis-sitwazzjoni preċedenti;
  • tirċievi avviż dwar ir-riżultat tal-proċedimenti kriminali.

L-uffiċċju tal-avukat ġenerali u tal-qorti huma obbligati jeżaminaw, kemm qabel kif ukoll waqt kull stadju tal-proċedimenti kriminali, jekk hemmx il-possibilità li l-akkużat jikkumpensa lill-parti leża għad-dannu kkawżat mir-reat. Huma obbigati wkoll jinfurmaw lill-parti leża dwar ċerti drittijiet stabbiliti bil-liġi (id-dritt tal-parti leża li tuża l-lingwa tagħha, d-dritt li tippreżenta rikors assoċjat għad-danni, eċċ.).

Id-dritt għall-kumpens finanzjarju

L-Att dwar il-Kumpens Finanzjarju għall-Vittmi ta’ Reat (Zakon o novčanoj naknadi žrtvama kaznenih djela) (Narodne Novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 80/08 u 27/11) jistabbilixxi d-dritt ta’ kumpens finanzjarju għall-vittmi ta’ reat li jkun jinvolvi vjolenza mwettqa b’intenzjoni fil-Kroazja jew għall-qraba tagħhom skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Att.

Jistabbilixxi d-dritt ta’ kumpens finanzjarju għall-vittmi ta’ reat vjolenti mwettaq b’intenzjoni u jispeċifika l-prerekwiżiti u l-proċeduri sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-kumpens, il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet u li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar id-dritt ta’ kumpens u l-korpi u l-proċeduri f’kawżi transfruntieri.

Vittimi ta’ reati vjolenti mwettqa b’intenzjoni għandhom dritt għal kumpens finanzjarju mill-baġit nazzjonali.

Il-pulizija, l-uffiċċju tal-avukat ġenerali u l-qrati huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar id-dritt għall-kumpens, jagħtu l-formoli ta’ applikazjoni meħtieġa u fuq talba tal-vittma, jagħtu gwida ġenerali u informazzjoni dwar kif għandha timtela l-applikazzjoni u dwar id-dokumenti ta’ sostenn li jkunu meħtieġa.

L-applikazzjonijiet għall-kumpens finanzjarju jridu jiġu ppreżentati lill-Ministeru tal-Ġustizzja fuq il-formola li tista’ titniżżel mis-sit web tal-Ministeru.

Formola ta' applikazzjoni għall-kumpens finanzjarju għall-vittmi ta’ reat_hr PDF(223 Kb)hr

L-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ikun seħħ ir-reat. Jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi l-għaliex il-vittma ma setgħetx tippreżenta din l-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, dan trid tagħmlu fi żmien tliet xhur minn dak inhar li dawn ir-raġunijiet ma jkunux għadhom jeżistu, u f’kull każ fi żmien tliet snin minn dak inhar li ikun seħħ ir-reat.

Jekk il-vittma tkun minuri jew persuna li tneħħitilha l-kapaċità kuntrattwali, u r-rappreżentant legali tagħha ma jkunx ippreżenta applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li fiha seħħ ir-reat, il-perjodu ta’ sitt xhur jibda jgħodd minn mindu l-persuna tkun għalqet tmintax-il sena jew minn dak il-jum li fih jitnedew il-proċedimenti kriminali wara li l-vittma tkun ta’ età maġġuri, jew minn dak il-jum meta l-persuna jerġa' jkollha l-kapaċità kuntrattwali.

Persuni intitolati għall-kumpens finanzjarju:

  • il-vittmi ta’ reat li jinvolvi vjolenza li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Kroazja, iċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ir-residenti permanenti fl-Unjoni Ewropea, u jekk ir-reat ikun twettaq fil-Kroazja;
  • vittma li tkun sofriet dannu gravi fuq il-persuna jew deterjorament tas-saħħa bħala riżultat tar-reat (din il-persuna tkun intitolata għall-kumpens tal-ispejjeż tat-trattament, dment li ma tkunx koperta minn assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, sal-ammont tal-assigurazzjoni tas-saħħa fir-Repubblika tal-Kroazja u kumpens għat-telf ta’ introjtu li jista’ jasal sa HRK 35 000);
  • persuna li tkun qarib strett tal-vittma li tilfet ħajjitha (konjuġi jew sieħeb/sieħba, wild, ġenitur, ġenitur adottiv, wild adottat, żewġ jew mart il-ġenitur, wild tal-konjuġi minn relazzjoni preċedenti, sieħeb/sieħba tal-istess sess, nannu jew nanna u neputi jew neputija) (din il-persuna hija intiolata għal kumpens li jista’ jasal sa HRK 70 000 għat-telf tal-manteniment statutorju);
  • f’każ ta’ mewt tal-vittma, il-persuna li tħallas għall-ispejjeż tal-funeral hija intitolata għal kumpens li jista’ jasal sa HRK 5 000;
  • jekk reat jiġi rrappurtat lill-pulizija jew jitressaq minnhom jew mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali fi żmien sitt xhur mid-data li fih seħħ, minkejja jekk l-awtur tar-reat ikunx magħruf jew le.

Meta l-ammont ta’ kumpens jiġi stabbilit, jittieħed kont tal-imġiba tal-vittma waqt ir-reat u warajh, jew il-kontribut tagħha għad-dannu u għall-firxa tad-dannu, kemm jekk il-persuna tkun vittma immedjata u kemm jekk tkun irrappurtat ir-reat lill-awtoritajiet kompetenti u meta. Barra minn hekk, issir valutazzjoni dwar kemm il-vittma ikkooperat mal-pulizija u mal-awtoritajiet kompetenti sabiex l-awtur tar-reat jitressaq quddiem il-ġustizzja, filwaqt li jitqies jekk il-vittma immedjata ikkontribwietx għad-dannu jew aggravatx id-dannu; f’dawn il-każijiet, il-kumpens li hija intitolata għalih il-vittma jitnaqqas kif meħtieġ. Tiġi miċħuda applikazzjoni għall-kumpens jew l-ammont jitnaqqas jekk jinstab li l-vittma tkun involuta fil-kriminalità organizzata jew f’organizzazzjoni kriminali. Il-kumpens jista’ jiġi wkoll rifjutat, jew l-ammont imnaqqas, jekk l-għoti tal-kumpens kollu jmur kontra l-prinċipji ta’ ġustizzja, moralità u ordni pubbliku.

Avviż dwar il-ħelsien ta’ awtur ta’ reat

Meta akkużat tinqatagħlu sentenza għall-ħabs, is-Servizz Indipendenti għall-Appoġġ tal-Vittmi u tax-Xhieda fil-Ministeru tal-Ġustizzja jinforma lill-vittma dwar id-data ta’ meta se jinħeles il-priġunier (libertà bla kundizzjonijiet u libertà bi probazzjoni).

Obbligu statutorju li l-vittmi jiġu infurmati dwar il-ħelsien tal-priġunier

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att li Jemenda l-Att dwar l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi ta' Priġunerija (Zakon o izmjenama i dopunama Zakona o izvršenju kazne zatvora), is-Servizz Indipendenti għall-Appoġġ tal-Vittmi u tax-Xhieda fil-Ministeru tal-Ġustizzja huwa obbligat jinforma lill-vittma, lill-parti leża jew lill-familja tagħha dwar il-ħelsien tal-priġunier.

Il-vittmi huma nnotifikati bil-ħelsien tal-priġunier f’każijiet kontra l-libertà sesswali u l-moralità sesswali, kontra l-ħajja u minħabba korriment gravi u reati li jinvolvu vjolenza.

L-informazzjoni msemmija hawn fuq tingħata lill-vittma, lill-parti leża jew lill-familja tagħha, irrispettivament minn jekk il-priġunier ikunx qed jingħata libertà bla kundizzjonijiet u libertà bi probazzjoni.

Barra minn hekk, meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar kemm hu għaqli li priġunier jitħalla joħroġ mill-ħabs biex imur fil-post ta’ residenza permanenti jew temporanja tiegħu, il-faċilitajiet korrettivi / il-ħabsijiet jistgħu jesiġu li s-servizz ta' probazzjoni jistabbilixxi l-attitudni tal-vittma jew tal-familja tal-vittma fir-rigward tar-reat li seħħ. Is-Servizz Indipendenti għall-Appoġġ tal-Vittmi u tax-Xhieda fil-Ministeru tal-Ġustizzja jħejji rapporti għas-servizz ta' probazzjoni abbażi tad-diskussjonijiet mal-vittma.

Appoġġ lix-xhieda u lill vittmi

L-appoġġ lix-xhieda u lill vittmi fir-Repubblika tal-Kroazja huwa kkoordinat mis-Servizz Indipendenti għall-Appoġġ tal-Vittmi u tax-Xhieda (Samostalna služba za podršku žrtvama i svjedocima) fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-vittmi u x-xhieda jistgħu jingħataw appoġġ u informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-proċeduri mingħand id-Dipartiment ta’ Appoġġ għall-Vittmi u x-Xhieda ta’ qorti.

Dawn id-dipartimenti twaqqfu f’seba’ qrati tal-kontea (županijski sudovi), jiġifieri f’Zagreb, Zadar, Osijek, Vukovar, Split, Sisak u Rijeka. Id-dipartimenti jipprovdu lill-vittmi (u lix-xhieda) u lill-persuni li jakkumpanjawhom għall-appoġġ emozzjonali, informazzjoni prattika u informazzjoni dwar id-drittijiet. Jingħata wkoll appoġġ minn dipartimenti ta’ qrati kompetenti muniċipali u għar-reati minuri (općinski u prekršajni sudovi).

Il-vittmi jistgħu jiksbu wkoll informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u t-tipi ta’ assistenza disponibbli għalihom billi jċemplu n-numru tat-telefown bla ħlas 116 006 taċ-Ċentru Telefoniku Nazzjonali għall-Vittmi ta’ Reati u ta’ Reati Minuri (ara wkoll is-sit web taċ-Ċentru Telefoniku Nazzjonali).

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi wkoll lill-vittmi u lix-xhieda b’appoġġ u b’informazzjoni dwar drittijiethom, u jistgħu jintbagħtu mistoqsijiet permezz tal-posta elettronika lil: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidazrtve.i.svjedoci@pravosudje.hr jew minn fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/

Appoġġ lill-vittmi u lix-xhieda f’kawżi transfruntieri

Is-Servizz Indipendenti għall-Appoġġ tal-Vittmi u tax-Xhieda li twaqqaf fil-Ministeru tal-Ġustizzja, jipprovdi appoġġ u informazzjoni kemm lix-xhieda u kemm lill-vitttmi li jitħarrku permezz tal-assistenza legali internazzjonali (inklużi xhieda ta’ delitti tal-gwerra).

Ittri ta’ informazzjojni jintbagħtu lix-xhieda li jitħarrku biex jixhdu fil-qrati fir-Repubblika tal-Kroazja, jew lil xhieda Kroati li jitħarrku biex jidhru quddiem qrati barranin.

Ix-xhieda ta’ delitti tal-gwerra jingħataw protezzjoni fiżika fejn ikun meħtieġ, u assistenza sabiex jippreparaw il-vjaġġ tagħhom u biex jidhru quddiem korp ġudizzjarju kompetenti (fil-każ ta’ xhieda jew partijiet oħra li jitħarrku għal interrogazzjoni fi proċedimenti kriminali marbutin ma’ delitti tal-gwerra quddiem korpi ġudizzjarji kompetenti fir-Repubblika tal-Kroazja jew barra mill-Kroazja meta dan l-appoġġ ikun marbut ma’ talba għal assistenza legali internazzjonali).

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


X’informazzjoni se nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali ma jirregolax il-kontenut tal-iskeda ta’ informazzjoni mogħtija lill-vittma wara li jkun seħħ ir-reat u qabel dan jiġi rrappurtat. Kulħadd għandu d-dritt u l-possibbiltà li jikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fejn jista’ jiġi rrappurtat reat, issir dikjarazzjoni, jew titressaq informazzjoni dwar kwistjoni li taqa’ taħt il-mandat tal-Avukat Ġenerali. L-individwu li jikkuntattja lill-Uffiċċju jirċievi informazzjoni dwar kif jirrapporta r-reat, kif ukoll informazzjoni bażika oħra dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu.

Uffiċjali tal-pulizija huma meħtieġa jirreġistraw ir-rapport ta’ reat li jkun imħarrek ex officio.

Barra minn hekk, kulħadd huwa intitolat għal protezzjoni xierqa tal-pulizija jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex tingħata dik il-protezzjoni.

Id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda, li ġew stabbiliti minn seba’ qrati tal-kontea, jipprovdu appoġġ emozzjonali lill-vittmi, lix-xhieda, u lill-familji tagħhom, kif ukoll informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom (inkluża informazzjoni teknika u prattika). L-informazzjoni u l-appoġġ jingħataw irrispettivament mill-istadju tal-proċedimenti. Il-vittma tirċievi informazzjoni u appoġġ anke jekk ma tirrappurtax ir-reat. Dawk id-dipartimenti jirreferu wkoll lill-vittmi u lix-xhieda lil istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet speċjalizzati tas-soċjetà ċivili, skont il-ħtiġijiet tagħhom.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u mhux tal-UE). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-vittmi u tal-partijiet ċivili japplikaw b’mod ugwali mingħajr kunsiderazzjoni taċ-ċittadinanza, minħabba li l-leġiżlazzjoni kriminali Kroata tapplika għal kull min iwettaq reat fil-konfini tal-Kroazja. Il-partijiet u l-parteċipanti fil-proċedimenti huma intitolati jużaw il-lingwa materna tagħhom.

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali u l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità (Kumpens Finanzjarju), il-pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-qrati huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni lill-vittmi tal-kriminalità dwar id-drittijiet tagħhom skont dawk l-atti. Dan ifisser li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-qrati huma meħtieġa jeżaminaw il-possibbiltajiet, kemm qabel kif ukoll fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, biex l-individwu mixli jikkumpensa lill-parti ċivili għal kwalunkwe telf/dannu li huwa jista’ jkun ġarrab b’riżultat tar-reat, li jinfurmaw lill-parti ċivili dwar id-dritt tiegħu li juża l-lingwa materna u li jressaq talba skont il-liġi tal-proprjetà (id-dritt għal kumpens), verbalment, b’lingwa li l-vittma jifhem, jew bil-miktub, jew bil-Kroat jew bl-Ingliż. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-qrati huma meħtieġa wkoll li fuq talba tiegħu, jipprovdu lill-vittma bi struzzjonijiet ġenerali u informazzjoni dwar kif jimla t-talba u dwar liema dokumenti ta’ sostenn għandu jippreżenta. Skedi ta’ informazzjoni li jinkludu informazzjoni dwar id-dritt tal-vittma għall-kumpens huma disponibbli bil-Kroat u bl-Ingliż, bħalma hija l-Formola ta’ Talba għal Kumpens. Dawn id-dokumenti, fil-verżjonijiet Kroati u Ingliżi, jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja.

Kwalunkwe vittma li tirrapporta reat se tirċievi informazzjoni mingħand il-pulizija dwar id-drittijiet tagħha. Wara li jinforma lill-vittma verbalment, l-uffiċjal tal-pulizija jagħtiha informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet tagħha, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar servizzi ta’ protezzjoni u appoġġ għall-vittmi. Din tal-aħħar tinkludi numru għal linja telefonika mingħajr ħlas għall-appoġġ tal-vittmi.

Għal individwi li ma jafux jitkellmu l-Kroat, il-pulizija tagħmel disponibbli skeda ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet f’lingwi oħra.

Voluntiera fiċ-Ċentru Telefoniku Nazzjonali għall-Vittmi ta’ Reati u Reati Minuri (116-006) jipprovdu appoġġ emozzjonali, informazzjoni dwar id-drittijiet u informazzjoni prattika. Huma jirreferu wkoll lil vittmi għand servizzi u organizzazzjonijiet kompetenti oħra biex jiżguraw li dawn jirċievu informazzjoni addizzjonali u forom oħra ta’ appoġġ u assistenza. Din il-linja telefonika għall-għajnuna hija miftuħa mit-8 am sat-8 pm matul il-ġimgħa, u l-membri tal-persunal jistgħu jirrispondu għat-telefonati bil-Kroat u bl-Ingliż.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

a) Fi żmien xahrejn minn meta jinfetaħ każ jew jiġi rrappurtat reat, il-vittma u l-parti ċivili huma intitolati jitolbu informazzjoni mingħand l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għall-akkużi/għar-rapport. Dawn jiġu infurmati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar l-azzjoni meħuda fi żmien raġonevoli, mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tat-talba, dment li t-talba ma tkunx tipperikola l-effettività tal-proċedimenti. Id-deċiżjoni li tinżamm din l-informazzjoni trid tiġi kkomunikata lill-vittma jew lill-parti ċivili li tagħmel it-talba.

b) L-Avukat Ġenerali jissospendi investigazzjoni b’deċiżjoni:

  • jekk ir-reat li l-individwu jkun mixli bih ma jkunx reat imħarrek ex officio;
  • jekk iċ-ċirkustanzi jeskludu l-ħtija tal-individwu mixli, dment li l-att illegali ma jkunx twettaq fi stat ta’ inkapaċità mentali;
  • jekk l-istatut tal-limitazzjonijiet ikun skada għar-reat jew jekk ir-reat ikun suġġett għal amnestija jew grazzja, jew jekk ikun hemm ċirkustanzi oħra li tipproskrivi l-prosekuzzjoni; u
  • jekk ma jkunx hemm evidenza li l-individwu mixli jkun wettaq ir-reat.

Id-deċiżjoni li tiġi sospiża l-investigazzjoni tintbagħat lill-parti ċivili u lill-individwu mixli, li jinħeles immedjatament jekk ikun ġie arrestat jew qed jiġi detenut. Minbarra l-ittra ta’ deċiżjoni, skont l-Artikolu 55 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-parti ċivili tirċievi informazzjoni dwar kif tħarrek hija nfisha.

c) Wara li jeżamina r-rapport u jwettaq kontroll fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Avukat Ġenerali jirrifjuta r-rapport b’deċiżjoni motivata jekk mir-rapport innifsu jirriżulta:

  • li r-reat mhuwiex reat li jista’ jiġi mħarrek ex officio;
  • li l-istatut tal-limitazzjonijiet ikun skada għar-reat, jew jekk ir-reat ikun suġġett għal amnestija jew grazzja, jew jekk il-qorti tkun diġà ħadet deċiżjoni dwar ir-reat, jew jekk ikun hemm ċirkustanzi oħra li tipproskrivi l-prosekuzzjoni;
  • jekk iċ-ċirkustanzi jeskludu l-ħtija;
  • jekk ma jkunx hemm dubju raġonevoli li l-individwu mixli jkun wettaq ir-reat irrappurtat; jew
  • jekk l-informazzjoni fir-rapport tissuġġerixxi li r-rapport mhuwiex kredibbli.

Mhumiex permessi appelli kontra d-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li jirrifjuta rapport.

Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor mill-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, l-Avukat Ġenerali jinforma lill-vittma dwar id-deċiżjoni tiegħu li jirrifjuta r-rapport u jagħtiha r-raġunijiet tiegħu għal dan fi żmien tmint ijiem. L-Avukat Ġenerali jipprovdi wkoll informazzjoni dwar kif il-vittma tista’ tħarrek hija stess. Minnufih, l-Avukat Ġenerali jinforma lill-persuna li tkun għamlet ir-rapport u lill-individwu mixli dwar id-deċiżjoni li jirrifjuta r-rapport, jekk dan ikun mitlub minn kwalunkwe parti.

Jekk l-Avukat Ġenerali ma jkunx jista’ jivvaluta l-kredibbiltà tal-allegazzjonijiet mir-rapport innifsu, jew jekk l-informazzjoni fir-rapport ma tkunx tipprovdi raġuni suffiċjenti biex tittieħed deċiżjoni dwar it-tnedija ta’ investigazzjoni jew il-ġbir ta’ evidenza, l-Avukat Ġenerali jwettaq inkjesta huwa nnifsu jew jagħti struzzjonijiet lill-pulizija biex jagħmlu dan.

d) Is-superviżur tal-kustodja jeħles lill-individwu li jkun arrestat jew detenut immedjatament:

  • jekk jingħata struzzjonijiet biex jagħmel dan mill-Avukat Ġenerali;
  • jekk l-individwu arrestat ma jkunx ġie interrogat fi żmien l-iskadenza statutorja; jew
  • jekk id-detenzjoni tkun ġiet ikkanċellata.

e) L-Avukat Ġenerali jħarrek lil xhud jew espert bil-miktub biex jgħin fil-ġbir ta’ evidenza. It-taħrika tista’ tintbagħat ukoll mill-investigatur fuq l-istruzzjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Il-qorti tħarrek xhud jew espert biex jagħti xhieda f’seduta ta’ smigħ evidenzjarja jew jattendi seduta ta’ smigħ fil-qorti. Il-korp kompetenti jistabbilixxi minn qabel il-ħin u l-post fejn tinġabar l-evidenza. Il-persuna mħarrka tiġi mwissija dwar il-konsegwenzi jekk din ma tattendix.

Jien intitolat għal servizzi ta’ interpretazzjoni jew ta’ traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Vittma li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti ċivili hija intitolata li:

  • tuża l-lingwa materna tagħha, inkluża l-lingwa tas-sinjali, u titlob għajnuna mingħand interpretu jekk ma tkunx tifhem jew tuża l-Kroat, jew mingħand interpretu tal-lingwa tas-sinjali jekk il-parti ċivili tkun persuna nieqsa mis-smigħ jew truxa-għamja.

L-awtorità kif tista’ tiżgura li qed nifhem u li niġi mifhum (jekk jiena minorenni; jekk għandi diżabbiltà)?

Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor minn liġi speċjali, l-imħallef inkwirenti jisma’ kull xhud minorenni taħt l-14-il sena. Is-seduta ta’ smigħ isseħħ mingħajr il-preżenza tal-imħallef jew tal-partijiet fl-istess kamra mal-minorenni, bl-użu ta’ tagħmir awdjoviżiv imħaddem minn assistent professjonali. Is-seduta ta’ smigħ tiġi assistita minn psikologu, edukatur jew professjonist ieħor. Din is-seduta ta’ smigħ jistgħu jattendu għaliha wkoll ġenitur jew kustodju, dment li dan ma jkunx imur kontra l-interessi tal-investigazzjoni jew tal-minorenni. Il-partijiet jistgħu jistaqsu mistoqsijiet lix-xhud minorenni permezz ta’ professjonist, suġġett għall-approvazzjoni tal-imħallef inkwirenti. Is-seduta ta’ smigħ tiġi rrekordjata permezz ta’ tagħmir awdjoviżiv, u r-rekording jiġi ssiġillat u mehmuż mal-minuti. Xhud minorenni jista’ jiġi mħarrek għat-tieni seduta ta’ smigħ f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, fejn tiġi segwita l-istess proċedura.

Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor minn liġi speċjali, l-imħallef inkwirenti jisma’ kull xhud minorenni ta’ bejn 14 u 18-il sena. Il-minorenni, speċjalment jekk ikun il-vittma tar-reat, jiġi ttrattat b’kunsiderazzjoni biex jiġi żgurat li l-eżami ma jaffettwax b’mod avvers l-istat mentali tal-minorenni. Tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi protett il-minorenni.

Kwalunkwe xhud li ma jkunx jista’ jwieġeb għal taħrika minħabba raġunijiet ta’ età avvanzata, mard jew diżabbiltà, jista’ jinstema’ fl-appartament jew residenza tiegħu. Dawn ix-xhieda jistgħu jinstemgħu permezz ta’ tagħmir awdjoviżiv imħaddem minn professjonist. Jekk iġġustifikat mill-kundizzjoni tax-xhud, l-eżami jitwettaq b’mod li jippermetti li l-partijiet jistaqsuh mistoqsijiet mingħajr ma jkunu preżenti fl-istess kamra miegħu. Jekk meħtieġ, is-seduta ta’ smigħ tiġi rrekordjata permezz ta’ tagħmir awdjoviżiv, u r-rekording jiġi ssiġillat u mehmuż mal-minuti. Din il proċedura ta’ eżami tiġi segwita jekk dan jintalab mill-vittma ta’ reat ta’ traffikar sesswali, traffikar ta’ bnedmin jew vjolenza domestika li tkun qed tixhed. Dan ix-xhud jista’ jiġi mħarrek għat-tieni seduta ta’ smigħ f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, jekk dan jitqies bħala meħtieġ mill-qorti.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi appoġġ għall-vittmi?

Id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda, li ġew stabbiliti minn seba’ qrati tal-kontea (Zagreb, Osijek, Split, Rijeka, Sisak, Zadar u Vukovar) jipprovdu appoġġ emozzjonali lill-vittmi u lix-xhieda li jagħtu evidenza f’dawn il-qrati u fil-qrati muniċipali ta’ dawn il-bliet u l-bliet żgħar. Dawn id-dipartimenti jipprovdu wkoll appoġġ fi qrati ta’ reati minuri f’każijiet ta’ vjolenza domestika, u jirreferu lill-vittmi u lix-xhieda għand istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet speċjalizzati tas-soċjetà ċivili, skont il-ħtiġijiet tagħhom.

L-informazzjoni u l-appoġġ jingħataw bit-telefown u meta l-vittma/x-xhud jidħol fil-bini tal-qorti. L-informazzjoni tingħata wkoll bl-email.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-paġna li ġejja tal-Ministeru tal-Ġustizzja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/o-ministarstvu/djelokrug-6366/iz-pravosudnog-sustava-6372/podrska-zrtvama-i-svjedocima/6156

Il-pulizija jirreferuni awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Meta jinfurmaw il-vittma dwar id-drittijiet tagħha, il-pulizija jagħtu informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet tal-vittma kif ukoll kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. Din tal-aħħar tinkludi numru għal linja telefonika mingħajr ħlas għall-appoġġ tal-vittmi. L-iskeda ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt:

  • tad-dipartiment kompetenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda;
  • tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kontea rilevanti;
  • taċ-Ċentru Telefoniku Nazzjonali għall-Vittmi ta’ Reati u Mġiba Ħażina (116-006);

Kif inhi protetta l-privatezza tiegħi?

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbru informazzjoni personali għall-finijiet stabbiliti mil-liġi biss, bħala parti mill-operazzjonijiet tagħhom stipulati mill-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

L-informazzjoni personali tista’ tiġi pproċessata biss meta dan ikun speċifikat minn liġi jew minn regolament ieħor, u dan l-ipproċessar irid ikun limitat għall-fini li għalih tkun inġabret l-informazzjoni. Huwa permess kwalunkwe pproċessar ulterjuri ta’ din l-informazzjoni, dment li ma jkunx imur kontra l-fini li għalih tkun inġabret l-informazzjoni, u dment li l-korpi kompetenti jkunu awtorizzati biex jipproċessaw din l-informazzjoni għal fini ieħor stabbilit mil-liġi, u l-ipproċessar ulterjuri jkun meħtieġ u proporzjonali mal-fini l-ieħor.

Informazzjoni personali relatata mas-saħħa jew mal-ħajja sesswali ta’ xi ħadd tista’ tiġi pproċessata f’każijiet eċċezzjonali biss, fejn ir-reat, li huwa suġġett għal priġunerija ta’ ħames snin jew aktar, ma jkunx jista’ jinqabad jew jiġi mħarrek b’xi mod ieħor, jew fejn il-qbid/prosekuzzjoni jkunu mimlija b’diffikultajiet sproporzjonati.

Ma huwa permess ebda pproċessar ta’ informazzjoni personali relatata ma’ razza jew etniċità, ma’ persważjoni politika, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew ma’ sħubija fi trade union.

Informazzjoni personali miġbura għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali tista’ tintbagħat lil korpi governattivi f’konformità ma’ liġi speċjali, u lil entitajiet ġuridiċi oħra biss jekk l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jew il-qorti jsibu li dawn jeħtieġu din l-informazzjoni għal fini stabbilit mil-liġi. Meta tintbagħat din l-informazzjoni, l-entitajiet ġuridiċi rilevanti jiġu mfakkra dwar id-dmirijiet tagħhom li jipproteġu l-informazzjoni tal-persuni li tirrigwardahom.

F’konformità mar-regolamenti, l-informazzjoni personali tista’ tintuża fi proċedimenti kriminali oħra, fi proċedimenti kriminali li jittrattaw atti punibbli li jseħħu fil-Kroazja, fi proċeduri relatati mal-assistenza internazzjonali għall-ġustizzja kriminali, u fi sforzi internazzjonali ta’ kooperazzjoni tal-pulizija.

Hemm bżonn nirrapporta reat qabel ikolli aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Il-vittma tirċievi informazzjoni u appoġġ mid-dipartiment tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda tal-qorti jew l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili rilevanti, anke jekk din ma tirrappurtax ir-reat.

Protezzjoni personali jekk inkun ninsab fil-periklu

F’konformità mal-Artikolu 99 tal-Att dwar il-Kompiti u s-Setgħat tal-Pulizija, dment li ma jkunx stipulat mod ieħor minn liġi speċjali, u għall-perjodu ta’ żmien li fih ikun hemm raġunijiet raġonevoli għal din l-azzjoni, il-pulizija jiżguraw protezzjoni xierqa għall-vittma u għal kwalunkwe persuna oħra li tkun ipprovdiet jew tista’ tipprovdi informazzjoni rilevanti għall-proċedimenti personali, kif ukoll għal kwalunkwe persuna viċin tagħhom jekk huma jew persuni viċin tagħhom ikunu f’riskju ta’ periklu mit-trasgressur jew minn individwi oħra involuti fil-proċedimenti kriminali. Protezzjoni għall-vittma pprovduta mill-pulizija tfisser protezzjoni fiżika f’kull ħin.

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

F’konformità mal-Artikolu 130 tal-Att dwar Reati Minuri, il-pulizija jistgħu, temporanjament u sa tmint ijiem, jordnaw miżura ta’ prekawzjoni kontra individwu li b’mod raġonevoli jkun issuspettat li wettaq ir-reat. Fil-prattika, dan normalment jiġi kkonkretizzat f’inibizzjonijiet li jipprojbixxu lill-persuna suspettata milli żżur post jew żona partikolari (evizzjoni mid-dar tal-vittma), milli tersaq lejn persuna partikolari, jew milli tikkuntattja jew iżżomm kuntatt ma’ persuna partikolari. Fi żmien tmint ijiem, il-pulizija tressaq akkużi quddiem il-qorti kompetenti tar-reat minuri, li mbagħad tieħu deċiżjoni dwar jekk tissospendix jew testendix il-miżura ta’ prekawzjoni istigata. Barra minn hekk, skont l-Att dwar (il-Protezzjoni) kontra l-Vjolenza Domestika, matul il-proċedimenti ta’ reat minuri, il-qorti tista’ tordna li jittieħdu l-miżuri li ġejjin kontra t-trasgressur:

  1. trattament psikosoċjali obbligatorju;
  2. inibizzjoni li tipprojbixxi lit-trasgressur milli jersaq, jagħti fastidju jew isegwi lill-vittma ta’ vjolenza domestika;
  3. evizzjoni mid-dar kondiviża;
  4. trattament obbligatorju għall-abbuż ta’ sustanzi.

Skont l-Att dwar Reati Minuri, il-qorti tista’ tirrikorri wkoll għal miżuri protettivi u ta’ prekawzjoni oħra maħsuba biex jipproteġu lill-vittma milli tingħata fastidju mill-persuna suspettata.

Barra minn hekk, skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, minflok iżommu lill-individwu mixli taħt arrest, il-qorti u l-Avukat Ġenerali jistgħu jordnaw miżura ta’ prekawzjoni waħda jew aktar, inkluża inibizzjoni biex it-trasgressur jiġi pprojbit milli jżur post jew żona partikolari, milli jersaq lejn persuna partikolari, milli jikkuntattja jew iżomm kuntatt ma’ persuna partikolari, jew inibizzjoni li tipprojbixxi lit-trasgressur milli jsegwi jew jagħti fastidju lill-vittma jew lil persuna oħra, jew inkella evizzjoni mid-dar tal-vittma.

Min jista’ jipproteġini?

Il-vittma tista’ tikseb informazzjoni mingħand il-pulizija dwar id-drittijiet tagħha kollha, inkluża informazzjoni dwar id-dritt tagħha għall-protezzjoni, dwar it-tipi ta’ protezzjoni offruti, u dwar l-azzjoni li trid tittieħed mill-pulizija biex jipproteġu lill-vittma.

Xi ħadd jivvaluta l-każ tiegħi biex jara ninsabx f’riskju ta’ dannu ulterjuri mit-trasgressur?

Ladarba l-investigazzjoni tkun ġiet ikkompletata u d-dokumenti rilevanti jkunu ġew ippreżentati lill-korpi rilevanti ta’ ġustizzja kriminali, il-pulizija ma tkomplix tivvaluta l-ħtiġijiet tal-vittma għajr li twettaq kull miżura protettiva u ta’ prekawzjoni ordnata. Jekk jiġu riċevuti rapporti ta’ ċirkostanzi ġodda li jindikaw theddid ġdid mingħand it-trasgressur, il-pulizija tieħu azzjoni ulterjuri biex tipproteġi lill-vittma f’konformità mal-valutazzjoni tagħha u l-fatti tal-każ.

Xi ħadd jivvaluta l-każ tiegħi biex jara ninsabx f’riskju ta’ dannu ulterjuri mis-sistema ta’ ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Is-sistema ta’ ġustizzja kriminali (matul il-proċedimenti investigattivi u tal-qorti) topera b’mod li jirrispetta d-drittijiet u l-istatus tal-vittma fil-proċeduri kriminali, f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Qabel jeżamina lill-vittma, il-korp prosekutur li jwettaq l-investigazzjoni jivvaluta s-sitwazzjoni tal-vittma f’kooperazzjoni mal-korpi, l-organizzazzjonijiet jew l-istituzzjonijiet li jipprovdu appoġġ u assistenza lill-vittmi tal-kriminalità. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-vittma tinvolvi d-determinazzjoni tal-ħtieġa li jiġu applikati miżuri ta’ protezzjoni speċjali għall-benefiċċju tal-vittma. Jekk tkun teżisti din il-ħtieġa, il-korp prosekutur jiddetermina l-miżuri protettivi li jridu jiġu applikati (arranġamenti speċjali għall-mistoqsijiet lill-vittma, l-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni biex jiġi evitat kull kuntatt viżwali bejn il-vittma u t-trasgressur, u miżuri oħra stabbiliti mil-liġi). Fejn il-vittma ta’ reat tkun minorenni, tiġi preżunta l-ħtieġa li jiġu applikati miżuri protettivi speċjali, u dawn jiġu ddeterminati. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-vittma tieħu kont partikolari tal-karatteristiċi personali tal-vittma, tat-tip u n-natura tar-reat, u taċ-ċirkustanzi li fihom ikun twettaq ir-reat. Tingħata attenzjoni speċjali għall-vittmi li jkunu batew ħsara kbira minħabba l-gravità tar-reat, għall-vittmi ta’ reat li jkun twettaq minħabba l-karatteristiċi personali tal-vittma, u għall-vittmi li r-relazzjoni tagħhom mat-trasgressur tagħmilhom vulnerabbli b’mod partikolari.

X’tip ta’ protezzjoni hija disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Is-sistema ta’ ġustizzja kriminali (matul il-proċedimenti investigattivi u tal-qorti) topera b’mod li jirrispetta d-drittijiet u l-istatus tal-vittma fil-proċeduri kriminali, f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Qabel jeżamina lill-vittma, il-korp prosekutur li jwettaq l-investigazzjoni jivvaluta s-sitwazzjoni tal-vittma f’kooperazzjoni mal-korpi, l-organizzazzjonijiet jew l-istituzzjonijiet li jipprovdu appoġġ u assistenza lill-vittmi tal-kriminalità. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-vittma tinvolvi d-determinazzjoni tal-ħtieġa li jiġu applikati miżuri ta’ protezzjoni speċjali għall-benefiċċju tal-vittma. Jekk tkun teżisti din il-ħtieġa, il-korp prosekutur jiddetermina l-miżuri protettivi li jridu jiġu applikati (arranġamenti speċjali għall-interrogazzjoni tal-vittma, l-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni biex jiġi evitat kull kuntatt viżiv bejn il-vittma u t-trasgressur, u miżuri oħra stabbiliti mil-liġi). Fejn il-vittma ta’ reat tkun minorenni, tiġi preżunta l-ħtieġa li jiġu applikati miżuri protettivi speċjali, u dawn jiġu ddeterminati. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-vittma tieħu kont partikolari tal-karatteristiċi personali tal-vittma, tat-tip u n-natura tar-reat, u taċ-ċirkostanzi li fihom ikun twettaq ir-reat. Tingħata attenzjoni speċjali għall-vittmi li jkunu ġarrbu ħsara kbira minħabba l-gravità tar-reat, għall-vittmi ta’ reat li jkun twettaq minħabba l-karatteristiċi personali tal-vittma, u għall-vittmi li r-relazzjoni tagħhom mat-trasgressur tagħmilhom vulnerabbli b’mod partikolari.

Jiena minorenni – għandi drittijiet speċjali?

Jekk vittma ta’ reat tkun minorenni, din għandha d-drittijiet addizzjonali li ġejjin minbarra d-drittijiet ordinarji ta’ vittma:

  1. id-dritt li tkun irrappreżentata minn persuna awtorizzata, bl-ispiża ta’ din ir-rappreżentazzjoni ffinanzjata mill-baġit tal-gvern;
  2. id-dritt li l-informazzjoni personali tagħha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali;
  3. id-dritt li jiġi eskluż il-pubbliku.

Minorenni hija kull persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.

Xhud minorenni jew vittma tiġi eżaminata mill-imħallef inkwirenti f’seduta ta’ smigħ evidenzjarja, u t-taħrika tintbagħat lill-ġenituri jew lill-kustodji tagħha.

Membru tal-familja tiegħi miet minħabba r-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Skont l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità (Kumpens Finanzjarju), meta l-vittma diretta tmut b’riżultat ta’ kriminalità vjolenti, il-vittma indiretta (il-konjuġi, is-sieħeb, il-ġenitur, it-tfal tar-rispett, il-ġenitur tar-rispett, l-omm tar-rispett, il-missier tar-rispett jew l-irbib tal-vittma diretta jew tal-persuna li magħha l-vittma diretta kienet tgħix f’relazzjoni bejn koppja tal-istess sess) hija intitolata għal kumpens finanzjarju kif preskritt mill-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità (Kumpens Finanzjarju).

Il-vittma indiretta li kienet appoġġata mill-vittma (diretta) deċeduta hija intitolata għal kumpens ta’ mhux aktar minn HRK 70 000 b’riżultat tat-telf tal-manteniment statutorju, u għal kumpens ta’ mhux aktar minn HRK 5 000 għall-ispejjeż normali tal-funeral, fejn din tkun ħallsithom.

Bħala l-parti ċivili, kull persuna li membru tal-familja tagħha jkun tilef ħajtu bħala vittma ta’ reat hija intitolata tipparteċipa fil-proċedimenti kriminali u titlob kumpens (kemm jekk fi proċedimenti kriminali kif ukoll f’dawk ċivili).

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-vittma indiretta titqies li hija l-konjuġi, is-sieħeb, il-wild, il-ġenitur, it-tfal tar-rispett, il-ġenitur tar-rispett, l-omm tar-rispett, il-missier tar-rispett jew l-irbib tal-vittma diretta jew tal-persuna li magħha l-vittma diretta kienet tgħix f’relazzjoni bejn koppja tal-istess sess.

Il-vittma indiretta titqies ukoll li hija n-nannu, in-nanna jew in-neputi, jekk wieħed minnhom ikun il-vittma diretta, dment li t-tlieta li huma jkunu jikkondividu unità domestika konġunta għal perjodu estiż u li n-nannu u n-nanna jkunu qed jissostitwixxu lill-ġenituri.
Il-koabitazzjoni u r-relazzjonijiet tal-istess sess jiġu interpretati skont ir-regolamenti Kroati.

Jekk il-vittma ta’ reat tkun tilfet ħajjitha, il-vittmi indiretti huma intitolati għall-kumpens (b’riżultat tat-telf tal-manteniment statutorju u fir-rigward tal-ispejjeż normali tal-funeral).

Għandi aċċess għal servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur waqt il-medjazzjoni?

Il-Kroazja tuża l-mudell ta’ medjazzjoni vittma-trasgressur fi proċedimenti prekriminali għal trasgressuri minuri u żgħażagħ. Dan jagħmel parti mis-sistema ta’ diskrezzjoni kundizzjonali. Meta tagħmel dan, hija tosserva d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Qrati tal-Minorenni li jirregola l-obbligu speċjali li trasgressuri minuri u żgħażagħ jinvolvu lilhom infushom fil-proċess ta’ medjazzjoni permezz ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Fi kliem ieħor, jekk it-trasgressur minuri jikkonforma ma’ dan l-obbligu, huwa ma jkollux għalfejn jitla’ l-qorti.

Mill-2013, il-Kroazja għandha total ta’ 60 medjatur li tħarrġu fi programm ta’ sena li jikkonsisti f’170 siegħa ta’ tagħlim (li jinkludu lezzjonijiet, assenjamenti, logħob ta’ rwol u eżerċizzji prattiċi ta’ mentoraġġ, kif ukoll superviżjoni). Dawn huma l-uniċi professjonisti fil-Kroazja li huma awtorizzati jamministraw ġustizzja riparatriċi f’kawżi kriminali, u rċevew iċ-ċertifikati tagħhom mill-Ministeru Kroat tal-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ, mill-Assoċjazzjoni tas-Soluzzjonijiet Alternattivi għat-Tilwim u mill-UNICEF.

B’riżultat ta’ dan, il-belt żgħira ċentrali ta’ kull kontea Kroata tuża s-servizz proprju tagħha ta’ soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tiddikjara d-drittijiet tiegħi?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità (Kumpens Finanzjarju)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Kif nirrapporta reat?

Ir-reati jistgħu jiġu rrappurtati billi titressaq kwerela bil-miktub, verbali jew f’xi forma oħra għand l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kompetenti.

Individwi li jressqu kwerela verbalment jiġu mwissija dwar il-konsegwenzi li jressqu kwereli foloz. Kwereli verbali jiġu rrekordjati. Kwereli mressqa permezz ta’ telefonati jew mezzi oħra ta’ telekomunikazzjoni jiġu rrekordjati, fejn possibbli, u titfassal nota uffiċjali.

Meta jressqu kwerela, il-vittmi jingħataw konferma tar-riċevuta tal-kwerela bil-miktub, li tkun tinkludi d-dettalji bażiċi tar-reat. Vittmi li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa użata mill-korp kompetenti jistgħu jirrappurtaw ir-reat fil-lingwa tagħhom stess, u jiġu allokati interpretu jew persuna oħra li tifhem u titkellem kemm il-lingwa uffiċjali u l-lingwa tal-vittma. Vittmi li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa użata mill-korp kompetenti jistgħu jitolbu li l-korp iħallas biex il-konferma tiġi tradotta fil-lingwa tagħhom.

Il-kwereli kollha riċevuti mill-qrati, mill-pulizija jew mill-uffiċċji tal-Avukat Ġenerali barra l-ġurisdizzjoni tagħhom jintbagħtu immedjatament lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kompetenti.

Meta jirċievi l-kwerela, l-Avukat Ġenerali jirreġistraha kif xieraq fir-reġistru tal-kwereli, minbarra f’każijiet eżentati skont il-liġi.

Fejn l-Avukat Ġenerali jkun sema’ b’aħbar ta’ reat jew irċieva rapport mill-vittma biss, huwa jfassal nota uffiċjali, jirreġistraha fir-reġistru ta’ każijiet ta’ reati mixxellanji, u jipproċedi kif previst mil-liġi.

Jekk ir-reat kriminali ma jkunx jinkludi dettalji tar-reat, jiġifieri jekk l-Avukat Ġenerali ma jkunx jista’ jidentifika r-reat irrappurtat, huwa jirreġistrah fir-reġistru ta’ każijiet ta’ reati mixxellanji u jitlob lill-persuna li tkun qed tressaq il-kwerela biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali fi żmien 15-il jum.

Jekk il-persuna li tressaq il-kwerela tinjora t-talba għal informazzjoni addizzjonali, l-Avukat Ġenerali jfassal nota uffiċjali dwar dan. Ladarba tkun għaddiet l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali, l-Avukat Ġenerali jrid jirrapporta dan lill-Avukat Ġenerali superjuri fi żmien tmint ijiem. L-Avukat Ġenerali superjuri jista’ jordna li l-kwerela tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-kwereli.

Kif insir naf x’qed isir bil-każ?

Xahrejn wara li tressaq kwerela jew tirrapporta reat, il-vittma jew il-parti danneġġata tista’ tibgħat talba għal informazzjoni lill-Avukat Ġenerali dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għall-ilment/ir-reat. L-Avukat Ġenerali jrid iwieġeb fi żmien perjodu raġonevoli iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data li fiha jirċievi t-talba bil-miktub, minbarra fejn tweġiba bħal din tista’ tikkawża ħsara lill-proċedimenti. Jekk l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ma jipprovdix din l-informazzjoni, huwa jrid jinforma lill-vittma/lill-parti danneġġata dwar dan.

Vittma li tipparteċipa fil-proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata għandha d-dritt li tiġi infurmata dwar l-eżitu tal-proċedimenti.

Jiena intitolat għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Minbarra d-drittijiet ta’ hawn fuq, il-vittmi tar-reati sesswali u t-traffikar ta’ bnedmin għandhom id-dritt għal konsultazzjoni mingħajr ħlas ma’ konsulent legali, u jistgħu jiġu assenjati rappreżentant qabel jiġu intervistati. L-ispiża tal-konsulent/tar-rappreżentant tiġġarrab mill-Istat.

Vittmi minorenni għandhom id-drittijiet kollha ta’ hawn fuq kif ukoll id-dritt għal rappreżentant awtorizzat, li l-ispiża tiegħu tiġġarrab mill-Istat.

Vittmi ta’ reati għandhom id-dritt għal għajnuna legali primarja u sekondarja. Din l-għajnuna tingħata mingħajr ħlas lill-vittmi ta’ reati vjolenti matul il-proċedimenti, sabiex ikunu jistgħu jiksbu kumpens għall-ħsara/għad-dannu li jkunu ġarrbu bħala vittmi ta’ reat.

L-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas jipprevedi għajnuna legali primarja u sekondarja.

L-għajnuna legali primarja tkopri informazzjoni legali ġenerali, parir legali, preżentazzjonijiet lil korpi pubbliċi, lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u lil organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità ma’ trattati internazzjonali u regoli ta’ proċedura interni, rappreżentazzjoni fi proċedimenti quddiem korpi pubbliċi, u assistenza legali f’soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.

L-għajnuna legali primarja tista’ tingħata fi kwalunkwe kwistjoni legali:

  • jekk l-applikant ma jkollux l-għarfien jew l-aptitudni biex jasserixxi d-drittijiet tiegħu;
  • jekk l-applikant ma jkunx ingħata għajnuna legali taħt regolamenti separati;
  • jekk l-applikazzjoni ppreżentata ma tkunx manifestament infondata;
  • jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant tkun tali li l-pagament tal-għajnuna legali jkun jipperikola s-sussistenza tiegħu jew dik tal-membri tal-unità domestika tiegħu.

Applikanti li jfittxu għajnuna legali primarja għandhom jikkuntattjaw lil fornitur ta’ għajnuna legali primarja direttament.

Għajnuna legali sekondarja tkopri parir legali, preżentazzjonijiet fi proċedura għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema quddiem l-impjegatur, preżentazzjonijiet fi proċedimenti tal-qorti, rappreżentanza fi proċedimenti tal-qorti, għajnuna legali f’soluzzjonijiet ta’ tilwim amikevoli, u eżenzjoni mill-pagament ta’ spejjeż legali u tariffi tal-qorti.

L-għajnuna legali sekondarja tista’ tingħata:

  1. jekk il-proċedimenti jkunu kumplessi;
  2. jekk l-applikant ma jkunx kapaċi jirrappreżenta lilu nnifsu;
  3. jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant tkun tali li l-pagament tal-għajnuna legali jkun jipperikola s-sussistenza tiegħu jew dik tal-membri tal-unità domestika tiegħu;
  4. jekk il-litigazzjoni ma tkunx eċċessiva;
  5. jekk l-applikazzjoni tal-applikant ma tkunx ġiet irrifjutata fi żmien sitt xhur minħabba li jkun ta informazzjoni impreċiża intenzjonalment; u
  6. jekk l-applikant ma jkunx ingħata għajnuna legali taħt regolamenti separati.

L-għajnuna sekondarja tiġi approvata mingħajr valutazzjoni preċedenti tas-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant, jekk l-applikant ikun:

  1. minorenni li qed jipparteċipa fi proċedimenti ta’ manteniment;
  2. vittma ta’ reat vjolenti li tkun qed tfittex kumpens għall-ħsara/għad-dannu mġarrab b’riżultat tar-reat;
  3. benefiċjarju ta’ pagamenti ta’ manteniment taħt regolamenti separati dwar id-drittijiet ta’ sigurtà soċjali, jew
  4. benefiċjarju ta’ żieda għall-għoli tal-ħajja taħt l-Att dwar id-drittijiet tal-veterani tal-Gwerra tal-Indipendenza tal-Kroazja u l-membri tal-familja tagħhom u taħt l-Att dwar il-protezzjoni ta’ veterani tal-gwerra militari u ċivili.

Applikanti li jfittxu għajnuna legali sekondarja jridu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom lill-uffiċċju kompetenti fuq formola ddedikata.

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (talli nipparteċipa fl-investigazzjoni/fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Konvenuti li jinstabu ħatja jiġu ordnati mill-qorti biex ikopru l-ispejjeż tal-litigazzjoni, dment li ma jkunux eliġibbli għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali.

Meta proċedimenti kriminali jiġu sospiżi jew meta l-qorti ssib lill-konvenut innoċenti jew twaqqa’ l-akkużi, id-deċiżjoni tal-qorti trid tipprovdi li l-ispiża tal-proċedimenti kriminali skont l-Artikolu 145(2)(1-5) ta’ dan l-Att, l-ispejjeż inevitabbli mġarrba mill-konvenut, u l-ispejjeż inevitabbli tal-avukat tad-difiża u l-kumpens dovut lilu jiġġarrbu mill-Istat, minbarra fejn il-liġi tgħid mod ieħor.

Nista’ nressaq appell jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel nitla’ l-qorti?

Vittmi li l-kwereli tagħhom ikunu ġew rifjutati jistgħu jfittxu prosekuzzjoni kriminali huma stess.

Jekk l-Avukat Ġenerali jsib li ma hemm ebda bażi għall-prosekuzzjoni ta’ reat li jista’ jiġi mħarrek ex officio jew ta’ individwu rrappurtat, huwa jrid jinforma lill-vittma dwar dan fi żmien tmint ijiem, kif ukoll jinfurmaha bil-possibbiltà li tħarrek hija stess. L-istess ħaġa trid issir minn qorti li tkun waqqfet il-proċedimenti minħabba li l-Avukat Ġenerali jkun waqqaf il-prosekuzzjoni f’każijiet oħra.

Kif nista’ nkun involut fil-proċess?

Skont dan l-Att, il-parti danneġġata fi proċedimenti kriminali għandha d-dritt li:

  • tuża l-lingwa materna tagħha, inkluża l-lingwa tas-sinjali, u li titlob interpretu, jekk ma tkunx titkellem jew tifhem bil-Kroat, jew inkella interpretu tal-lingwa tas-sinjali jekk il-parti danneġġata tkun persuna nieqsa mis-smigħ jew truxa-għamja;
  • tressaq azzjoni assoċjata għall-kumpens u mozzjonijiet għal inibizzjonijiet temporanji;
  • jkollha rappreżentanza legali;
  • tippreżenta fatti u tintroduċi evidenza;
  • tattendi għas-seduta ta’ smigħ evidenzjarja;
  • tattendi l-proċedimenti, tipparteċipa fil-proċedimenti evidenzjarji u tagħmel dikjarazzjoni tal-għeluq;
  • titlob aċċess għall-fajl tal-kawża skont l-Artikolu 184(2) ta’ dan l-Att;
  • titlob li tiġi infurmata mill-Avukat Ġenerali rigward azzjoni meħuda abbażi tal-kwerela tagħha, u tressaq ilment quddiem l-Avukat Ġenerali superjuri;
  • tressaq appell;
  • tfittex irkupru tas-sitwazzjoni preċedenti;
  • tirċievi avviż dwar l-eżitu tal-proċedimenti kriminali.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jiena meqjus jew nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti danneġġata jew rikorrent privat?

Vittmi ta’ reat huma persuni fiżiċi li ġarrbu ħsara fiżika jew psikoloġika, ħsara lill-proprjetà jew ksur serju tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom bħala konsegwenza diretta tar-reat. Il-konjuġi, is-sieħeb, is-sieħeb għall-ħajja, is-sieħeb informali għall-ħajja, id-dixxendent(i), jew fin-nuqqas ta’ dawn tal-aħħar, l-axxendent(i) jew l-aħwa tal-persuna li tkun mietet direttament minħabba r-reat, kif ukoll kwalunkwe persuna/i li legalment ikunu mantnuti mid-deċedut jitqiesu wkoll bħala vittmi ta’ dak ir-reat.

Parti danneġġata hija vittma ta’ reat jew persuna ġuridika li tkun ġarrbet ħsara b’riżultat tar-reat u li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata.

Il-kapaċità ta’ parti jew tal-parteċipant fil-proċedimenti ma tiddependix fuq ix-xewqa ta’ dik il-persuna, iżda fuq ir-rwol li dik il-persuna kellha fil-kwistjoni kriminali speċifika. Kull persuna tista’ tidher f’kull waħda minn dawn ir-rwoli ta’ hawn fuq, skont iċ-ċirkostanzi stabbiliti mir-regolamenti; l-għażla li hija jkollha tikkonċerna d-drittijiet li hija tkun tixtieq teżerċita bħala parti danneġġata jew vittma ta’ reat.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Vittma ta’ reat għandha d-dritt li:

  • taċċessa servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ reati;
  • tingħata assistenza u appoġġ psikoloġiku effettiv u assistenza u appoġġ professjonali ieħor minn korpi, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li jappoġġaw lill-vittmi ta’ reati, f’konformità mal-liġi;
  • tiġi protetta minn intimidazzjoni u ritaljazzjoni;
  • tiġi protetta d-dinjità tagħha waqt li tkun qed tippreżenta evidenza bħala l-vittma;
  • tinstema’ mingħajr dewmien wara li tressaq kwerela, u sussegwentement li tiġi interrogata mhux aktar milli jkun assolutament meħtieġ għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali;
  • tkun akkumpanjata minn persuna li tafda fi kwalunkwe azzjoni li tipparteċipa fiha;
  • tgħaddi minn proċeduri mediċi minimi u dan biss jekk ikun assolutament vitali għall-fini tal-proċedimenti kriminali;
  • tippreżenta mozzjoni biex tħarrek jew tieħu azzjoni privata skont il-Kodiċi Kriminali, biex tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata, biex tiġi infurmata dwar ir-rifjut ta’ kwerela (l-Artikolu 206(3) tal-Att) u dwar id-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li ma jieħu ebda azzjoni, kif ukoll biex tħarrek b’mod individwali mingħajr l-Avukat Ġenerali;
  • tiġi infurmata mill-Avukat Ġenerali dwar l-azzjoni meħuda abbażi tal-kwerela tagħha (l-Artikolu 206a tal-Att), u tressaq ilment quddiem l-Avukat Ġenerali superjuri (l-Artikolu 206b ta’ dan l-Att);
  • titlob u tirċievi informazzjoni mingħajr dewmien mhux dovut dwar il-ħelsien tat-trasgressur minn detenzjoni jew żamma taħt arrest, il-ħarba jew il-ħelsien tiegħu mill-ħabs, u l-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-vittma.
  • titlob u tirċievi informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni finali li ttemm il-proċedimenti kriminali;
  • teżerċita drittijiet oħra previsti mil-liġi;

Vittma li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata għandha d-dritt li:

  • tuża l-lingwa materna tagħha, inkluża l-lingwa tas-sinjali, u li titlob interpretu, jekk ma tkunx titkellem jew tifhem bil-Kroat, jew inkella interpretu tal-lingwa tas-sinjali jekk il-parti danneġġata tkun persuna nieqsa mis-smigħ jew truxa-għamja;
  • tressaq azzjoni assoċjata għall-kumpens u mozzjonijiet għal inibizzjonijiet temporanji;
  • ikollha rappreżentanza legali;
  • tippreżenta fatti u tintroduċi evidenza;
  • tattendi għas-seduta ta’ smigħ evidenzjarja;
  • tattendi l-proċedimenti, tipparteċipa fil-proċedimenti evidenzjarji u tagħmel dikjarazzjoni tal-għeluq;
  • titlob aċċess għall-fajl tal-kawża f’konformità mal-Kodiċi;
  • titlob li tiġi infurmata mill-Avukat Ġenerali rigward azzjoni meħuda abbażi tal-kwerela tagħha, u tressaq ilment quddiem l-Avukat Ġenerali superjuri;
  • tressaq appell;
  • tfittex irkupru tas-sitwazzjoni preċedenti;
  • tirċievi avviż dwar l-eżitu tal-proċedimenti kriminali.

Minbarra d-drittijiet ta’ hawn fuq, il-vittmi ta’ reati sesswali u traffikar ta’ bnedmin għandhom drittijiet addizzjonali, kif elenkati fil-punt 12.

Jekk il-vittma ta’ reat tkun minorenni, minbarra d-drittijiet tal-vittmi msemmija hawn fuq, hija għandha drittijiet addizzjonali, kif elenkati fil-punt 13.

Matul l-istadju tal-investigazzjoni, vittmi ta’ reati li huma rikorrenti privati jew partijiet danneġġati jistgħu jiġbdu l-attenzjoni għall-fatti kollha u jintroduċu evidenza li tkun materjali għall-aċċertar tar-reat, għall-identifikazzjoni tat-trasgressur(i) u għall-istabbiliment tat-talbiet tagħhom fil-kawża assoċjata għall-kumpens.

Kemm qabel u fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-qorti jridu jqisu l-possibbiltà li l-konvenut jista’ jikkumpensa lill-parti danneġġata għal kwalunkwe telf ikkawżat mir-reat. Huma jridu jinfurmaw lill-parti danneġġata wkoll dwar ċerti drittijiet skont il-liġi (eż. id-dritt tal-parti danneġġata li tuża l-lingwa materna tagħha, id-dritt li tressaq kawża assoċjata għall-kumpens, eċċ.).

Persuni li x’aktarx ikollhom informazzjoni dwar ir-reat, it-trasgressur jew ċirkustanzi pertinenti oħra jistgħu jiġu mħarrka bħala xhieda.

Dawn li ġejjin jistgħu jintalbu jkunu xhieda: il-parti danneġġata, il-parti danneġġata bħala prosekutur, u r-rikorrent privat.

Rikorrent privat għandu l-istess drittijiet bħall-Avukat Ġenerali, bl-eċċezzjoni tad-drittijiet li jappartjenu unikament għal awtorità tal-Istat.

Matul il-proċess, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nippreżenta evidenza? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-parti danneġġata fi proċedimenti kriminali għandha d-drittijiet elenkati fil-punt 25.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Matul l-istadju tal-investigazzjoni, vittmi ta’ reati li huma rikorrenti privati jew partijiet danneġġati jistgħu jiġbdu l-attenzjoni għall-fatti kollha u jintroduċu evidenza li tkun materjali għall-aċċertar tar-reat, għall-identifikazzjoni tat-trasgressur(i) u għall-istabbiliment tat-talbiet tagħhom fl-azzjoni assoċjata għall-kumpens.

Vittma li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata għandha d-dritt li:

  • titlob li tiġi infurmata mill-Avukat Ġenerali rigward azzjoni meħuda abbażi tal-rapport tagħha, u tressaq ilment quddiem l-Avukat Ġenerali superjuri;
  • tiġi infurmata li l-kwerela tkun ġiet irrifjutata jew li l-Avukat Ġenerali jkun iddeċieda li ma jieħu ebda azzjoni;
  • tirċievi avviż dwar l-eżitu tal-proċedimenti kriminali.

Inkun nista’ naċċessa l-fajls tal-qorti?

Vittma li tipparteċipa fi proċediment kriminali bħala l-parti danneġġata tista’ taċċessa l-fajl tal-kawża.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Vittmi li jipparteċipaw fi proċediment kriminali bħala parti danneġġata jistgħu jappellaw mid-deċiżjoni.

Persuni awtorizzati jistgħu jappellaw kontra deċiżjoni tal-prim’istanza fi żmien 15-il jum mid-data li fiha jingħataw kopja tad-deċiżjoni.

Appell jista’ jitressaq minn min iressaq il-kwerela, mill-avukat tad-difiża jew mill-parti danneġġata.

Il-parti danneġġata tista’ tappella kontra d-deċiżjoni abbażi tad-deċiżjoni tal-qorti rigward l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali jew it-talba għal kumpens. Madankollu, jekk l-Avukat Ġenerali jkun assuma r-responsabbiltà għall-prosekuzzjoni mill-parti danneġġata fejn jaġixxi bħala prosekutur privat, dan tal-aħħar jista’ jappella fuq kwalunkwe bażi li fuqha tista’ tiġi kkontestata deċiżjoni.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata’ s-sentenza?

Vittmi li jipparteċipaw fi proċediment kriminali bħala parti danneġġata jistgħu jappellaw u jfittxu rkupru tas-sitwazzjoni preċedenti.

Jiena intitolat għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Il-vittmi u x-xhieda jistgħu jirrikorru għal dipartimenti speċjalizzati ta’ qrati tal-kontea biex jingħataw informazzjoni u appoġġ fi kwalunkwe ħin matul proċedimenti kriminali (jew ta’ reati minuri), iżda qabel ma tittieħed id-deċiżjoni.

Jekk il-vittmi jew ix-xhieda jmorru għand dawn id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda wara li tkun ittieħdet deċiżjoni, id-dipartimenti jtuhom informazzjoni konsistenti mal-mandat tagħhom u jirreferuhom għand organizzazzjonijiet u servizzi oħra li jispeċjalizzaw fil-ħtiġijiet tal-vittmi jew tax-xhieda.

Is-Servizz indipendenti ta’ appoġġ għall-vittmi u x-xhieda tal-Ministeru tal-Ġustizzja jagħti informazzjoni lill-vittmi, lill-partijiet danneġġati jew lill-familji tagħhom dwar il-ħelsien tat-trasgressur mill-ħabs (ħelsien awtomatiku jew kundizzjonali). Din l-informazzjoni tingħata lill-vittmi kollha ta’ reati serji kif ukoll lill-partijiet danneġġati wara reati serji, bħal reati kontra l-ħajja, reati sesswali, reati vjolenti jew delitti tal-gwerra.

F’każijiet eċċezzjonali, meta s-Servizz indipendenti jsib li vittma ta’ vjolenza domestika fit-tul jew vjolenza fuq in-nisa tkun teħtieġ appoġġ koordinat addizzjonali, dan jinforma lill-koordinatur tat-Tim tal-kontea għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza fuq in-nisa dwar l-intervista li tkun saret mal-vittma u dwar il-problemi tagħha, u jitlob li t-Tim tal-Kontea jieħu azzjoni xierqa. Fejn ikun xieraq, din l-informazzjoni tintbagħat ukoll lid-dipartiment tal-pulizija kompetenti u liċ-ċentru kompetenti ta’ protezzjoni soċjali jekk il-vittma (minorenni/persuna) ma tingħatax kapaċità ġuridika, jew inkella lill-uffiċċji kompetenti tal-probation jekk it-trasgressur ikun inħeles b’mod kundizzjonali u jkun meħtieġ jirrapporta lill-uffiċċji tal-probation b’mod regolari.

F’każijiet eċċezzjonali, meta s-Servizz indipendenti jikkonkludi, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-vittma (ta’ reat għajr dawk imsemmija hawn fuq), li l-vittma tkun teħtieġ appoġġ u protezzjoni addizzjonali urġenti, dan jista’ jitlob azzjoni mid-dipartiment tal-pulizija kompetenti, suġġett għall-kunsens tal-vittma.

L-appoġġ għall-vittmi jingħata wkoll minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, immedjatament wara li jitwettaq reat, matul il-proċedimenti kriminali, u wara l-proċess, jiġifieri wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali. L-appoġġ u l-assistenza mogħtija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiddependu fuq il-mandat tagħhom.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

Deċiżjoni bil-miktub bi struzzjonijiet dwar rimedji legali tingħata lir-rikorrent, lill-konvenut u lill-avukat tad-difiża tiegħu, lill-parti danneġġata (jekk din tal-aħħar ikollha d-dritt ta’ appell), lill-parti li l-proprjetà tiegħu tkun ġiet ikkonfiskata mid-deċiżjoni, u lill-entità ġuridika li mingħandha jiġi kkonfiskat ir-rikavat.

Parti danneġġata li ma jkollhiex id-dritt ta’ appell tingħata d-deċiżjoni kif previst mil-liġi, flimkien ma’ nota dwar id-dritt tagħha li tfittex irkupru tas-sitwazzjoni preċedenti. Id-deċiżjoni finali tingħata lill-parti danneġġata fuq talba tagħha.

Niġi infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien bikri jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Skont l-Att dwar il-Proċedura Kriminali, il-vittma għandha d-dritt li tiġi infurmata mill-pulizija, mingħajr dewmien, dwar it-tmiem ta’ detenzjoni jew żamma taħt arrest ta’ trasgressur, dment fejn din id-divulgazzjoni tista’ tqiegħed f’riskju lit-trasgressur. Il-vittma tiġi infurmata wkoll dwar il-miżuri li jittieħdu biex hija tiġi protetta, fejn dawn il-miżuri jkunu ġew ordnati.

Il-ħabsijiet ma jinfurmawx lis-Servizz indipendenti ta’ appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda dwar priġunieri maħrubin, iżda jibagħtu notifika dwar il-ħarba tat-trasgressur lill-pulizija biss; madankollu, il-liġi dalwaqt tiġi emendata.

Fuq talba tagħhom, il-vittmi għandhom id-dritt li jiġu infurmati dwar il-ħelsien tat-trasgressur minn detenzjoni jew żamma taħt arrest, kif ukoll dwar il-ħarba jew il-ħelsien tiegħu mill-ħabs u dwar il-miżuri meħuda fl-interess tas-sikurezza tal-vittma.

Il-vittmi ta’ reati serji, jiġifieri reati kontra l-ħajja, reati sesswali, reati vjolenti u delitti tal-gwerra, jiġu infurmati dwar il-ħelsien awtomatiku jew kundizzjonali tat-trasgressur.

Jien inkun involut f’deċiżjonijiet dwar il-ħelsien jew il-parole? Pereżempju, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nappella?

Kwalunkwe dikjarazzjoni li ssir mill-vittma ta’ reati vjolenti u informazzjoni oħra rilevanti li tappartjeni għall-vittma tittieħed inkunsiderazzjoni meta titqies deċiżjoni biex it-trasgressur potenzjalment jingħata l-benefiċċju li jqatta’ tmiem il-ġimgħa barra mill-ħabs. Id-dikjarazzjoni tal-vittma tagħmel parti mill-fajl tal-libertà kundizzjonali. Madankollu, ir-regolamenti attwalment fis-seħħ ma jipprevedux li l-vittma tkun involuta f’deċiżjoni dwar il-libertà kundizzjonali u/jew li tappella kontra dik id-deċiżjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2018

4 - Kumpens


X’inhu l-proċess biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża quddiem il-qorti, kawża ċivili, proċedura ta’ aderenza)

Skont regolamenti speċifiċi, il-vittmi ta’ reati kastigabbli bi priġunerija ta’ ħames snin jew aktar, li jkunu batew trawma psikofiżika severa jew li jkunu ġew affettwati b’mod serju mir-reat, għandhom id-dritt għal konsulent qabel jixhdu fi proċedimenti kriminali jew iressqu talba għal kumpens; it-tariffi tal-konsulent jiġġarrbu mill-gvern.

It-talbiet għal kumpens fi proċedimenti kriminali jistgħu jitressqu minn persuni awtorizzati biex jagħmlu dawk it-talbiet f’kawżi ċivili.

Il-vittmi tal-kriminalità li jressqu talba għal kumpens iridu jindikaw jekk huma kisbux kumpens jew ressqu talba għal kumpens.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur iħallasni d-danni/il-kumpens. Kif nista’ nkun ċert li t-trasgressur iħallas?

Ladarba d-deċiżjoni dwar talba għal kumpens tkun finali u eżegwibbli, il-parti danneġġata tista’ titlob lill-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni fil-proċedimenti ta’ prim’istanza biex tagħtiha kopja ċċertifikata ta’ dik id-deċiżjoni, b’indikazzjoni li din tal-aħħar hija eżegwibbli.

Jekk id-deċiżjoni ma tistabbilix skadenza għall-konformità, l-obbligu impost mid-deċiżjoni jrid jiġi kkompletat fi żmien 15-il jum minn meta d-deċiżjoni ssir finali. Wara din l-iskadenza, l-issodisfar tal-obbligu jsir suġġett għall-eżekuzzjoni.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-istat jista’ jħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

Vittma ta’ reat intenzjonali tista’ tingħata kumpens mill-baġit tal-Istat taħt att speċifiku. Fejn il-vittma tkun rebħet talba għad-danni, l-ammont tal-kumpens jiddependi fuq l-ammont mogħti; il-qorti li tiddeċiedi dwar it-talba għad-danni tieħu l-istess azzjoni meta l-vittma tkun diġà ħadet kumpens mill-baġit tal-Istat, il-qorti.

Jien intitolat għal kumpens mill-istat?

Il-vittmi ta’ reati vjolenti mwettqa fil-Kroazja wara l-1 ta’ Lulju 2013 huma eliġibbli għall-kumpens:

  • jekk ikunu ċittadini jew residenti tal-Kroazja jew ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
  • jekk ikunu sofrew offiża gravi fuq il-persuna jew deterjorament serju fis-saħħa b’riżultat tar-reat;
  • jekk ir-reat jiġi rrappurtat jew jitressaq mill-pulizija jew mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fi żmien sitt xhur mid-data li fih ikun twettaq, irrispettivament minn jekk ikunx magħruf min huwa t-trasgressur;
  • jekk ikunu ressqu talba fuq formola uffiċjali, flimkien mad-dokumentazzjoni rekwiżita (il-formola tista’ tinkiseb minn kwalunkwe għassa tal-pulizija, uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew qorti muniċipali jew tal-kontea; hija disponibbli wkoll online fuq is-siti web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, tal-Ministeru għall-Intern, tal-Prosekutur Pubbliku u tal-qrati muniċipali u tal-kontea).

Il-vittma għandha d-dritt li tingħata kumpens:

  • għall-ispejjeż ta’ trattament mediku f’konformità mal-limiti nazzjonali; dan il-kumpens jingħata biss fejn il-kumpens tal-vittma ma jkunx kopert minn assigurazzjoni tas-saħħa.
  • sa HRK 35 000 għall-qligħ mitluf.

Jien intitolat għall-kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Il-vittma tista’ tingħata kumpens anke jekk it-trasgressur ma jkunx magħruf jew jekk ma jkunux inbdew proċedimenti kriminali.

Jiena intitolat għal pagament ta’ emerġenza waqt li nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għal kumpens?

Pagamenti ta’ emerġenza mhumiex previsti mil-liġi Kroata.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Jiena vittma ta’ reat. Lil min nikkuntattja għal appoġġ u assistenza?

Linja telefonika għall-appoġġ għall-vittmi

Il-linja telefonika nazzjonali għall-appoġġ għall-vittmi ta’ reati u reati minuri (116-006) tipprovdi appoġġ emozzjonali, informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, u gwida dwar liema korpi u organizzazzjonijiet jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni, assistenza u appoġġ.

Il-linja telefonika għall-appoġġ huwa servizz mingħajr ħlas,

disponibbli bil-Kroat u bl-Ingliż, matul il-ġimgħa mit-8.00 sat-20.00.

Il-linja telefonika nazzjonali għall-appoġġ għall-vittmi ta’ reati u reati minuri (116-006) huwa servizz ta’ appoġġ ġenerali.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://pzs.hr/

Organizzazzjonijiet speċjalizzati oħra tas-soċjetà ċivili jipprovdu wkoll appoġġ u assistenza lill-vittmi ta’ ċerti reati u lill-minorenni permezz tat-telefown. Aktar informazzjoni u l-lista ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-kontea hija disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tal-Kroazja.

Lista ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza psikosoċjali u legali fil-pajjiż kollu:

116 006

Linja telefonika nazzjonali għall-appoġġ għall-vittmi ta’ reati u reati minuri

Matul il-ġimgħa bejn it-8.00 u t-20.00

116 000

Hotline nazzjonali għat-tfal neqsin

Ċentru għal tfal neqsin u abbużati

24/7

116 111

Hrabri telefon linja telefonika għall-għajnuna għall-minorenni

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u t-20.00

0800 0800

Hrabri telefon linja telefonika għall-għajnuna għall-ġenituri

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u t-20.00

0800 77 99

Numru ta’ emerġenza għat-traffikar ta’ bnedmin

Kuljum, bejn l-10.00 u s-18.00

0800 55 44

Ċentru ta’ konsulenza għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza

Ċentru ta’ kenn għan-nisa f’Zagreb

Matul il-ġimgħa bejn il-11.00 u l-17.00

0800 655 222

Numru ta’ emerġenza għal nisa u minorenni li huma vittmi ta’ vjolenza

Ženska pomoć sada linja telefonika għall-għajnuna għan-nisa

24/7

0800 200 144

B.a.B.e. assistenza legali bla ħlas għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u t-15.00

01 6119 444

Ċentru ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza sesswali

Ženska soba ċentru għad-drittijiet sesswali

Matul il-ġimgħa bejn l-10.00 u l-17.00

01 48 28 888

Assistenza psikoloġika

Ċentru TESA għall-assistenza psikoloġika

Matul il-ġimgħa bejn l-10.00 u l-22.00

01 48 33 888

Telefown Blu

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u d-21.00

01 4811 320

Għajnuna legali mingħajr ħlas

Klinika Legali tal-Università tal-Liġi

Matul il-ġimgħa bejn l-10.00 u 12.00, l-Erbgħa u l-Ħamis bejn il-17.00 u s-19.00

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand servizzi jew awtoritajiet tal-Istat?

Id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda jipprovdu:

  1. appoġġ emozzjonali;
  2. informazzjoni dwar id-drittijiet;
  3. informazzjoni teknika u prattika għall-vittmi, ix-xhieda u l-membri tal-familja tagħhom;
  4. riferimenti għand istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet speċjalizzati tas-soċjetà ċivili, skont il-ħtiġijiet tal-vittma/ix-xhud.

Id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda tal-qrati tal-kontea jipprovdu:

DIPARTIMENTI TAL-APPOĠĠ GĦALL-VITTMI U GĦAX-XHIEDA

Qorti tal-Kontea ta’ Osijek

Indirizz:

Europska avenija 7, 31 000 Osijek, Croatia

Tel.:

031 228 500

Email:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodrska-svjedocima@zsos.pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Rijeka

Indirizz:

Žrtava fašizma 7, 51000 Rijeka, Croatia

Tel.:

051 355 645

Email:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodrska-svjedocima-ri@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Sisak

Indirizz:

Trg Ljudevita Posavskog 5, 44000 Sisak, Croatia

Tel.:

044 524 419

Email:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodrska-svjedocima-sk@zssk.pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Split

Indirizz:

Gundulićeva 29a, 21000 Split, Croatia

Tel.:

021 387 543

Email:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodrska-svjedocima-st@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Vukovar

Indirizz:

Županijska 33, 32000 Vukovar, Croatia

Tel.:

032 452 529

Email:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodrska-svjedocima-vu@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Zadar

Indirizz:

Borelli 9, 23 000 Zadar, Croatia

Tel.:

023 203 640

Email:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodrska-svjedocima@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Zagreb

Indirizz:

Trg N.Š. Zrinskog 5, 10 000 Zagreb, Croatia

Tel.:

01 4801 062

Is-Servizz Indipendenti tal-Vittmi u Xhieda tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja jipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet u appoġġ emozzjonali, minbarra informazzjoni speċifika relatata mal-appoġġ għall-vittmi u x-xhieda. Jingħata wkoll appoġġ lil vittmi u xhieda li jiġu mistiedna jagħtu evidenza fil-qrati Kroati permezz tal-mekkaniżmu internazzjonali ta’ assistenza legali, u lill-vittmi u xhieda Kroati li jiġu mistiedna jagħtu evidenza fi qrati barranin permezz tal-istess mekkaniżmu. Is-Servizz Indipendenti jibgħat ittri ta’ informazzjoni lill-vittmi u x-xhieda b’informazzjoni ta’ kuntatt, u jinfurmahom dwar il-ħelsien tat-trasgressur mill-ħabs (ħelsien awtomatiku u kundizzjonali). Huwa responsabbli wkoll biex jiddetermina l-livell ta’ kumpens finanzjarju mogħti lill-vittmi ta’ reati.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Skont it-tip ta’ organizzazzjoni u l-mandat tagħha, huma disponibbli diversi tipi ta’ assistenza u appoġġ: psikoloġiku, emozzjonali, legali, prattiku, akkomodazzjoni, mediku, appoġġ ta’ sigurtà, u appoġġ fil-qorti.

Aktar informazzjoni u l-lista ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-kontea hija disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tal-Kroazja.

Tnax-il uffiċċju tal-probation jinsabu fil-proċess ta’ stabbiliment fil-Kroazja. Il-fini huwa li tiżdied dimensjoni umana għall-infurzar ta’ sanzjonijiet kriminali, li tiġi żgurata riintegrazzjoni aktar effiċjenti tat-trasgressuri fis-soċjetà, u li l-vittmi, il-partijiet danneġġati u l-familji rispettivi tagħhom jingħataw assistenza.

Is-Servizz ta’ Probation Nazzjonali jipparteċipa fit-tħejjija biex it-trasgressuri jerġgħu jintegraw fil-komunità wara li jkunu nħelsu mill-ħabs. Dan jinkludi għajnuna biex isibu akkomodazzjoni u xogħol, u tħejjija biex kemm huma, kif ukoll il-vittma/i, il-parti(jiet) danneġġata/i u l-familja/i tagħhom jitħejjew għall-ħelsien tat-trasgressur. Is-Servizz jagħmel ukoll arranġamenti għall-forniment ta’ appoġġ psikosoċjali għall-vittmi, il-partijiet danneġġati u l-familji tal-vittmi u tat-trasgressur.

Fejn it-trasgressur li jkun se jinħeles ikun qed jiskonta piena għal reat sesswali, reat kontra l-ħajja jew reat vjolenti, is-Servizz ta’ Probation huwa meħtieġ jinforma lill-vittma/i, lill-parti(jiet) danneġġata/i u lill-familja/i tagħhom b’mod xieraq u mingħajr dewmien.

Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ uffiċċji tal-probation individwali u tad-Dipartiment tal-Probation tal-Ministeru tal-Ġustizzja huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Il-vittmi ta’ reat jistgħu jikkuntattjaw lill-pulizija permezz tal-email fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapolicija@mup.hr jew fuq prevencija@mup.hr, jew inkella billi jċemplu fuq 192 (24/7) jew +385 1 3788 111.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Italja


Titqies bħala vittma ta’ reat, “parti leża”, jekk ikun rikonoxxut li għandek dritt legali li huwa protett mil-liġi kriminali li nkiser b’att li jikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali, jiġifieri li tkun sofrejt id-dannu li huwa parti essenzjali mill-att kriminali.

Tkun sofrejt dannu skont il-liġi ċivili bħala riżultat ta’ reat meta ssofri ħsara (materjali jew mhux materjali, madankollu, f’kull każ, dannu li jista’ jiġi stmat f’termini finanzjarji) li tkun ir-riżultat ta’ att kriminali. Normalment, il-parti leża fil-liġi kriminali u l-parti li sofriet id-dannu fil-liġi ċivili jkunu l-istess, ħlief pereżempju f’każ ta’ omiċidju, fejn il-vittma tkun il-persuna maqtula, filwaqt li l-membri tal-familja tagħha jkunu l-parti li sofriet dannu u għandhom id-dritt li jitilgħu l-qorti u jiksbu kumpens għad-dannu li jkunu sofrew.

Il-liġi kriminali u l-liġi ċivili jagħtu lill-vittma diversi drittijiet individwali qabel il-proċedimenti, matul u warajhom.

Fl-Italja, il-proċedimenti kriminali jibdew bl-inkjesti preliminari. Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku jinvestigaw il-każ. Fi tmiem dawn l-inkjesti, il-prosekutur pubbliku jista’ jressaq akkużi jew jitlob lill-imħallef li jkollu f’idejħ l-inkjesti sabiex jagħlaq il-każ. Għal xi reati kriminali l-proċedimenti jistgħu jibdew biss jekk int, bħala l-vittma, tippreżenta kwerela lill-pulizija jew lis-servizz tal-prosekuzzjoni.

Matul il-proċess il-qorti teżamina l-evidenza miġbura u tistabbilixxi jekk l-akkużat huwiex ħati. Il-proċedimenti jintemmu meta l-akkużat tinqatagħlu s-sentenza jew jiġi lliberat mill-qorti, bil-possibilità li jsir appell lil qorti superjuri.

Bħala vittma, jista’ jkollok parti importanti fil-proċedimenti kriminali u għaldaqstant hemm għadd ta’ drittijiet li tista’ teżerċita. Tista’ tipparteċipa bħala vittma (il-parti leża) mingħajr status legali speċifiku, jew jista’ jkollok rwol aktar attiv billi offiċjalment tiftaħ rikors ċivili kontra l-awtur tar-reat.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ reat (pereż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Malli jiġu notifikati bir-reat, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika u d-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali (CID) jridu javżawk li, bħala l-parti vittma ta’ reat, inti intitolat(a) taħtar avukat biex jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilek, u li inti intitolat(a) taċċessa għajnuna legali mill-Istat Taljan (l-Artikolu 101 tal-Kodiċi Taljan tal-Proċedura Kriminali (Codice di procedura penale jew c.p.p.)

Wara l-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, inti tiġi pprovdut(a) b’informazzjoni, f’lingwa li tifhem, relatata ma’:

  • il-proċeduri għall-preżentazzjoni ta’ rapport jew ta’ kwerela, ir-rwol li int se taqdi fl-investigazzjoni u fil-proċess, id-dritt tiegħek li tiġi mgħarraf / mgħarrfa bid-data u bil-post tal-proċess, u dwar l-akkużi, u, jekk tissieħeb fi proċedimenti bħala parti ċivili, id-dritt tiegħek li tirċievi notifika tas-sentenza, inkluż bħala sommarju
  • l-intitolament tiegħek għal parir legali u għal għajnuna legali, imħallsa mill-Istat Taljan
  • kif teżerċita d-dritt tiegħek għal servizzi ta’ interpretazzjoni u għat-traduzzjoni ta’ dokumenti tal-kawża
  • kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni li tista’ tkun disponibbli għalik
  • id-drittijiet tiegħek rikonoxxuti bil-liġi jekk inti tirresjedi fi Stat Membru differenti tal-UE minn dak fejn seħħ ir-reat
  • kif tiġi rimborżata kwalunkwe spiża mġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-proċedimenti kriminali
  • il-possibbiltà li tfittex kumpens għal ħsara jew għal dannu mġarrba bħala riżultat tar-reat
  • il-possibbiltà li tikseb soluzzjoni għall-proċedimenti billi tirtira l-ilment jew permezz ta’ medjazzjoni
  • id-drittijiet li ser ikollok fil-proċedimenti fejn il-konvenut jitlob sospensjoni tal-proċedimenti bi probation jew f’dawk li fihom tapplika eżenzjoni mill-piena minħabba n-natura trivjali tar-reat
  • faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fiż-żona lokali, faċilitajiet residenzjali, ċentri ta’ refuġju u ta’ kenn

(Artikolu 90bis c.p.p.)

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Jekk ma titkellimx jew ma tifhimx bit-Taljan, int għandek id-dritt li tuża lingwa li taf meta tippreżenta rapport jew tagħmel ilment quddiem l-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-qorti distrettwali tal-prim’istanza (tribunale). Bl-istess mod, int għandek id-dritt li, fuq talba, il-konferma tar-riċevuta tar-rapport jew tal-ilment tiegħek tiġi tradotta f’lingwa li taf (Artikolu 107‑ter tal-Linji Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Disposizioni di Attuazione del Codice di Procedura Penale jew disp.att.)).

Jekk għandek residenza jew domiċilju fl-Italja, il-Prosekutur Pubbliku jibgħat ir-rapporti jew l-ilmenti relatati mar-reati mwettqa fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea lill-Prosekutur Ġenerali tal-Qorti tal-Appell (Corte di appello), biex dan ikun jista’ jgħaddihom lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti (Artikolu 108ter disp.att.).

Jekk jogħġbok ara wkoll:

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Wara l-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, inti tiġi pprovdut(a) b’informazzjoni, f’lingwa li inti tifhem, relatata ma’:

  • id-dritt tiegħek li tirċievi informazzjoni relatata mal-istatus tal-proċedimenti, u tal-entrati fir-Reġistru Uffiċjali tar-Reati Rrapportati
  • id-dritt tiegħek li tiġi informat(a) dwar talba għall-għeluq tal-proċedimenti
  • kif tikkontesta kwalunkwe ksur ta’ drittijietek
  • l-awtoritajiet li mingħandhom tista’ tikseb informazzjoni dwar il-kawża tiegħek
  • kif tiġi rimborżata kwalunkwe spiża mġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-proċedimenti kriminali

Fil-proċedimenti għal reati vjolenti kontra l-persuna, jekk int titlob hekk, tiġi informat(a) minnufih, permezz tas-CID, dwar it-tħejjijiet għar-rilaxx jew għat-terminazzjoni ta’ ordni ta’ detenzjoni, u tiġi informat(a) ukoll fil-ħin, bl-istess mod, jekk il-konvenut jaħrab mid-detenzjoni ta’ qabel il-proċess jew mill-ħabs, u jekk hu jonqos b’mod deliberat milli jikkonforma ma’ ordni ta’ detenzjoni, sakemm dan ma jkunx jixħet lit-trasgressur f’riskju propju (Artikolu 90ter c.p.p.).

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

L-awtorità tal-prosekuzzjoni tinnomina traduttur meta dokument ikollu bżonn jiġi tradott f’lingwa barranija jew fi djalett li ma jistax jinftiehem faċilment, jew interpretu meta int tkun trid jew ikollok tagħmel dikjarazzjoni u ma titkellimx bit-Taljan. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir bil-miktub u tiddaħħal fir-rapport, bit-traduzzjoni pprovduta minn traduttur.

L-awtorità tinnomina interpretu, minn jeddha fejn xieraq, jekk int ma titkellimx jew ma tifhimx it-Taljan u trid tinstema’ x-xhieda tiegħek, u f’każijiet li fihom int tkun tixtieq tieħu sehem f’seduta u titlob l-assistenza ta’ interpretu.

Fejn possibbli, l-assistenza ta’ interpretu tista’ tinkiseb ukoll bl-użu ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni remota, dment li l-interpretu ma jkunx meħtieġ ikun preżenti fiżikament biex int teżerċita drittijietek kif xieraq jew biex tifhem bis-sħiħ il-proċedimenti.

Jekk int ma titkellimx jew ma tifhimx bit-Taljan, għandek id-dritt għal traduzzjoni b’xejn tad-dokumenti jew ta’ partijiet minnhom li jkun fihom informazzjoni relatata mal-eżerċizzju ta’ drittijietek. It-traduzzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti f’forma verbali jew fil-forma ta’ sommarju, jekk l-awtorità tal-prosekuzzjoni ma tqisx li din tkun ta’ ħsara għad-drittijiet tiegħek (Artikolu 143bis c.p.p.).

Jekk ma titkellimx jew ma tifhimx bit-Taljan, int għandek id-dritt li tuża lingwa li taf meta tippreżenta rapport jew tagħmel ilment quddiem l-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-qorti distrettwali tal-prim’istanza. Bl-istess mod, int għandek id-dritt li, fuq talba, il-konferma tar-riċevuta tar-rapport jew tal-ilment tiegħek tiġi tradotta f’lingwa li taf (Artikolu 107ter disp.att).

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

L-awtorità tal-prosekuzzjoni tinnomina traduttur meta dokument ikollu bżonn jiġi tradott f’lingwa barranija jew fi djalett li ma jistax jinftiehem faċilment, jew interpretu meta int tkun trid jew ikollok tagħmel dikjarazzjoni u ma titkellimx bit-Taljan. Jekk int minorenni, tista’ tiġi ordnata perizja mill-imħallef, inkluż fuq mozzjoni tiegħu stess, jekk ma jkunx hemm ċertezza rigward l-età tiegħek (hu mifhum li, f’każ ta’ dubju, int tiġi preżunt(a) minorenni għall-finijiet ta’ applikazzjoni tal-linji gwida proċedurali). L-istess perizja tista’ tintuża biex jiġi ddeterminat jekk għandekx xi diżabilità.

Artikolu 351(1-ter) c.p.p.

Fil-proċedimenti għal reati li jaqgħu taħt l-Artikoli 572, 600, 600-bis, 600-ter, 600-quater, 600-quater.1, 600-quinquies, 601, 602, 609-bis, 609-quater, 609-quinquies, 609-octies, 609-undecies u 612-bis tal-Kodiċi Kriminali Taljan, jekk is-CID jeħtieġ xhieda sommarja mingħand minorenni, dan irid ifittex l-assistenza ta’ psikologu kwalifikat jew ta’ psikjatra tat-tfal kwalifikat, nominat mis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika. L-istess japplika meta tkun meħtieġa xhieda sommarja mingħand adulti fi stat partikolarment vulnerabbli. F’kull każ hu garantit li, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, individwi partikolarment vulnerabbli ma jkollhomx xi kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma jintalbux jagħtu xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji għall-investigazzjoni.

Artikolu 362(1bis) c.p.p.

Fi proċedimenti għal reati skont l-Artikoli 351 (1ter), is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jrid ifittex l-assistenza ta’ espert fil-psikoloġija jew fil-psikjatrija tat-tfal meta jisma’ x-xhieda tal-minorenni. L-istess japplika meta tkun meħtieġa xhieda sommarja mingħand adulti fi stat partikolarment vulnerabbli. F’kull każ hu garantit li, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, individwi partikolarment vulnerabbli ma jkollhomx xi kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma jintalbux jagħtu xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji għall-investigazzjoni.

Artikolu 498(4) sa (4 quater) c.p.p.

4. L-eżaminazzjoni tal-minorenni bħala xhieda, inklużi l-mistoqsijiet u l-oġġezzjonijiet tal-partijiet, issir mill-imħallef li jippresjedi. Meta jagħmel l-eżaminazzjoni, l-imħallef li jippresjedi jista’ jfittex l-assistenza ta’ wieħed mill-qraba tal-minorenni jew ta’ psikologu kwalifikat tat-tfal. Wara li jisma’ lill-partijiet, jekk l-imħallef li jippresjedi jqis li l-minorenni ma jġarrabx tbatija matul interrogazzjoni diretta, dan jordna li x-xhieda għandha tipproċedi bil-mod spjegat fit-taqsimiet preċedenti. L-ordni tista’ tiġi revokata matul l-interrogazzjoni.

4bis Jekk parti minnhom titlob hekk, jew jekk l-imħallef li jippresjedi jqis li hemm bżonn li jsir hekk, japplikaw il-proċeduri spjegati fl-Artikolu 398(5a).

4-b Fi proċedimenti għal reati li jaqgħu taħt l-Artikoli 572, 600, 600a, 600b, 600c, 600d, 601, 602, 609-a, 609-b, 609-c, 609-g u 612-a tal-Kodiċi Kriminali Taljan, il-vittmi tar-reat(i) li jkunu minorenni jew adulti b’marda mentali jiġu interrogati, b'talba tagħhom jew b'talba tal-avukat tagħhom, bl-użu ta’ ħġieġa mera u permezz ta’ sistema ta’ intercom.

4quater. Mingħajr ħsara għat-taqsimiet ta’ qabel, jekk il-parti vittma ta’ reat tkun fi stat partikolarment vulnerabbli u jkollha bżonn tiġi interrogata, l-imħallef, jekk il-vittma jew inkella l-avukat tagħha jitlob hekk, jordna t-teħid ta’ miżuri kawtelatorji.

Artikolu 398(5quater) c.p.p.
Mingħajr ħsara għat-taqsima 5ter, jekk il-parti vittma ta’ reat tkun fi stat partikolarment vulnerabbli u jkollha bżonn tiġi interrogata, japplikaw id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 498(4-quater).

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Jiġi pprovdut appoġġ lill-vittmi ta’ reat mill-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fir-reġjun, minn faċilitajiet residenzjali, minn ċentri ta’ refuġju, ta’ kenn u minn faċilitajiet oħra ġestiti minn organizzazzjonijiet lokali u reġjonali. Ġeneralment, ħafna mir-reġjuni jkollhom netwerk ta’ assoċjazzjonijiet li jikkonsisti f’organizzazzjonijiet lokali, fl-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku, fil-qrati distrettwali u fis-servizzi tas-saħħa li joffru appoġġ b’xejn lill-vittmi ta’ kwalunkwe tip ta’ reat.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Iva. B’mod partikolari jekk int vittma ta’ ċerti tipi ta’ reat (pereżempju traffikar, abbuż fil-familja, attakk sesswali), hemm organizzazzjonijiet ferm stabbiliti li jidħlu f’kuntatt mas-servizzi ta’ infurzar tal-liġi li jipprovdulek l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ refuġju jew residenzjali disponibbli biex jieħdu ħsiebek.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Jekk int partikolarment vulnerabbli, hu garantit li f’kull każ, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, int ma jkollok ebda kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma tintalabx tagħti xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji għall-investigazzjoni.

Barra minn hekk, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 196 tat-30 ta’ Ġunju 2003 (Kodiċi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali) fih regoli speċifiċi għall-proċessar ta’ data ġudizzjarja, immirati lejn il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà ta’ din. Minbarra dan, hu meqjus li ladarba int, bħala vittma, tassumi l-istatus ta’ parti vittma ta’ reat fi proċedimenti kriminali, tkun meħtieġ(a) tixhed il-qorti. Il-kodiċi jipprovdi regoli rigward il-modi li bihom dan irid iseħħ, li għandhom l-għan li jipprevjenu milli int ikollok tirrepeti x-xhieda tiegħek diversi drabi (seduta ta’ qabel il-proċess - incidente probatorio) u regoli li jħarsu d-dritt tiegħek bħala vittma biex ma jkollok ebda kuntatt mal-parti investigata/mal-persuna akkużata. Jekk int vittma taħt it-18-il sena, l-istampa tiegħek ma tistax tidher f’gazzetti, u lanqas ismek. Il-punt imsemmi l-aħħar japplika għal vittmi li għalqu t-18-il sena u aktar ukoll. Is-sistema għandha l-għan li tipprevjeni t-tixrid tad-data personali tiegħek u ta’ informazzjoni li tista’ tidentifikak.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

L-aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi mhuwiex kontinġenti għar-rapportar tar-reat.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

F’ċerti ċirkustanzi, previsti mil-liġi (Artikoli 273 u 274 c.p.p.), li tabilħaqq jistgħu jinkludu, inter alia, is-sitwazzjoni perikoluża li fiha int tista’ ssib ruħek bħala parti vittma ta’ reat (periklu li jirriżulta b’mod partikolari mill-possibbiltà li t-trasgressur ikompli jġib ruħu b’mod illegali), l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-awtur jiġi soġġett għal miżuri superviżorji. Pereżempju, dan jista’ jitneħħa minnufih mid-dar tal-familja; jista’ jiġi pprojbit milli jmur f’postijiet li int iżżur ta’ spiss, u jista’ jiġi pprojbit milli jgħix f’ċerti postijiet. Inkella, jista’ jitqiegħed taħt arrest domiċiljari jew f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess.

Int għandek id-dritt li tiġi informat(a) dwar it-talbiet ta’ revoka jew ta’ sostituzzjoni tal-miżuri superviżorji imposti fuq it-trasgressur, tippreżenta dikjarazzjonijiet tad-difiża b’oppożizzjoni fi żmien jumejn, jew li tgħid dak li taħseb (Artikolu 299 c.p.p.). Int għandek ukoll id-dritt li tiġi informat(a) dwar l-ordnijiet tal-qorti li jinbidlu, jiġu revokati jew sostitwiti l-miżuri superviżorji fis-seħħ kontra l-persuna suspettata.

Speċjalment meta tkun partikolarment vulnerabbli, minorenni jew vittma ta’ ċerti reati, jistgħu jiġu ordnati prekawzjonijiet proċedurali oħra wkoll, b’mod partikolari:

  • jekk int partikolarment vulnerabbli, hu garantit li f’kull każ, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, int ma jkollok ebda kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma tintalabx tagħti xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji;
  • jekk int minorenni u s-CID jeħtieġ xhieda sommarja mingħandek, dan irid ifittex l-assistenza ta’ psikologu kwalifikat jew ta’ psikjatra tat-tfal kwalifikat, nominat mis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (Artikolu 351(1‑ter) c.p.p.);
  • jekk int minorenni u s-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jeħtieġ xhieda mingħandek, dan irid ifittex l-assistenza ta’ psikologu kwalifikat jew ta’ psikjatra tat-tfal kwalifikat. Jekk int partikolarment vulnerabbli, hu garantit li f’kull każ, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, int ma jkollok ebda kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma tintalabx tagħti xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji għall-investigazzjoni (Artikolu 362(1-bis) c.p.p.);
  • L-eżami ta’ minorenni bħala xhieda jsir mill-imħallef li jippresjedi u dan jista’ jfittex l-assistenza ta’ wieħed mill-qraba tal-minorenni jew ta’ psikologu kwalifikat tat-tfal. (Artikolu 498 c.p.p.);
  • Jekk parti titlob hekk, jew l-imħallef li jippresjedi jqis li hu neċessarju li jsir hekk, meta waħda mill-partijiet li tkun se tixhed tkun minorenni, il-qorti tista’ toħroġ ordni li tistabbilixxi l-post, il-ħin u l-proċeduri partikolari għas-seduta ta’ qabel il-proċess, fejn din tkun neċessarja u xierqa għall-protezzjoni tal-persuni involuti. Is-seduta tista’ ssir xi mkien ieħor li ma jkunx il-qorti tal-prim’istanza, u l-qorti tista’ tagħmel użu minn faċilitajiet speċjalizzati, jew, jekk dawn ma jkunux disponibbli, mid-dar tal-persuna li qed tixhed;
  • id-dikjarazzjonijiet tax-xhieda jridu jiġu reġistrati fis-sħuħija tagħhom bl-użu ta’ midja fonografika jew awdjoviżiva. Jekk ma jkun hemm ebda tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew persunal tekniku disponibbli, għandhom jiġu pprovduti perizji jew konsulenza teknika;
  • f’każijiet relatati ma’ reati vjolenti, il-vittmi tar-reati li jkunu minorenni jew adulti b’marda mentali jiġu interrogati, fuq talba tagħhom jew fuq talba tal-avukat tagħhom, bl-użu ta’ ħġieġ mera u ta’ sistema ta’ intercom.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

(Ara aktar ’il fuq)

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Jekk ikun hemm xi rekwiżiti ta’ protezzjoni speċjali, il-liġi teħtieġ li l-vittmi ta’ reat issirilhom valutazzjoni individwali biex jiġi ddeterminat jekk kieku jibbenefikawx, u jekk iva, kemm, minn miżuri speċjali matul il-proċedimenti. Tingħata attenzjoni partikolari jekk int minorenni u/jew partikolarment vulnerabbli. Huwa l-imħallef li jiddetermina jekk hux int tirċivix miżuri ta’ protezzjoni adattati matul il-proċedimenti kriminali. Matul l-investigazzjoni, l-interrogazzjonijiet tiegħek iridu jsiru f’postijiet xierqa u jsiru minn professjonisti kwalifikati. Jekk il-vittmi jinkludu minorenni, il-qorti tal-minorenni trid tiġi informata biex tivvaluta s-sitwazzjoni u l-miżuri ta’ protezzjoni. Biex tipproteġik minn reati oħra, il-qorti tal-prim’istanza tista’ timponi restrizzjonijiet fuq il-libertà tat-trasgressur (kustodja l-ħabs, projbizzjoni milli jżur postijiet li int iżżur ta’ spiss, tneħħija mid-dar tal-familja). L-applikazzjoni ta’ miżuri bħal dawn trid tiġi komunikata lilek (Artikolu 282-quater c.p.p.). Int tista’ titlob ukoll li l-imħallef, meta jordna li t-trasgressur jitneħħa mid-dar tal-familja, jew inkella li wara, jordna wkoll li t-trasgressur iħallas manteniment fix-xahar (Artikolu 282bis c.p.p.). Il-kwartieri ġenerali provinċjali rilevanti tal-pulizija (Questura) ikollhom uffiċċju li jeżerċita setgħat simili.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-vittmi ta’ reati vjolenti, jekk ikunu minorenni jew fi stat partikolarment vulnerabbli, għandhom id-dritt li jixhdu filwaqt li jkun hemm miżuri protettivi fis-seħħ. B’mod partikolari, jistgħu jsiru arranġamenti li jipprevjenu milli int tidħol f’kuntatt mat-trasgressur matul l-investigazzjoni jew il-proċess. Barra minn hekk, jekk int partikolarment vulnerabbli, ikun possibbli li jintużaw reġistrazzjonijiet awdjoviżivi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek, anki meta dawn ma jkunux assolutament neċessarji.

Linji gwida għal riferiment 
(l-Artikolu 413 c.p.p.): Applikazzjoni mill-individwu investigat jew mill-vittma tar-reat

  1. L-individwu investigat jew il-vittma tar-reat jistgħu japplikaw mal-Prosekutur Ġenerali biex joħroġ ordni ta’ riferiment skont l-Artikolu 412(1) (jekk is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika ma jipproċedix bil-prosekuzzjoni jew ma jitlobx l-għeluq sal-iskadenza prevista mil-liġi jew kif estiża mill-imħallef).
  2. Jekk jiġi ordnat riferiment, il-Prosekutur Ġenerali jmexxi investigazzjonijiet preliminari neċessarji u jagħmel kwalunkwe talba fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tar-rikors, kif previst fl-Artikolu 412(1).

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Stat ta’ vulnerabbiltà partikolari f’vittma jista’ jiġi inferit, minbarra mill-età u minn kwalunkwe diżabilità fiżika jew insuffiċjenza psikoloġika, mit-tip ta’ reat, u mill-proċeduri u miċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni. Biex tiġi vvalutata l-vulnerabbiltà, jiġi kkunsidrat jekk il-każ jinvolvix reat vjolenti kontra l-persuna jew reat ta’ mibegħda razzjali, jekk hux relatat mal-kriminalità organizzata jew mat-terroriżmu, inkluż f’livell internazzjonali, jew mat-traffikar tal-bnedmin, jekk seħħx bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni, u jekk il-vittma hix emozzjonalment, psikoloġikament jew ekonomikament dipendenti fuq it-trasgressur (Artikolu 90 quater c.p.p.).

Jekk int partikolarment vulnerabbli, ikunu permessi reġistrazzjonijiet awdjoviżivi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek fi kwalunkwe każ, anki meta dan ma jkunx assolutament neċessarju.

REKWIŻITI EVIDENZJALI F’KAŻIJIET SPEĊIFIĊI ‑ F’każijiet relatati ma’ reati ta’ abbuż kontra membri tal-familja u konjuġi, soġġettar jew żamma fi skjavitù, prostituzzjoni ta’ tfal, pornografija ta’ tfal, pornografija virtwali, inizjattivi tat-turiżmu mmirati lejn l-isfruttament ta’ prostituzzjoni tat-tfal, traffikar tal-bnedmin, xiri u bejgħ ta’ skjavi, attakk sesswali, reati aggravati, atti sesswali ma’ minorenni, attakk sesswali fi grupp, solleċitament ta’ minorenni u stalking, jekk int fi stat partikolarment vulnerabbli u hemm talba biex int tixhed, jekk int diġà għamilt dikjarazzjonijiet matul is-seduta ta’ qabel il-proċess jew f’seduta ta’ kontroeżami mal-persuna li kontrieha jkunu se jintużaw dawn id-dikjarazzjonijiet, jew jekk ikun hemm rekords bil-miktub tad-dikjarazzjonijiet tiegħek, int tkun meħtieġ(a) tixhed biss jekk din ix-xhieda tkun relatata ma’ fatti u ma’ ċirkustanzi differenti minn dawk diskussi fid-dikjarazzjonijiet preċedenti tiegħek, jew jekk l-imħallef jew waħda mill-partijiet iqisu li hemm bżonn li dan isir fuq il-bażi ta’ rekwiżiti speċifiċi.

XHIEDA SOMMARJA - jekk is-CID jeħtieġ xhieda sommarja mingħand il-vittmi fi stat ta’ vulnerabbiltà partikolari, anki jekk ikollhom aktar minn 18-il sena, dan irid ifittex l-assistenza ta’ psikologu kwalifikat jew ta’ psikjatra tat-tfal kwalifikat, nominat mis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika. F’kull każ hu ggarantit li, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, individwi partikolarment vulnerabbli ma jkollhomx xi kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma jintalbux jagħtu xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji għall-investigazzjoni (Artikolu 351(1-ter)).

KUMPILAZZJONI - jekk is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jeħtieġ xhieda sommarja mingħand il-vittmi fi stat ta’ vulnerabbiltà partikolari, anki jekk ikollhom aktar minn 18-il sena, dan irid ifittex l-assistenza ta’ psikologu kwalifikat jew ta’ psikjatra tat-tfal kwalifikat. F’kull każ hu garantit li, fejn tkun meħtieġa xhieda sommarja, individwi partikolarment vulnerabbli ma jkollhomx xi kuntatt mal-persuna li tkun qed tiġi investigata u ma jintalbux jagħtu xhieda sommarja ripetutament, sakemm dawn ma jirriżultawx assolutament neċessarji għall-investigazzjoni (Artikolu 362(1-bis)).

EŻAMI TAX-XHIEDA: L-eżami tax-xhieda tiegħek, inklużi l-mistoqsijiet u l-kontrorepliki tal-partijiet, jitmexxa mill-imħallef li jippresjedi. Meta jagħmel l-eżami tax-xhieda, l-imħallef li jippresjedi jista’ jfittex l-assistenza ta’ wieħed mill-qraba tiegħek jew ta’ psikologu kwalifikat tat-tfal. Wara li jisma’ lill-partijiet, jekk l-imħallef li jippresjedi jqis li int ma tkunx se ġġarrab tbatija matul interrogazzjoni diretta, dan jordna li x-xhieda għandha tipproċedi bil-mod spjegat fit-taqsimiet preċedenti. L-ordni tista’ tiġi revokata matul l-interrogazzjoni (Artikolu 498 c.p.p.).

Jekk parti minnhom titlob hekk, jew jekk l-imħallef li jippresjedi jqis li hemm bżonn li jsir hekk, ikunu japplikaw il-proċeduri spjegati fl-Artikolu 398(5-bis) (seduta għas-smigħ tax-xhieda qabel il-proċess, ara hawn taħt).

SEDUTA GĦAS-SMIGĦ TAX-XHIEDA QABEL IL-PROĊESS - (Artikolu 398(5-bis)) Jekk parti titlob hekk, jew jekk l-imħallef li jippresjedi jqis li hemm bżonn li jsir hekk, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin: fil-każ ta’ investigazzjonijiet relatati ma’ reati ta’ abbuż kontra membri tal-familja jew konjuġi, soġġettar jew żamma fi skjavitù, prostituzzjoni ta’ tfal, pornografija ta’ tfal, pornografija virtwali, inizjattivi tat-turiżmu mmirati lejn l-isfruttament ta’ prostituzzjoni tat-tfal, traffikar tal-bnedmin, xiri u bejgħ ta’ skjavi, attakk sesswali, reati aggravati, atti sesswali ma’ minorenni, attakk sesswali fi grupp, solleċitament ta’ minorenni jew stalking, jekk hemm adulti fi stat partikolarment vulnerabbli fost dawk li jridu jixhdu, il-qorti tista’ toħroġ ordni li tistabbilixxi l-post, il-ħin u l-proċeduri partikolari għas-smigħ tax-xhieda, fejn din tkun neċessarja u xierqa għall-protezzjoni tal-persuni involuti. Is-seduta tista’ ssir xi mkien ieħor li ma jkunx il-qorti tal-prim’istanza, u l-qorti tista’ tagħmel użu minn faċilitajiet speċjalizzati, jew, jekk dawn ma jkunux disponibbli, mid-dar tal-persuna li qed tixhed. Id-dikjarazzjonijiet tax-xhieda jridu jiġu reġistrati fis-sħuħija tagħhom bl-użu ta’ midja fonografika jew awdjoviżiva. Jekk ma jkun hemm ebda tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew persunal tekniku disponibbli, għandhom jiġu pprovduti perizji jew konsulenza teknika. Jitħejja wkoll rapport miktub tal-eżami, fil-forma ta’ sommarju. Traskritt tar-reġistrazzjoni jkun disponibbli biss fuq talba tal-partijiet.

Jekk int fi stat partikolarment vulnerabbli u jkun hemm bżonn li ssirlek interrogazzjoni, l-imħallef, jekk int jew l-avukat tiegħek titolbu dan, jordna t-teħid ta’ miżuri protettivi (Artikolu 498(4-quater) c.p.p.).

Fil-proċedimenti relatati mar-reati msemmija aktar ’il fuq, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, inkluż fuq talba tiegħek jew fuq it-talba tal-persuna investigata, jista’ jitlob li int tixhed fis-seduta ta’ qabel il-proċess, anki f’każijiet fejn dan ma jkunx indikat bħala rekwiżit. Jekk int tinsab fi stat partikolarment vulnerabbli, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, inkluż fuq talba tiegħek jew fuq it-talba tal-persuna investigata, jista’ jitlob li int tixhed fis-seduta ta’ qabel il-proċess (Artikolu 392 c.p.p.).

Il-kumpilazzjoni li teħtieġ il-parteċipazzjoni ta’ vittmi fi stat partikolarment vulnerabbli tista’ ssir permezz tal-proċedura fdata ta’ seduta qabel il-proċess, strument li għandu l-għan li, inter alia, jipprevjeni milli ġġarrab ħsara ulterjuri (vittimizzazzjoni sekondarja) minħabba l-involviment kostanti tiegħek fil-proċess legali.

GĦAJNUNA LEGALI ‑ Jekk int vittma ta’ reati relatati ma’ abbuż ta’ membri tal-familja u ta’ konjuġi, ma’ mutilazzjoni tal-ġenitali tan-nisa, ma’ attakk sesswali, ma’ atti sesswali ma’ minorenni, ma’ attakk sesswali fi grupp u ma’ stalking, int dejjem tkun intitolat(a) għal għajnuna legali b’xejn, anki meta l-introjtu tiegħek ikun ogħla mil-limitu stabbilit bil-liġi għall-intitolament għal din. Jekk int minorenni, l-istess japplika jekk tkun vittma ta’ reati relatati ma’ soġġettar jew ma’ żamma f’servitudni jew fi skjavitù, ma’ prostituzzjoni tat-tfal, ma’ pornografija tat-tfal, ma’ inizjattivi tat-turiżmu mmirati lejn l-isfruttament ta’ prostituzzjoni tat-tfal, mat-traffikar tal-bnedmin, max-xiri u l-bejgħ ta’ skjavi u mal-korrompiment ta’ minorenni.

Jien minorenni. Għandi drittijiet speċjali?

(Ara aktar ’il fuq)

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat - x’inhuma drittijieti?

Jekk il-vittma tar-reat tisfa deċeduta, l-aktar qraba li jiġu minn viċin il-vittma jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilha bil-liġi.

(Artikolu 90(3) c.p.p.).

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat - x’inhuma drittijieti?

(Ara aktar ’il fuq)

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Il-Medjazzjoni Kriminali għandha l-bażi tagħha fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 274/2000, li jippermetti li vittma tiftaħ kawża direttament kontra t-trasgressur biex titlob kumpens għall-interessi tagħha li ġew preġudikati. Din is-setgħa hi eżegwibbli biss b’rabta ma’ reati li kontriehom tista’ tippreżenta kwerela (reati anqas serji).

Biex tinfetaħ u ssir medjazzjoni kriminali, ikun meħtieġ il-kunsens tal-partijiet biex jintlaħaq qbil sodisfaċenti. Matul il-proċedimenti, il-Kummissarju tal-Paċi (“giudice di pace”, bit-Taljan) jrid jippromwovi l-konċiljazzjoni bejn il-partijiet sa fejn possibbli. Reati taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Kummissarju tal-Paċi li, min-natura tiegħu stess, huwa adattat għall-medjazzjoni, jinkludu: malafama, libell, attakk komuni, swat, korrimenti personali minuri, vandaliżmu.

Barra minn hekk, il-partijiet għall-proċedimenti kriminali jew l-avukati tagħhom jistgħu japplikaw b’mod dirett mal-Uffiċċju tal-Medjazzjoni fid-dawl tad-definizzjoni alternattiva tal-proċedimenti kriminali taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Kummissarju tal-Paċi kif previst fl-Artikolu 35 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 274/2000, jew fid-dawl ta’ sentenza li r-reat spiċċa bis-saħħa tal-miżuri kompensatorji meħuda mit-trasgressur.

Għal reati li fir-rigward tagħhom tista’ tippreżenta kwerela, int għandek permess li tapplika għal ċitazzjoni li tesiġi li l-individwu suspettat li wettaq ir-reat jidher quddiem Kummissarju tal-Paċi. L-applikazzjoni trid tiġi ffirmata minnek bħala l-parti vittma ta’ reat, jew mir-rappreżentant legali tiegħek, u mill-avukat tiegħek. Il-firma tiegħek tiġi attestata mill-avukat tiegħek. Jekk int minorenni taħt l-età ta’ 14-il sena, għandek marda mentali jew inkapaċità, l-applikazzjoni trid tiġi ffirmata mill-ġenitur, mit-tutur sħiħ, mit-tutur limitat jew mit-tutur speċjali tiegħek. Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għandha l-istess effetti bħall-preżentazzjoni ta’ kwerela (Artikolu 21).

Preżentazzjoni tal-applikazzjoni: l-applikazzjoni trid tintbagħat minn qabel lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika billi titwassal lis-segretarjat tiegħu, u mbagħad tiġi ppreżentata, mill-applikant, bl-evidenza tal-imsemmi twassil, quddiem l-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti għall-Kummissarju tal-Paċi lokali, fi żmien tliet xhur mir-rapportar tar-reat. Jekk diġà ppreżentajt kwerela fir-rigward tal-istess inċident, trid issemmi dan fl-applikazzjoni, tehmeż kopja tal-kwerela u tippreżenta kopja oħra lis-segretarjat tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika. F’dan il-każ, il-Kummissarju tal-Paċi jordna l-akkwiżizzjoni tal-kwerela oriġinali (Artikolu 22).

Sħubija fi proċedimenti bħala parti ċivili Jekk int tixtieq li tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili, trid tagħmel dan, b’penali ta’ telfa, meta jiġi ppreżentat ir-rikors. It-talba motivata għal kumpens jew għad-danni fir-rikors essenzjalment hi ekwivalenti għas-sħubija fil-proċedimenti bħala parti ċivili (l-Artikolu 23).

Ir-rikors ikun inammissibbli:

  1. jekk jiġi ppreżentat tard;
  2. jekk jiġi ppreżentat f’każijiet oħra għajr dawk previsti;
  3. jekk ma jkunx fih l-informazzjoni meħtieġa jew ma jkunx iffirmat;
  4. jekk id-deskrizzjoni tal-inċident jew l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-evidenza ma tkunx suffiċjenti;
  5. jekk ma jkun hemm ebda evidenza li s-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika ġie informat.

Talbiet mis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (Artikolu 25): Fi żmien għaxart ijiem mill-preżentazzjoni tar-rikors, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jippreżenta t-talbiet tiegħu lill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti għall-Kummissarju tal-Paċi. Jekk iqis li l-applikazzjoni hi inammissibbli, jew li jidher ċar li hi infondata, jew li hi ppreżentata quddiem Kummissarju tal-Paċi mingħajr ebda ġurisdizzjoni fir-reġjun, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika ma jaċċettax iċ-ċitazzjoni, jew jiddikjara l-att ta’ imputazzjoni li jikkonferma jew ibiddel l-akkuża li tinsab fl-appell.

Ladarba tgħaddi d-data ta’ skadenza, il-Kummissarju tal-Paċi jipproċedi anki jekk is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika ma jkunx ippreżenta talbiet. Jekk ma jqisx li l-applikazzjoni hi inammissibbli, jew infondata biċ-ċar, u fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu, il-Kummissarju tal-Paċi joħroġ digriet li jħarrek lill-partijiet għal seduta fi żmien 20 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

Applikazzjoni ppreżentata minn waħda minn diversi partijiet vittmi ta’ reat ma żżommx lill-oħrajn milli jieħdu sehem fil-proċedimenti, bl-assistenza ta’ avukat u bl-istess drittijiet bħall-applikant ewlieni. Il-partijiet vittmi ta’ reat li jkunu involuti jistgħu jissieħbu fil-kawża ċivili qabel id-dikjarazzjoni tal-ftuħ tas-seduta. Jekk għas-seduta ma jattendux il-partijiet vittmi ta’ reat li jkunu ġew imħarrka kif xieraq, dan hu ekwivalenti għal rinunzja tad-dritt biex jiġi ppreżentat ilment, jew għal irtirar tal-ilment, jekk diġà jkun ġie ppreżentat.

Seduta quddiem il-qorti: Tal-anqas sebat ijiem qabel id-data skedata għas-seduta quddiem il-qorti, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jew int bħala l-parti vittma tar-reat tippreżentaw iċ-ċitazzjoni mal-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti għall-Kummissarju tal-Paċi bin-notifiki rilevanti.

L-imħallef, meta r-reat ikun wieħed li kontra tiegħu tista’ tiġi ppreżentata kwerela, jippromwovi konċiljazzjoni bejn il-partijiet. F’dan il-każ, fejn ikun ta’ benefiċċju għall-finijiet ta’ konċiljazzjoni, l-imħallef jista’ jiddeferixxi s-seduta għal perjodu ta’ mhux aktar minn xahrejn u, fejn ikun hemm bżonn, jista’ juża wkoll miżuri ta’ medjazzjoni pprovduti miċ-ċentri u mill-faċilitajiet pubbliċi jew privati fir-reġjun. Fi kwalunkwe każ, dikjarazzjonijiet magħmula mill-partijiet matul il-konċiljazzjoni ma jistgħu jintużaw bl-ebda mod għall-finijiet ta’ deliberazzjoni (Artikolu 29).

Jekk tintlaħaq soluzzjoni, għandu jitfassal rapport li jikkonferma l-irtirar tal-kwerela jew ir-rinunzja tal-applikazzjoni u l-aċċettazzjoni relatata. Ir-rinunzja tal-applikazzjoni għandha l-istess effetti bħall-irtirar tal-kwerela.

Il-medjazzjoni tista’ twasslek biex tirtira l-kwerela, li mbagħad iwassal għal dikjarazzjoni li l-kawża twaqqgħet minħabba nuqqas ta’ kawża għal azzjoni. Barra minn hekk, eżitu pożittiv tal-medjazzjoni, peress li din tista’ twassal għal kumpens għall-ħsara kkawżata mir-reat, jista’ jirriżulta f’deċiżjoni li r-reat spiċċa bħala konsegwenza tal-kumpens mogħti mit-trasgressur qabel is-seduta quddiem il-qorti jew minħabba n-natura minuri tar-reat.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma drittijieti?

Ir-regoli għall-protezzjoni tal-vittmi jinsabu fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Leġiżlattiv Nru 212 tal-15 ta’ Diċembru 2015, li jimplimenta d-Direttiva 2012/29/UE dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ reat, fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Leġiżlattiv Nru 204 tad-9 ta’ Novembru 2007, fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Nru 222 tat-23 ta’ Diċembru 2008 (li jimplimenta d-Digriet Leġiżlattiv Nru 204/2007), fl-Artikolu 11 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 122 tas-7 ta’ Lulju 2016 fid-dritt Ewropew 2015-2016 (kumpens għall-vittmi ta’ reat kriminali) u f’sensiela ta’ miżuri regolatorji oħra relatati mal-vittmi ta’ tipi partikolari ta’ reati.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

  • Rapport jiġi ppreżentat meta individwu li jkollu għarfien dwar reat azzjonabbli pubblikament jinforma lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jew lil uffiċjal tas-CID dwaru. Ir-rapportar ta’ reat mhuwiex obbligatorju, iżda jsir hekk f’diversi każijiet previsti b’mod espliċitu mil-liġi. Ir-rapport fih id-dettalji essenzjali dwar l-inċident, u jindika d-data li fiha int issir taf bir-reat u s-sorsi tal-evidenza diġà mniżżla. Barra minn hekk, fejn possibbli, ikun fih id-dettalji personali, ir-residenza u kwalunkwe ħaġa oħra li tista’ tgħin biex tiġi identifikata l-persuna suspettata li wettqet ir-reat, kif ukoll id-dettalji personali bħala l-parti vittma tar-reat u d-dettalji ta’ kwalunkwe persuna oħra li tista’ tipprovdi informazzjoni rilevanti biex tgħin fl-istabbiliment ta’ dak li seħħ. Jekk ma jingħatawx dettalji utli li jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni tal-persuna suspettata bir-reat, dan ma jżommx milli jinfetħu proċedimenti kriminali, peress li int tista’ tirrapporta kontra persuni mhux magħrufa, liema rapport irid jiġi ppreżentat lill-uffiċċju rilevanti tal-prosekutur mill-awtoritajiet tal-pulizija, flimkien ma’ dettalji dwar kwalunkwe miżura investigattiva mwettqa biex jiġu identifikati l-awturi tar-reat.
  • Kwerela hija dikjarazzjoni li biha individwu li kien vittma ta’ reat (jew ir-rappreżentant legali tiegħu) jesprimi xewqa li t-trasgressur jiġi mixli. Għandha x’taqsam ma’ reati mhux azzjonabbli pubblikament. Id-dikjarazzjoni trid tiddeskrivi r-reat imwettaq u trid tesprimi x-xewqa ċara tal-kwerelant li jipproċedi bl-allegazzjoni u li tingħata piena lill-parti ħatja. Int tista’ tirtira kwerela li tkun ippreżentajt fl-imgħoddi, ħlief f’każijiet ta’ attakk sesswali jew ta’ atti sesswali ma’ minorenni. Biex il-kwerela titwaqqa’, l-irtirar irid jiġi aċċettat mis-suġġett tal-kwerela li, jekk ikun innoċenti, minflok jista’ jkun jixtieq juri permezz ta’ proċess li hu ma kellu xejn x’jaqsam mar-reat.
  • Tiġi ppreżentata petizzjoni biex jintalab l-intervent tal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn individwi privati, u din tiġi ppreżentatata minn waħda mill-partijiet involuti jew mit-tnejn li huma. Wara talba għal intervent uffiċjali, l-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi jistieden lill-partijiet biex jattendu laqgħa bl-għan li jsir tentattiv favur konċiljazzjoni u jitfassal rapport. Jekk jiġi stabbilit li twettaq reat, l-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi jrid jinforma lill-awtoritajiet ġudizzjarji, jekk dan ikun reat azzjonabbli pubblikament; jekk ikun reat azzjonabbli permezz ta’ kwerela, dan jista’, fuq talba, ifittex soluzzjoni preliminari għat-tilwima, li ma tippreġudikax id-dritt sussegwenti tiegħek li tippreżenta kwerela.

Rapporti, kwereli u petizzjonijiet iridu jiġu ppreżentati fl-uffiċċji ta’ fergħa tal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi (kwartieri ġenerali provinċjali tal-pulizija, għasses tal-pulizija lokali u uffiċċji tal-pulizija militari (Carabinieri)). Rapport jew petizzjoni jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-prosekutur pubbliku wkoll.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Wara li tkun ippreżentajt rapport, int tiġi pprovdut(a) b’informazzjoni dwar: l-awtoritajiet li tista’ tikkuntattja jekk tixtieq tikseb informazzjoni dwar il-kawża, ir-rwol li int ser taqdi fl-investigazzjoni u fil-proċess, id-dritt tiegħek li tiġi mgħarraf/mgħarrfa bid-data u bil-post tal-proċess u dwar l-akkuża, u, jekk tingħaqad fi proċedimenti magħquda bħala parti ċivili, id-dritt tiegħek li tirċievi notifika tas-sentenza, inkluż bħala sommarju. Barra minn hekk, int tista’ tirċievi aġġornamenti dwar l-istatus tal-proċedimenti u tal-entrati fir-Reġistru Uffiċjali tar-Reati Rapportati; tiġi avżat(a) dwar kwalunkwe talba biex tingħalaq il-kawża, kif tikkontesta kwalunkwe ksur ta’ drittijietek; u tista’ taqbel dwar soluzzjoni għall-każ billi tirtira l-ilment, fejn possibbli, jew permezz ta’ medjazzjoni (Artikolu 90bis tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Codice di procedura penale jew c.p.p.)).

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Wara l-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, int tiġi pprovdut(a), f’lingwa li tifhem, bl-informazzjoni relatata mal-intitolament tiegħek għal pariri legali u għal għajnuna legali, imħallsa mill-Istat Taljan (Artikolu 90-bis). Int tista’ tippreżenta applikazzjoni għal għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat skont ir-regolamenti stabbiliti bil-liġi dwar l-għajnuna għal dawk anqas privileġġjati (Artikolu 98 c.p.p.). Int tista’ taċċessa wkoll għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat jekk l-introjtu tiegħek ma jaqbiżx il-limitu previst mil-liġi. Biex tkun eliġibbli għal għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat, trid tippreżenta l-applikazzjoni rilevanti quddiem il-qorti tal-prim’istanza, fil-perjodu li jiġi eżatt wara dak tal-preżentata tar-rapport. Malli jitlesta l-ewwel stadju tal-proċedimenti li l-avukat tad-difiża għandu d-dritt li jattendi għalih, u, fi kwalunkwe każ, qabel l-istedina għall-interrogazzjoni, jew, mhux aktar tard minn meta ssir in-notifika li ġew konklużi l-investigazzjonijiet preliminari, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jrid jinnotifika lill-individwu investigat bil-miktub li nħatarlu avukat tad-difiża mill-qorti, għaliex inkella kwalunkwe att sussegwenti jkun null u bla effett (Artikolu 369bis c.p.p.).

Din in-notifika jrid ikun fiha:

a) l-informazzjoni li hu obbligatorju li wieħed ikollu avukat professjonist għad-difiża fi proċedimenti kriminali, b’informazzjoni dwar id-drittijiet mogħtija bil-liġi lil individwu investigat;

b) l-isem tal-avukat tad-difiża maħtur mill-qorti, l-indirizz u n-numru tat-telefown tiegħu;

c) informazzjoni dwar id-dritt tal-akkużat li jinnomina l-avukat tad-difiża tiegħu stess, bil-parir li, jekk ma jagħmilx dan, dan ikun rappreżentat matul l-investigazzjoni mill-avukat imqabbad mill-qorti;

d) l-indikazzjoni li hu ser ikollu jħallas lill-avukat tad-difiża tiegħu mqabbad mill-qorti, jekk hu ma jissodisfax ir-rekwiżiti biex jikseb għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat, u t-twissija li jekk hu jiġi ddikjarat insolventi, jinfetħu proċedimenti ta’ infurzar;

d-bis) informazzjoni relatata mad-dritt għal interpretu u għat-traduzzjoni ta’ dokumenti importanti;

e) informazzjoni relatata mar-rekwiżiti għall-eliġibbiltà għal għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat.

L-għajnuna legali mingħajr ħlas hi istituzzjoni bbażata fuq id-dritt għad-difiża mnaqqax fl-Artikolu 24 tal-Kostituzzjoni Taljana, li fuq il-bażi tiegħu kulħadd ikollu d-dritt għal assistenza fi kwalunkwe stadju u fi kwalunkwe livell tas-sistema ġudizzjarja, u jippermetti biex il-persuni f’diffikultajiet finanzjarji mhux talli jiksbu, bl-ispejjeż tal-Istat, l-assistenza ta’ avukat u ta’ speċjalisti, inkluż ta’ konsulenti tekniċi, iżda lanqas ma jkollhom iħallsu l-ispejjeż tal-qorti. L-għajnuna legali mingħajr ħlas hi disponibbli għal kawżi kriminali u għal kawżi ċivili marbuta ma’ kawżi kriminali, għal azzjonijiet supplimentari bħall-proċedimenti ta’ infurzar kriminali, tas-sigurtà, ta’ prevenzjoni u ta’ sorveljanza, u finalment għal kawżi ċivili li joriġinaw minn proċedimenti kriminali.

L-eliġibbiltà biex tiġi aċċessata l-għajnuna legali mingħajr ħlas mhix disponibbli għaċ-ċittadini Taljani biss, iżda anki għal ċittadini barranin, anki jekk dawn ikunu soġġetti għal proċedimenti amministrattivi ta’ tkeċċija, ma jkunux residenti fl-Italja jew ikunu apolidi li jgħixu fl-Italja.

Il-partijiet kollha għall-proċedimenti jistgħu japplikaw għal għajnuna legali b'xejn, iżda jekk int vittma ta’ ċerti reati sesswali, ma jkunux japplikaw il-limiti tal-introjtu stipulati mil-liġi.

L-Istat jipproteġi wkoll lil minorenni, li jistgħu jiksbu għajnuna legali mingħajr ħlas, u hekk ukoll il-persuni li jkunu s-suġġett ta’ investigazzjonijiet preliminari jekk jiġu arrestati, detenuti jew soġġetti għal miżuri ta’ detenzjoni qabel il-proċess.

Biex tkun eliġibbli għall-għajnuna legali mingħajr ħlas, l-introjtu tiegħek ma jistax ikun aktar mill-massimu stipulat bil-liġi, ekwivalenti għal EUR 11 369.24, b’kunsiderazzjoni ta’ żieda ta’ EUR 1 032.90 għal kull persuna oħra li tgħix miegħek.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

L-għajnuna legali mingħajr ħlas, istituzzjoni bbażata fuq id-dritt għad-difiża mnaqqax fl-Artikolu 24 tal-Kostituzzjoni Taljana, tippermetti lil kull min jissodisfa r-rekwiżiti (b’rabta maċ-ċirkustanzi ta’ diffikultà finanzjarja) għal assistenza fi kwalunkwe stadju u fi kwalunkwe livell tas-sistema ġudizzjarja, mingħand avukat u speċjalisti, inklużi konsulenti tekniċi, bl-ispejjeż tal-Istat; din tippermetti wkoll għal eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Jekk int tippreżenta kontestazzjoni għal talba ta’ għeluq tal-kawża, int tkun qed titlob biex ikomplu l-investigazzjonijiet preliminari. Int trid tiddeċiedi s-suġġett tal-investigazzjoni ulterjuri u tal-elementi korrispondenti tax-xhieda, għaliex inkella l-oppożizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli. Jekk l-oppożizzjoni tiegħek tkun inammissibbli u l-avviż tar-reat ikun infondat, l-imħallef jordna l-għeluq tal-kawża permezz ta’ digriet motivat, u jirritorna d-dokumenti lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika. Jekk it-talba ma tiġix aċċettata, l-imħallef jiffissa data għas-smigħ fl-awli għalik u għall-persuna investigata, filwaqt li jinforma lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika dwar dan. L-imħallef jinforma wkoll lill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell (Corte di Appello) li ġiet skedata s-seduta. Wara s-seduta, l-imħallef, jekk iqis li hemm bżonn li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri, jindika dan permezz ta’ ordni lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, filwaqt li jiffissa skadenza mhux negozjabbli li sa din iridu jitlestew dawn l-investigazzjonijiet. Jekk l-imħallef ma jaċċettax it-talba biex tingħalaq il-kawża, hu jordna lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika biex jifformula akkuża fi żmien għaxart ijiem. Fi żmien jumejn mill-ħruġ tal-akkuża, l-imħallef joħroġ digriet biex jiskeda s-seduta preliminari.

Jekk int vittma ta’ reat vjolenti kontra l-persuna, barra minn dan, int dejjem ikollok id-dritt li tiġi informat(a) jekk issir talba biex tingħalaq il-kawża, anki jekk int ma titlobx li tiġi informat(a) b’mod espliċitu, u jkollok 20 jum minn meta tirċievi din in-notifika biex tara d-dokumenti u tippreżenta rikors motivat għat-tkomplija tal-investigazzjonijiet preliminari (l-Artikolu 408(3-bis) c.p.p.).

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Bħala l-vittma tar-reat, int tista’ tinnomina avukat biex jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilek. Biex tiżgura li int tirċievi l-komunikazzjonijiet li int intitolat(a) għalihom skont il-liġi, u biex teżerċita drittijiet speċifiċi, int trid tiddikjara u tindika indirizz għan-notifika. Int trid tikkomunika wkoll kwalunkwe tibdil f’dan l-indirizz matul il-proċedimenti kriminali. Jekk int innominajt avukat, ma għandekx bżonn tipprovdi din l-informazzjoni, billi n-notifiki kollha jintbagħtu lilu.

Int għandek id-dritt li tippreżenta talbiet u tindika elementi tax-xhieda, kemm matul l-istadju tal-investigazzjoni kif ukoll matul il-proċess (Artikolu 90bis c.p.p.). Int tista’ tivverifika wkoll l-entrati fir-Reġistru Uffiċjal tar-Reati Rapportati (Artikolu 335 c.p.p.). Trid tiġi informat(a) meta jitlestew il-perizji, li ma jistgħux jiġu ripetuti (Artikolu 360 c.p.p.). Int tista’ tagħmel ukoll talba lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika għall-kumpilazzjoni fis-seduta ta’ qabel il-proċess. Tista’ titlob li tiġi notifikat(a) dwar kwalunkwe talba għal differiment tal-investigazzjonijiet jew għall-għeluq tal-kawża, kemm minnufih meta tagħmel ir-rapport kif ukoll wara dan. Int trid titlob b’mod speċifiku biex tiġi informat(a) dwar talba għal differiment tal-investigazzjonijiet (Artikolu 406 c.p.p) u dwar talba għall-għeluq tal-kawża (Artikolu 408 c.p.p.). Meta jsir proċess, int ikollok id-dritt li tiġi informat dwar il-post, d-data u l-ħin tal-ewwel seduta; għas-seduti sussegwenti, int ma tiġix notifikat(a) u trid tikseb id-dati għall-aġġornamenti int stess mill-qorti tal-prim’istanza. M’għandekx l-obbligu li tattendi għas-seduti, ħlief meta jkollok titla’ tixhed. Ladarba jiġu konklużi l-investigazzjonijiet, int ikollok id-dritt li tara d-dokumenti kollha relatati mal-kawża u li tagħmel kopji ta’ dawn. Madankollu, meta jkunu għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet, int ma tistax tagħmel dan, bħala regola, għad li s-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jista’ jawtorizza li jsir hekk jekk ikun hemm raġunijiet speċjali għall-interess.

Meta jsir proċess kriminali u int tkun affettwat(a) mir-reat imwettaq, int tista’ titlob kumpens u biex tieħu sehem fil-proċess, billi tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien meqjus(a) jew nista’ nagħżel li nkun meqjus(a) bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Il-vittma, bħala l-persuna affettwata mir-reat, għandha d-drittijiet kollha indikati hawn fuq. Barra minn hekk, int tista’ tinstema’ bħala xhud fil-proċess u, jekk ikollok id-dritt għal kumpens għall-ħsara kkawżata mir-reat, int tista’ tiftaħ kawża ċivili fil-proċess kriminali billi tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Mingħajr ħsara għal dak li hu stipulat hawn fuq b'rabta mad-drittijiet u mal-interessi tiegħek bħala l-parti vittma ta’ reat, jekk int taġixxi wkoll bħala xhud, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

Bħala xhud, int trid tidher quddiem l-imħallef u ssegwi l-istruzzjonijiet mogħtija lilek minnu rigward ir-rekwiżiti proċedurali, u twieġeb għall-mistoqsijiet indirizzati lilek b’mod veritier. M’għandekx l-obbligu li tikxef xi ħaġa li tista’ twassal għal prosekuzzjoni kriminali kontrik. Jekk dakinhar tas-seduta tinqala’ problema li tagħmilhielek impossibbli li tattendi, int trid tgħarraf dwar dan fil-ħin, filwaqt li tindika r-raġuni għall-assenza tiegħek. F’dan il-każ, jekk l-imħallef li l-assistenza tiegħek hi ġustifikata, dan joħroġ taħrika oħra għal seduta sussegwenti. Jekk int tiġi mħarrek/mħarrka diversi drabi u tibqa’ ma tidhirx, mingħajr ma tagħti raġuni leġittima, tista’ tingħata skorta obbligatorja u jaf ikollok tħallas ukoll multa lill-Uffiċċju tal-Multi (cassa delle ammende) u l-ispejjeż imġarrba min-nuqqas ta’ dehra tiegħek, skont it-tifsira tal-Artikolu 133 c.p.p. Int obbligat(a) twieġeb għall-mistoqsijiet indirizzati lilek b’mod veritier. L-Artikolu 372 c.p.p. fih dispożizzjonijiet li jippenalizzaw lil xhieda li jirrifjutaw milli jwieġbu, jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz jew ma jiddikjarawx dak li jafu. Jekk ma tridx tixhed jew ma tikkooperax bħala xhud, tista’ tingħata l-piena tal-ħabs. Xhud ma jistax jiġi detenut matul seduta. Jekk tirtira dikjarazzjoni falza, jew tikkonferma l-verità, qabel ma tinqata’ s-sentenza, ma tistax tiġi akkużat(a) b’reat. Ma tiġġarrab ebda piena jekk tixhed falz biex issalva lilek innifsek jew lil qarib tiegħek minn kundanna kriminali (Artikolu 384 c.p.p.).

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int, bħala l-vittma tar-reat, tista’ tidher bħala xhud ukoll. Id-dikjarazzjonijiet tiegħek jistgħu jintużaw bħala evidenza biex tiġi kkundannata l-persuna akkużata, jekk meta soġġetti għall-iskrutinju dawn ikollhom kredibilità oġġettiva kif ukoll suġġettiva. L-imħallef jista’ jevalwa x-xhieda tiegħek liberament u jista’ jkun ukoll li l-evidenza tiegħek biss li tifforma l-bażi għall-kundanna tal-persuna akkużata. Trid tgħid il-verità, għad li m’għandekx l-obbligu li tinkrimina lilek innifsek (id-dritt għal silenzju). Qraba tal-persuna akkużata mhumiex obbligati li jidhru bħala xhieda, sakemm huma nfushom ma jippreżentawx ir-rapport jew il-kwerela, jew f’każijiet li fihom huma jew qarib ikunu l-vittma tar-reat li jkun is-suġġett tal-proċedimenti. Int tista’ tirrifjuta wkoll milli twieġeb mistoqsijiet li jistgħu jikxfu sigriet professjonali. Jekk tagħmel dikjarazzjonijiet matul l-investigazzjonijiet preliminari, int tkun intitolat(a) għal diversi miżuri protettivi.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

(Ara aktar ’il fuq)

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jdaħħal minnufih, fir-reġistru xieraq miżmum mill-uffiċċju tiegħek, avviż ta’ kwalunkwe reat li jkun sar konxju tiegħu, jew li jkun skopra fuq inizjattiva tiegħu stess, u fl-istess ħin, jew malli jkun disponibbli, l-isem tal-persuna li hi suspettata li wettqet ir-reat. Jekk, matul l-investigazzjonijiet preliminari, il-karatterizzazzjoni legali tal-inċident tinbidel, jew jintwera li d-dettalji huma differenti, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jaġġorna l-entrati. L-entrati jiġu komunikati lill-persuna akkużata bir-reat, lilek bħala l-vittma u lill-avukati rispettivi, jekk jintalab li jsir hekk. Meta ssir talba għal informazzjoni dwar entrati fir-Reġistru Uffiċjali ta’ Reati Rapportati, is-segretarjat tal-Prosekutur Pubbliku jipprovdi l-informazzjoni mitluba, jekk jeżistu t-tali entrati u ma jkun hemm xejn x’jipprevjeni rispons. Inkella, dan jiddikjara li ma hemm l-ebda entrata li dwarha tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni. Jekk ikun hemm rekwiżiti speċifiċi rilevanti għall-investigazzjonijiet, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, meta jiġi biex jiddeċiedi jekk jilqax it-talba, jista’ jordna, permezz ta’ digriet motivat, li l-entrati jibqgħu sigrieti għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur, u li ma jistax jiġi estiż (l-Artikolu 335 c.p.p.).

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, jekk ma jkunx se jitlob l-għeluq tal-proċedimenti, meta l-kawża tkun tikkonċerna abbuż ta’ membri tal-familja u ta’ sħab jew stalking, jinnotifika lir-rappreżentant legali tiegħek ukoll jew, jekk ma jkollokx wieħed, lilek stess, li l-investigazzjonijiet preliminari ġew konklużi (l-Artikolu 415-bis c.p.p.).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Hi biss vittma li tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili li jkollha dritt awtonomu li tappella, u fi kwalunkwe każ dan ikun limitat għall-protezzjoni tal-interessi ċivili tiegħek stess.

Skont il-Liġi Taljana Nru 46/2006, parti ċivili ma jibqax ikollha dritt ġenerali li tappella; int tista’ tappella biss quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni (Corte di Cassazione).

Int tista’ tippreżenta appell fil-każijiet li ġejjin:

  • kontra aspetti tal-kundanna relatati mal-kawża ċivili;
  • kontra sentenza ta’ ħelsien rigward aspetti ċivili tal-kawża biss;
  • kontra aspetti tas-sentenza li jikkonċernaw id-dritt tiegħek għad-danni u għall-ispejjeż.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

F’termini ta’ rieżami, jekk int, bħala vittma, isseħibt bħala parti ċivili, il-proċess li jiġi konkluż fis-sentenza li tixtieq titlob rieżami tagħha, int intitolat(a), ladarba jibda l-istadju tas-smigħ, li tintervjeni rigward l-ammissibbiltà tat-talba nfisha. Dan japplika anki f’każijiet li fihom int tkun ftaħt appell straordinarju kontra sentenza fuq talba tal-partijiet, filwaqt li jiġi rikonoxxut f’sentenza speċjali li hu possibbli li titlob u tikseb sentenza li t-trasgressur jrodd lura l-ispejjeż legali.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 9 tal-11 ta’ Frar 2015 jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Nru 2011/99/UE, li hi bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u tirregola l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni biex jiġi garantit li l-miżuri adottati għall-protezzjoni ta’ persuna kontra att kriminali, li jista’ jagħmel ħsara lil dik il-persuna jew jipperikolalha ħajjitha, is-saħħa fiżika jew mentali tagħha, id-dinjità tagħha, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha, jinżammu anki f’każ li l-persuna tmur tgħix fi Stat Membru ieħor. Id-Direttiva tispeċifika li ordni Ewropea ta' protezzjoni tista’ tinħareġ biss meta qabel tkun ġiet adottata miżura ta’ protezzjoni fl-Istat mittenti, li timponi fuq il-persuna li tikkawża ħsara waħda jew aktar minn fost dawn il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet li ġejjin: projbizzjoni milli tidħol f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirresjedi jew iżżur il-persuna protetta; projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt mal-persuna protetta; projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-avviċinament tal-persuna protetta f’distanza iqsar minn dik stipulata. Malli tirċievi ordni Ewropea ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, mingħajr dewmien żejjed, irid jirrikonoxxi dik l-ordni u jadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont id-dritt nazzjonali tiegħu f’każ simili biex jiżgura l-protezzjoni tal-persuna protetta.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jinstab ħati?

Ladarba jiġu konklużi d-deliberazzjonijiet, l-imħallef li jippresjedi jabbozza u jiffirma l-parti operattiva tas-sentenza u jitfassal sommarju konċiż tar-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi li fuqhom hi bbażata s-sentenza. Is-sentenza ssir pubblika matul is-seduta b'qari tal-parti operattiva tagħha. Il-qari tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u tal-parti operattiva tas-sentenza hu ekwivalenti għal notifika tas-sentenza għall-partijiet preżenti matul is-seduta jew li għandhom ikunu hemm. L-imħallef jiddikjara kundanna jekk l-akkużat jinstab ħati tar-reat mingħajr ebda dubju raġonevoli. Bis-sentenza, l-imħallef jispjega s-sentenza imposta u kwalunkwe miżura ta’ prevenzjoni (misure di sicurezza). Jekk it-trasgressur ikkundannat ikun insolventi, l-imħallef jordna lir-rappreżentant ċivili tiegħu jħallas il-penali finanzjarja. Barra minn hekk, l-imħallef jordna lit-trasgressur ikkundannat biex iħallas l-ispejjeż tal-proċess. Il-pubblikazzjoni tal-kundanna fil-gazzetti tiġi ordnata mill-imħallef fuq talba tal-parti ċivili u sseħħ bl-ispejjeż tat-trasgressur ikkundannat, u jekk ikun hemm bżonn tar-rappreżentant ċivili tiegħu wkoll.

Is-sentenza jkun fiha:

  1. l-intestatura “in nome del popolo italiano” [“f’isem il-poplu Taljan”] u indikazzjoni tal-awtorità li toħroġha;
  2. id-dettalji personali tat-trasgressur u informazzjoni personali oħra li sservi biex jiġi identifikat u dettalji ġenerali tal-partijiet privati l-oħra għall-kawża;
  3. l-akkuża;
  4. indikazzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet;
  5. spjegazzjoni konċiża tar-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi li fuqhom hi bbażata d-deċiżjoni, b’indikazzjoni tal-evidenza li tifforma l-bażi tad-deċiżjoni u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex l-imħallef iqis li l-evidenza kuntrarja mhix affidabbli;
  6. il-parti operattiva, b’indikazzjoni tal-artikoli tal-istatuti applikati;
  7. id-data u l-firma tal-imħallef.

Is-sentenza tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti wara l-pubblikazzjoni. Jekk din ma tiġix ippubblikata fi żmien tletin jum, jew, soġġetta għal skadenza oħra, li ma taqbiżx id-90 jum mill-ħruġ tagħha, notifika li nqatgħet is-sentenza tiġi komunikata lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika u lill-partijiet privati li jkollhom dritt li jappellaw, kif ukoll lill-avukat tad-difiża tat-trasgressur meta tinqata’ s-sentenza.

Niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

L-Artikolu 90-ter tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Codice di procedura penale) jistabbilixxi li, għal reati vjolenti kontra l-persuna, int trid tiġi informat(a) minnufih, jekk tkun tlabt hekk, dwar it-tħejjijiet għar-rilaxx jew għat-terminazzjoni ta’ ordni ta’ detenzjoni, u jekk l-imputat jaħrab mid-detenzjoni ta’ qabel il-proċess jew mill-ħabs, u jekk it-trasgressur sentenzjat jonqos milli jikkonforma b’mod deliberat.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

Mhix prattika ġenerali li l-vittma tiġi kkonsultata qabel jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

It-twettiq ta’ reat u kundanna sussegwenti jfissru li l-parti vittma ta’ reat tista’ tfittex għad-danni. Il-liġi Taljana tipprovdi żewġ modi kif int tista’ tikseb kumpens għad-dannu li ġarrabt:

  • Int tista’ tissieħeb fil-proċedimenti kriminali kontra t-trasgressur bħala parti ċivili.
  • Int tista’ tiftaħ kawża ċivili indipendenti.

Din hi għażla tiegħek, billi l-leġiżlazzjoni tħalli ż-żewġ proċedimenti separati: il-proċedimenti kriminali u l-proċedimenti ċivili.

Hu biss fuq talba li l-kawża tmur quddiem il-qorti, jew meta imputat jintbagħat biex jitqiegħed taħt att ta’ akkuża (f’seduta), li int tkun tista’ tiġi assistit(a) mill-avukat tiegħek, tissieħeb f’kawża ċivili u b'hekk issir parti effettiva għall-proċedimenti, bid-drittijiet sħaħ tar-rappreżentazzjoni. Meta taqta’ s-sentenza, il-qorti kriminali tagħtik somma, l-hekk imsejħa għotja interim, li tkun eżegwibbli minnufih, b’riferiment għad-deċiżjoni dwar l-ammont totali u finali ta’ kumpens lil qorti ċivili, li għandu jiġi stabbilit biss wara li s-sentenza kriminali tkun saret res judicata.

Bħala alternattiva għas-sħubija fi proċedimenti bħala parti ċivili, int tista’ tiftaħ kawża ċivili indipendenti biex titlob kumpens għad-dannu li ġarrabt minħabba l-imġiba tat-trasgressur.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni danni / kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Meta l-qorti tordna lit-trasgressur biex iħallas għall-korrimenti jew għad-danni kkawżati lil vittma li tkun issieħbet fi proċedimenti bħala parti ċivili, din tista’ tagħmel tliet affarijiet: issib soluzzjoni għad-danni, tagħmel ordni ġenerali għall-kumpens jew tordna l-ħlas ta’ somma interim. 
L-aħjar ħaġa għall-vittma tkun jekk is-sentenza tordna l-ħlas finali tad-danni: f’dak il-każ, fil-fatt, ikun possibbli li t-trasgressur jiġi informat bis-sentenza u bl-ordni ta’ ħlas (atto di precetto - avviż tal-ħlas li jrid jinħareġ qabel ma jibdew il-proċedimenti ta’ infurzar), u b'hekk jiġi ordnat il-ħlas tal-ammont dovut, u jittieħed l-ewwel pass neċessarju għall-ħruġ ta’ miżuri ta’ infurzar f’każ ta’ nuqqas persistenti min-naħa tat-trasgressur li jħallas (f’liema każ dejjem ikun rakkomandat li jsiru inkjesti preliminari dwar l-assi li jistgħu jintalbu).

Sakemm l-għoti ta’ kumpens ma ġiex iddikjarat bħala eżegwibbli b’mod proviżorju u espliċitu, l-infurzar ikun kundizzjonali għall-finalità tas-sentenza, jiġifieri għan-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ appell sal-iskadenza.

Għaldaqstant, l-ordni ta’ ħlas tista’ tiġi komunikata flimkien mas-sentenza, inkluż f’każijiet fejn din tal-aħħar tordna l-ħlas ta’ għotja interim li, barra minn hekk, dejjem tiġi ddikjarata bħala eżegwibbli minnufih. Madankollu, dan mhux dejjem ikun sodisfaċenti f’għajnejn il-vittma. Għaldaqstant, jekk tqis li dan ma jkunx suffiċjenti, int trid tiftaħ kawża ċivili indipendenti, li permezz tagħha kwalunkwe ħsara residwa tista’ tiġi verifikata u tiġi imposta penali differenti ġdida fuq it-trasgressur.

Il-proċedimenti ċivili dejjem ikunu neċessarji fit-tielet xenarju possibbli, li fih il-qorti kriminali sempliċiment toħroġ ordni ġenerali biex it-trasgressur iħallas kumpens, bla ma tiffissa l-ammont, minħabba li jkun hemm nuqqas ta’ evidenza f’dan ir-rigward.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

Fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/80/KE, implimentata fl-Italja permezz tad-dispożizzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq, l-Istat irid jiggarantixxi liċ-ċittadini u lil dawk li mhumiex ċittadini u li huma vittmi ta’ reat vjolenti intenzjonat (qtil, ħsara fiżika serja intenzjonata, attakk sesswali), imwettaq fit-territorju Taljan, kumpens ġust u xieraq, kull meta t-trasgressur ma jiġix identifikat jew ma jitressaqx quddiem il-ġustizzja, jew, fi kwalunkwe każ, ma jkollux ir-riżorsi finanzjarji biex jikkumpensa lill-vittmi għad-dannu li kkawżalhom, jew, jekk il-vittma tkun mietet, lill-familja tagħha.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

(Ara aktar ’il fuq)

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Jekk l-imputat jinstab li hu innoċenti fi proċedimenti kriminali, dan ma jżommokx milli tiftaħ kawża għal kumpens fil-qrati ċivili, sakemm ma tkunx irrinunzjajt għal dan id-dritt billi ssiħibt fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili.

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Jekk tissieħeb fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili biex titlob ħlas lura u kumpens għad-danni, malli taqta’ s-sentenza l-qorti tiddeċiedi wkoll dwar l-aspetti ċivili tal-kawża, skont l-Artikolu 533 c.p.p. F’każijiet li fihom ikun hemm evidenza li d-dannu ġġarrab minħabba r-reat (an debeatur) iżda mhux kemm (quantum debeatur), il-qorti toħroġ deċiżjoni ġenerika b'rabta mar-responsabbiltà ċivili u tirreferi lill-partijiet għal qorti ċivili biex jiġi stabbilit l-ammont (l-Artikolu 539 c.p.p.). Madankollu, parti ċivili tista’ titlob lill-qorti kriminali għal għotja interim, fi ħdan il-limiti tad-dannu diġà ssostanzjat bl-evidenza. B’mod aktar preċiż, id-deċiżjoni proviżorja tordna lit-trasgressur u lir-rappreżentant ċivili tiegħu biex iħallas somma bħala kumpens għad-danni qabel ma jsir il-kalkolu definittiv ta’ dawn, u din tkun eżegwibbli minnufih. Jekk strument li, fuq talba speċifika tiegħek, jipprovdi ġustifikazzjoni biex it-trasgressur jiġi ordnat iħallas somma interim, meta l-qorti tqis li diġà jkun hemm evidenza konkreta ta’ responsabbiltà, limitata għall-ammont li fir-rigward tiegħu tingħata s-somma interim; fil-fatt, anki fi proċedimenti kriminali, “m’hemmx bżonn, għall-finijiet ta’ kalkolu tas-somma interim, li tiġi pprovduta evidenza tal-ammont tad-danni stess, iżda jkun biżżejjed li jkun hemm ċertezza li t-tali danni seħħew, sas-somma mogħtija (diviżjoni kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni, Nru 12634/2001).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Wara l-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, bħala l-parti vittma ta’ reat int tiġi pprovdut(a), f’lingwa li tista’ tifhem, b’informazzjoni relatata ma’: faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fiż-żona lokali, faċilitajiet residenzjali, ċentri ta’ rifuġju u ta’ kenn. Jekk il-vittmi jinkludu minorenni, il-qorti tal-minorenni trid tiġi informata biex tivvaluta s-sitwazzjoni u l-miżuri ta’ protezzjoni. Jekk titlob hekk, l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi jkollhom id-dmir li jdaħħluk f’kuntatt, fi kwalunkwe ħin, mal-organizzazzjonijiet li ġejjin:

  • servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi
  • awtoritajiet speċjalizzati fl-appoġġ legali
  • Kunsilli tal-avukatura (Consigli dell’Ordine)
  • organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs)
  • kliniki legali ‑ dipartimenti tal-mediċina forensika
  • awtoritajiet statali involuti fl-appoġġ legali (Ministeru tal-Ġustizzja, Ministeru tal-Intern)

Organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi

organizzazzjonijiet nongovernattivi ‑ Assoċjazzjonijiet involuti fl-għoti ta’ appoġġ legali lill-vittmi ta’ reat

  1. Trade unions: Konfederazzjoni Ġenerali Taljana tax-Xogħol (Confederazione Generale Italiana del Lavoro; CGIL) - Konfederazzjoni Taljana ta’ Trade Unions tal-Ħaddiema (Confederazione Italiana Sindacati Lavoratori; CISL) ‑ Għaqda Taljana tax-Xogħol (Unione Italiana del Lavoro; UIL)
  2. L-assoċjazzjoni Libera [organizzazzjoni kontra l-mafja] - 0832 683429‑683430
  3. Ċentru ta’ rifuġju għan-nisa f’Ruma - 06 6840 172006
  4. L-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur
  5. Netwerk nazzjonali ta’ assoċjazzjonijiet għad-drittijiet tal-anzjani (Associazioni per i Diritti degli Anziani; ADA) - 06 48907327
  6. In-netwerk Dafne (appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza) - 011 5683686

Linja Telefonika għall-Għajnuna Kontra t-Traffikar - 800 290 290

Linja Telefonika għall-Għajnuna Kontra l-Vjolenza - 1522

Linja Telefonika għall-Għajnuna Kontra d-Diskriminazzjoni - 800 90 10 10

Linja telefonika għall-għajnuna għall-vittmi ta’ mutilazzjoni ġenitali - 800 300 558

Linja telefonika għall-għajnuna għall-vittmi ta’ terroriżmu u ta’ kriminalità organizzata - 06.46548373 - 06.46548374 - 06.46548375

Linja telefonika għall-għajnuna għall-vittmi ta’ reati relatati mal-mafja - 800 191 000

Linja telefonika għall-għajnuna għall-vittmi ta’ estorsjoni u ta’ użura - 800 -999 -000

Linja telefonika għall-għajnuna bil-lingwi kollha għar-rapportar ta’ inċidenti ta’ diskriminazzjoni u ta’ razziżmu - 800 90 10 10

Linja Telefonika ta’ Emerġenza għall-minorenni - 114

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand l-awtoritajiet jew is-servizzi tal-Istat?

Reati mwettqa bi vjolenza jistgħu jħallu effetti trawmatiċi fuq il-vittma, u b’hekk tista’ tfittex l-assistenza mingħand is-servizzi pubbliċi xierqa pprovduti mill-awtorità lokali tas-saħħa (Azienda Sanitaria Locale; ASL), bħaċ-ċentri ta’ konsulenza għall-familja (consultorio familiare), u mill-muniċipalità lokali (servizzi soċjali). Jekk il-vittmi jinkludu minorenni, il-qorti tal-minorenni trid tiġi informata biex tivvaluta s-sitwazzjoni u l-miżuri ta’ protezzjoni. Jekk int titlob hekk, l-awtoritajiet tal-pulizija (pulizija militari (Carabinieri), pulizija tal-istat, pulizija muniċipali, eċċ.) ikollhom id-dmir li jdaħħluk f’kuntatt, fi kwalunkwe waqt, mal-organizzazzjonijiet li ġejjin: Xi ċentri ta’ rifuġju għandhom djar sikuri li fihom, f’każijiet aktar serji, tista’ ssib kenn biex taħrab minn vjolenza ulterjuri. Biex tikseb informazzjoni u/jew tidħol f’kuntatt maċ-ċentri ta’ rifuġju fiż-żona tiegħek, tista’ ċċempel ukoll fuq in-numru tat-telefown mingħajr ħlas 1522, immexxi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Taljan. Jekk tinsab f’diffikultajiet personali, int tista’ titlob ukoll l-assistenza ta’ amministratur tal-appoġġ (Amministratore di Sostegno), individwu li jaħdem taħt it-tmexxija tat-Taqsima tat-Tutela tal-Qorti Ċivili u li għandu r-responsabbiltà li jassisti lill-individwi, mingħajr ħlas, li jsibu lilhom infushom f’diffikultajiet, inklużi diffikultajiet temporanji, biex jipprovdi għall-bżonnijiet tagħhom. Int tista’ tippreżenta talba direttament lill-Qorti Ċivili jew tispjega d-diffikultajiet tiegħek lis-servizzi soċjali tal-muniċipalità lokali, biex dawn ikunu jistgħu jinformaw lill-uffiċċju tal-affarijiet ċivili tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika, li jista’ jordna t-teħid ta’ azzjoni f’ismek.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

L-organizzazzjonijiet nongovernattivi jipprovdu tipi differenti ta’ appoġġ, inkluż appoġġ psikoloġiku, akkomodazzjoni temporanja f'faċilitajiet bħal ċentri ta’ rifuġju, appoġġ legali u pariri, appoġġ materjali, jipprovdu għall-bżonnijiet ta' kuljum, eċċ.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Ċipru


Tiġi kkunsidrat bħala vittma ta’ att kriminali, fil-każ li tkun ġarrabt dannu (pereżempju tkun ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek tkun ġarrbet dannu jew insterqet, eċċ.) b’konsegwenza ta’ azzjoni li tikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali. Skont il-liġi, bħala vittma ta’ reat int għandek ċerti drittijiet individwali, qabel, matul u wara l-proċedimenti.

F’Ċipru, il-proċedimenti kriminali jibdew b’inkjesta tal-pulizija rigward ir-reat. Ladarba l-inkjesta tkun tlestiet, il-każ jiġi riferut lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, li jiddeċiedi jagħtix bidu għall-proċedimenti kriminali. Fil-każ li jkun hemm biżżejjed evidenza kontra t-trażgressur allegat, l-Avukat Ġenerali jirreferi l-każ lill-qorti għall-proċess. Wara li tkun eżaminat l-evidenza miġbura, il-qorti tiddeċiedi jekk l-akkużat ikunx ħati u jew tikkundannah inkella tilliberah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni se nieħu mingħand l-awtorità (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) wara li jkun seħħ ir-reat iżda qabel saħansitra nirrapporta r-reat?

Il-Pulizija jinfurmawk, mingħajr dewmien bla bżonn, dwar id-dritt tiegħek li tikseb l-informazzjoni li ġejja dwar:

  1. L-Għassa tal-Pulizija jew id-Dipartiment tal-Pulizija fejn il-vittma tista’ tippreżenta lment;
  2. It-tip ta’ appoġġ li l-vittmi jistgħu jirċievu u mingħand min, inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni bażika dwar l-aċċess għall-appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ speċjalizzat, inkluż appoġġ psikoloġiku, u akkomodazzjoni alternattiva;
  3. kif u taħt liema kundizzjonijiet il-vittmi jingħataw protezzjoni, inklużi l-miżuri ta’ protezzjoni;
  4. kif u taħt liema kundizzjonijiet il-vittmi jistgħu jitolbu kumpens;
  5. kif u taħt liema kundizzjonijiet l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni ta’ vittma fil-proċedimenti kriminali jistgħu jiġu rimborżati;
  6. kif u taħt liema kundizzjonijiet il-vittmi huma intitolati għas-servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni;
  7. il-proċeduri disponibbli biex jiġu ppreżentati l-ilmenti meta d-drittijiet tal-vittmi ma jiġux irrispettati mid-dipartiment involut;
  8. id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-Pulizija li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-każ tiegħek, għal skopijiet ta’ komunikazzjoni.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Jekk inti residenti fi Stat Membru ieħor, il-Pulizija Ċiprijotta tikseb stqarrija ġuramentata mingħandek eżatt wara li tirrapporta r-reat, sabiex tillimita d-diffikultajiet dwar kif tiġi organizzata l-proċedura.

Jekk ir-reat twettaq fir-Repubblika ta’ Ċipru u inti residenti fi Stat Membru ieħor, inti tista’ tirrappurtah lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħek, sa fejn ma tkunx tista’ - jew, fil-każ ta’ reat gravi - ma tkunx lest li tagħmel dan f’Ċipru.

Jekk tippreżenta lment għal reat imwettaq fi Stat Membru ieħor tal-UE lill-Pulizija Ċiprijotta, din tal-aħħar trid tibgħat dak l-ilment lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn twettaq ir-reat, fejn hija ma għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tibda l-proċedimenti.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Meta tirrapporta reat lill-Pulizija, inti tikseb l-informazzjoni li ġejja, skont f’liema stadju tal-proċedura jkun qiegħed l-ilment tiegħek:

  1. id-dettalji tal-uffiċjal tal-pulizija li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-każ tiegħek;
  2. kwalunkwe deċiżjoni ġustifikata għan-nuqqas ta’ proċediment jew għat-tmiem ta’ investigazzjoni jew biex ma jiġix ipproċessat it-trasgressur;
  3. il-ħin u l-post tal-proċess, u n-natura tal-akkużi kontra t-trasgressur;
  4. informazzjoni li tippermettilek li tiġi infurmat dwar il-kors tal-proċedimenti kriminali. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn it-trattament xieraq tal-każ jista’ jiġi affettwat ħażin bid-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni, din tista’ ma tingħatax wara opinjoni motivata tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika ta’ Ċipru.
  5. Informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li tiġi infurmat jekk il-persuna arrestata, ipproċessata jew ikkundannata għar-reat li jirrigwardak, tinħeles jew tkun ħarbet. L-informazzjoni ta’ hawn fuq tista’ ma tingħatax jekk ikun hemm riskju potenzjali jew stabbilit ta’ dannu għat-trasgressur.

Għandi dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni jew ta’ traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk tixtieq tirrapporta reat iżda ma tistax tifhem jew titkellem bil-Grieg, inti tista’ tippreżenta lment b’lingwa li tifhem, bl-assistenza lingwistika neċessarja.

Barra minn hekk, il-Pulizija trid tassigura li inti tiġi offrut:

  • servizzi ta’ interpretazzjoni b’xejn matul l-investigazzjoni jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bil-Grieg;
  • traduzzjoni b’xejn tal-informazzjoni kollha miġbura matul l-investigazzjoni, fuq talba bil-miktub min-naħa tiegħek, sa fejn dik l-informazzjoni tkun essenzjali sabiex inti teżerċita d-drittijiet tiegħek.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

  • Il-Pulizija se tuża lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem sabiex tikkomunika miegħek, billi tqis is-sitwazzjoni personali tiegħek, inkluża kwalunkwe diżabbiltà li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tifhem jew li tinftiehem. Il-komunikazzjoni, kemm orali kif ukoll bil-miktub, għandha tkun f’forma aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltajiet, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-Braille jew il-lingwa tas-sinjali.
  • Jekk inti minorenni taħt it-18-il sena, inti tiġi evalwat abbażi tal-età, il-livell ta’ maturità, il-fehmiet, il-ħtiġijiet u t-tħassib tiegħek, sabiex ikun assigurat li tkun tista’ tifhem u tinftiehem. Il-ġenituri, il-kustodji jew kwalunkwe rappreżentant legali ieħor tiegħek jiġu infurmati dwar kwalunkwe dritt li jista’ jirrigwardak.
  • Fl-ewwel kuntatt tiegħek mal-Pulizija, inti tista’ tiġi akkumpanjat minn persuna tal-għażla tiegħek, ħlief fejn dan ikun detrimentali għall-interessi tiegħek jew għall-kors tal-proċedimenti. Jekk inti persuna b’diżabbiltajiet, inti tista’ tiġi akkumpanjat minn persuna tal-għażla tiegħek matul l-investigazzjoni sħiħa tal-każ.

Barra minn hekk, jekk inti minorenni, l-informazzjoni tingħatalek mis-Servizzi tal-Assistenza Soċjali (fejn ikun meħtieġ, permezz ta’ interpretu) f’lingwaġġ li tista’ tifhem u b’konsiderazzjoni xierqa għall-età u l-livell ta’ maturità tiegħek. Jekk inti persuna b’diżabbiltà, inti tirċievi l-informazzjoni b’mod li tista’ tifhmu (eż. bil-lingwa tas-sinjali).

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

L-organizzazzjonijiet li ġejjin jipprovdu servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi:

  • Is-Servizzi Mediċi,
  • Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali,
  • Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali,
  • Is-Servizz tal-Psikoloġija Edukattiva fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura,
  • Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi

Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali tal-Ministeru tal-Impjiegi, l-Assistenza Soċjali u s-Sigurtà Soċjali joffru appoġġ lil gruppi vulnerabbli, inklużi l-vittmi ta’ kriminalità, billi:

  • Jappoġġaw lill-familja, bil-għan li jippermettu lill-membri tagħha jwettqu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom b’mod effettiv; isolvu tilwim familjari li jhedded l-unità tal-familja; jipproteġu s-sikurezza u l-benesseri tat-tfal; jipprevjenu l-imġiba delinkwenti u l-vjolenza domestika u jinkoraġġixxu r-rijabilitazzjoni ta’ persuni involuti f’imġiba antisoċjali u delinkwenza;
  • Jappoġġaw gruppi vulnerabbli;
  • Jgħinu lill-komunitajiet lokali jidentifikaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċjali tal-gruppi vulnerabbli;
  • Ipoġġu lill-vittmi f’kuntatt ma’ awtoritajiet u NGOs kompetenti oħra li jistgħu jipprovdu servizzi u appoġġ addizzjonali.

Il-pulizija se jirreferuni awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Il-Pulizija jirreferuk għas-servizzi governattivi jew servizzi oħra ta’ appoġġ u assistenza, jekk dan ikun meqjus neċessarju, u jinfurmawk dwar is-servizzi eżistenti msemmija aktar ’il fuq:

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

L-uffiċjali tal-pulizija jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni, il-leġislazzjoni applikabbli u l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Pulizija, li jassiguraw li l-privatezza u l-ħajja tal-familja tiegħek jiġu rrispettati u d-data personali tiegħek tiġi protetta adegwatament.

Skont il-liġi, ismek u l-kontenut tal-istqarrija ġuramentata tiegħek ma jistgħu taħt l-ebda ċirkustanza jiġu ppubblikati jew żvelati b’xi mod.

L-ipproċessar tad-data huwa regolat permezz ta’ leġislazzjoni speċjali, li tassigura l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Iva. Wara li tippreżenta lment lill-Pulizija, is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali jassiguraw li inti tiġi offrut servizzi ta’ appoġġ mingħajr ħlas, skont il-ħtiġijiet tiegħek, inklużi servizzi minn NGOs li jistgħu joffru appoġġ speċjali.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu.

Il-Pulizija jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jipproteġu s-sikurezza tiegħek, speċjalment meta jiġu stabbiliti ħtiġijiet speċjali ta’ protezzjoni. Għalhekk, jiddependi min-natura / ċirkustanzi tar-reat kriminali, is-sitwazzjoni personali tiegħek u kwalunkwe ħtieġa speċjali ta’ protezzjoni, jistgħu jiġu applikati miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni f’diversi fażijiet tal-proċedimenti kriminali, kif ġej:

(1) L-integrazzjoni tal-vittmi fi skemi ta’ protezzjoni tax-xhieda, soġġett għal superviżjoni u kontroll mill-Avukat Ġenerali

B’deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali, inti tista’ tiġi integrat fi skema ta’ protezzjoni tax-xhieda, li tinvolvi miżuri tal-Pulizija sabiex tiġi protetta s-sikurezza personali tiegħek kif ukoll is-sikurezza tal-familja tiegħek, fejn ikun meħtieġ.

(2) Il-protezzjoni tal-vittmi matul l-investigazzjoni kriminali:

Matul l-investigazzjoni kriminali:

  • Inti tiġi interrogat mill-Pulizija mingħajr dewmien bla bżonn eżatt wara li tippreżenta lment;
  • L-għadd ta’ interrogazzjonijiet jinżamm minimu u l-interrogazzjonijiet jitwettqu biss fejn dan ikun assolutament neċessarju għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali.
  • Inti tista’ tiġi akkumpanjat mir-rappreżentant legali tiegħek jew persuna tal-għażla tiegħek, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni motivata kuntrarja fir-rigward ta’ xi waħda jew taż-żewġ persuni;
  • L-eżamijiet mediċi jinżammu minimi u jitwettqu biss fejn dan ikun assolutament neċessarju għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali.

(3) Id-dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni matul il-proċedimenti kriminali:

Jekk tiġi identifikat bħala vittma bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni, ikunu disponibbli għalik l-opzjonijiet li ġejjin:

  • L-interrogazzjonijiet kollha jsiru f’post imfassal jew adattat għal dak il-għan;
  • L-interrogazzjonijiet kollha jitwettqu minn professjonisti mħarrġa adegwatament għal dak il-għan;
  • L-interrogazzjonijiet kollha jitwettqu mill-istess persuna, ħlief fejn dan imur kontra l-amministrazzjoni effettiva tal-ġustizzja, u
  • Jekk inti vittma ta’ vjolenza sesswali, vjolenza sessista jew vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, l-interrogazzjonijiet tiegħek għandhom isiru minn persuna tal-istess sess bħalek, jekk inti tkun tixtieq dan, bil-kundizzjoni li ma jiġix preġudikat il-kors tal-investigazzjoni.

B’mod partikolari:

Jekk inti vittma ta’ vjolenza domestika:

  • ma għandha tiġi permessa l-ebda divulgazzjoni tal-informazzjoni personali fl-istqarrija ġuramentata tiegħek;
  • inti tista’ tiġi riferut għal kenn operat mill-Assoċjazzjoni għall-Prevenzjoni u l-Indirizzar tal-Vjolenza fil-Familja;
  • il-qorti tista’ tordna d-detenzjoni tal-konvenut sakemm il-każ jiġi rinvijat lill-qorti, jew il-ħelsien tiegħu, bil-kundizzjoni li huwa ma jżurx jew jagħti fastidju b’xi mod lil kwalunkwe membru tal-familja tiegħu.

Jekk inti vittma minorenni ta’ abbuż sesswali:

  • l-informazzjoni personali tiegħek ma għandhiex tiġi żvelata fl-istqarrija ġuramentata tiegħek;
  • Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali tal-Ministeru tal-Impjiegi, l-Assistenza Soċjali u s-Sigurtà Soċjali jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jipproteġu s-sikurezza tiegħek, jekk l-interessi tiegħek ikunu f’kunflitt ma’ dawk tal-ġenituri tiegħek.

Jekk inti vittma ta’ traffikar u sfruttament tal-bnedmin:

  • ma għandha tiġi permessa l-ebda divulgazzjoni tal-informazzjoni personali fl-istqarrija ġuramentata tiegħek;
  • Il-każ tiegħek irid jiġi rrappurtat lis-Servizzi tal-Assistenza Soċjali minn kwalunkwe uffiċjal tal-gvern li jkun jaf bis-sitwazzjoni tiegħek - is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali jridu jinfurmawk bid-drittijiet tiegħek;
  • Inti intitolat għal protezzjoni mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament mill-istatus legali tiegħek jew kwalunkwe kooperazzjoni li jista’ jkollok mal-Pulizija.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Il-Pulizija huma primarjament responsabbli biex joffrulek protezzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-Pulizija jikkooperaw ma’ korpi kompetenti oħra tas-settur pubbliku jew privat sabiex jassiguraw li inti tkun protett b’mod effettiv.

Hemm xi ħadd li se jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Il-Pulizija se jivvalutaw il-każ tiegħek sabiex:

(a) jidentifikaw kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni, u

(b) jistabbilixxu jekk u sa fejn għandek tibbenefika minn miżuri speċjali matul il-proċedimenti kriminali minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tiegħek għall-vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, l-intimidazzjoni u r-ritaljazzjoni.

Għandha titwettaq valutazzjoni individwali bl-involviment mill-qrib tiegħek u din għandha tqis ix-xewqat tiegħek, inkluża x-xewqa tiegħek li ma tibbenefikax minn miżuri speċjali.

Se jkun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-valutazzjoni individwali tinkludi valutazzjoni tal-esponiment tiegħek għar-riskju ta’ vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, sabiex tiġi eskluża kull possibbiltà li inti ġġarrab vittimizzazzjoni sekondarja u/jew ripetuta mill-korpi tal-ġustizzja kriminali.

X’tip ta’ protezzjoni hija disponibbli għal vittmi vulnerabbli ħafna?

Vittmi vulnerabbli ħafna jiġu offruti t-tipi ta’ protezzjoni li ġejjin:

(1) L-integrazzjoni tal-vittmi fi skemi ta’ protezzjoni tax-xhieda, soġġett għal superviżjoni u kontroll mill-Avukat Ġenerali.

B’deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali, inti tista’ tiġi integrat fi skema ta’ protezzjoni tax-xhieda, li tinvolvi miżuri tal-Pulizija sabiex tiġi protetta s-sikurezza personali tiegħek kif ukoll is-sikurezza tal-familja tiegħek, fejn ikun meħtieġ.

(2) Il-protezzjoni tal-vittmi matul l-investigazzjoni kriminali:

Matul l-investigazzjoni kriminali:

  • Inti tiġi interrogat mill-Pulizija mingħajr dewmien bla bżonn eżatt wara li tippreżenta lment;
  • l-għadd ta’ interrogazzjonijiet jinżamm minimu u dawn jitwettqu biss fejn ikun assolutament neċessarju għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali;
  • inti tista’ tiġi akkumpanjat mir-rappreżentant legali tiegħek jew persuna tal-għażla tiegħek, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni motivata kuntrarja fir-rigward ta’ xi waħda jew taż-żewġ persuni;
  • l-eżamijiet mediċi meħtieġa jinżammu minimi u jitwettqu biss fejn dan ikun assolutament neċessarju għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali.

(3) Il-protezzjoni ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni matul il-proċedimenti kriminali:

Jekk tiġi identifikat bħala vittma bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni, ikunu disponibbli għalik dawn li ġejjin:

  • l-interrogazzjonijiet kollha jitwettqu f’post imfassal jew adattat għal dak il-għan;
  • l-interrogazzjonijiet kollha jitwettqu minn professjonisti mħarrġa adegwatament għal dak il-għan;
  • l-interrogazzjonijiet kollha jitwettqu mill-istess persuna, ħlief fejn dan imur kontra l-amministrazzjoni effettiva tal-ġustizzja, u
  • jekk tkun vittma ta’ vjolenza sesswali, vjolenza sessista jew vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, l-interrogazzjonijiet għandhom jitwettqu minn persuna tal-istess sess bħalek, jekk inti tkun tixtieq dan, bil-kundizzjoni li ma jiġix preġudikat il-kors tal-investigazzjoni.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Jekk inti minorenni, jiġu protetti l-aħjar interessi tiegħek, li jiġu valutati fuq bażi ta’ każ b’każ b’kont meħud tal-età, il-livell ta’ maturità, il-fehmiet, il-ħtiġijiet u t-tħassib tiegħek.

Bħala minorenni inti għandek xi drittijiet addizzjonali:

  • matul il-proċedimenti, inti tista’ tiġi akkumpanjat mill-ġenituri tiegħek jew minn uffiċjal tas-Servizzi tal-Assistenza Soċjali, jekk tkun fil-kura tas-Servizzi tal-Assistenza Soċjali.
  • jekk inti vittma ta’ vjolenza domestika, jista’ jiġi ppreżentat ilment f’ismek mid-Direttur tas-Servizzi Soċjali tas-Servizzi tal-Assistenza Soċjali, u jistgħu jiġu applikati l-miżuri kollha neċessarji għas-sikurezza tiegħek.
  • jekk inti vittma ta’ abbuż sesswali, jista’ jiġi ppreżentat ilment f’ismek minn kwalunkwe uffiċjal tal-gvern u jistgħu jiġu applikati l-miżuri kollha neċessarji għas-sikurezza tiegħek.
  • jekk m’intix akkumpanjat, inti titqiegħed fil-kura tad-Direttur tas-Servizzi tal-Assistenza Soċjali u jkollok aċċess għad-drittijiet tiegħek, eż. id-dritt tiegħek għall-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, eċċ. kif ukoll id-dritt tiegħek għar-riunifikazzjoni mal-familja.
  • Id-Dritt għall-Privatezza. Il-Pulizija jieħdu l-miżuri legali kollha neċessarji sabiex jipprevjenu d-disseminazzjoni pubblika ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni tiegħek.
  • Ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni. Il-Pulizija huma responsabbli sabiex:
    • jassiguraw li l-investigazzjoni u l-proċedimenti tal-prosekuzzjoni kriminali jitwettqu irrispettivament minn jekk inti jew ir-rappreżentant tiegħek tkunux għamiltu lment formali, u li l-proċedimenti kriminali jkunu jistgħu jissoktaw anki jekk inti tirtira l-istqarrija ġuramentata tiegħek;
    • jissoktaw bil-prosekuzzjoni anki wara li tilħaq età maġġuri;
    • jirreġistraw l-interrogazzjonijiet tiegħek, bħala parti mill-investigazzjoni.

Matul l-interrogazzjonijiet, inti tista’ tiġi akkumpanjat mir-rappreżentant legali tiegħek jew minn adult tal-għażla tiegħek, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni motivata kuntrarja fir-rigward ta’ dik il-persuna.

L-interrogazzjonijiet jitwettqu:

  • mingħajr dewmien mhux ġustifikat, mill-mument li l-inċidenti jiġu rrappurtati lill-Pulizija;
  • fejn ikun meħtieġ, f’post imfassal speċifikament jew adattat għal dak il-għan.
  • fejn ikun meħtieġ, minn jew permezz ta’ professjonist li jkun imħarreġ sewwa għal dak il-għan;
  • sal-punt biss li jkun neċessarju għall-iskopijiet tal-investigazzjoni / tal-proċedimenti kriminali filwaqt li l-għadd ta’ interrogazzjonijiet jinżamm minimu;
  • fil-każ ta’ abbuż sesswali, l-interrogazzjonijiet jitwettqu minn professjonisti mħarrġa li jkunu tal-istess sess bħat-tfal.

Il-membru tal-familja tiegħi miet minħabba r-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Tista’ tfittex appoġġ mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi li ġejjin:

  • Is-Servizzi Mediċi tal-Istat,
  • Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali,
  • Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali,
  • Is-Servizzi tal-Psikoloġija Edukattiva (fil-każ ta’ minorenni);
  • L-Assoċjazzjoni għall-Prevenzjoni u l-Indirizzar tal-Vjolenza fil-Familja - topera hotline speċjali (1440) (għall-vittmi ta’ vjolenza domestika);
  • NGOs involuti f’attivitajiet ta’ appoġġ għall-vittmi.

Il-liġi tippermettilek li tippreżenta talba għall-kumpens għad-danni kontra t-trasgressur. Tista’ tindirizza wkoll lis-Servizzi tal-Assistenza Soċjali biex tikseb informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li titlob kumpens għad-danni.

Il-membru tal-familja tiegħi miet minħabba r-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Tista’ tfittex appoġġ mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi li ġejjin:

  • Is-Servizzi Mediċi tal-Istat,
  • Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali,
  • Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali,
  • Is-Servizzi tal-Psikoloġija Edukattiva (fil-każ ta’ minorenni);
  • L-Assoċjazzjoni għall-Prevenzjoni u l-Indirizzar tal-Vjolenza fil-Familja - topera hotline speċjali (1440) (għall-vittmi ta’ vjolenza domestika);
  • NGOs involuti f’attivitajiet ta’ appoġġ għall-vittmi.

Il-liġi tippermettilek li tippreżenta talba għall-kumpens għad-danni kontra t-trasgressur. Tista’ tindirizza wkoll lis-Servizzi tal-Assistenza Soċjali biex tikseb informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li titlob kumpens għad-danni.

Membru tal-familja kien vittma ta’ reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Tista’ tfittex appoġġ mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi li ġejjin:

  • Is-Servizzi Mediċi tal-Istat,
  • Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali,
  • Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali,
  • Is-Servizzi tal-Psikoloġija Edukattiva (fil-każ ta’ minorenni);
  • L-Assoċjazzjoni għall-Prevenzjoni u l-Indirizzar tal-Vjolenza fil-Familja - topera hotline speċjali (1440) (għall-vittmi ta’ vjolenza domestika);
  • NGOs involuti f’attivitajiet ta’ appoġġ għall-vittmi.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

F’Ċipru ma hemmx qafas leġislattiv li jirregola s-servizzi ta’ medjazzjoni.

Fejn nista’ nsib il-leġislazzjoni li tirregola d-drittijiet tiegħi?

Il-leġislazzjoni li tirregola d-drittijiet tiegħek hija

  • L-Att dwar il-Vjolenza Domestika 2000-2015 (Prevenzjoni u Protezzjoni tal-Vittmi).
  • L-Att tal-2014 dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Abbuż Sesswali, l-Abbuż Sesswali tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal.

Tista’ taċċessa l-leġislazzjoni li tirregola d-drittijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura ta’ Ċipru: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cylaw.org/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Tista’ tippreżenta l-ilment tiegħek fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija. Il-Pulizija tinvestiga l-każ tiegħek malli tippreżenta lment formali u tipprovdi stqarrija ġuramentata bil-miktub.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Tista’ tikseb informazzjoni dwar il-progress tal-każ tiegħek mill-uffiċjal tal-Pulizija (investigatur) li jiġi assenjat il-każ tiegħek. Ladarba l-każ tiegħek jiġi rinvijat lill-qorti, inti tista’ tikseb informazzjoni dwar il-kors tal-proċedimenti mingħand l-uffiċjal tad-Diviżjoni Legali li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-każ tiegħek fil-qorti.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Tista’ tikseb għajnuna legali mingħajr ħlas għall-proċedimenti inklużi fil-Liġi dwar l-Għoti ta’ Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas, fil-kuntest ta’ proċedimenti fir-rigward ta’ tipi partikolari ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

“Proċedimenti fir-rigward ta’ tipi partikolari ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem” tfisser kwalunkwe:

(a) Proċedura ċivili pendenti quddiem qorti, fi kwalunkwe stadju, mibdija kontra r-Repubblika ta’ Ċipru għad-dannu li ġie kkawżat lil persuna b’riżultat ta’ ksur partikolari tad-drittijiet tal-bniedem, jew

(b) proċediment kriminali mibdi minn kwalunkwe persuna, fejn it-talba tkun tirrigwarda tipi partikolari ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-forma ta’ għajnuna legali disponibbli skont il-Liġi msemmija aktar ’il fuq:

(a) tikkonsisti minn servizzi ta’ konsulenza, assistenza u rappreżentanza, fil-każ ta’ proċeduri ċivili mibdija kontra r-Repubblika jew fil-każ ta’ proċedimenti kriminali, u

(b) tikkonsisti esklussivament minn konsulenza, fil-każ ta’ proċeduri ċivili mibdija kontra r-Repubblika ta’ Ċipru.

Id-drittijiet tal-bniedem protetti mil-Liġi msemmija aktar ’il fuq huma dawk assigurati taħt:

(a) It-Taqsima II tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru;

(b) L-Att tal-1962 li jirratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(c) L-Atti tal-1967-1995 li jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali;

(d) L-Att tal-1969 li jirratifika l-Patti Internazzjonali (Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali; Drittijiet Ċivili u Politiċi);

(e) L-Att tal-1989 li jirratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura u Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti;

(f) L-Atti tal-1990 u tal-1993 li jirratifikaw il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra;

(g) L-Att tal-1985 li jirratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

(h) L-Att tal-1990 li jirratifika l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

L-għajnuna legali b’xejn hija disponibbli għal:

  • kwalunkwe persuna li tkun vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, fil-kuntest ta’ proċedimenti quddiem Qorti Distrettwali għall-għoti ta’ kumpens għad-danni bis-saħħa tal-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Indirizzar tat-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin u l-Protezzjoni tal-Vittmi;
  • kwalunkwe minorenni li jkun vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti quddiem Qorti Distrettwali għall-għoti ta’ kumpens għad-danni bis-saħħa tal-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Indirizzar tat-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin u dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi;
  • kwalunkwe minorenni li jkun vittma ta’ solleċitazzjoni għal skopijiet sesswali, pornografija tat-tfal, sfruttament sesswali u/jew abbuż sesswali, fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti quddiem Qorti Distrettwali għall-għoti ta’ kumpens għad-danni bis-saħħa tal-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Abbuż Sesswali, l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal.

Barra minn hekk, kwalunkwe tifel/tifla li jkun/tkun vittma ta’ xi wieħed mir-reati kriminali deskritti fl-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Abbuż Sesswali, l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal, irrispettivament minn jekk ikunux lesti li jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali, prosekuzzjoni jew proċess, għandhom aċċess dirett għal konsulenza b’xejn skont l-Att dwar l-Avukati, fi kwalunkwe fażi tal-proċedimenti, kif ukoll għall-għajnuna legali b’xejn jekk ma jkollhomx ir-riżorsi neċessarji, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali.

Meta l-vittma minorenni jkollha d-dritt għal rappreżentanza, hija tista’ tirċievi parir legali u tiġi assenjata rappreżentant legali li jaġixxi f’isimha, fi proċedimenti fejn ikun hemm, jew jista’ jkun hemm, kunflitt ta’ interess bejn il-vittma minorenni u d-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri.

Kwalunkwe persuna li tkun vittma ta’ xi wieħed mir-reati deskritti fl-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tat-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin u dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi, irrispettivament minn jekk tkunx lesta li tikkoopera mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali, prosekuzzjoni jew proċess, għandha aċċess dirett għal konsulenza b’xejn skont l-Att dwar l-Avukati, kif ukoll għall-għajnuna legali b’xejn jekk ma jkollhiex ir-riżorsi neċessarji, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali.

Sabiex tiġi pprovduta l-għajnuna legali b’xejn, jeħtieġ li tiġi ppreżentata talba bil-miktub lill-Qorti li quddiemha l-każ tiegħek ikun pendenti għall-proċess. Il-Qorti tista’ toħroġ ordni ta’ għajnuna legali b’xejn, abbażi ta’:

(a) Rapport soċjofinanzjarju tal-Uffiċċju tal-Assistenza Soċjali, li jiddeskrivi s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek u dik tal-familja tiegħek, l-introjtu regolari tiegħek u kwalunkwe introjtu ieħor li joriġina mill-impjieg tiegħek jew minn kwalunkwe sors ieħor, l-ispejjeż tal-għajxien standard tiegħek u dawk tal-familja tiegħek, u kwalunkwe obbligazzjoni jew ħtiġijiet oħra li jista’ jkollok;

(b) Il-gravità tas-sitwazzjoni jew xi ċirkustanza oħra, sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx fl-interess tal-ġustizzja li tingħatalek għajnuna legali b’xejn fil-preparazzjoni u l-immaniġġar tal-każ tiegħek.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali għandhom id-dritt li jagħżlu l-avukat li joffrilhom l-għajnuna legali b’xejn, minn fost dawk li jkunu lesti joffru dawn it-tip ta’ servizzi, skont il-liġijiet applikabbli. Jekk benefiċjarju jonqos milli jaħtar avukat tal-għażla tiegħu/tagħha, il-Qorti taħtar avukat minn lista ppreparata mill-Assoċjazzjoni tal-Avukatura ta’ Ċipru, skont ir-regolamenti applikabbli.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Ir-Repubblika ta’ Ċipru tirrimborżak għall-ispejjeż kollha previsti fil-Liġi. Informazzjoni dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet tista’ titlob l-ispejjeż hija disponibbli fid-Diviżjonijiet tal-Prosekuzzjoni Distrettwali tal-Forza tal-Pulizija.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel immur il-qorti?

Tista’ titlob deċiżjoni motivata mingħand il-Pulizija, jekk l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ma tkunx imxiet ’il quddiem jew tkun ġiet itterminata.

Nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Tista’ tipparteċipa fil-proċess bħala xhud għall-prosekuzzjoni u tixhed quddiem il-Qorti li tisma’ l-materja.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien meqjus(a) jew nista’ nagħżel li nkun meqjus(a) bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali, ir-rwol tiegħek huwa dak ta’ xhud għall-prosekuzzjoni. Jekk tippreżenta talba għall-kumpens għad-danni kontra t-trasgressur, inti tieħu r-rwol ta’ rikorrent fil-proċeduri ċivili kkonċernati.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Bħala xhud għall-prosekuzzjoni, inti obbligat tixhed quddiem il-Qorti li tisma’ l-materja. Jekk ippreżentajt talba għall-kumpens għad-danni, inti tista’ tikseb informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek mingħand l-avukat li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-kawża tiegħek quddiem il-Qrati Ċivili.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Matul kwalunkwe proċediment li fih inti tkun xhud għall-prosekuzzjoni, inti tista’ taqra u tadotta l-istqarrija ġuramentata li tkun għamilt lill-Pulizija jew tippreżenta l-evidenza li tkun għamilt disponibbli għall-Pulizija matul l-investigazzjoni. Jekk tkun tixtieq tagħmel dikjarazzjoni jew tixhed dwar xi ħaġa oħra minbarra l-istqarrija oriġinali tiegħek jew l-evidenza li tkun għamilt disponibbli għall-Pulizija, inti għandek tikkonsulta lid-direttur tad-Diviżjoni Legali li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-kawża tiegħek fil-Qorti.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Matul il-proċess, il-Prosekutur jinfurmak dwar meta u kif għandhom isiru s-seduti ta’ smigħ u dwar in-natura tal-akkużi mressqa kontra t-trasgressur. Inti tista’ titlob ukoll li tiġi infurmat dwar kwalunkwe deċiżjoni finali mogħtija matul il-proċedimenti.

Se nkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Ma għandekx dritt ta’ aċċess għall-fajls tal-qorti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Ma għandekx id-dritt li tappella kontra d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti fl-ewwel istanza. L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għandu d-dritt li jappella.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tingħata s-sentenza?

Sentenza tista’ tintuża mill-avukat tiegħek inti tippreżenta talba għall-kumpens għad-danni kontra t-trasgressur.

Inkun intitolat għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Inti intitolat għal appoġġ u / jew protezzjoni wara l-proċess għal perjodu ta’ żmien raġonevoli, skont il-ħtiġijiet tiegħek f’dak il-mument partikolari.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jingħata s-sentenza?

Wara talba, inti tista’ tiġi infurmat mill-Pulizija dwar is-sentenza li tkun ġiet imposta fuq it-trasgressur mill-Qorti.

Se nkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż jekk jinħeles qabel iż-żmien jew b’libertà kondizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Wara talba, inti tista’ tiġi infurmat:

(a) jekk il-persuna miżmuma taħt arrest, ipproċessata jew ikkundannata għal reat li jirrigwardak, tiġi meħlusa jew tkun ħarbet mill-arrest;

(b) kwalunkwe miżura rilevanti maħruġa għall-protezzjoni tiegħek fil-każ ta’ ħelsien jew ħarba ta’ persuna arrestata, ipproċessata jew issentenzjata għal reati li jirrigwardawk.

Għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni ta’ hawn fuq tista’ ma tingħatax jekk ikun hemm riskju potenzjali jew stabbilit ta’ dannu għat-trasgressur.

Se nkun involut f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

Ma għandek l-ebda dritt li tkun involut fid-deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole fir-rigward tat-trasgressur.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

4 - Kumpens


X’inhu l-proċess biex titlob kumpens għad-danni mingħand it-trasgressur? (pereż. kawża fil-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Inti għandek id-dritt li tippreżenta kawża fil-qorti kontra t-trasgressur għar-reat li jkun twettaq kontra tiegħek. Tista’ tikkuntattja wkoll lis-Servizzi tal-Assistenza Soċjali biex tikseb informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li titlob kumpens għad-danni.

Il-minorenni ta’ taħt it-18-il sena għandhom id-dritt li jippreżentaw talba għall-kumpens għad-danni kontra l-partijiet kollha responsabbli, għar-reati previsti fl-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Abbuż Sesswali, l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal u għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. It-trasgressur jerfa’ r-responsabbiltà ċivili rispettiva biex iħallas il-kumpens għad-danni speċifiċi jew ġenerali kollha mġarrba mill-vittma/vittmi.

Kull persuna li tkun vittma skont it-tifsira tal-Att dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tat-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin u dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi għandha d-dritt li tippreżenta talba għall-kumpens għad-danni kontra l-persuni kollha responsabbli, għal kull reat kriminali mwettaq kontra tagħhom skont l-Att hawn fuq imsemmi kif ukoll għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. It-trasgressur jerfa’ r-responsabbiltà ċivili rispettiva biex iħallas il-kumpens għad-danni speċifiċi jew ġenerali kollha mġarrba mill-vittma/vittmi, inklużi kwalunkwe arretrati dovuti lill-vittma/vittmi bħala riżultat tal-impjieg sfurzat tagħhom.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur sabiex iħallasni danni / kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Jekk it-trasgressur jonqos milli jħallsek l-ammont tad-danni mogħtija mill-Qorti, inti tista’ tindirizza lill-Qorti, permezz tal-avukat tiegħek, li għandha toħroġ ordni lit-trasgressur sabiex iħallas id-danni mogħtija; jekk it-trasgressur jonqos milli jikkonforma, huwa għandu jiġi arrestat immedjatament u mibgħut il-ħabs.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni ammont bil-quddiem? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-Liġi ma tipprevedi l-ebda ħlas bil-quddiem lill-vittmi mill-Istat.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Jista’ jingħata kumpens mill-Istat fil-forma deskritta fil-Liġi tal-1997 dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati Vjolenti (il-Liġi 51(I)/97), għall-vittmi ta’ reati vjolenti jew għad-dipendenti tagħhom, jekk:

(a) Il-vittma jew id-dipendenti tiegħu ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens mingħand it-trasgressur għal kwalunkwe raġuni, u

(b) Ma jkun disponibbli l-ebda kumpens minn sorsi oħra jew dak il-kumpens ikun iżgħar fl-ammont minn dak previst fil-Liġi msemmija aktar ’il fuq:

Il-kumpens skont il-Liġi hawn fuq imsemmija huwa pagabbli anki f’każijiet fejn ma jitressqux akkużi kontra t-trasgressur jew ma jingħatax sentenza :

Jekk il-kumpens disponibbli minn sorsi oħra jkun anqas minn dak previstfil-Liġi msemmija, l-Istat iħallas id-differenza.

Il-Liġi tistabbilixxi wkoll iċ-ċirkustanzi li fihom jiġi miċħud il-kumpens u tistabbilixxi wkoll x’jinkludi l-ammont tal-kumpens pagabbli.

“Reat vjolenti” jfisser kwalunkwe reat imwettaq intenzjonalment fir-Repubblika ta’ Ċipru, li jinvolvi l-vjolenza u jikkawża l-mewt, offiża gravi fuq il-persuna jew kundizzjoni ħażina tas-saħħa bħala riżultat dirett, inkluż kwalunkwe wieħed mir-reati li ġejjin, bil-kundizzjoni li huma jikkawżaw ir-riżultati msemmija hawn fuq:

Omiċidju premeditat: (l-Artikoli 203 u 204), Attentat ta’ omiċidju: (l-Artikolu 214), Stupru: (l-Artikolu 144), Attentat ta’ stupru: (l-Artikolu 146), Ħtif ta’ persuna: (l-Artikolu 148), Ħtif ta’ persuna femminili ta’ taħt is-16-il sena: (l-Artikolu 149), Atti maħsuba biex jikkawżaw dannu fiżiku serju: (l-Artikolu 228), Offiża gravi fuq il-persuna: (l-Artikolu 231), Attentat ta’ offiża fuq il-persuna bl-użu ta’ splussivi: (l-Artikolu 232), Użu malizzjuż ta’ velenu: (l-Artikolu 233), Korriment: (l-Artikolu 234), Attakk li jikkawża offiża fuq il-persuna: (l-Artikolu 243), Attakki oħra: (l-Artikolu 244), Reati kontra l-libertà personali: (l-Artikoli 245-254), Ħruq doluż: (l-Artikolu 315).

Talba għall-kumpens skont il-Liġi msemmija aktar ’il fuq trid tiġi ppreżentata lid-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Soċjali fi żmien raġonevoli, fi kwalunkwe każ fi żmien sentejn wara li tkun ikkawżata l-offiża fuq il-persuna / kundizzjoni ħażina tas-saħħa / mewt, kif applikabbli.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport tal-pulizija, ċertifikat mediku u kwalunkwe dokument ieħor li jistgħu jkunu utli għall-valutazzjoni tagħha. Id-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Soċjali jista’ jitlob kwalunkwe evidenza addizzjonali li tkun meħtieġa, fid-diskrezzjoni tiegħu, inkluża evidenza li ma jkun tħallas jew ma jkun se jitħallas ebda kumpens minn sorsi oħra, inkluża dikjarazzjoni ġuramentata mill-applikant.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

L-għoti tal-kumpens lill-vittmi ma jiddependix mill-kundanna tat-trasgressur. Il-Qorti tagħti deċiżjoni dwar l-għoti tal-kumpens għad-danni fil-kuntest tal-proċedimenti fir-rigward tat-talba għall-kumpens għad-danni, li hija distinta b’mod ċar mill-eżitu tal-proċedimenti kriminali.

Inkun intitolat għal pagament ta’ emerġenza waqt li nkun qiegħed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens għad-danni?

Ma tistax tirċievi pagament ta’ emerġenza billi l-liġi ma tipprevedix tali pagament.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Il-Pulizija………199/1460

Is-Servizzi tal-Ewwel Għajnuna tal-Isptar tal-Istat

Is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali Distrettwali

Is-Servizz tal-Psikoloġija Edukattiva

Is-Servizzi tas-Saħħa Mentali

Linja ta’ għajnuna għall-appoġġ lill-vittmi

Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi

Fir-Repubblika ta’ Ċipru huma disponibbli l-linji ta’ għajnuna li ġejjin:

1460 - Hotline għaċ-ċittadini

1440 - Hotline għall-Vjolenza Domestika

1498 - Linja ta’ għajnuna għal Informazzjoni u Assistenza dwar id-Droga

116111 - Linja ta’ għajnuna għall-appoġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ

116000 - Hotline ta’ Ċipru għat-Tfal Neqsin

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

L-appoġġ għall-vittmi pprovdut mill-aġenziji governattivi u l-NGOs huwa mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand awtoritajiet jew servizzi tal-Istat?

Tista’ tirċievi t-tipi ta’ appoġġ li ġejjin mis-servizzi tal-istat:

  • Servizzi ta’ kura tas-saħħa mis-Servizzi Mediċi
  • Appoġġ Psikoloġiku mis-Servizzi tas-Saħħa Mentali u s-Servizz tal-Psikoloġija Edukattiva
  • Protezzjoni mis-Servizzi tal-Assistenza Soċjali, abbażi ta’ mandati maħruġa kontra t-trasgressur u/jew mandati għall-protezzjoni tal-vittma
  • Adozzjoni ta’ miżuri speċjali tal-pulizija waqt l-investigazzjoni, sabiex tiġi evitata l-vittimizzazzjoni ripetuta
  • Protezzjoni effettiva mill-pulizija sabiex tiġi evitata l-intimidazzjoni jew ir-ritaljazzjoni mit-trasgressur u / jew kwalunkwe persuna oħra
  • Miżuri tal-qorti waqt is-seduta, sabiex jiġu protetti vittmi bi ħtiġijiet speċjali ta’ protezzjoni (pereż. tfal, vittmi b’diżabbiltajiet psikosoċjali).

Jekk inti vittma ta’ vjolenza domestika, vittma minorenni ta’ abbuż sesswali jew vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, is-Servizzi tal-Assistenza Soċjali jinfurmawk dwar id-drittijiet tiegħek u joffrulek appoġġ. Ipoġġuk ukoll f’kuntatt mal-aġenziji tal-Istat u l-NGOs kompetenti kollha li jieħdu ħsieb il-każ tiegħek u joffrulek appoġġ. Jekk l-interessi tiegħek jiġu f’kunflitt ma’ dawk tal-ġenituri tiegħek, id-Direttur tas-Servizzi tal-Assistenza Soċjali jieħu l-passi neċessarji kollha sabiex tiġi protett.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Tista’ tirċievi t-tipi ta’ appoġġ li ġejjin minn organizzazzjonijiet mhux governattivi:

  • Appoġġ psikoloġiku;
  • Akkomodazzjoni f’ċentri ta' kenn u ta’ appoġġ għall-vittmi.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Lussemburgu


Titqies bħala vittma tal-kriminalità jekk tkun ġarrabt danni, e.g. tkun sfajt ferut jew il-proprjetà tiegħek issirilha l-ħsara jew tinsteraq, eċċ., kaġun ta' inċident, li skont il-liġi nazzjonali jkun jikkostitwixxi delitt. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċeduri fil-qorti (proċeduri quddiem qorti kriminali).

Il-proċeduri kriminali fil-Lussemburgu jsiru f'żewġ stadji: l-istħarriġ u l-proċess quddiem il-qorti kriminali. L-istħarriġ normalment iwettquh il-pulizija u/jew maġistrat investigattiv. Meta jitlesta l-istħarriġ il-każ jgħaddi għall-Uffiċini tal-Imħallfin fil-Qrati. Hemmhekk jiġi deċiż jekk il-każ jiġix jingħaddiex quddiem qorti jew jekk jingħalaqx f'dan l-istadju.

Jekk il-każ jispiċċa l-qorti, il-qorti tagħmel smigħ sabiex teżamina x-xhieda miġbura u tiddeċiedi jekk min ikun wettaq ir-reat ikunx ħati jew le. Jekk min ikun wettaq ir-reat jinstab ħati l-qorti tikkundannah u timponi piena. Jekk ix-xhieda miġbura ma tkunx biżżejjed biex l-imputat jiġi ddikjarat ħati, il-qorti tilliberah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtoritajiet (eż. il-pulizija, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku) wara li jseħħ ir-reat iżda qabel ma saħansitra nkun irrapportajt ir-reat?

Il-pulizija jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jinformaw lill-vittmi b’dawn li ġejjin mingħajr dewmien u f’konformità mal-Artikolu 3(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, f’lingwa mifhuma minnhom:

  • it-tip ta’ appoġġ li jistgħu jiksbu u mingħand min, inkluża, fejn rilevanti, informazzjoni bażika dwar l-aċċess għall-appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ speċjalizzat, inkluż appoġġ psikoloġiku, u akkomodazzjoni alternattiva;
  • il-proċeduri biex isiru kwereli dwar reat kriminali u r-rwol ta’ dawn b'rabta ma’ proċeduri bħal dawn;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jiksbu protezzjoni;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jistgħu jaċċessaw avukati u għajnuna legali bil-kundizzjonijiet previsti mil-liġi u kwalunkwe tip ta’ parir ieħor;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jistgħu jaċċessaw il-kumpens;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jistgħu jeżerċitaw id-dritt għal interpretazzjoni u għal traduzzjoni;
  • il-proċeduri disponibbli biex isiru kwereli meta d-drittijiet tagħhom ma jkunux rispettati;
  • id-dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet dwar il-kawża tagħhom;
  • opportunitajiet għal mediċini u għal ġustizzja restorattiva;
  • kif u f’liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu rimborżati l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali;
  • id-dritt tagħhom għal valutazzjoni individwali mas-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi biex tiġi verifikata l-ħtieġa għal ġestjoni speċifika għall-prevenzjoni ta’ vittimizzazzjoni sekondarja;
  • skont il-ħtiġijiet tagħhom, lill-vittma jiġu pprovduti wkoll dettalji addizzjonali kif ikun xieraq f’kull stadju tal-proċedimenti;
  • id-dritt tagħhom li jkunu akkumpanjati minn persuna tal-għażla tagħhom meta, minħabba l-impatt tar-reat, dawn ikunu jeħtieġu l-assistenza biex jifhmu jew jinftiehmu.

Barra minn hekk, is-Servizz ta’ Akkoljenza u ta’ Informazzjoni Legali, is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi tas-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali u l-Ministeru tal-Ġustizzja wkoll joffru għajnuna u pariri.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti drittijieti?

Meta l-vittmi jkunu barranin (ċittadini Ewropej u ta’ pajjiżi terzi), dawn jistgħu jisfruttaw id-drittijiet stabbiliti hawn fuq u jiġu informati dwar kif jeżerċitaw drittijiethom meta jirresjedu fi Stat Membru ieħor tal-UE, jiġifieri d-dritt tagħhom li jippreżentaw kwerela quddiem l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Lussemburgu.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Il-vittmi huma intitolati b’mod partikolari:

  • li jiġu informati b’mod awtomatiku meta l-kawża tagħhom tingħalaq u dwar ir-raġunijiet għal dan;
  • fuq talba, li jiġu informati li l-kawża tagħhom qiegħda taħt investigazzjoni ġudizzjarja;
  • fuq talba, li jiġu informati dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku dwar id-data tas-seduta meta se jsir il-proċess tal-kawża tagħhom;
  • fuq talba, li jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Bħala vittmi jew partijiet ċivili li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti, il-vittmi huma intitolati għal assistenza mingħajr ħlas mingħand interpretu f’lingwa li jifhmu u d-dritt għal traduzzjoni mingħajr ħlas tad-dokumenti kollha li jiġu notifikati jew li jkollhom dritt ta’ aċċess għalihom.

L-awtoritajiet kif jiżguraw li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum(a) (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)

Jekk il-vittmi ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti, dawn ikollhom id-dritt għal assistenza mingħajr ħlas mingħand interpretu. Jekk il-vittmi jkollhom indeboliment tat-taħdit jew tas-smigħ, dawn ikunu assistiti minn interpretu tal-lingwa tas-sinjali jew minn kwalunkwe persuna kwalifikata b’lingwa, b’metodu jew b’apparat li jippermettu l-komunikazzjoni magħhom.

Jekk il-vittmi jkunu tfal, dawn ikollhom id-dritt li jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew minn persuna tal-għażla tagħhom.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Il-vittmi għandhom id-dritt li jkunu assistiti minn diversi servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. L-assistenza tiġi pprovduta mill-Istat, permezz tas-servizz ta’ assistenza ċentrali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li jilqa’ lill-vittma u jipprovdi appoġġ soċjali, psikoloġiku u legali mingħajr ħlas. Hemm ukoll NGOs li joffru l-għajnuna lill-vittmi jekk il-vittma tkun mara jew minorenni vittma ta’ vjolenza, persuna vulnerabbli, eċċ.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Hu d-dmir tal-pulizija li tinforma lill-vittmi bi drittijiethom u li tfittex li taġixxi bħala intermedjarju għall-assoċjazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. Il-pulizija tipprovdi b’mod sistematiku u obbligatorju fuljett informattiv intitolat “'Informazzjoni u assistenza għall-vittmi” (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/flyer-aide-victime-fr.pdf) disponibbli bil-Lussemburgiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Portugiż u formola ta’ informazzjoni “Infodroit”. (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/infodroit-victime.pdf).

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Il-privatezza tal-vittmi hi protetta mill-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu. L-Artikolu 11(3) jiddikjara li “l-Istat jiggarantixxi l-protezzjoni tal-privatezza, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

Il-pulizija u s-sistema ġudizzjarja għandhom obbligu li joffru lill-vittmi protezzjoni f’każ ta’ theddidiet jew ta’ atti ta’ vendetta mwettqa mill-awtur, fost oħrajn. Din il-protezzjoni għandha tkun disponibbli mill-bidu tal-investigazzjoni u matul id-durata sħiħa ta’ din. Il-vittmi għandhom ukoll id-dritt li jkunu protetti minn kull intrużjoni fil-ħajjiet privati tagħhom, u fi kwalunkwe każ b’mod dirett wara r-reat.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Is-servizz ta’ assistenza għall-vittmi hu maħsub għall-vittmi kollha (tfal, adoloxxenti, adulti) li ġarrbu dannu fiżiku u/jew mentali wara reat kriminali. It-tim jipprovdi konsulenza psikoloġika u psikoterapewtika u jinforma lill-vittmi bi drittijiethom u jista’ jakkumpanjahom matul il-proċedimenti ġudizzjarji. Is-servizz joffri wkoll grupp ta’ terapija għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Is-servizz joffri wkoll servizzi lil dawk kollha li, fid-dawl tar-relazzjoni tagħhom mal-vittma, kellhom jaqsmu t-tbatija tagħhom, jew lil xhieda ta’ reati kriminali. L-individwi inkwistjoni mhumiex meħtieġa li jkunu ppreżentaw kwerela biex jaċċessaw is-servizz ta’ assistenza għall-vittmi.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Iż-żamma tal-persuna akkużata f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess

  • jekk ir-reat hu punibbli b’sentenza massima ta’ tal-anqas sentejn priġunerija;
  • jekk hemm riskju li l-persuna akkużata terġa’ twettaq reat;
  • jkun hemm riskju ta’ ħarba.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Il-Pulizija tal-Lussemburgu tista’ tipproteġi lill-vittmi.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trażgressur?

Id-diversi elementi huma kkunsidrati meta tittieħed deċiżjoni dwar id-detenzjoni possibbli qabel il-proċess tal-awtur.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Skont l-Artikolu 48(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, vittmi minorenni jirċievu l-protezzjoni li ġejja:

  • Tista’ ssir awdjoreġistrazzjoni jew vidjoreġistrazzjoni tas-smigħ ta’ xhud jew ta’ kwalunkwe minorenni, bl-awtorizzazzjoni tal-Prosekutur tal-Istat.
  • Ir-reġistrazzjonijiet isiru wara li jinkiseb il-kunsens tax-xhieda jew tat-tfal, jekk dawn ikollhom il-kapaċità neċessarja ta’ ġudizzju, inkella r-rappreżentant legali tal-minorenni. Meta jkun hemm riskju ta’ kunflitt debitament stabbilit ta’ interess bejn ir-rappreżentant legali tal-minorenni u dak tal-minorenni, ir-reġistrazzjoni tista’ ssir biss bil-kunsens tat-tutur ad litem (administrateur ad hoc), jew jekk ikun inħatar wieħed għall-minorenni, jew, jekk ma jinħatar ebda tutur ad litem, bl-awtorizzazzjoni espliċita u debitament motivata tal-Prosekutur Pubbliku.
  • Permezz ta’ deroga minn dan li ntqal hawn fuq, meta minorenni jkun vittma tar-reati msemmija fl-Artikoli 354 sa 360, 364, 365, 372 sa 379, 382(1) u 382(2), 385, 393, 394, 397, 398 sa 405, 410(1), 410(2) jew 442(1) tal-kodiċi penali jew meta minorenni jkun xhud għar-reati msemmija fl-Artikoli 393 sa 397, jew 400 sa 401a tal-kodiċi penali, trid issir reġistrazzjoni bil-mod imsemmi fil-paragrafu 1 ħlief meta, peress li l-minorenni jew ir-rappreżentant legali tiegħu jew, fejn applikabbli, it-tutur ad litem joġġezzjona għat-tali reġistrazzjoni, il-Prosekutur Pubbliku jiddeċiedi li ma jkunx hemm bżonn li ssir.
  • Ir-reġistrazzjoni sservi bħala evidenza. L-oriġinali tiġi ssiġillata. Il-kopji jiddaħħlu f’inventarju u jiżdiedu mal-atti. Il-partijiet u espert jistgħu jisimgħu jew jaraw ir-reġistrazzjonijiet, bla ma jċaqalquhom, u bl-awtorizzazzjoni tal-Prosekutur Pubbliku u f’post magħżul minn dan.
  • Kwalunkwe minorenni msemmi fil-paragrafu 3 għandu d-dritt li jkun akkumpanjat mill-adult tal-għażla tiegħu fis-seduta, sakemm il-Prosekutur tal-Istat ma jiddeċidix b’xi mod ieħor permezz ta’ deċiżjoni motivata rigward il-persuna kkonċernata meħuda fl-interessi tal-minorenni jew tal-istabbiliment tal-verità.

Vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin jew ta’ vjolenza domestika jirċievu protezzjoni speċjali f’ċerti kundizzjonijiet.

Jien minorenni - għandi xi drittijiet speċjali?

Vittmi li huma tfal għandhom numru ta’ drittijiet addizzjonali:

  • għal perjodu ta’ limitazzjoni, jiġifieri l-perjodu ta’ żmien li warajh ir-reati ma jistgħux jiġu mixlija aktar, li ma jibdiex jgħaddi sal-jum li fih jagħlqu t-18 għal reati bħal attentat għall-pudur, stupru u traffikar tal-bnedmin, sfruttament sesswali, qtil ta’ persuna mingħajr intenzjoni, attakk u swat, abbuż u għoti ta’ drogi mwettqa kontra l-vittma;
  • għall-ħatra ta’ rappreżentant speċjali msejjaħ administrateur ad hoc (tutur ad litem) mill-prosekutur tal-Istat jew minn imħallef inkwirenti meta l-interessi tagħhom ma jkunux protetti għalkollox minn tal-anqas wieħed mir-rappreżentanti legali tagħhom. Dan ir-rappreżentant speċjali jipproteġi l-interessi tal-vittma u jeżerċita d-drittijiet tagħha bħala parti ċivili;
  • li jiġu informati bil-ftuħ tal-proċedimenti kriminali u dwar id-dritt li jiftħu kawża ċivili permezz tar-rappreżentant legali jew tat-tutur ad litem tagħhom;
  • li ssirilhom vidjoreġistrazzjoni jew awdjoreġistrazzjoni tas-seduti biex jevitaw milli jiġu trawmatizzati billi jkollhom jirrepetu dikjarazzjonijiet diversi drabi matul il-proċedimenti, bl-awtorizzazzjoni tal-Prosekutur tal-Istat u wara li jinkiseb il-kunsens tal-vittmi jew tar-rappreżentanti legali jew tat-tuturi ad litem tagħhom. Ir-reġistrazzjoni hi obbligatorja għal reati relatati ma’ attakk fuq il-pudur u ma’ stupru, ma’ prostituzzjoni, ma’ sfruttament u ma’ traffikar tal-bnedmin, ma’ omiċidju, ma’ omiċidju volontarju, ma’ attakk u ma’ swat, ħlief meta, minħabba li l-vittma jew ir-rappreżentant tal-vittmi joġġezzjonaw, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jagħmilx it-tali reġistrazzjoni;
  • li jkunu akkumpanjati fis-seduti mir-rappreżentant legali tagħhom jew minn persuna tal-għażla tagħhom.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat - x’inhuma drittijieti?

Kull min għandu qarib li jmut minħabba reat kriminali u li jasserixxi li ġarrab dannu għandu d-dritt jippreżenta rikors għal kawża ċivili quddiem l-imħallef inkwirenti kompetenti.

F’dan il-każ, dawn għandhom id-dritt b’mod partikolari:

  • li jitolbu kumpens mingħand il-persuna akkużata;
  • li jkunu involuti fl-investigazzjoni mmexxija mill-imħallef inkwirenti;
  • li jitolbu lill-imħallef inkwirenti biex jordna inkjesti addizzjonali;
  • li jappellaw kontra ċerti inkjesti li jkollhom impatt fuq l-interessi ċivili tagħhom quddiem awla tal-qorti;
  • li jiġu interrogati biss jekk ikunu jixtiequ li dan iseħħ;
  • li jinġiebu wiċċ imb wiċċ mal-persuna akkużata jekk ikun hemm bżonn;
  • li jkollhom aċċess għall-atti fl-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li tkun meħtieġa l-assistenza legali għaliha;
  • li jitolbu mingħand l-imħallef inkwirenti kopja tal-atti meta titlesta l-investigazzjoni;
  • li jitolbu perizja, li jisimgħu lix-xhieda u li jiġu ritornati lilhom oġġetti sekwestrati;
  • li jattendu għall-ispezzjoni tax-xena tar-reat.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat - x’inhuma drittijieti?

Parti terza affettwata minn reat imwettaq kontra qarib għandha d-dritt:

  • li titlob mingħand l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku kopja tar-rapport li jagħti rendikont tar-reat li jaffettwa lil din il-persuna bħala parti terza;
  • li tiġi informata b’mod awtomatiku mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku dwar id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawża;
  • li titlob is-sentenza li ngħatat fil-kawża mingħand ir-Reġistru tal-awla tal-qorti distrettwali jew tal-qorti tal-pulizija, skont kif ikun xieraq.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? Taħt liema kundizzjonijiet? Se nkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni kriminali hi alternattiva għall-prosekuzzjoni kriminali; fil-prinċipju, din tippermetti biex tilwima tiġi solvuta mingħajr l-intervent tal-qrati. Il-medjazzjoni bejn l-awtur u l-vittma hi possibbli biss qabel ma jinfetħu l-proċedimenti kriminali. Il-Prosekutur Pubbliku jista’ jiddeċiedi li jirrikorri għal medjazzjoni jekk jidhirlu li aktarx li jikseb kumpens għad-dannu li ġie kkawżat, jew biex itemm it-tfixkil li jirriżulta mir-reat jew jikkontribwixxi għar-riabilitazzjoni tat-trażgressur. Ma jibqax possibbli li ssir medjazzjoni jekk it-trażgressur ikun persuna li magħha tikkoabita l-vittma. Din il-possibbiltà teħtieġ il-qbil kemm tat-trażgressur kif ukoll tal-vittma.

Fejn nista’ nsib il-leġiżlazzjoni li tistipula x’inhuma drittijieti?

Fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali fuq Legilux.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://legilux.public.lu/eli/etat/leg/code/procedure_penale

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Il-vittmi ta’ reat kriminali jistgħu jirrapportaw reat (jippreżentaw kwerela):

  • għand il-Pulizija tal-Lussemburgu;
  • għand il-Prosekutur Pubbliku b’ġuriżdizzjoni għaż-żona kkonċernata.

Għad li kulħadd jista’ jirrapporta reat, jekk il-vittmi jkun biħsiebhom jieħdu sehem fil-proċedimenti bħala parti ċivili, dawn iridu jippreżentaw kwerela b’mod personali jew inkella permezz tal-avukat tagħhom.

Il-vittmi jistgħu jmexxu prosekuzzjoni privata kontra l-awtur quddiem il-qorti tal-pulizija jew quddiem awla kriminali tal-qorti distrettwali.

Il-kwerela trid tiġi ppreżentata f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Lussemburgu, jiġifieri l-Lussemburgiż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Il-vittmi li ma jitkellmux b'xi waħda minn dawn it-tliet lingwi huma intitolati għal interpretu mingħajr ħlas. Il-kwerela idealment trid issir bil-miktub, bla ma jkun hemm bżonn li tiġi rispettata forma partikolari, u trid tindika:

  • il-kunjom, l-isem, il-post u d-data tat-twelid, ix-xogħol u d-domiċilju tal-kwerelant;
  • l-avveniment li wassal għad-dannu mġarrab;
  • in-natura tad-dannu.

Il-perjodu li matulu l-vittma trid tippreżenta kwerela jiddependi, b’mod partikolari, mill-perjodu ta’ limitazzjoni tar-reat. Il-perjodu jvarja bejn sena u għaxar snin.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Il-vittmi għandhom id-dritt:

  • li jiġu informati b’mod awtomatiku meta l-kawża tagħhom tingħalaq u dwar ir-raġunijiet għaliex;
  • fuq talba, li jiġu informati li l-kawża tagħhom qiegħda taħt investigazzjoni ġudizzjarja;
  • fuq talba, li jiġu informati dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku dwar id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawża tagħhom;
  • fuq talba, li jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Meta l-kwerela tiġi ppreżentata għand il-Prosekutur Pubbliku, fi żmien 18-il xahar mindu jirċievi l-kwerela jew l-akkuża, il-Prosekutur Pubbliku jinforma lill-vittma b'kull azzjoni meħuda b'segwitu, inkluż, fejn xieraq, bl-għeluq tal-kawża u r-raġuni bażi.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? B'liema kundizzjonijiet?

Biex jiġi żgurat aċċess għall-ġustizzja fil-każ li l-vittmi ma jkollhomx biżżejjed riżorsi, b’mod partikolari b’rabta mal-introjtu minimu garantit, dawn għandhom id-dritt li jirċievu appoġġ legali sħiħ mingħajr ħlas għad-difiża tal-interessi tagħhom. Din l-għajnuna tiġi pprovduta mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati, jekk il-vittmi jitolbuha u jkunu:

  • ċittadini tal-Lussemburgu,
  • ċittadini barranin awtorizzati jgħixu fil-pajjiż,
  • ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE),
  • ċittadini barranin assimilati għal ċittadini tal-Lussemburgu fil-kwistjoni tal-għajnuna legali permezz ta’ trattat internazzjonali.

Biex jiġu ddeterminati r-riżorsi finanzjarji, jiġu kkunsidrati l-introjtu gross totali u l-ġid, kif ukoll l-introjti tan-nies li jgħixu fl-istess abitazzjoni. Minbarra l-każ ta’ riżorsi limitati, il-vittmi jistgħu jirċievu għajnuna legali wkoll jekk ikun hemm raġunijiet serji relatati mas-sitwazzjoni soċjali, tal-familja jew materjali tagħhom li jiġġustifikaw l-eliġibbiltà.

Talba għall-għajnuna legali trid issir bl-użu ta’ kwestjonarju disponibbli mingħand is-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.guichet.public.lu/citoyens/fr/organismes/service-central-assistance-sociale/index.html) iffirmata mill-vittma u mibgħuta lill-President kompetenti fit-territorju tal-Kamra tal-Avukati (Diekirch jew il-Lussemburgu).

Il-kwestjonarju li jrid jimtela jinkludi b’mod partikolari:

  • l-identità (il-kunjom, l-ismijiet, il-post u d-data tat-twelid, ix-xogħol, id-domiċilju, l-istat ċivili, in-nazzjonalità) tal-vittma;
  • in-natura tal-litigazzjoni li l-għajnuna legali hi meħtieġa għaliha;
  • is-sitwazzjoni tal-familja tal-vittma;
  • iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċirkustanzi finanzjarji tal-vittma.

Il-vittmi jistgħu jindikaw ukoll isem l-avukat(i) li jixtiequ li jiġu assenjati permezz tal-iskema ta’ għajnuna legali, jew fejn applikabbli, jindikaw isem l-avukat li bħalissa hu assenjat lilhom.

Id-dokumenti li jridu jinhemżu mat-talba mill-vittmi:

  • kopja tad-dokument tal-identità tagħhom;
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċertifikat ta’ reġistrazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tas-Sigurtà Soċjali (Centre Commun de la Sécurité Sociale - CCSS) kif ukoll għal persuni li jappartjenu għall-unitajiet domestiċi tagħhom;
  • għall-persuna kkonċernata u għal kull membru tal-unità domestika: rendikonti tal-paga (jew ċertifikat tal-introjtu tas-CCSS), irċevuti tal-introjtu minimu garantit, benefiċċju tal-qgħad jew irċevuti tal-pensjoni jew irċevuti oħra li jkopru l-aħħar tliet xhur u li jindikaw l-ammonti gross (rendikonti tal-bank mhumiex biżżejjed);
  • ċertifikat ta’ bilanċ żero mill-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà (Fonds national de solidarité) għal kull membru tal-unità domestika, jekk l-unità domestika ma tirċievi xejn mill-Fond;
  • jekk l-unità domestika tirċievi jew tħallas pensjoni tal-manteniment, dokument li jindika l-ammont imħallas jew irċevut (rendikonti tal-bank għall-aħħar tliet xhur, pereżempju);
  • sjieda tal-proprjetà immobbli jew ċertifikat ta’ nuqqas ta’ sjieda maħruġ mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa tal-Lussemburgu (Administration des contributions directes) għal kull membru tal-unità domestika;
  • fejn applikabbli, dokumenti ta’ sostenn għas-sjieda tal-proprjetà immobbli li tinsab barra l-pajjiż;
  • evidenza dokumentarja ta’ assi mobbli (flus, tfaddil, ishma, bonds, eċċ.);
  • jekk l-abitazzjoni hi mikrija, kopja tal-kuntratt ta’ lokazzjoni u rċevuti tal-kirja għall-aħħar tliet xhur;
  • jekk l-unità domestika qed tħallas ipoteka, prova tal-ħlas tal-ammont fix-xahar;
  • evidenza dokumentarja tal-introjtu mill-proprjetà immobbli u mill-proprjetà mobbli;
  • dokumenti relatati mal-kawża inkwistjoni.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? B'liema kundizzjonijiet?

Wara li tiġi vverifikata l-insuffiċjenza tar-riżorsi, l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna legali jiġi notifikat mill-President tal-Kamra tal-Avukati jew mill-membru delegat mill-President għal dan l-għan, bil-posta ordinarja jekk tkun ingħatat u b’ittra rreġistrata jekk tkun ġiet irrifjutata. Il-President jaħtar l-avukat li l-vittma tkun għażlet liberament jew, jekk ma ssir ebda għażla jew il-President iqis li l-għażla mhix waħda xierqa, avukat nominat.

Nutara u bailiffs jinħatru ex officio mill-qorti li tieħu ħsieb il-kawża fi ħdan il-qafas tal-għajnuna legali.

Jekk l-għajnuna legali tingħata matul il-proċedimenti, l-ispejjeż imġarrba mill-vittma jiġu rimborżati.

Spejjeż mhux rimborżati

Jekk il-vittma tirċievi għajnuna legali u tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż, dawn jiġġarrbu mill-Istat.

F’kawżi kriminali, l-għajnuna legali ma tkoprix l-ispejjeż u l-multi imposti fuq persuni li huma kundannati.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Jekk kawża tingħalaq qabel ma tasal quddiem il-qorti, in-notifika tispeċifika l-kundizzjonijiet biex il-vittmi jkunu jistgħu jiftħu proċedimenti billi jippreżentaw prosekuzzjoni privata jew talba bħala parti ċivili.

Jekk il-pieni għar-reati jkunu pieni kriminali jew pieni korrettivi, in-notifika tinkludi l-informazzjoni li l-vittmi jistgħu japplikaw quddiem il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat, li jkollu d-dritt li jordna l-prosekuzzjoni lill-prosekutur tal-istat.

Jekk il-kunsill ġudizzjarju (Chambre du conseil) jiddeċiedi li ma jirreferix il-kawża kriminali lil qorti li tiddeċiedi dwar il-ħtija tal-awtur allegat, il-vittmi jistgħu jappellaw quddiem il-kunsill ġudizzjarju tal-Qorti tal-Appell. Għaldaqstant, dawn għandhom id-dritt li jippreżentaw talbiet u kummenti lil dan il-kunsill.

Jekk il-kunsill ġudizzjarju jiddeċiedi li jwaqqa’ l-kawża għal raġunijiet ta’ fatt u mhux ta' dritt, il-vittmi xorta waħda jistgħu jirrikorru quddiem qorti ċivili biex jiksbu kumpens għad-danni.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Bħal fl-inkjesta/fl-investigazzjoni, il-vittmi jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti bla ma jkollhom xi status speċjali jew bħala parti ċivili.

Il-vittmi jistgħu jattendu kemm seduti pubbliċi kif ukoll mhux pubbliċi, iżda biss jekk jitħarrku bħala xhieda. Dawn jistgħu jintalbu jidhru wkoll bħala xhieda għas-sottomissjonijiet orali. Għal dan l-għan, huma jirċievu taħrika bil-miktub mingħand il-Prosekutur Pubbliku u jridu jwieġbu kemm il-mistoqsijiet tal-Qorti kif ukoll il-mistoqsijiet li jagħmlilhom l-avukat tal-parti opposta. Matul il-proċess, il-vittmi jpoġġu fuq wara tal-awla biex ma jidħlux f’kuntatt dirett mal-persuna akkużata.

Il-partijiet ċivili jirċievu taħrika bil-miktub għas-sottomissjonijiet orali. Dawn għandhom ukoll id-dritt li jattendu għal seduti pubbliċi u mhux pubbliċi, u jridu jkunu preżenti biex jippreżentaw it-talbiet tagħhom. Fil-prinċipju, dawn jintervjenu wara s-smigħ tax-xhieda. Barra minn hekk, dawn jistgħu jargumentaw il-kawża fuq kull materja relatata mal-interessi ċivili tagħhom u jistgħu jixhdu fuq il-fatti.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, nitqies jew nista’ nagħżel li nitqies bħala vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Ir-rwol uffiċjali tiegħek fis-sistema ġudizzjarja hu dak ta’ vittma mingħajr status speċjali. Il-vittmi għandhom id-dritt li jissieħbu fil-proċedimenti bħala partijiet ċivili.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

B’mod partikolari, il-vittmi għandhom id-dritt:

  • li jużaw lingwa li jifhmu, jew inkella li jkunu jistgħu jirrikorru għal interpretu fil-każ ta’ kwerela għand is-servizz tal-pulizija;
  • li jirċievu, mingħajr ħlas, kopja tal-kwerela u d-dokumenti li ppreżentaw b’appoġġ tal-kwerela;
  • li jiksbu rċevuta f’lingwa mifhuma minnhom li tispeċifika n-numru tal-atti u d-data u l-post tal-kwereli tagħhom, li jiksbu konferma tal-irċevuta tal-kwereli tagħhom magħmula għand il-Prosekutur Pubbliku;
  • li jkunu assistiti jew rappreżentati minn avukat;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku meta l-kawża tagħhom tingħalaq u dwar ir-raġunijiet għaliex;
  • fuq talba, li jiġu informati li l-kawża tagħhom qiegħda taħt investigazzjoni ġudizzjarja;
  • fuq talba, li jiġu informati dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku mis-servizzi tal-prosekuzzjoni dwar id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawża tagħhom;
  • fuq talba, li jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni;
  • li jitolbu lill-imħallef li jisma’ l-kawża għal miżuri interim biex jagħti għotja proviżorja, dment li l-eżistenza tar-responsabbiltà tal-parti l-oħra ma tkunx tista’ tiġi ddubitata serjament.

Il-partijiet ċivili għandhom ukoll id-dritt:

  • li jitolbu kumpens mingħand il-persuna akkużata;
  • li jkunu involuti fl-investigazzjoni ordnata mill-imħallef inkwirenti;
  • li jitolbu lill-imħallef inkwirenti biex jordna inkjesti addizzjonali;
  • li jappellaw kontra ċerti inkjesti li jkollhom impatt fuq l-interessi ċivili tagħhom quddiem awla tal-qorti;
  • li jiġu interrogati biss jekk ikunu jixtiequ li dan iseħħ;
  • li jinġiebu wiċċ imb wiċċ mal-persuna akkużata jekk ikun hemm bżonn;
  • li jkollhom aċċess għall-atti, għall-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li l-għajnuna legali tkun meħtieġa għaliha;
  • li jitolbu mingħand l-imħallef inkwirenti kopja tal-atti meta titlesta l-investigazzjoni;
  • li jitolbu perizja, li jisimgħu lix-xhieda u li jiġu ritornati lilhom oġġetti sekwestrati;
  • li jattendu għall-ispezzjoni tax-xena tar-reat.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? B'liema kundizzjonijiet?

Ix-xhieda jistgħu jattendu għal seduti u jikxfu b’ġurament quddiem l-imħallef dak kollu li jafu dwar il-fatti. Ix-xhieda jridu jwieġbu kemm il-mistoqsijiet tal-Qorti kif ukoll il-mistoqsijiet li jagħmlilhom l-avukat tal-parti opposta.

Il-partijiet ċivili jistgħu jargumentaw il-kawża fuq kull materja relatata mal-interessi ċivili tagħhom u jistgħu jixhdu dwar il-fatti; avukat għal parti ċivili jista’ jinterroga lill-esperti kif ukoll lix-xhieda għad-difiża.

Fil-prinċipju, l-evidenza kollha tiġi ammessa dment li tiġi rikonoxxuta bil-ħsieb u mill-esperjenza li din tista’ tmexxi lill-imħallef biex jikkundanna. L-evidenza tista’ tiġi ppreżentata dment li l-partijiet ikunu jistgħu jgħidu dak li jaħsbu u jargumentaw dwarha.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

L-informazzjoni li ġejja tiġi komunikata lill-Vittma:

  • fuq talba: l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • b’mod awtomatiku: id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawżi tagħhom;
  • fuq talba: kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-atti tal-qorti?

Meta tiġi ppreżentata kwerela għand il-pulizija, il-kwerelanti jirċievu kopja tal-kwerela mingħajr ħlas, minnufih jew inkella fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-kwerela. Il-kwerelanti jistgħu jitolbu wkoll lill-qorti li tieħu ħsieb il-kawżi tagħhom għal passi proċedurali speċifiċi.

Jekk il-kwerelanti ssieħbu fil-proċedimenti bħala partijiet ċivili, dawn għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għall-atti tal-kawża, fl-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti, wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li għaliha tkun meħtieġa l-għajnuna legali;

Meta jitlestew il-proċedimenti, l-imħallef inkwirenti jikkomunika l-atti tal-kawża lill-Prosekutur Pubbliku. Bħala parti ċivili, ikollok id-dritt tikkonsulta l-atti tal-anqas tmint ijiem tax-xogħol qabel ma l-kawża tiġi eżaminata mill-kunsill ġudizzjarju.

Partijiet ċivili, u persuni li jistgħu juru li għandhom interess personali leġittimu, għandhom id-dritt jirċievu kopja tal-atti tal-kawża, ħlief kwalunkwe karta u dokument sekwestrati, fi ħdan perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel id-data magħżula tas-seduta. Għal dan l-għan, dawn iridu jagħmlu talba lill-Prosekutur Pubbliku.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Kull sentenza finali għandha l-awtorità ta’ res judicata malli tinqata’. B’hekk, din titqies li tirrappreżenta l-verità dment li ma titħassarx bl-eżerċizzju ta’ rimedju legali previst mil-liġi. Normalment l-imħallef jiddeċiedi dwar il-kawżi kriminali u ċivili fl-istess sentenza.

Minħabba d-dritt għal proċess ġust, din l-awtorità ta’ res judicata tapplika biss għal dawk li kienu partijiet fil-proċess kriminali u għall-elementi tad-deċiżjoni li dawk il-partijiet setgħu jasserixxu l-każ tagħhom fuqhom. Bħala vittma, tista’ tappella biss jekk kont parti għall-proċedimenti, billi ssiħibt fihom bħala parti ċivili.

F’din il-kapaċità, hu possibbli li tappella, iżda biss fir-rigward tal-interessi ċivili tiegħek u jekk ikollok interess fit-teħid ta’ azzjoni, jiġifieri jekk il-qorti ċaħdet it-talba tiegħek għal kumpens jew jekk int tqis li l-ammont mogħti ma jkunx biżżejjed.

B’hekk, ma tistax tappella għaliex ma taqbilx mas-sentenza imposta jew għaliex il-qorti lliberat lill-konvenut. Il-Prosekutur tal-Istat biss jista’ jippreżenta appell dwar l-aspett kriminali tal-proċedimenti.

Ikkonsulta lill-avukat tiegħek biex tistabbilixxi jekk tkunx idea tajba li tippreżenta appell. Jekk l-avukati tiegħek jaqblu, l-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien 40 jum fir-Reġistru tal-qorti li qatgħet is-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Wara li tinqata’ s-sentenza, tista’ tirċievi kopja tagħha.

Hu possibbli wkoll li tippreżenta appell, iżda biss jekk kont parti fil-proċedimenti, billi sseħibt bħala parti ċivili u biss fir-rigward tal-interessi ċivili tiegħek (ara l-punt 1).

Jekk tkun ippjanata libertà kondizzjonali, tista’ tinforma lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, li jkun inkarigat mill-eżerkuzzjoni tas-sentenza, li int toġġezzjona.

Tista’ tibqa’ tkun rappreżentat minn avukat.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Bħala parti ċivili, għandek id-dritt għal għajnuna legali għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-eżekuzzjoni tas-sentenza.

Bħala vittma ta’ reat intenzjonat li jirriżulta f’korriment fiżiku, tista’, b’ċerti kundizzjonijiet, titlob lill-Ministeru tal-Ġustizzja għal kumpens li jitħallas mill-Istat, meta ma tkunx tista’ tiġi kkumpensat mill-awtur tar-reat.

Il-pulizija u s-sistema ġudizzjarja għandhom obbligu li joffrulek protezzjoni bħala l-vittma. Kwalunkwe deċiżjoni rigward il-libertà kondizzjonata ta’ persuna kkundannata b’parole tista’ tkun soġġetta għal patti u għal kundizzjonijiet speċifiċi, li jkunu relatati b’mod partikolari mal-protezzjoni tas-soċjetà u tal-vittma.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trażgressur jiġi kkundannat?

Fuq talba, għandek id-dritt li tikseb informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Rigward is-sentenza imposta fuq it-trażgressur, jekk jogħġbok kun af li d-deċiżjoni ta’ sentenzjar trid issemmi d-dispożizzjonijiet tal-liġi li huma applikati, mingħajr ma tirriproduċi l-patti, il-fatti li jikkostitwixxu r-reat stipulat fl-atti tal-akkuża jew is-sentenza jew is-sentenzi imposti (l-Artikolu 195 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). Għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-eżekuzzjoni tas-sentenzi, int tista’ tikkuntattja lis-Servizz tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali.

Fil-Lussemburgu, persuna kkundannata fil-proċedimenti finali tkun fil-Ħabs ta' Schrassig jew fil-Ħabs ta' Givenich.

Se nkun infurmat jekk it-trażgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, wara talba speċifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, tista’ tiġi infurmat bil-ħelsien jew il-ħarba ta’ trażgressur jekk ikun hemm periklu jew riskju identifikat ta’ ħsara għalik, sakemm din in-notifika ma tinvolvix riskju ta’ identità tad-dannu għat-trażgressur.

Inkun involut f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

Le.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trażgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

F’ħafna mill-każijiet, tkun il-qorti responsabbli għall-proċessar tat-trażgressur li, jekk issib l-imputat ħati, tistabbilixxi l-ammont tad-danni u tal-imgħax mogħtija lill-vittmi bħala kumpens għat-telf tagħhom.

Biex il-qorti tintalab tieħu deċiżjoni dwar kumpens, importanti li l-vittmi jintervjenu bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Il-vittmi jistgħu jintervjenu bħala parti ċivili fi kwalunkwe waqt matul l-investigazzjoni. Il-vittmi mhumiex meħtieġa jidhru matul is-seduta. Dawn jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat u jagħmlu t-talbiet tagħhom bil-miktub qabel is-seduta.

Jekk il-vittmi ma jintervjenux bħala parti ċivili jew ma jagħmlu ebda talba, il-qorti ma tkunx tista’ tagħti kumpens għad-danni u l-imgħax lill-vittmi minn jeddha.

Vittmi li ma jintervjenux bħala parti ċivili matul is-seduta kriminali ma jitilfux id-dritt tagħhom għal kumpens.

Fil-fatt, il-vittmi xorta waħda jkunu jistgħu jiftħu kawża kontra t-trażgressur quddiem il-qrati ċivili, dment li jaġixxu qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ limitazzjoni skont id-dritt ċivili u li juru li l-fatti inkwistjoni jikkostitwixxu ksur tal-liġi ċivili.

Il-qorti ordnat lit-trażgressur iħallasni d-danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trażgressur iħallas?

Ir-rwol tal-qorti kriminali hu li tikkwantifika d-dannu li ġarrbu l-vittmi, iżda din ma tintervjenix fl-irkupru tad-danni u tal-imgħax mogħtija.

Hi responsabbiltà tal-vittmi, ladarba tinqata’ s-sentenza finali, li jieħdu passi biex jiksbu ħlas għal dawn id-danni mingħand it-trażgressur.

Spiss ikun l-avukat li jieħu ħsieb biex jara li jseħħ l-irkupru tad-danni u tal-imgħax, għall-ewwel b’mod amikevoli, billi jikkuntattja lill-avukat tal-persuna kkundannata, jew billi jippreżenta talba ma’ bailiff biex tiġi eżegwita s-sentenza.

Meta l-qorti li tikkundanna timponi sentenza sospiża li tinkludi obbligu ta’ ħlas ta’ kumpens, il-Prosekutur Ġenerali Pubbliku, li hu inkarigat mill-eżekuzzjoni tas-sentenzi, jivverifika jekk il-persuni kkundannati humiex qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom.

Jekk it-trażgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

Matul il-proċess, il-qorti tista’ tagħti ħlas interim sakemm titlesta perizja, pereżempju. Jekk it-trażgressur jirrifjuta milli jagħmel dan il-ħlas, jew ma jkunx jiflaħ jagħmlu, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jieħu karigu f’każ ta’ ħtieġa murija bil-provi.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Il-Liġi emendata tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens ta’ ċerti vittmi ta’ dannu fiżiku li jirriżulta minn reat toħloq dritt għall-kumpens li jista’ jiġi debitat lill-baġit tal-Istat favur ċerti vittmi ta’ reat. Din hi miżura importanti għall-vittmi f’każ li:

It-trażgressur tal-attakk ma jkunx ġie identifikat; it-trażgressur tal-aggressjoni, għad li jkun ġie identifikat, ma jkunx jista’ jinstab; it-trażgressur ikun insolventi.

Biex jasserixxu dan id-dritt, il-vittmi jridu japplikaw mal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jieħu deċiżjoni dwar talbiet għal kumpens fi żmien sitt xhur. It-talbiet iridu jiġu abbozzati bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż u jridu jindikaw id-data, il-post u n-natura eżatta tal-fatti. Evidenza dokumentarja tal-fatti u tad-dannu mġarrab mill-vittma trid tkun mehmuża ma’ din l-ittra b'appoġġ tat-talba.

Id-dritt għall-kumpens hu soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li l-vittmi jridu jissodisfaw:

Il-vittmi jridu jkunu jirresjedu b’mod regolari u abitwali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa. Barra minn hekk, fil-mument tar-reat il-vittmi jrid ikollhom id-dokumenti tagħhom kompletament skont ir-regoli fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew ikunu vittmi tar-reat imsemmi fl-Artikolu 382(1) tal-Kodiċi Kriminali [Traffikar tal-bnedmin];

Id-dannu mġarrab irid jirriżulta minn atti intenzjonati li fin-natura tagħhom ikunu reat.

Id-dannu jrid ikun dannu fiżiku u ma jistax ikun sempliċi ħsara materjali (li jeskludi, pereżempju, kumpens fil-każ ta’ sempliċi serq).

Id-dannu jrid jirriżulta fi tfixkil serju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien, li jista’ jirriżulta minn telf ta’ introjtu jew tnaqqis f’dan, minn żieda fi spejjeż jew fi spiża eċċezzjonali, jew minn inkapaċità biex titwettaq attività professjonali, mit-telf ta’ sena skola, minn ħsara fiżika jew mentali jew minn dannu morali jew estetiku kif ukoll minn tbatija fiżika jew mentali. Vittmi ta’ reat skont l-Artikoli 372 sa 376 tal-Kodiċi Kriminali huma eżentati milli jipprovdu prova ta’ dannu fiżiku jew mentali, li hu preżunt li jeżisti.

Il-kumpens irid jitħallas mill-Istat biss jekk il-vittma ma tkunx tista’ tikseb kumpens effettiv u suffiċjenti bi kwalunkwe mod (eż. mingħand it-trażgressur, is-sigurtà soċjali jew permezz ta’ kopertura personali b'assigurazzjoni).

Importanti li wieħed ikun jaf li l-kumpens jista’ jiġi miċħud jew jitnaqqas minħabba l-imġiba tal-vittmi fil-ħin materjali jew ir-relazzjoni tagħhom mat-trażgressur.

Jekk l-Istat jikkumpensa lill-vittmi, dawn xorta waħda jistgħu jintervjenu bħala parti ċivili u jitolbu somom addizzjonali mingħand it-trażgressur jekk iqisu li l-kumpens ma jkunx biżżejjed. F’dak il-każ, il-vittmi jridu jinformaw lill-qorti bil-fatt li huma ppreżentaw talba għal kumpens lill-Istat jew li huma kisbu t-tali kumpens mingħand l-Istat, skont il-każ.

Inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trażgressur ma jiġix ikkundannat?

Il-vittmi huma intitolati għal kumpens jekk it-trażgressur ma jiġix ikkundannat dment li jkunu vittmi ta’ reat kriminali u t-trażgressur tal-attakk ma jiġix identifikat, jew jekk it-trażgressur tal-attakk ikun ġie identifikat iżda ma jistax jinstab, jew jekk it-trażgressur ikun insolventi.

Jekk ma jkun hemm ebda proċess u, b’hekk, ebda determinazzjoni ta’ kumpens mill-qorti, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jagħti somma fissa u/jew jordna perizja aspejjeż tiegħu biex jiddetermina l-ammont tal-kumpens li jrid jingħata lill-vittma.

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Fil-każ ta’ ħtieġa murija debitament, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jagħti ħlas filwaqt li tkun għadha qed tiġi eżaminata l-applikazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jien vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

-Bħala vittma ta’ reat, tista’ tikkuntattja lis-servizzi ewlenin li ġejjin ta’ appoġġ għall-vittmi:

A. Servizz tal-gvern:

Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (SCAS) - Servizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi (Service central d’assistance sociale (SCAS) – Services d’Aide aux Victimes (SAV))SAV fil-Lussemburgu

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsulenza psikoloġika u psikoterapewtika
  • Servizz ta’ informazzjoni legali
  • Grupp ta’ terapija għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.
  • Jakkumpanja lill-vittmi tul il-proċess legali sħiħ

DETTALJI TA’ KUNTATT:

Plaza Liberty Building, Entrance C
12-18 rue Joseph Junck
L-1839 Luxembourg

Tel.: (+352) 47 58 21-627
(+352) 47 58 21-628
GSM: (+352) 621 32 65 95

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidascas-sav@justice.etat.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/aides-informations/assistance-sociale/scas-service-aide-victimes.html

B. Organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGO):

1. Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati (Aide aux Victimes de la Criminalité) - Wäisse Rank Lëtzebuerg Asbl

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Servizz ta’ pariri legali
  • Appoġġ morali, finanzjarju u materjali

DETTALJI TA’ KUNTATT:

84 rue Adolphe Fischer
L-1521 Luxembourg

Tel.: (+352) 40 20 40

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawrl@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.benevolat.public.lu/de/espace-benevole/decouvrir-associations/chercher-association/associations/?~=/de/assoc/212

2. Servizz ta’ appoġġ għall-vittmi rikonoxxuti ta’ vjolenza domestika

Hemm tliet servizzi bħal dawn:

- SAVVD fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) asbl

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjonijiet psikosoċjali
  • Informazzjoni u appoġġ legali
  • Informazzjoni u appoġġ legali, amministrattivi u soċjali wara li l-prosekutur pubbliku jkun keċċa lit-trażgressur tal-vjolenza mid-dar li jkun jgħix fiha
  • Ippjanar tal-passi legali
  • Jakkumpanja lill-vittmi, fost l-oħrajn, fil-qorti, fl-uffiċċju tal-avukat, għand it-tabib
  • Gwida
  • Konsultazzjonijiet u miżuri protettivi kontra fastidju
  • Stabbiliment ta’ pjan ta’ protezzjoni għall-vittmi

DETTALJI TA’ KUNTATT:

BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 18 62
Faks: (+352) 26 48 18 63

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@savvd.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/savvd/

- PSY EA fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse)

Għal tfal li huma vittmi diretti u indiretti ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ ordni ta’ tkeċċija mid-dar.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Indokrar għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ miżura ta’ tkeċċija mid-dar
  • Bħala servizz psikoloġiku għal vittmi tfal u adoloxxenti ta’ vjolenza domestika Appoġġ psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika u għall-familji tagħhom

DETTALJI TA’ KUNTATT:

BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 20 50
Faks: (+352) 26 48 18 63

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@psyea.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/psyea/

- ALTERNATIVES f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)

Servizz ta’ appoġġ għal tfal li huma vittmi diretti u indiretti ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ ordni ta’ tkeċċija mid-dar.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Indokrar għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ miżura ta’ tkeċċija mid-dar

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, Route de Zoufftgen
L-3598 Dudelange L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 51 72 72 89

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalternatives@profamilia.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.profamilia.lu/Enfants+Adolescents/ALTERNATIVES+_+Centre+de+consultation+pour+enfants+et+adolescents+victimes+de+violence-p-470.html

3. Servizzi ta’ konsultazzjoni għal nisa li huma vittmi rikonoxxuti ta’ vjolenza

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjonijiet bit-telefown
  • Konsultazzjonijiet psikosoċjali
  • Informazzjoni u appoġġ legali, amministrattivi u soċjali
  • Ippjanar tal-passi legali
  • In-nisa jiġu akkumpanjati f’servizzi professjonali oħra: avukat, qorti, pulizija
  • Intervista ta’ ammissjoni f’ċentru ta’ kenn għan-nisa
  • Taħriġ u lezzjoni dwar il-vjolenza domestika
  • Seminars u gruppi ta’ diskussjoni

Hemm erba’ gruppi bħal dawn:

- VISAVI (Ħajja Mingħajr Vjolenza))(VISAVI (Vivre Sans Violence)) fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà(Femmes en détresse)

Ċentru ta’ konsultazzjoni għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika

DETTALJI TA’ KUNTATT:

2, rue du Fort Wallis
L-2714 Luxembourg

Tel.: (+352) 49 08 77-1
Faks: (+352) 26 48 26 82

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeminfo@visavi.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/visavi/

- IĊ-ĊENTRU TAN-NOFSINHAR (FOYER SUD) f’Esch-sur-Alzette tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa tal-Lussemburgu (Conseil national des femmes du Luxembourg)

Ċentru ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

41, rue de Luxembourg
L-4220 Esch sur Alzette

Tel.: (+352) 54 55 77 / 26 53 03 26 / 54 57 57
Faks: (+352) 54 57 57 57

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafoyersud@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cnfl.lu/site/foyersud.html

- Iċ-Ċentru OZANAM fil-Lussemburgu

- Iċ-Ċentru OZANAM Tramuntana (Centre OZANAM Nord) f’Wiltz mill-Fondazzjoni tad-Dar Bieb Miftuħ (Fondation Maison de la Porte Ouverte)

Ċentri ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

Ozanam Luxembourg
64, rue Michel Welter
L-2730 Luxembourg

Tel.: (+352) 48 83 47

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaozanam@fmpo.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fmpo.lu/foyers/centre-ozanam/

DETTALJI TA’ KUNTATT:

Ozanam Nord
49, Grand-Rue
L-9530 Wiltz

Tel.: (+352) 26 95 39 59

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaozanam.nord@fmpo.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fmpo.lu/foyers/centre-ozanam-nord/

- PROFAMILIA f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)

Ċentru ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, route de Zoufftgen
L-3598 Dudelange

Tel.: (+352) 51 72 72-41
Faks: (+352) 52 21 88

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafemmes@profamilia.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cnfl.lu/

4. Ċentru ta’ konsultazzjoni għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi reġistrati ta’ vjolenza

Hemm erbgħa:

- PSY EA fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse)

Servizz psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti ta’ bejn 3 u 21 sena li huma vittmi jew xhieda ta’ vjolenza domestika u għal familthom.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Appoġġ psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika u għal familthom

DETTALJI TA’ KUNTATT:

BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 20 50
Faks: (+352) 26 48 18 63

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@psyea.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/psyea/

- ALTERNATIVES f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)

Servizz ta’ konsultazzjoni għal tfal u għal adoloxxenti ta’ bejn 0 u 27 sena li huma vittmi jew xhieda ta’ vjolenza fiżika u mentali li tinkludi vjolenza domestika, u għal familthom.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Appoġġ psikoloġiku għal tfal u għal familthom
  • Appoġġ għal relazzjonijiet tajbin fil-familja, għal stima reċiproka
  • Sensibilizzazzjoni dwar il-vjolenza u ħidma ta’ prevenzjoni tal-vjolenza

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, Route de Zoufftgen
L-3598 DudelangeL-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 51 72 72 89

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalternatives@profamilia.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.profamilia.lu/Enfants+Adolescents/ALTERNATIVES+_+Centre+de+consultation+pour+enfants+et+adolescents+victimes+de+violence-p-470.html

- OXYGENE f’Dudelange mill-assoċjazzjoni Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) mingħajr skop ta’ qligħ

Servizz ta’ konsultazzjoni u ta’ informazzjoni għal tfajliet (ta’ bejn 12 u 21 sena) f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza fiżika, mentali u sesswali.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Intervisti individwali
  • Appoġġ għal proċeduri amministrattivi
  • Għajnuna fit-tiftix għal akkomodazzjoni ssorveljata
  • Għajnuna għall-ammissjoni possibbli fiċ-ċentru ta’ kenn Meederchershaus

DETTALJI TA’ KUNTATT:

2, rue du Fort Wallis
L-2714 Luxembourg

Tel.: (+352) 49 41 49
Faks: (+352) 27 12 59 89

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfofilles@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/oxygene/

- ALUPSE DIALOGUE fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Alupse

Konsultazzjoni psikoloġika u servizz ta’ terapija għal tfal ta’ bejn 0 u 21 sena li huma vittmi ta’ vjolenza fiżika, mentali u sesswali u għal familthom.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

8, rue Tony Bourg
L- 1278 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 18 48-1
Faks: (+352) 26 19 65 55

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalupse@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.alupse.lu/fr/lassociation-alupse/

5. Ċentru akkreditat għall-konsultazzjoni, għall-informazzjoni u għall-assistenza għal irġiel u għal subien f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza - infoMann fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ actTogether association

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Appoġġ u konsultazzjonijiet psikoloġiċi u soċjali
  • Servizz ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni
  • Sensibilizzazzjoni u taħriġ
  • Jakkumpanja u jappoġġa lill-irġiel bl-għan li jiddaħħlu f’ċentru ta’ kenn għall-irġiel

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, Cour du Couvent
L-1362 Luxembourg

Tel.: (+352) 27 49 65
Faks: (+352) 27 49 65 65

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@infomann.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.infomann.lu/

6. Ċentru akkreditat ta’ konsultazzjoni u ta’ assistenza għall-awturi ta’ vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika - Riicht eraus fil-Lussemburgu tas-Salib l-Aħmar tal-Lussemburgu

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjoni, smigħ, appoġġ, assistenza u akkumpanjament tal-awturi (irġiel u nisa) tal-vjolenza domestika b’rabta ma’ tkeċċija mid-dar fejn jgħixu, infurzata b’mod ġudizzjarju jew fuq bażi ta’ tluq volontarju
  • Tħeġġiġ tas-sensibilizzazzjoni u tar-responsabbiltà min-naħa tal-awturi
  • Protezzjoni fuq terminu qasir għall-vittmi
  • Ġestjoni tal-kunflitti u kunfidenza proprja
  • Appoġġ lil nies li jieħdu impenn li jinbidlu
  • Għajnuna fl-iżvilupp ta’ strateġiji prattiċi li jippermettu li jsir tibdil dejjiemi fl-attitudni u fl-imġiba tal-awturi
  • Appoġġ għal nies li jixtiequ jimmodifikaw l-imġiba vjolenti tagħhom
  • Grupp ta’ diskussjoni

DETTALJI TA’ KUNTATT:

73 rue Adolph Fischer
L-1520 Luxembourg

Tel.: (+352) 27 55-5800
Helpline tas-Salib l-Aħmar: (+352) 27 55
Faks: (+352) 27 55-5801

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidariichteraus@croix-rouge.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.croix-rouge.lu/riichteraus/

7. Servizz ta’ Assistenza għal vittmi rikonoxxuti ta’ traffikar tal-bnedmin

Kura għal pazjenti ta' barra u ta' ġewwa għall-vittmi kollha ta’ traffikar tal-bnedmin, nisa, irġiel u tfal.

Hemm tnejn, li huma koordinati:

- SAVTEH fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) asbl

- COTEH fil-Lussemburgu tal-Fondazzjoni tad-Dar Bieb Miftuħ (Fondation Maison de la Porte Ouverte)

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjonijiet fuq it-telefown u wiċċ imb wiċċ
  • Appoġġ u superviżjoni psikosoċjali
  • Appoġġ u stabbilizzazzjoni psikoloġiċi
  • Organizzazzjoni ta’ konsulenza jew ta’ kura medika
  • Akkumpanjament tal-vittma fid-dipartiment tal-investigazzjonijiet kriminali għal finijiet ta’ identifikazzjoni
  • Appoġġ għall-kooperazzjoni tal-vittma mal-pulizija u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
  • Akkumpanjament tal-vittmi matul il-proċeduri legali, amministrattivi u soċjali tagħhom b’mod partikolari
  • Koordinazzjoni tal-kura tal-pazjenti ta' ġewwa u organizzazzjoni tal-akkomodazzjoni tal-vittmi skont is-sess u l-età tagħhom
  • Assistenza materjali u finanzjarja
  • Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, il-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, il-benefiċċji pprovduti
  • Kuntatt mal-NGOs fil-pajjiżi ta’ oriġini matul ritorn volontarju

DETTALJI TA’ KUNTATT:

SAVTEH
BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 26 31
Faks: (+352) 26 48 26 82
GSM: (+352) 621 316 919

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatraite.humains@visavi.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/savteh/

COTEH

Tel.: (+352) 24 87 36 22
GSM: (+352) 621 351 884

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacoteh@fmpo.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fmpo.lu/services/service-dassistance-aux-victimes-de-la-traite-des-etres-humains/

C. Pulizija:

Pulizija tal-Lussemburgu
Direttorat Ġenerali
(Police Grand-Ducale Direction Générale) L-2957 Luxembourg

Tel.: (+352) 49 97-1
Linja ta’ Emerġenza: 113
Faks: (+352) 49 97-20 99

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@police.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/

D. Awtoritajiet lokali:

Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni ġudizzjarji (Service d’accueil et d’information juridique):

-DIEKIRCH

Justice de paix
Place Joseph Bech
L-9211 Diekirch

Tel.: (+352) 80 23 15

-ESCH-SUR-ALZETTE

Justice de Paix
Place Norbert Metz
L-4239 Esch-sur-Alzette

Tel.: (+352) 54 15 52

-LUXEMBOURG

Cité judiciaire
Building BC
L-2080 Luxembourg

Tel.: (+352) 22 18 46

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.public.lu/fr/aides-informations/accueil-info-juridique/

Servizz ta’ informazzjoni legali “Women’s Rights”:

UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU ĠENERALI (PARQUET GÉNÉRAL)

Cité judiciaire
Building BC jew CR
L-2080 Luxembourg

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.public.lu/fr/aides-informations/droits-femme/index.html

E. Ministeri:

-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministère de la Justice)

13 rue Erasme
L-2934 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-84537
Faks: (+352) 26 68 48 61

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/

Missjoni:

  • Kawżi ċivili
  • Kawżi kriminali: Kumpens għall-vittmi, għajnuna legali, medjazzjoni kriminali
  • Kawżi kummerċjali
  • Organizzazzjoni ġudizzjarja
  • Koordinazzjoni ġenerali tal-litigazzjoni amministrattiva quddiem il-qrati amministrattivi
  • Stabbilimenti penali

-Ministeru tal-Intern (Ministère de l’Intérieur)

BP 10
L-2010 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-84600
Faks: (+352) 22 11 25

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@miat.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mi.public.lu/

Missjonijiet f’konformità mad-Digriet tal-Gran Dukat tat-28 ta’ Jannar 2015:

  • Koordinazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza
  • Kollaborazzjoni mal-NGOs

-Ministeru tas-Sigurtà Interna (Ministère de la Sécurité intérieure)

19-21 Boulevard Royal
L-2449 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-84659
Faks: (+352) 22 72 76

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasecretariat@msi.etat.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gouvernement.lu/3313529/minist_securite_interieure

Appoġġ għall-vittmi f’konformità mad-Digriet tal-Lussemburgu tat-28 ta’ Jannar 2015:

  • Pulizija tal-Lussemburgu, Spettorat Ġenerali tal-Pulizija (Police Grand-Ducale, Inspection générale de la Police), Politika Ewropea dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, Politika dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija Internazzjonali

-Ministeru tal-Opportunitajiet Indaqs (MEGA) (Ministère de l’Égalité des Chances)

6A, bd. F. D. Roosevelt
Hôtel Terres Rouges
L-2921 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-85806
Faks: (+352) 24 18 86

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mega.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mega.public.lu/fr/index.html

Missjonijiet:

  • Vjolenza domestika
  • Kumitat għall-kooperazzjoni bejn professjonisti fil-ġlieda kontra l-vjolenza
  • Sħubija f’NGOs akkreditati MEGA u l-ġestjoni ma’ dawn tal-kura tal-pazjenti ta' ġewwa u ta' barra tal-vittmi u tal-awturi ta’ vjolenza domestika, ta’ nisa u ta’ rġiel f’diffikultà, ta’ vjolenza sessista u ta’ traffikar tal-bnedmin
  • Sħubija u kollaborazzjoni ma’ NGOs approvati mill-Istat għall-indokrar ta’ nies f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

-Pulizija tal-Lussemburgu

Hotline: 113

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 24 siegħa kuljum

Is-Salib l-Aħmar tal-Lussemburgu

Hotline: 2755

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 sal-22.00

-Fraentelefon (Nisa f’diffikultà)

Hotline: (+352) 44 81 81

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 24 siegħa kuljum

-Fraentelefon (Nisa f’diffikultà)

Hotline: (+352) 44 81 81

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00 sat-15.00

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Iva, l-appoġġ għall-vittmi hu pprovdut mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

ara t-tweġiba għall-ewwel mistoqsija taħt B.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Ungerija


Int titqies vittma ta’ reat jekk tiġi leż permezz ta’ att li skont il-liġi Ungeriża jitqies bħala reat, pereżempju jekk issofri korriment jew jekk il-proprjetà tiegħek issirilha l-ħsara jew tinsteraq. Bħala vittma ta’ reat, bil-liġi Ungeriża għandek diversi drittijiet, qabel, matul u wara l-proċeduri tal-qorti (il-proċess).  Inti tista’ titlob informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek fi proċedimenti kriminali mingħand l-awtorità tal-investigazzjoni, mingħand l-avukat ġenerali jew mingħand il-qorti, skont l-istadju tal-proċedimenti.

Il-proċedimenti kriminali Ungeriżi jibdew b’investigazzjoni. L-investigazzjoni ġeneralment titwettaq mill-pulizija, taħt is-superviżjoni tal-avukat ġenerali. Ġaladarba l-investigazzjoni titlesta, jew l-avukat ġenerali jiddeċiedi li jressaq l-akkużi u l-każ jitressaq quddiem il-qorti, jew inkella l-każ jingħalaq fil-fażi tal-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ evidenza jew minħabba li r-responsabbilità penali hija prekluża jew għax ma għadhiex tapplika.

Jekk il-każ jitressaq quddiem il-qorti, il-qorti teżamina l-evidenza miġbura u tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Fi proċedimenti kriminali Ungeriżi (ħlief għal xi forom ta’ proċedimenti), il-qorti tista’ tiġbor l-evidenza direttament waqt seduta pubblika, għalhekk int tista’ titressaq għas-seduta tal-qorti u tiġi eżaminat bħala xhud. L-akkużat, jekk jinstab ħati, jiġi kkundannat u jingħata s-sentenza. Jekk l-akkużat ma jinstabx ħati, jiġi liberat.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni se nieħu mingħand l-awtorità (pereż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) wara li jkun seħħ ir-reat iżda qabel saħansitra nirrapporta r-reat?

L-Att dwar il-Proċedimenti Kriminali jeħtieġ li l-qorti, il-prosekutur u l-awtorità tal-investigazzjoni jinformaw lill-persuni soġġetti għal attivitajiet ta’ infurzar dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom qabel kwalunkwe att proċedurali.

Ir-reati ġeneralment jiġu rapportati quddiem il-prosekutur pubbliku jew l-awtorità tal-investigazzjoni b’mod orali jew bil-miktub. Ir-rapport jista’ jiġi aċċettat ukoll minn awtorità oħra jew mill-qorti, li tibgħat dak ir-rapport lill-awtorità tal-investigazzjoni. Il-liġi ma tistipula ebda formalità għar-rapportar ta’ reat; ir-reati jistgħu jiġu rapportati b’ittra, bil-posta jew b’ittra elettronika, jew b’mod personali.

Il-proċedimenti kriminali jsiru bl-Ungeriż, iżda vittma li ma tafx bl-Ungeriż ikollha l-possibbiltà li tuża l-ilsien nattiv tagħha jew kwalunkwe lingwa oħra li tagħżel. Anki jekk il-vittma taf titkellem bl-Ungeriż, din tista’ tuża l-lingwa nazzjonali tagħha fil-proċedimenti kriminali. L-ispejjeż tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni ma jingħaddux lill-vittma, u l-vittma ma tistax tiġi obbligata tħallas bil-quddiem jew iġġarrab it-tali spejjeż.

Il-vittma tar-reat tkun intitolata għall-appoġġ mis-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi fil-każ ta’ persuni fiżiċi li kontriehom jitwettqu reat jew trasgressjoni kontra l-proprjetà fit-territorju tal-Ungerija u f’każ li kwalunkwe persuna fiżika li ġġarrab danni bħala konsegwenza diretta ta’ atti jew ta’ reati kriminali kontra l-proprjetà mwettqa fit-territorju tal-Ungerjia, b’mod partikolari ħsara fiżika jew emottiva, xokk mentali jew telf ekonomiku, bil-patt li din tkun: ċittadin tal-Ungerija, ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-UE, ċittadin ta’ kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE li jirresjedi legalment fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, persuna apolida li tirresjedi legalment fit-territorju tal-Ungerija, vittma ta’ traffikar tal-bnedmin jew kwalunkwe persuna oħra meqjusa eliġibbli permezz ta’ trattati internazzjonali konklużi bejn l-istat rispettiv tan-nazzjonalità tagħha u l-Ungerija jew fuq il-bażi ta’ reċiproċità.

L-Istat jipprovdi servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi wara li jivvaluta l-ħtiġijiet tagħhom, li jistgħu jinkludu: l-iffaċilitar tal-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi, l-għoti ta’ għajnuna monetarja istantanja, l-għoti ta’ prova ta’ status ta’ vittma, protezzjoni tax-xhieda, u l-provvista ta’ akkomodazzjoni protetta. Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet definiti legalment, il-vittma tkun intitolata għal kumpens mill-istat ukoll.

Barra minn hekk, il-protezzjoni personali ta’ vittma tista’ tiġi ordnata jekk ikunu ppjanati jew jitwettqu atti ta’ vjolenza kontra persuni jew reati li joħolqu periklu kollettiv għall-persuni kontra l-vittmi bħala impediment jew xkiel għall-parteċipazzjoni tagħhom fi proċedimenti kriminali jew għall-infurzar ta’ drittijiethom u għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom jew jekk reat bħal dan ikun probabbli. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati jew reġistrati quddiem il-qorti, il-prosekutur ġenerali jew l-awtorità tal-investigazzjoni li tmexxi l-proċediment kriminali.

Biex tiġi żgurata l-prevenzjoni jew l-interruzzjoni tar-reati kontra l-integrità fiżika jew il-libertà ta’ persuna, il-protezzjoni personali tkopri l-protezzjoni tad-dar privata tal-vittma jew ta’ post ta’ residenza ieħor tagħha kif ukoll is-sigurtà fir-rotot tat-triq u l-parteċipazzjoni sikura fil-proċedimenti kriminali u f'atti uffiċjali oħra.

Il-protezzjoni personali tiġi pprovduta b’mod partikolari permezz ta’ servizz regolari ta’ pattulja, b’mezzi tekniċi, b’konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni kontinwa, bil-provvista ta’ lbies protettiv u, jekk metodi oħra ta’ protezzjoni personali ma jkunux effettivi, minn persunal tal-għassa, li jista’ jiġi pprovdut fil-post ġestit mill-korp tal-infurzar tal-liġi awtorizzat biex jordna u jipprovdi protezzjoni personali.

Jekk il-protezzjoni ta’ vittma li tieħu sehem fi proċedimenti kriminali ta’ gravità eċċezzjonali ma tkunx tista’ tiġi żgurata permezz ta’ protezzjoni personali, u l-vittma tikkoopera mal-awtorità u tkun f’sitwazzjoni mhedda u, għalhekk, ikun hemm bżonn li jiġu pprovduti arranġamenti speċjali ta’ salvagwardja, il-vittma tista’ tieħu sehem ukoll fi programm ta’ protezzjoni tax-xhieda li jipprovdi arranġamenti speċjali ta’ salvagwardja jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet addizzjonali speċifiċi.

F’ċerti każijiet, il-vittma tkun intitolata għal rappreżentazzjoni permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni u, jekk tkun qed taġixxi bħala prosekutur privat sostitut, tkun intitolata għal għajnuna legali. Bħala regola ġenerali, il-kundizzjoni ta’ dawn hi li l-vittma tkun teħtieġhom, jiġifieri, b’kunsiderazzjoni tal-introjtu tal-persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf, l-introjtu nett fix-xahar tal-vittma ma jaqbiżx l-ammont minimu rispettiv ta’ pensjoni ta’ rtirar determinat fuq il-bażi ta’ relazzjoni tax-xogħol (HUF 28 500 fl-2017) u din ma jkollha ebda assi li jista’ jkopri s-servizz legali.

Il-vittma tista’ tkun intitolata li tissieħeb f’kawża ċivili biex tfittex kumpens għad-danni li jirriżultaw minn reat kriminali kontra l-konvenut fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali. Biex tiżgura li tkun koperta t-talba ċivili tagħha, tista’ tressaq mozzjoni għal sekwestru kontra l-proprjetà tal-konvenut li jiġi ordnat mill-qorti jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għaliex jiġi supponut li s-sodisfazzjon tat-talba mhux se jitħalla jiġi eżegwit. Il-qorti tiddeċiedi dwar it-talba ċivili f’sentenza, li tilqa’ jew tiċħad il-mozzjoni. Jekk din tkun iġġib magħha dewien konsiderevoli għall-konklużjoni tal-proċedura, jew jekk il-konvenut joħroġ liberat, jew jekk l-aġġudikazzjoni tal-mozzjoni fuq il-merti tagħha fil-proċedimenti kriminali tiġi prekluża minħabba kundizzjonijiet oħra, il-qorti tordna l-infurzar tat-talba ċivili b’mezzi legali oħra.

Il-vittma għandha d-dritt li tieħu sehem fi proċedura ta’ medjazzjoni mal-konvenut taħt kundizzjonijiet speċifiċi. Il-proċedura ta’ medjazzjoni ma tistax issir mingħajr il-kunsens tal-vittma, u anki f’każ li l-kunsens tal-vittma ma jkunx awtomatiku u jiddependi minn ħafna kundizzjonijiet oħra.

L-ispejjeż li joħorġu minn buthom il-vittma u r-rappreżentant tagħha li jiġġarrbu matul il-kawża huma spejjeż tal-proċedimenti kriminali, u hekk ukoll ikunu l-ispejjeż tal-vittma li jiġġarrbu b'rabta mal-preżenza tagħha bħala xhud. Filwaqt li dawk imsemmija l-ewwel ma jitħallsux bil-quddiem mill-Istat, dawn tal-aħħar jitroddu lura wara l-azzjoni proċedurali. Il-konvenut jiġi ordnat iġarrab l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali jekk il-konvenut jiġi ddikjarat ħati.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti drittijieti?

L-Att dwar il-Proċedimenti Kriminali jipprovdi għall-protezzjoni tad-drittijiet fir-rigward tal-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ungerija indipendentement min-nazzjonalità u mill-post ta’ residenza. Is-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi jipprovdi l-istess servizzi liċ-ċittadini ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-UE bħaċ-ċittadini Ungeriżi.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Il-vittma tiġi notifikata individwalment biss dwar id-deċiżjoni li tordna l-investigazzjoni jekk ir-reat ma jiġix rapportat mill-vittma. Barra minn hekk, l-Att dwar il-Proċedimenti jiddefinixxi sitwazzjonijiet u deċiżjonijiet li dwarhom trid tiġi notifikata l-vittma.

Il-vittma għandha d-dritt li tiġi notifikata fuq talba tagħha, b’rabta mar-reat li jikkonċernaha, dwar il-ħelsien jew il-ħarba tal-persuna detenuta, il-libertà kondizzjonata, ir-rilaxx finali jew il-ħarba kif ukoll l-interruzzjoni tal-eżekuzzjoni tal-piena l-ħabs tal-persuna sentenzjata għal priġunerija, il-ħelsien jew il-ħarba tal-persuna sentenzjata għal arrest taħt kustodja kif ukoll l-interruzzjoni tal-eżekuzzjoni tal-arrest taħt kustodja, il-ħelsien jew il-ħarba tal-persuna taħt trattament mediku involontarju, il-ħelsien, it-tluq mingħajr permess u l-liv ta’ adattament tal-persuna taħt trattament mediku involontarju u, fil-każ tal-edukazzjoni għal trasgressuri żgħażagħ, il-ħelsien temporanju jew permanenti, it-tluq mill-istituzzjoni mingħajr permess u l-interruzzjoni tal-edukazzjoni għal trasgressuri żgħażagħ.

Il-vittma trid tiġi notifikata dwar id-deċiżjonijiet li ġejjin b’mod partikolari: l-assenjament ta’ espert, is-sospensjoni tal-investigazzjoni, il-konklużjoni tal-investigazzjoni, it-terminazzjoni tal-investigazzjoni, l-akkuża, l-omissjoni parzjali tal-akkuża, it-twaqqigħ tal-akkużi, u l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni li fiha dispożizzjonijiet li jappartjenu b’mod dirett għall-vittma, kif ukoll l-adozzjoni ta’ deċiżjoni konklużiva.

Il-vittma trid tiġi informata dwar il-post u d-data tal-azzjonijiet proċedurali kollha fejn hi tista’ tieħu sehem. Azzjonijiet bħal dawn jinkludu s-smigħ ta’ espert matul l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, ir-rikostruzzjonijiet, il-preżentazzjonijiet għall-identifikazzjoni, kif ukoll il-proċessi u s-sessjonijiet miftuħa matul il-proċeduri tal-qorti.

Matul l-investigazzjoni, il-vittma tista’ ssir taf dwar u, bi ħlas, tikseb, kopji ta’ kwalunkwe perizja u fajls dwar l-azzjonijiet investigattivi li matulhom tista’ tkun preżenti, u tista’ tikseb kopji ta’ dokumenti oħra jekk dan ma jkunx imur kontra l-interessi tal-investigazzjoni. Wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni, il-vittma titħalla teżamina kwalunkwe dokument li jappartjeni għar-reat kriminali mwettaq kontriha.

Matul l-investigazzjoni, il-vittma tista’ tippreżenta appell jew kwerela kontra kull deċiżjoni li jkun fiha dispożizzjonijiet li jappartjenu għaliha b’mod dirett. Il-vittma tista’ tippreżenta kwerela kontra, fost affarijiet oħra, deċiżjonijiet li jiċħdu r-rapport tagħha tar-reat jew deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw l-investigazzjoni.

Jekk ir-rapport tar-reat jiġi miċħud jew l-investigazzjoni tiġi terminata, u f’ċerti każijiet meta jitressqu akkużi formali fir-rigward ta’ parti mill-atti tal-akkuża u l-kwerela tal-vittma ma waslitxgħar-riżultat mixtieq, il-vittma tista’ taġixxi bħala prosekutur privat sostitut fi ħdan skadeza stipulata bil-liġi. Il-vittma tista’ taġixxi wkoll bħala prosekutur privat sostitut jekk il-prosekutur ma jistabbilixxix, bħala riżultat tal-investigazzjoni, reat kriminali li jkun soġġett għal prosekuzzjoni pubblika jew jekk il-prosekutur ma jkunx ħa taħt ir-responsabbiltà tiegħu r-rappreżentazzjoni tal-prosekuzzjoni mingħand il-prosekutur privat. Vittma li taġixxi bħala prosekutur privat sostitut tista’, permezz tal-avukat tagħha, tressaq mozzjoni għal prosekuzzjoni, u b'hekk tista’ tippreżenta akkuża waħedha kontra l-konvenut.

Matul il-proċedura tal-qorti, il-vittma tista’ tappella biss kontra l-aġġudikazzjoni tat-talba ċivili fil-merti tagħha, iżda mhux kontra d-deċiżjoni fil-merti tagħha. Matul il-proċedura tal-qorti, il-vittma tista’ taġixxi bħala prosekutur privat sostitut jekk il-prosekutur iwaqqa’ l-akkuża.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-proċedimenti kriminali jsiru bl-Ungeriż, iżda li ma tkunx taf il-lingwa Ungeriża ma jkunx raġuni li tagħti lok għal diskriminazzjoni. Fil-proċedimenti kriminali tista’ tuża, kemm meta titkellem kif ukoll meta tikteb, il-lingwa nattiva, reġjonali jew tal-minoranza tiegħek jew lingwa oħra li int tindika li titkellem. F’dawn il-każijiet, int tkun intitolat(a) għal interpretu u għat-traduzzjoni ta’ dokumenti uffiċjali indirizzati lilek mingħajr ħlas.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

L-awtorità tistinka biex tikkomunika miegħek b’mod sempliċi u li jinftiehem faċilment kemm b’mod orali kif ukoll bil-miktub. Informazzjoni dwar drittijietek u twissijiet dwar l-obbligi tiegħek jiġu komunikati b’mod li jinftiehem faċilment b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjoni u tal-ħiliet personali tiegħek. Matul il-komunikazzjoni verbali, l-awtorità hi meħtieġa tiżgura wkoll jekk int fhimtx l-informazzjoni komunikata lilek, u, jekk le, l-awtorità tispjega t-tali informazzjoni jew twissija lilek. Jekk int minorenni jew persuna b’diżabbiltà, l-awtorità trid toqgħod attenta b’mod partikolari meta tikkomunika miegħek. Jekk għandek indeboliment tas-smigħ, inti nieqes/nieqsa mis-smigħ u mid-dawl jew għandek indeboliment tat-taħdit, tista’ titlob interpretu tal-lingwa tas-sinjali jew tista’ tagħmel dikjarazzjoni bil-miktub minflok seduta.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Fil-livell tal-istat, il-funzjonijiet ta’ protezzjoni tal-vittmi u ta’ għajnuna legali jiġu eżerċitati mill-uffiċċji tal-gvern tal-belt kapitali u tad-19-il kontea. Jekk int vittma ta’ reat, l-aġenziji tal-gvern jipprovdulek assistenza personalizzata mingħajr ħlas, li bħala parti minnha int tirċievi

  • informazzjoni dwar id-drittijiet u l-possibbiltajiet tiegħek;
  • appoġġ emottiv;
  • assistenza prattika u pariri legali f’każijiet sempliċi;
  • konferma tal-istatus tiegħek bħala vittma;
  • għajnuna monetarja istantanja tista’ tiġi pprovduta wkoll fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ppreżentata fi żmien 5 ijiem mid-data tat-twettiq tar-reat relatat.

Bħala parti mill-għajnuna legali, l-uffiċċji tal-gvern jipprovdulek pariri legali mingħajr ħlas f’każijiet li fihom il-fatti tal-każ ikunu pjuttost ċari, u jekk tkun fi bżonn finanzjarju, jistgħu jiġu pprovduti lilek servizzi legali (eż. tfassil ta’ dokumenti) permezz ta’ assistenza legali barra mill-kuntest tal-proċedimenti kriminali u tar-rappreżentazzjoni permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni fi ħdan il-kuntest tal-proċedimenti kriminali.

Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji tal-gvern ta’ Budapest u tal-kontej fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kormanyhivatal.hu/ u aktar informazzjoni dwar l-appoġġ għall-vittmi u l-għajnuna legali fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://igazsagugyiinformaciok.kormany.hu/aldozatsegito-szolgalatIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://igazsagugyihivatal.gov.hu/jogi-segitsegnyujtas.

Minbarra l-organizzazzjonijiet tal-istat ta’ appoġġ għall-vittmi, int tista’ tirrikorri wkoll għal diversi organizzazzjonijiet ċivili jekk sfajt vittma ta’ reat, pereżempju:

  • L-Assoċjazzjoni tal-Karità ĊURKETT ABJAD , membru tal-Victim Support Europe, tipprovdi appoġġ finanzjarju, legali, psikoloġiku u ieħor kif ukoll għajnuna lill-vittmi ta’ reati u lil qrabathom, primarjament dawk li huma fil-bżonn minħabba s-sitwazzjoni soċjali tagħhom (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fehergyuru.eu/),
  • is-Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat) jipprovdi għajnuna lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, ta’ abbuż tat-tfal, ta’ prostituzzjoni u ta’ traffikar tal-bnedmin u, jekk ikun hemm bżonn, jista’ jorganizza l-akkomodazzjoni tagħhom (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://bantalmazas.hu/),
  • L-NGO ESZTER Ambulanza (ESZTER Alapítvány és Ambulancia) tipprovdi trattament psikoloġiku u riablitazzjoni mingħajr ħlas għal tfal u għal adulti f’kundizzjoni ta’ abbuż u trawmatizzanti, u tipprovdi informazzjoni u pariri legali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://eszteralapitvany.hu/),
  • L-NGO NANE tal-Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa topera helpline mingħajr ħlas u tipprovdi assistenza legali personali kif ukoll konsulenza psikoloġika u soċjali għall-vittmi adulti u minorenni ta’ vjolenza domestika (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://nane.hu/).

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Jekk tmur għand il-pulizija bħala vittma ta’ reat, int tirċievi notifika bil-miktub tas-servizz rilevanti ta’ appoġġ għall-vittmi mingħand il-pulizija, u tiġi informat(a) bl-opportunitajiet tiegħek ta’ appoġġ għall-vittmi u, fuq talba, il-pulizija toħroġ iċ-ċertifikat neċessarju li jingħata lilek jew jintbagħat lis-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Matul il-proċedimenti kriminali, id-drittijiet personali tiegħek u d-dritt għar-rispett ta’ dawk involuti jridu jiġu mħarsa, u kwalunkwe divulgazzjoni żejda ta’ data dwar il-privatezza tiegħek hi projbita. Għal dan il-għan, jekk ikun meħtieġ li int tixhed, int tista’ titlob li d-data tiegħek tiġi ġestita b’mod kunfidenzjali u, minn dak iż-żmien ’l hemm, din tiġi divulgata biss lill-awtorità li tipproċedi bil-kawża.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Mhix kundizzjoni ġenerali ta’ eliġibbiltà għas-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi pprovdut mill-istat li int tippreżenta rapport dwar ir-reat kriminali mwettaq kontrik; minkejja dan, int tkun intitolat(a) li tirċievi għajnuna monetarja (kumpens, għajnuna monetarja istantanja) biss jekk ikollok prova bil-miktub tal-ftuħ tal-proċedimenti kriminali.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

Int tista’ tikseb protezzjoni personali wara l-ftuħ tal-proċedimenti kriminali. Jekk int tinsab f’sitwazzjoni mhedda minħabba l-parteċipazzjoni tiegħek fi proċedimenti kriminali, int tista’ titlob lill-awtorità li tipproċedi bil-kawża li int, bħala vittma jew xhud, kif ukoll il-membri tal-familja u l-qraba tiegħek, tiġu pprovduti bi protezzjoni personali. Il-protezzjoni personali tista’ tintalab mill-awtorità tal-investigazzjoni li tipproċedi bil-kawża, mill-prosekuzzjoni jew mill-qorti, u d-deċiżjoni tittieħed mill-pulizija li tipprovdi l-protezzjoni personali.

Jekk int tinstema’ bħala xhud u t-testimonjanza tiegħek tkun relatata maċ-ċirkustanzi sostanzjali ta’ kawża partikolarment serja, int tista’ tiġi ddikjarat(a) protett(a) b’mod speċjali jekk l-evidenza mistennija mit-testimonjanza tiegħek ma tkunx tista’ tiġi sostitwita u jekk l-esponiment tal-identità tiegħek b’rabta mal-parteċipazzjoni tiegħek fil-protezzjoni jixħet f’riskju serju l-ħajja, il-persuna jew il-libertà personali tiegħek jew ta’ qrabatek.

L-imħallef li jinvestiga jiddeċiedi dwar id-dikjarazzjoni tax-xhud bħala protett b’mod speċjali, li tista’ titressaq għal mozzjoni mill-prosekuzzjoni, u b’hekk hu int li trid titlob dan it-tip ta’ protezzjoni fil-prosekuzzjoni. Jekk int tiġi ddikjarat(a) xhud protett b’mod speċjali, int tista’ tiġi interrogat(a) biss mill-imħallef li jinvestiga u ma tistax titħarrek biex tidher fil-proċess, u l-isem, id-data personali u l-post ta’ residenza tiegħek jiġu mmaniġġjati b’mod kunfidenzjali u ma jiġux divulgati lill-konvenut u lill-avukat difensur tiegħu.

Int tista’ tkun protett(a) ukoll fi ħdan il-qafas ta’ Programm ta’ Protezzjoni speċjali. Jekk tieħu sehem fi Programm bħal dan, int tista’ tiġi mħarrek/mħarrka biex tidher matul l-azzjonijiet proċedurali jew tiġi notifikat(a) dwar dawn, jew jintbagħtulek id-dokumenti biss permezz tal-korp responsabbli għall-protezzjoni tiegħek, u l-indirizz ta’ dak il-korp jiġi indikat bħala l-post ta’ residenza tiegħek. Ħadd, lanqas l-awtoritajiet, ma jista’ jiġi pprovdut b’kopji ta’ dokumenti li fihom informazzjoni dwarek, sakemm il-korp responsabbli għall-protezzjoni tiegħek ma jkunx ta l-permess tiegħu għal dan. F’dan il-każ, int tista’ tiċħad milli tixhed billi tagħti jew timplika informazzjoni dwar l-identità jew il-post ta’ residenza tiegħek.

Jekk twettaq kontrik att kriminali punibbli bi priġunerija, int tista’ tressaq mozzjoni quddiem il-qorti biex din tordna li l-konvenut ma jersaqx lejk għal perjodu ta’ bejn għaxar u sittin jum.

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli? Min jista’ joffrili protezzjoni?

Matul il-proċedimenti kriminali, il-qorti, il-prosekutur u l-awtorità tal-investigazzjoni l-ħin kollu ser ikunu qed jeżaminaw jekk intix vittma li għandha bżonn protezzjoni speċjali fuq il-bażi tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzaw il-personalità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħek u n-natura jew iċ-ċirkustanzi tar-reati kriminali, li dwarha jista’ jiġi stabbilit li għandha ħtiġijiet speċjali matul il-proċedimenti kriminali. Bażikament, f’dan il-każ, il-qorti, il-prosekuzzjoni jew l-awtorità tal-investigazzjoni li tmexxi l-proċedimenti kriminali tista’ tordna l-miżuri li jipprovdu l-protezzjoni personali tiegħek, billi jiġi stipulat li l-protezzjoni personali u l-Programm ta’ Protezzjoni definit fit-Taqsima 7 tiġi pprovduta mill-pulizija, filwaqt li l-ordni ta’ trażżin jista’ jinħareġ mill-qorti.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Iva. Hi funzjoni fundamentali tal-qorti, tal-prosekuzzjoni u tal-awtorità tal-investigazzjoni li tipprevjeni t-twettqi ta’ aktar reati kriminali mit-trasgressur. Dan l-għan jinkiseb permezz ta’ miżuri koerċittivi li jiffokaw fuq il-konvenut u fuq il-karatteristiċi personali tiegħu li jinvolvu t-telf jew ir-restrizzjoni tal-libertà tal-konvenut (eż. ordni ta’ trażżin, limitazzjoni tal-ħinijiet barra d-dar) u, min-naħa l-oħra, permezz ta’ miżuri li jiżguraw il-kura u l-protezzjoni dovuti li huma bbażati fuq il-kunsiderazzjoni speċjali tal-interessi tiegħek bħala vittma.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Iva. Fil-proċedimenti kriminali, l-azzjonijiet proċedurali li jinvolvu l-parteċipazzjoni tiegħek bħala xhud iridu jitħejjew u jitwettqu mill-qorti, mill-prosekuzzjoni u mill-awtorità tal-investigazzjoni b’tali mod li dawn ma jiġux ripetuti b’mod indebitu u li int ma tiltaqax mal-konvenut għalxejn. Għal dan l-għan, pereżempju, il-konfront tiegħek mal-konvenut jista’ jiġi omess fuq talba tiegħek jew ex officio, il-konvenut jista’ jitneħħa mill-awla matul l-interrogazzjoni tiegħek, u int tista’ ssirlek l-interrogazzjoni permezz tat-telekomunikazzjoni (anki bid-distorsjoni tal-karatteristiċi tal-wiċċ jew tal-vuċi tiegħek).

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Jekk int vittma li għandha bżonn ta’ protezzjoni speċjali fuq il-bażi tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzaw il-personalità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħek jew in-natura jew iċ-ċirkustanzi tar-reat kriminali, il-proċedimenti kriminali jsiru bl-akbar attenzjoni għalik, u kwalunkwe azzjoni proċedurali li taffettwak (b’kunsiderazzjoni tal-interessi tal-proċedimenti) titħejja u tiġi implimentata filwaqt li kemm jista’ jkun jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tiegħek.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

F’konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta’ Novembru 1989, l-ordinament ġuridiku tal-Ungerija jqis li persuna hi minorenni jekk hi ma tkunx għadha għalqet it-18-il sena.

Fi proċedimenti kriminali li jaffettwaw lil vittmi li huma minorenni, hu rekwiżit ġenerali għall-awtoritajiet u għall-korpi ġudizzjarji li jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-drittijiet tat-tfal stabbiliti f’konvenzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ għoti ta’ kunsiderazzjoni primarja lill-“aħjar interessi tat-tfal” f’deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-minorenni.

Fi proċedimenti kriminali, il-vittmi minorenni għandhom drittijiet addizzjonali meta mqabbla mal-adulti, u tiġi pprovduta protezzjoni ulterjuri lilhom. Jekk il-vittma jkollha anqas minn 18-il sena fiż-żmien tal-ftuħ tal-proċedimenti kriminali, din titqies li hi “vittma bi ħtiġijiet speċjali” mingħajr ma tiġi ppreżentata talba separata għal dak l-għan.

Hi regola ġenerali għall-vittmi bi ħtiġijiet speċjali li l-azzjonijiet proċedurali jridu jitħejjew u jiġu implimentati bl-akbar attenzjoni għall-vittma u b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tagħha kemm jista’ jkun.

Vittmi li jkollhom anqas minn 18-il sena jkollhom drittijiet speċjali addizzjonali meta mqabbla mal-adulti:

  1. Iridu jsiru proċedimenti kriminali rapidi għal reati kriminali mwettqa kontra l-ħajja u s-saħħa fiżika jew is-saħħa u l-libertà sesswali u għal reati sesswali kif ukoll għal reati kriminali kontra l-interessi ta’ tfal u tal-familja jew għal reati kriminali vjolenti kontra persuni oħra, jekk l-interessi tal-minorenni jiġġustifikaw li l-proċedimenti kriminali għandhom jiġu konklużi mill-aktar fis possibbli. Proċedimenti kriminali rapidi jkunu ġustifikati b’mod partikolari meta l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-vittma jkun inxteħet f’riskju sinifikanti jew meta l-konvenut ikun responsabbli għat-trobbija, għas-superviżjoni jew għall-indokrar tal-vittma fil-mument tal-proċedimenti jew inkella jgħix fl-ambjent tal-vittma.
  2. Għandha tingħata attenzjoni addizzjonali fi kwalunkwe komunikazzjoni orali u bil-miktub magħha. Il-minorenni jridu jiġu informati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom b’mod li jkun xieraq għall-età u għall-maturità tagħhom u, jekk ikun hemm bżonn, dawn iridu jingħataw kjarifika u spjegazzjoni speċjali.
  3. It-tutur ta’ minorenni jrid jiġi notifikat bit-taħrika, u dik in-notifika trid tiġi notifikata flimkien ma’ talba għall-iżgurar tal-attendenza tal-minorenni.
  4. Ir-rappreżentant legali, is-sostenitur u t-tutur tal-minorenni jistgħu jkunu preżenti matul l-eżaminazzjoni tal-minorenni bħala xhud. Il-persuna li takkumpanja lix-xhud hi intitolata għar-rimborż tal-istess spejjeż bħax-xhud.
  5. Ix-xhieda ta’ minorenni ma tistax tiġi testjata b’eżaminazzjoni strumentali tal-kredibbiltà (poligraff).
  6. Jekk l-obbligu għal kooperazzjoni personali ma jkunx stipulat bil-liġi, id-drittijiet tal-minorenni jistgħu jiġu eżerċitati wkoll mir-rappreżentant legali tiegħu.
  7. L-eżaminazzjoni tista’ tiġi ordnata biex issir permezz ta’ sistema ta’ komunikazzjoni b’ċirkwit magħluq (vidjokonferenza). F’dan il-każ, il-vittma titqiegħed f’kamra separata u tista’ tikkomunika ma’ dawk li huma preżenti fil-post tal-proċess permezz ta’ apparat li fl-istess ħin jittrażmetti vidjo u vuċi (vidjokonferenza).
  8. Ex officio jew fuq talba, il-qorti tista’ teskludi lill-pubbliku mill-proċess biex tipproteġi lill-minorenni li jieħu sehem fil-proċedimenti.
  9. Jekk il-prosekutur jixtieq jinterroga lil vittma bi bżonnijiet speċjali bħala xhud fi proċedimenti kriminali imwettaq minħabba reat kriminali mwettaq kontra l-libertà sesswali, reat sesswali jew reat kontra l-persuna ta’ qarib, il-vittma tista’ tiġi interrogata biss minn persuna tal-istess sess, dment li din tintalab mill-vittma u ma taffettwax b’mod avers l-interessi tal-proċedimenti.

Vittmi li jkollhom anqas minn 14-il sena għandhom drittijiet speċjali ulterjuri minbarra dawn ta’ hawn fuq:

  1. Il-vittma tista’ tinstema’ bħala xhud biss jekk l-evidenza mistennija mit-testimonjanza ma tkunx tista’ tiġi sostitwita. Il-vittma trid tieħu sehem fil-konfront jekk dan ma jikkawżalhiex ansjetà.
  2. Taħrikiet u avviżi dwar l-interrogazzjoni tax-xhud iridu jiġu notifikati permezz tat-tutur tagħha. Il-fatt tat-taħrika u tal-avviż irid jiġi komunikat lir-rappreżentant legali tal-minorenni.
  3. Qabel il-preżentazzjoni tal-akkuża, l-imħallef li jinvestiga jisma’ lill-minorenni jekk ikun hemm motivazzjonijiet validi biex jiġi supponut li l-interrogazzjoni f’seduta pubblika tkun taffettwa b’mod avvers l-iżvilupp personali tal-minorenni. Is-smigħ tax-xhud mill-imħallef tal-investigazzjoni jista’ jiġi mozzjonat għall-prosekutur mir-rappreżentant legali, mit-tutur u mill-avukat li jaġixxi f’isem ix-xhud. Dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati bil-liġi, il-prosekutur iressaq mozzjoni għas-smigħ tal-minorenni b’dan il-mod. Il-konvenut u l-avukat tal-konvenut ma jistgħux ikunu preżenti matul is-sessjoni organizzata mill-imħallef li jinvestiga.
  4. Il-post tas-smigħ tax-xhud ikun kamra mfassla apposta għas-smigħ ta’ minorenni. Derogi minn dan ikunu permessi f’każijiet eċċezzjonali biss. Is-smigħ jista’ jsir ukoll permezz ta’ sistema ta’ komunikazzjoni b’ċirkwit magħluq (vidjokonferenza).
  5. Is-smigħ ta’ xhud li jkollu anqas minn 14-il sena jrid jiġi reġistrat bl-użu ta’ apparat li jirreġistra l-vidjo jew l-awdjo. Fil-każ ta’ minorenni ta’ aktar minn 14-il sena, dan ikun permess biss bil-patt li jingħata ħlas bil-quddiem għall-ispejjeż.
  6. Il-minorenni ma jistax jiġi mħarrek għal smigħ pubbliku jekk ikun instema’ mill-imħallef li jinvestiga qabel l-akkuża.
  7. Jekk il-minorenni ma jkunx instema’ mill-imħallef li jinvestiga qabel l-akkuża, iżda, aktar tard, is-smigħ bħala xhud isir neċessarju, il-minorenni jista’ jinstema’ biss barra mill-proċess. F’każ li l-minorenni jkun għalaq l-14-il sena matul il-proċess, dan jista’ jinstema’ wkoll mill-qorti fil-proċess f’każ ġustifikat b’raġunijiet speċjali. In-notifika tal-konvenut u tal-avukat tal-konvenut tista’ ma ssirx fiż-żewġ każijiet.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Vittmi li jmutu qabel jew wara l-ftuħ tal-proċedimenti kriminali jistgħu jiġu sostitwiti minn qarib li jiġi minnhom direttament, minn konjuġi, minn sieħeb, minn aħwa, minn rappreżentant legali jew minn persuna dipendenti sostnuta fuq il-bażi ta’ ftehim jew ta’ leġiżlazzjoni li tista’ teżerċita d-drittijiet tal-vittma.

F’każ ta’ diversi persuni li jkunu intitolati jagħmlu dan, il-persuni kkonċernati jistgħu jinnominaw persuna li teżerċita d-drittijiet tal-vittmi. Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dan, il-persuna li l-ewwel tkun aġixxiet fil-proċedimenti tista’ teżerċita d-drittijiet tal-vittma.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk l-obbligu għal kooperazzjoni personali ma jkunx stipulat bil-liġi, id-drittijiet tal-vittma jistgħu jiġu eżerċitati wkoll mir-rappreżentant legali tagħha. Avukat jew qarib kbir biżżejjed jista’ jaġixxi bħala rappreżentant fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni.

Jekk l-ilmentatur jagħmel ilment verbali, persuna kbira biżżejjed nominata mill-ilmentatur tista’ tkun preżenti matul is-smigħ għall-fini tal-għoti tal-appoġġ tagħha (inkluż appoġġ lingwistiku), dment li l-preżenza tal-persuna ma taffettwax b’mod avvers l-interessi tal-proċedimenti.

F’każ ta’ atti investigattivi li fihom il-preżenza tiegħek tkun obbligatorja jew li fihom int tista’ tkun preżenti, ir-rappreżentant u s-sostenitur tiegħek u, jekk ma tmurx kontra l-interessi tal-proċedimenti, persuna li tkun kbira biżżejjed nominata minnek jistgħu jkunu preżenti wkoll maġenbek. Ir-regola ta’ hawn fuq hi applikabbli għas-smigħ tal-vittma u għall-eżaminazzjoni tal-vittma bħala xhud.

F'każ ta’ mewt tal-prosekutur privat sostitut, dan jista’ jiġi sostitwit minn qarib li jiġi minnu direttament, minn konjuġi, minn sieħeb, minn aħwa, minn rappreżentant legali jew minn persuna dipendenti sostnuta fuq il-bażi ta’ ftehim jew ta’ leġiżlazzjoni fi żmien tletin jum.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? Taħt liema kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

L-għan ewlieni ta’ proċedura ta’ medjazzjoni hu li tiżgura kumpens għall-konsegwenzi tar-reat mill-konvenut b’mod li jkun aċċettabbli għall-vittma wkoll. Għaldaqstant, fi proċeduri ta’ medjazzjoni, għandhom isiru sforzi biex jintlaħaq ftehim xieraq bejn il-konvenut u l-vittma għall-kumpens għad-danni.

Dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet previsti bil-liġi, il-prosekutur jew, jekk il-kawża tkun quddiem il-qorti, l-imħallef jista’ jipposponi l-proċedimenti għal massimu ta’ sitt xhur u jordna medjazzjoni.

Il-medjazzjoni tista’ tiġi ordnata għall-proċedimenti kriminali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • titressaq mozzjoni mill-konvenut jew mill-vittma jew jekk dawn jaqblu li jagħmluha b’mod volontarju;
  • il-proċedimenti kriminali nfetħu għal reat imwettaq kontra l-ħajja u s-saħħa fiżika jew is-saħħa, id-dinjità tal-bniedem u drittijiet fundamentali tal-bniedem oħra, reat tat-traffiku jew reat kontra l-proprjetà jew id-drittijiet intellettwali u r-reat ikun punibbli b’mhux aktar minn ħames snin priġunerija;
  • skont il-Kodiċi Kriminali, wara proċedura ta’ medjazzjoni li tirnexxi, il-proċedimenti kriminali jistgħu jiġu terminati jew il-penali tista’ titnaqqas mingħajr limitazzjoni;
  • il-persuna suspettata tammetti l-ħtija tagħha qabel ma tiġi akkużata u tkun qablet li u kapaċi tipprovdi restituzzjoni bil-mezzi u sal-punt aċċettati mill-vittma;
  • il-proċedimenti kriminali jistgħu jintemmu fid-dawl tan-natura tar-reat, tal-mod li bih twettaq u taċ-ċirkustanzi personali tal-akkużat, jew jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli li l-qorti tista’ tevalwa r-restituzzjoni pprovduta mill-akkużat fil-qafas tal-impożizzjoni tal-piena.

Il-vittma tista’ tippreżenta mozzjoni biex tiġi ordnata medjazzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti. Madankollu, proċedura ta’ medjazzjoni tista’ tiġi ordnata biss darba f’kull kawża, u b'hekk jekk il-proċedura ta’ medjazzjoni tiġi konkluża mingħajr suċċess għal kwalunkwe raġuni, ma tistax terġa’ ssir.

Medjatur imħarreġ għal dan l-għan u mħaddem mill-Istat ikun responsabbli għat-twettiq kif suppost tal-proċedura ta’ medjazzjoni. Fil-proċedura ta’ medjazzjoni, il-vittma tista’ tagħżel li tiltaqa’ mal-akkużat b’mod esklużiv fil-preżenza tal-medjatur, u f’dan ir-rigward il-persuna tal-medjatur tipprovdi garanzija adegwata għas-sigurtà personali tal-vittma.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma drittijieti?

  • L-Att XIX tal-1998 dwar il-Proċeduri Kriminali;
  • L-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali;
  • L-Att LXIV tal-1991 dwar il-Promulgazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal Iffirmata fi New York fl-20 ta’ Novembru 1989;
  • L-Att CXXXV tal-2005 dwar l-Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati u l-Kumpens mill-Istat;
  • L-Att LXXX tal-2003 dwar l-Għajnuna Legali;
  • L-Att LXXXV tal-2001 dwar il-Programm ta’ Protezzjoni għal dawk li Jieħdu Sehem fi Proċedimenti Kriminali u l-Ġurisdizzjoni ta’ Appoġġ;
  • L-Att CXXIII tal-2006 dwar l-Attivitajiet ta’ Medjazzjoni Applikabbli f’Kawżi Kriminali;
  • Id-Digriet Nru 64/2015 tal-Ministru tal-Intern tat-12 ta’ Diċembru 2015 dwar il-Kompiti tal-Pulizija Relatati mal-Appoġġ għall-Vittmi;
  • Id-Digriet ta’ Governanza Nru 34/1999 tas-26 ta’ Frar 1999 dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ordnijiet u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Protezzjoni Personali ta’ dawk li Jieħdu Sehem fi Proċedimenti Kriminali u tal-Membri tal-Awtoritajiet li Jipproċedu;
  • Id-Digriet Konġunt Nru 23/2003 tal-Ministru tal-Intern u tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-Regoli Dettaljati tal-Investigazzjoni Mwettqa minn Awtoritajiet tal-Investigazzjoni taħt il-Ministru tal-Intern u r-Regoli dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Atti Investigattivi b’Mezzi Oħra għajr il-Minuti;
  • Id-Digriet Nru 25/2016 tal-Ministru tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Diċembru 2016 dwar ir-Rimborż mill-Istat ta’ Spejjeż Imħallsa mill-Konvenut u mill-Avukat Difensur minn Buthom, u dwar l-Ispjejeż u t-Tariffi tal-Persuni li Jieħdu Sehem fi Proċedimenti Kriminali;
  • Id-Digriet Nru 14/2008 tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Rimborż tax-Xhieda;
  • Id-Digriet Konġunt Nru 21/2003 tal-Ministru tal-Ġustizzja, tal-Ministru tal-Intern u tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Ħlas bil-Quddiem tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Kriminali;
  • L-Ordni Nru 2/2013 tal-Kwartieri Ġenerali Nazzjonali tal-Pulizija tal-31 ta’ Jannar 2013 dwar il-Kompiti tal-Pulizija Relatati mal-Appoġġ għall-Vittmi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Kulħadd jista’ jirrapporta reat.

Ir-reati ġeneralment jiġu rapportati quddiem il-prosekutur jew l-awtorità tal-investigazzjoni:

  • personalment (bil-miktub jew oralment) – ir-rapporti orali jiġu reġistrati minn rappreżentant tal-awtorità, li jistaqsik dwar l-elementi u ċ-ċirkustanzi tar-reat imwettaq kontrik, l-identità tat-trasgressur u kwalunkwe evidenza li jista’ jkollok fil-pussess tiegħek;
  • bit-telefown – il-pulizija topera wkoll hotline mingħajr ħlas imsejħa “Xhieda bit-Telefown”, li biha x-xhieda u l-vittmi jistgħu jirrapportaw reati kriminali b’mod anonimu. In-numru tal-hotline mingħajr ħlas hu 003680555111 u dan jopera 24 siegħa kuljum bl-assoċjati tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Budapest li jieħdu r-rapporti. Aktar informazzjoni dwar il-hotline hi disponibbli bl-Ungeriż fuq is-sit web uffiċjali tal-Pulizija Ungeriża fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.hu/en;
  • bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, inkluż b'telefonata fuq in-numru ta’ emerġenza tal-UE: 112

Ir-rapporti jistgħu jiġu aċċettati wkoll minn awtoritajiet jew minn qrati oħra, li huma obbligati jibagħtuhom lill-awtorità tal-investigazzjoni. Jekk ir-rapport jeħtieġ azzjoni immedjata, dan irid jiġi aċċettat.

Ir-rapporti ppreżentati kollha jiġu reġistrati minnufih.

Tista’ tirrapporta b’mod anonimu, jiġifieri mhuwiex obbligatorju li int tissottometti d-dettalji ta’ identifikazzjoni jew ta’ kuntatt tiegħek. Ir-rapport tiegħek irid ikun fih id-dettalji dwar ir-reat. Ma hemm ebda formola speċjali meħtieġa mill-awtoritajiet għar-rapportar tar-reati.

Ma hemm ebda skadenza espliċita għar-rapportar ta’ reat, iżda l-awtoritajiet jirrifjutaw ir-rapport tiegħek jekk isir wara ċertu perjodu. Dan il-perjodu (l-hekk imsejjaħ perjodu ta’ preskrizzjoni) normalment ikun ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ penali għal reat partikolari u għandu minimu ta’ 5 snin.

Għal ċerti reati, int tista’ tressaq mozzjoni privata wkoll, li hi dikjarazzjoni li biha titlob b’mod espliċitu li l-awtur jingħata piena u jkollok 30 jum biex tressaq il-mozzjoni privata wara li ssir taf l-identità tat-trasgressur.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

L-ilmentatur jew, jekk ir-rapport ma jsirx mill-vittma iżda din tkun magħrufa, jiġu notifikati dwar it-tnedija tal-investigazzjoni.

L-ilmentatur u l-pretendent ċivili jridu jiġu notifikat dwar ir-rifjut tar-rapport.

Il-qorti tiddeċiedi dwar dawn li ġejjin u tinnotifikak dwarhom:

  • iċ-ċaħda tat-talba tiegħek biex issir prosekutur privat sostitut,
  • it-terminazzjoni tal-proċedura jekk l-investigazzjoni ordnata fuq il-bażi tar-rapport tiegħek ippreżentat bħala prosekutur privat ma rnexxietx.

Matul l-investigazzjoni, il-pulizija jew il-prosekutur jistgħu jinformawk dwar:

  • azzjonijiet investigattivi,
  • il-ħatra ta’ espert fil-każ,
  • il-ħruġ ta’ ordni ta’ trażżin kontra t-trasgressur.

Bħala vittma ta’ reat, int ikollok diversi privileġġi li jippermettulek tikseb informazzjoni dwar l-investigazzjoni:

  • int tista’ tkun preżenti (iżda mhux bilfors) matul is-smigħ tal-esperti, l-ispezzjoni ta’ xena jew ta’ oġġett, esperimenti evidenzjarji u line-ups ta’ identifikazzjoni, u għandek tiġi notifikat(a) dwar dawn l-azzjonijiet, iżda notifika bħal din tista’ ma ssirx jekk dan ikun ġustifikat minħabba l-urġenza tal-att investigattiv, u n-notifika ma tistax issir jekk il-protezzjoni tal-persuna involuta fil-proċedimenti ma tkunx tista’ tiġi garantita b’mod ieħor,
  • int tista’ tispezzjona l-minuti ta’ kwalunkwe azzjoni investigattiva fejn int tkun preżenti, u jistgħu jiġu spezzjonati fajls oħra biss jekk dan ma jmurx kontra l-interessi tal-investigazzjoni,
  • f’każ ta’ atti investigattivi li fihom il-preżenza tiegħek tkun obbligatorja jew li fihom int tista’ tkun preżenti, ir-rappreżentant tiegħek, is-sostenitur tiegħek u, jekk din ma tiksirx l-interessi tal-proċedimenti, persuna li hi kbira biżżejjed nominata minnek, jistgħu jkunu preżenti miegħek; f’każ li tiġi interrogat(a) bħala xhud, persuna kbira biżżejjed nominata minnek tista’ tkun preżenti miegħek minbarra l-avukat li jirrappreżenta l-interessi tiegħek,
  • int għandek id-dritt li tiġi notifikat(a) fuq talba tiegħek, b’rabta mar-reat li jikkonċernak, dwar:
    • il-ħelsien jew il-ħarba tal-konvenut minn detenzjoni ta’ qabel il-proċess,
    • il-libertà kondizzjonali jew ir-rilaxx finali jew il-ħarba kif ukoll l-interruzzjoni tal-eżekuzzjoni tat-terminu tal-priġunerija tal-persuna sentenzjata għal priġunerija,
    • il-ħelsien jew il-ħarba tal-persuna sentenzjata għal arrest taħt kustodja kif ukoll l-interruzzjoni tal-eżekuzzjoni tal-arrest taħt kustodja,
    • ir-rilaxx jew il-ħarba tal-persuna taħt trattament mediku involontarju temporanju,
    • ir-rilaxx, it-tluq bla permess u l-liv ta’ adattament tal-persuna taħt trattament mediku involontarju,
    • fil-każ ta’ edukazzjoni għal trasgressuri żgħażagħ, il-ħelsien temporanju jew permanenti, it-tluq mill-istituzzjoni mingħajr permess u l-interruzzjoni tal-edukazzjoni tat-trasgressuri żgħażagħ,
  • int tista’ tikseb kopji tal-perizji u tal-fajls dwar azzjonijiet investigattivi li matulhom int tista’ tkun legalment preżenti; kopji oħra jistgħu jinkisbu biss jekk dan ma jmurx kontra l-interessi tal-investigazzjoni u biss wara li tkun tajt ix-xhieda tiegħek; ladarba jintemmu l-proċedimenti, int tista’ tirċievi kopji tal-fajls kollha maħluqa mill-pulizija jew mill-prosekutur fuq talba,
  • int tista’ tispezzjona fajls tal-każ wara li tintemm l-investigazzjoni, tippreżenta talbiet u tagħmel osservazzjonijiet.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Iva.

Fi proċedimenti kriminali, l-Istat jagħti l-għajnuna li ġejja fil-qafas tal-għajnuna legali:

  • eżenzjoni personali mill-ispejjeż għal prosekutur privati sostituti,
  • rappreżentanza permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni għal partijiet li jġarrbu dannu, għal prosekuturi privati, għal partijiet privati u għal partijiet interessati oħra kif ukoll għal prosekuturi privati sostituti.

Int intitolat(a) għal għajnuna bħal din jekk titqies fil-bżonn f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali, iżda d-dritt għal rappreżentazzjoni permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni jingħata biss lil vittmi, lil prosekuturi privati, u lil persuni interessati oħra li jkunu fil-bżonn jekk, minħabba l-intrikatezza tal-każ, in-nuqqas ta’ għarfien legali tagħhom jew ċirkustanzi personali oħra tagħhom, dawn ma jkunux jistgħu jasserixxu b’mod effettiv id-drittijiet proċedurali tagħhom jekk jipproċedu huma stess b’mod personali.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jiġu ppreżentati lis-servizz tal-għajnuna legali fil-formola prevista għal dan l-għan f’kopja waħda, u l-applikanti jridu jehmżu d-dokumenti u/jew ċertifikati uffiċjali filwaqt li jipprovdu prova tal-eliġibbiltà għall-għajnuna jew iridu jippreżentaw il-karta uffiċjali li tevidenzja l-eliġibbiltà tagħhom għall-għajnuna.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jiġu ppreżentati lis-servizz tal-għajnuna legali sa mhux aktar tard minn matul l-istadju ta’ litigazzjoni tal-proċedimenti kriminali qabel is-sessjoni diviżorja tal-qorti organizzata għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni perentorja.

Sa fejn is-servizz tal-għajnuna legali jippermettilek tuża l-għajnuna legali, int tista’ tagħżel fornitur tal-għajnuna legali minn reġistru pprovdut għal dak l-għan.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Iva.

Jekk int tieħu sehem fil-proċedimenti bħala vittma, prosekutur privat, prosekutur privat sostitut jew pretendent ċivili, l-ispejjeż li ġejjin imġarrba minnek jew mir-rappreżentanti tiegħek jitroddu lura:

  • spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni,
  • spejjeż tal-opinjoni tal-espert, mistieden minnek, bil-kunsens tal-prosekuzzjoni/tal-qorti,
  • spejjeż ta’ reġistrazzjoni vidjo jew awdjo sħiħa jew parzjali tal-proċedimenti/stenografija,
  • spejjeż għal kopja waħda tal-fajls tal-każ,
  • spejjeż tal-komunikazzjoni (telefown, fax, posta, oħra),
  • tariffa tar-rappreżentanti.

L-ispejjeż li toħroġ minn butek u dawk tar-rappreżentanti tiegħek, kif ukoll it-tariffi tar-rappreżentanti jitħallsu bil-quddiem minnek, indipendentement mill-kapaċità tiegħek fil-proċedimenti.

Spejjeż imġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedimenti bħala xhud (spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż tal-akkomodazzjoni, spejjeż tal-ikel, spejjeż relatati mat-teħid tal-liv mix-xogħol) jitroddulek lura wara li tagħmel talba.

Spejjeż tal-ivvjaġġar: spejjeż fil-fatt imġarrba b’rabta mal-vjaġġ mill-post ta’ residenza tax-xhud sal-post tas-seduta u mal-vjaġġ ta’ ritorn.

Spejjeż tal-akkomodazzjoni: jekk is-seduta tax-xhud tibda f’ħin li fih il-vjaġġ mill-post ta’ resdenza sal-post tas-seduta jinbeda matul is-sigħat ta’ billejl, l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għax-xhud f’akkomodazzjoni kummerċjali jew f’resort għall-familji jitroddu lura.

Spejjeż tal-ikel: l-ispejjeż tal-ikel jitħallsu lix-xhud jekk ikun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni jew jekk id-durata sħiħa tal-vjaġġ mill-post ta’ residenza sal-post tas-seduta u tal-vjaġġ ta’ ritorn flimkien mas-seduta jaqbżu s-6 sigħat fi ħdan ġurnata.

Spejjeż relatati mat-teħid tal-liv mix-xogħol: xhud li mhuwiex intitolat li jitħallas għal perjodu ta’ assenza għaż-żmien ta’ liv meħud għas-seduta jkun intitolat għal rimborż ta’ 1.5% tal-pensjoni minima fis-siegħa għall-perjodu meħud liv mix-xogħol, inkluż il-perjodu mqatta’ għall-ivvjaġġar.

Ix-xhud li kien preżenti fl-investigazzjoni tal-esperti jrid jibgħat l-evidenza ta’ sostenn għall-ispejjeż lill-awtorità jew lill-qorti li ordnat l-investigazzjoni tal-esperti, li tiddetermina l-ammont tar-rimborż wara r-riċevuta tal-perizja.

Jekk int qed tinfurza talba ċivili bħala pretendent ċivili, il-qorti tordna lill-konvenut iħallas għall-ispejjeż li toħroġ minn butek u għall-ispejjeż li joħroġ minn butu r-rappreżentant u għat-tariffi ta’ dan jekk ir-riżoluzzjoni tal-qorti tilqa’ t-talba ċivili tiegħek. Jekk it-talba tintlaqa’ f’parti minnha, il-konvenut ikun obbligat iħallas ammont proporzjonat mill-ispejjeż.

Jekk int prosekutur privat sostitut, il-qorti tordna lill-konvenut iħallas għall-ispejjeż li toħroġ minn butek u għall-ispejjeż li joħroġ minn butu r-rappreżentant u għat-tariffi ta’ dan jekk il-prosekuzzjoni tkun rappreżentata mill-prosekutur privat sostitut u l-qorti ssib lill-konvenut ħati.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Il-vittma tista’ tippreżenta appell, fil-każ speċifikat bil-liġi, jekk l-awtorità li tinvestiga jew il-prosekuzzjoni tiċħad ir-rapport jew ittemm l-investigazzjoni. Fil-każ ta’ ċaħda tar-rapport, il-vittma tista’ titlob investigazzjoni biss jekk hi tkun dik li għamlet ir-rapport.

Protest kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rapport jew kontra d-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni jista’ jiġi ppreżentat fi żmien tmint ijiem mill-komunikazzjoni tad-deċiżjoni. Jekk l-awtorità tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni li tadotta d-deċiżjoni ma ssostnix il-protest, din trid tippreżentah lill-prosekutur li hu intitolat li jiġġudikah. Id-deċiżjoni meħuda dwar il-protest mill-prosekutur ma tistax tkun soġġetta għal rimedji legali ulterjuri.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Wara n-notifika tal-akkuża, il-qorti tistabbilixxi d-data tal-proċess u torganizza l-proċess, kif ukoll it-taħrikiet u n-notifiki. Persuni li l-preżenza tagħhom fil-proċess tkun obbligatorja jitħarrku biex jattendu u tintbagħat notifika lil dawk li l-preżenza tagħhom fil-proċess hi permessa mil-liġi.

L-ordni ta’ azzjonijiet evindenzjarji fil-proċess tiġi deċiża mill-qorti. Il-proċedura evidenzjarja tibda bl-interrogazzjoni tal-konvenut, u l-vittma normalment tkun l-ewwel waħda fost ix-xhieda li jridu jinstemgħu. Filwaqt li xhud ikun qed jiġi interrogat, ma jista’ jkun preżenti ebda xhud ieħor li ma jkunx għadu ġie interrogat. Madankollu, deroga minn din ir-regola hi permessa f’każ ta’ interrogazzjoni tal-vittma bħala xhud. Ir-rappreżentant legali tal-vittma jista’ jkun preżenti matul il-proċess u b'hekk il-vittma tkun tista’ tiġi informata dwar kwalunkwe proċedura evidenzjarja li seħħet fl-assenza tagħha permezz tar-rappreżentant legali tagħha.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nitqies jien nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Il-vittma tista’ tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali f’erba’ rwoli skont id-dritt proċedurali, kif ġej:

  • xhud: persuna li tista’ tkun taf bil-fatt li jrid jintwera bil-provi;
  • parti ċivili: vittma li tinfurza talba ċivili (spiss talba għad-danni) fil-proċedimenti kriminali;
  • prosekutur privat: fil-każ ta’ ċerti reati kriminali stipulati bil-liġi, il-vittma tista’ tirrappreżenta lill-prosekuzzjoni hi stess bħala prosekutur privat;
  • prosekutur privat sostitut: fil-każ ta’ ċerti reati kriminali li, kieku, jkunu soġġetti għal prosekuzzjoni pubblika, kif speċifikat bil-liġi, il-vittma tista’ tirrappreżenta lill-prosekutur.

Jekk jitqies li dan ikun meħtieġ għall-proċedura evidenzjarja, il-vittma tiġi obbligata tixhed jew tikkontribwixxi għall-proċedura b’modi oħra fil-każijiet u bil-mezzi definiti bil-liġi. Għall-kuntrarju, deċiżjoni dwar it-teħid ta’ rwol ta’ parti ċivili, ta’ prosekutur pubbliku jew ta’ prosekutur privat sostitut hi għalkollox ir-responsabbiltà tal-vittma biss.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

F’kull stadju tal-proċedimenti kriminali, il-vittma hi intitolata li:

  1. tkun preżenti fl-azzjonijiet proċedurali u tispezzjona d-dokumenti li jaffettwawha matul il-proċedura (sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor bil-liġi),
  2. tressaq mozzjonijiet u oġġezzjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-proċedura,
  3. tirċievi informazzjoni mingħand il-qorti, il-prosekutur u l-awtorità tal-investigazzjoni rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħha matul il-proċedimenti kriminali,
  4. tippreżenta talba għal rimedju legali f’każijiet speċifikati bil-liġi
  5. tiġi notifikata fuq talba tagħha b’rabta mar-reat li jikkonċernaha dwar ir-rilaxx jew il-ħarba ta’ konvenut detenut, jew tal-konvenut sentenzjat għal priġunerija jew taħt trattament mediku involontarju.

Jekk jitqies li dan ikun meħtieġ għall-proċedura evidenzjarja mill-awtorità tal-investigazzjoni, mill-prosekuzzjoni jew mill-qorti, il-vittma tiġi obbligata tixhed jew tikkontribwixxi għall-proċedura b’mod ioħra fil-każijiet u bil-mezzi definiti bil-liġi. Dan primarjament ifisser l-issodisfar tal-obbligu li tixhed, li l-eċċezzjonijiet minnu huma każijiet li fihom il-vittma ma tkunx tista’ tinstema’ bħala xhud affattu (eż. privileġġ professjonali legali, iż-żamma ta’ sigriet bħala persuna tal-kleru) u każijiet li fihom il-vittma tista’ tiċħad milli tixhed (eż. qarib tal-konvenut, jew vittmi li jistgħu jinkriminaw lilhom infushom jew lil qrabathom).

Il-vittma tista’ tieħu sehem bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali u tista’ tindika diġà sa mill-mument tar-rapportar tar-reat li hi biħsiebha tinfurza talba ċivili (tipikament talba għad-danni). L-infurzar ta’ talbiet ċivili hu eżentat minn tariffi. F'dan il-każ, il-qorti tiddeċiedi dwar ir-responsabbiltà kriminali tal-konvenut u t-talba ċivili fi ħdan proċediment kriminali wieħed, li għandu l-vantaġġ għall-parti ċivili li hi ma jkollhiex għalfejn tiftaħ proċedura ċivili. Matul il-proċedimenti kriminali, il-parti ċivili tista’ tressaq mozzjoni għal sekwestru kontra l-proprjetà tal-konvenut jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għaliex jiġi supponut li l-issodisfar tat-talba mhux se jitħalla jiġi eżegwit.

F’każ ta’ reati kriminali definiti bil-liġi (attakk, invażjoni tal-privatezza, ksur tas-segretezza ta’ korrispondenza, libell, diffamazzjoni u irreverenza), il-vittma tista’ taġixxi bħala prosekutur privat. Fil-każ tar-reati kriminali msemmija hawn fuq, il-vittma trid tirrapporta r-reat fi żmien 30 jum wara li l-vittma ssir taf bl-identità tat-trasgressur. Fir-rapport, il-vittma trid tindika kwalunkwe evidenza tar-reat, u trid tiddikjara b’mod espliċitu jekk hi titlobx li tingħata piena lill-konvenut.

Ir-reat jista’ jiġi rrapportat quddiem il-qorti b’mod orali jew bil-miktub. Il-qorti tordna investigazzjoni jekk l-identità, id-data personali jew il-post ta’ residenza tal-konvenut ma jkunux magħrufa, jew jekk ikun hemm bżonn li jinstabu l-mezzi tal-evidenza. Il-qorti ttemm il-proċedimenti jekk l-identità tat-trasgressur ma tkunx tista’ tiġi determinata matul l-investigazzjoni.

Il-qorti tiffissa seduta personali li fiha hi tieħu impenn li tirrikonċilja lill-vittma u lill-konvenut. Jekk it-tentattiv ta’ rikonċiljazzjoni jirnexxi, il-qorti ttemm il-proċedimenti; inkella, il-proċedimenti jkomplu bi proċess pubbliku.

Jekk il-vittma tirtira jew twaqqa’ l-kawża, il-proċedimenti jintemmu. Japplikaw konsegwenzi simili jekk il-vittma ma tattendix għas-seduta personali jew għall-proċess u tonqos milli tipprovdi skuża sostanzjali minn qabel, jew jekk il-vittma ma tkunx tista’ titħarrek għaliex ma rrapportatx li biddlet l-indirizz.

Il-prosekutur privat għandu d-drittijiet sħaħ li tinvolvi r-rappreżentazzjoni tal-prosekuzzjoni, inklużi d-drittijiet li jistgħu jiġu eżerċitati matul il-proċedimenti u d-dritt għal rimedju legali kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-qorti.

Wara l-eżawriment tal-possibbiltajiet għal rimedju legali disponibbli matul l-investigazzjoni, f’xi każijiet hu possibbli li l-vittma taġixxi bħala prosekutur privat sostitut u tirrappreżenta t-tali kawżi il-qorti hi stess. Fost każijiet oħra, int tista’ taġixxi bħala prosekutur privat sostitut jekk ir-rapport tar-reat ġie miċħud jew l-investigazzjoni ġiet mitmuma minħabba li l-azzjoni ma kinitx reat kriminali jew teżisti kwalunkwe raġuni għal preklużjoni ta’ punibbiltà (eż. koerċizzjoni, theddida, difiża leġittima jew periklu imminenti). Jekk f’każ speċifiku jkun possibbli li wieħed jaġixxi bħala prosekutur privat sostitut skont il-liġi, il-prosekutur li jiddeċiedi dwar il-protest jinforma lill-vittma b’mod speċifiku dwar dan.

Jekk il-protest jiġi miċħud minħabba ċ-ċaħda tar-rapport jew it-terminazzjoni tal-investigazzjoni, il-vittma titħalla teżamina d-dokumenti li jappartjenu għar-reat kriminali mwettaq kontra l-vittma fil-bini uffiċjali tal-uffiċċju tal-prosekutur. Vittma li taġixxi bħala prosekutur privat pubbliku tista’ tressaq mozzjoni għall-prosekuzzjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur tal-ewwel istanza li jkun ipproċeda fil-kawża fi ħdan sittin jum miċ-ċaħda tal-protest tagħha. Ir-rappreżentazzjoni legali (minn avukat) tal-prosekutur privat sostitut hi obbligatorja. L-aċċettabbiltà tal-mozzjoni għall-prosekuzzjoni tiġi deċiża mill-qorti.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-vittma hi intitolata li tinstema’ matul il-proċedimenti kriminali. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi, il-vittma mhix biss obbligata, iżda wkoll intitolata, li tikkoopera bid-diskrezzjoni tagħha fil-proċedura evidenzjarja. Il-vittma tista’ tixhed u tista’ wkoll tippreżenta l-evidenza b’modi oħra (eż. billi tipprovdi evidenza dokumentarja lill-awtorità). Il-vittma tista’ tressaq mozzjonijiet u oġġezzjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-proċedura. Ġeneralment, minn fost ix-xhieda, il-vittma tiġi interrogata l-ewwel.

Wara li l-prosekutur jitkellem għall-prosekuzzjoni, il-vittma tista’ tindirizza lill-Qorti u tista’ tiddikjara jekk hi tixtieqx titlob li jiġu stabbiliti r-responsabbiltà kriminali u l-piena tal-konvenut. Il-parti ċivili tista’ tagħmel dikjarazzjoni b’rabta mat-talba ċivili li hemm il-pjan li tiġi infurzata.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Qabel il-proċess, ix-xhud imħarrek għall-proċess jista’ jikkuntattja lil sostenitur tax-xhud tal-qorti għal informazzjoni eżatta. Is-sostenitur ta’ xhud tal-qorti hu amministratur ġudizzjarju li jipprovdi informazzjoni lix-xhud dwar kif jixhed u jiffaċilita l-attendenza neċessarja għax-xhieda. L-appoġġ lix-xhieda ma jkoprix informazzjoni dwar il-kawża u ma jistax ikollu l-effett li jinfluwenza lix-xhud.

Fil-proċedimenti kriminali, il-vittma tkun intitolata li tirċievi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħha u dwar il-kawża u, sakemm ma jkunx stipulat b’mod ieħor bil-liġi, li tkun preżenti fl-azzjonijiet proċedurali u li tispezzjona d-dokumenti dwar ir-reat imwettaq kontrieha u li tirċievi kopji wara li tiġi konkluża l-investigazzjoni.

Il-vittma trid tiġi informata dwar l-akkuża u trid tiġi notifikata dwar kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċernaha kif ukoll dwar id-deċiżjoni konklużiva.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Il-vittma tkun intitolata li tispezzjona d-dokumenti dwar ir-reat imwettaq kontriha u tirċievi kopji fi kwalunkwe mument wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni.

Il-qorti trid tiżgura d-dritt ta’ spezzjonar tad-dokumenti b’tali mod li tevita divulgazzjoni żejda ta’ data dwar il-privatezza. Madankollu, il-ħruġ ta’ kopji ta’ dokumenti jista’ jiġi limitat biss fuq il-bażi ta’ raġunijiet relatati mad-dinjità tal-bniedem, mad-drittijiet tal-personalità u mad-dritt ta’ reverenza.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Il-vittma tista’ tappella kontra s-sentenza jekk hi tkun ukoll prosekutur privat sostitut, prosekutur privat jew parti ċivili, jew jekk is-sentenza jkun fiha dispożizzjoni li tippermetti appelli. Il-parti ċivili tista’ tippreżenta appell kontra d-dispożizzjoni li taġġudika t-talba ċivili fil-merti tagħha. Jekk ikun hemm xi dispożizzjoni oħra inkluża fis-sentenza li tikkonċerna lill-vittma, din tista’ tappella kontra t-tali dispożizzjonijiet.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Jekk jiġi ppreżentat appell kontra s-sentenza fl-ewwel jew fit-tieni istanza, il-vittma tkun intitolata li tkun preżenti matul il-proċess u s-sessjoni pubblika li ssir quddiem il-qorti tat-tieni jew tat-tielet istanza, li taċċessa d-dokumenti pprovduti matul il-proċedimenti, li tippreżenta mozzjonijiet u oġġezzjonijiet, u li tindirizza lill-qorti wara l-argument tal-għeluq tal-prosekutur pubbliku.

Inkun intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ għall-vittmi taqa’ fir-responsabbiltajiet tad-Deputat Segretarjat tal-Istat għall-Ġustizzja u għal-Leġiżlazzjoni tad-Dritt Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tad-Deputat Segretarju tal-Istat għall-Ġestjoni tal-Metodoloġija tal-Ġustizzja tal-Ministeru tal-Ġustizzja, filwaqt li fir-rigward tal-protezzjoni tal-vittmi din taqa’ fir-responsabbiltajiet tal-Ministeru tal-Intern.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi sentenzjat?

Il-ġudizzju, li minnu l-vittma tista’ ssir taf x’inhu l-kontenut tas-sentenza, jiġifieri n-natura, it-tip, il-firxa u l-kontenut tal-piena jew tal-miżuri imposti kontra l-konvenut, irid jiġi notifikat lill-vittma mill-qorti.

Se nkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Il-vittma jew, fil-każ ta’ mewtha, il-persuna li teżerċita drittijietha, hi intitolata li tkun informata malli tagħmel talba dwar dawn li ġejjin b’rabta mar-reat li jikkonċerna lill-vittma:

a) il-ħelsien jew il-ħarba tal-konvenut minn detenzjoni ta’ qabel il-proċess,

b) il-libertà kondizzjonali jew ir-rilaxx finali jew il-ħarba kif ukoll l-interruzzjoni tal-eżekuzzjoni tat-terminu tal-priġunerija tal-persuna sentenzjata għal terminu ta' priġunerija,

c) ir-rilaxx jew il-ħarba tal-persuna sentenzjata għal arrest taħt kustodja kif ukoll l-interruzzjoni tal-eżekuzzjoni tal-arrest taħt kustodja,

d) ir-rilaxx jew il-ħarba tal-persuna taħt trattament mediku involontarju temporanju,

e) ir-rilaxx, it-tluq bla permess u l-liv ta’ adattament tal-persuna taħt trattament mediku involontarju, u

f) fil-każ ta’ edukazzjoni għal trasgressuri żgħażagħ, il-ħelsien temporanju jew permanenti, it-tluq mill-istituzzjoni mingħajr permess u l-interruzzjoni tal-edukazzjoni ta’ trasgressuri żgħażagħ.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

L-aħħar jum tal-priġunerija jiġi ddeterminat mill-istituzzjoni penali u, dakinhar, din torganizza l-ħelsien tal-persuna kundannata. Jekk l-istituzzjoni penali tippreżenta mozzjoni għal-libertà provviżorja tal-persuna kundannata, l-imħallef li jagħti l-piena jorganizza smigħ li dwaru ma tiġix notifikata l-vittma u li fih din ma tistax tieħu sehem. Il-vittma ma tistax tagħmel dikjarazzjoni u ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti meħuda rigward il-libertà kondizzjonali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (pereż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Primarjament fi ħdan il-proċedimenti kriminali, il-vittma tista’ tinforza t-talba tagħha għad-danni li jirriżultaw bħala konsegwenza tal-att soġġett għall-akkuża bħala pretendent ċivili. F’dan il-każ, il-proċedura mwettqa bħala parti mill-proċedimenti kriminali għall-infurzar ta’ talba ċivili tissejjaħ proċedura ta’ adeżjoni. It-talbiet ċivili jistgħu jiġu inforzati b’mezzi legali oħra wkoll. Il-fatt li l-vittma ma ħaditx azzjoni bħala pretendent ċivili ma jipprekludix il-possibbiltà ta’ infurzar tat-talba. Fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, talba ċivili tista’ tiġi infurzata wkoll mill-prosekutur minflok mill-vittma.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni d-danni / kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Il-proċedimenti ta’ infurzar jistgħu jitnedew fi żmien 30 jum mill-iskadenza tal-issodisfar tal-obbligi stabbiliti mill-qorti. F’dan ir-rigward, il-qorti toħroġ fajl ta’ infurzar fuq il-bażi tal-parti tad-deċiżjoni meħuda fil-proċedimenti kriminali li tikkonċerna t-talba ċivili.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

L-istat ma jistax iħallsek avvanz. Madankollu, jekk twettaq reat kriminali vjolenti intenzjonat kontrik u, bħala konsegwenza ta’ dan, int korrejt fiżikament u saħħtek ġiet affettwata b’mod ħażin, int tista’ tirċievi kumpens mingħand l-istat. Il-kumpens mill-istat hu indipendenti mit-talba ċivili, iżda jekk it-telf jew id-danni tiegħek jiġu kkumpensati minn sorsi oħra (pereż. minn qorti jew minn assiguratur) fi żmien tliet snin mid-data meta saret finali d-deċiżjoni dwar il-merti tal-applikazzjoni tiegħek għal kumpens, int tkun meħtieġ(a) trodd lura l-kumpens imħallas mill-istat.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Int intitolat(a) għal kumpens mill-istat jekk jitwettaq reat kriminali vjolenti intenzjonat kontrik li rriżulta f’dannu serju għall-integrità u għas-saħħa fiżiċi tiegħek.

Int tista’ tkun intitolat ukoll għal kumpens mill-Istat jekk int qarib li tiġi mill-viċin jew dipendenti tat-tali vittma jew jekk int ħallast għall-funeral tal-vittma deċeduta.

Huma biss vittmi li jinsabu fil-bżonn skont is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew kundizzjonijiet oħra stabbiliti bil-liġi li jistgħu jkunu eliġibbli għal kumpens mill-istat.

Int tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek għal kumpens mill-istat lil kwalunkwe servizz ta’ appoġġ għall-vittmi (uffiċċju distrettwali tal-gvern). Meta tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tiegħek, l-awtorità teżamina r-rabta kawżali bejn l-ammont tad-danni u r-reat kriminali.

Normalment, l-applikazzjonijiet għal kumpens ikunu jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jitwettaq ir-reat, u l-ammont massimu ta’ kumpens fl-2017 hu ta’ HUF 1 599 105.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Jekk ir-rapport kriminali tiegħek jiġi rifjutat, l-investigazzjoni tintemm jew il-konvenut jiġi lliberat mill-akkużi fuq il-bażi ta’ esklużjoni speċifikata mil-liġi (jiġifieri: taħt l-età, inkapaċità mentali serja, koerċizzjoni jew theddid, żball, difiża leġittima, neċessità estrema jew kmand mingħand persuna superjuri), int tkun intitolat(a) għal kumpens mill-istat.

Il-kumpens mill-istat hu indipendenti mit-talba ċivili, iżda jekk it-telf jew id-danni tiegħek jiġu kkumpensati minn sorsi oħra (pereż. minn qorti jew minn assiguratur) fi żmien tliet snin mid-data meta saret finali d-deċiżjoni dwar il-merti tal-applikazzjoni tiegħek għal kumpens, int tkun meħtieġ(a) trodd lura l-kumpens imħallas mill-istat.

Jekk tinfurza d-dritt ċivili tiegħek barra mill-proċedimenti kriminali, il-kwistjoni ta’ responsabbiltà kriminali u dik ta’ kumpens isiru separati minn xulxin, jiġifieri, iż-żewġ proċedimenti jistgħu jwasslu għal sentenzi b’kontenut differenti.

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Bħala vittma ta’ reat jew ta’ trasgressjoni, int tista’ tkun intitolat(a) għall-ħlas ta’ għajnuna monetarja istantanja għall-fini ta’ rimedjar tas-sitwazzjoni ta’ kriżi f'perjodu qasir ħafna wara r-reat jew it-trasgressjoni. Int tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek lis-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi (f’uffiċċju distrettwali tal-gvern), u l-kundizzjoni għar-riċevuta tal-kumpens hi li r-reat jiġi rapportat lill-pulizija. Il-ħlas tal-għajnuna monetarja istantanja jiġi deċiż fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u jista’ jiġi pprovdut lill-vittmi bla ma jiġi vvalutat jekk humiex fil-bżonn. Madankollu, matul il-proċedimenti, irid jiġi eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi personali tal-vittma li jirriżultaw mir-reat kriminali jiġġustifikawx dan it-tip ta’ għajnuna monetarja. L-għajnuna monetarja istantanja mhix kumpens u mhix maħsuba biex tikkumpensa jew timmitiga d-dannu kkawżat mir-reat kriminali. Tista’ tiġi pprovduta għall-kopertura tal-ispejjeż tal-ikel, tal-akkomodazzjoni, tal-ivvjaġġar, tal-ilbies, tal-mediċini u tal-funeral tal-vittma. L-ammont tal-għajnuna monetarja istantanja jiġi determinat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tal-vittma li tirriżulta mir-reat kriminali u mit-tul ta’ żmien li matulu l-vittma ma tkunx tista’ ssolvi l-problemi finanzjarji tagħha waħedha. L-ammont massimu tal-għajnuna fl-2017 hu ta’ HUF 106 607.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Jekk int sfajt vittma ta’ reat, tista’ tirrapportah fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi ċċempel fuq in-numri ta’ emerġenza 107 jew 112.

Il-persunal tas-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi mmexxi mill-istat u tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali jista’ jassistik fl-eqreb uffiċċju distrettwali tal-gvern. Il-persunal tal-Linja freephone ta’ Appoġġ għall-Vittmi (ÁldozatsegítÅ‘ Vonal) (+36-80-225-225) jipprovdi għajnuna immedjata permezz tat-telefown 24 siegħa kuljum fl-Ungerija.

Is-Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat, OKIT, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ncsszi.hu/national-institute-for-family_-youth-and-population-policy) jipprovdi għajnuna b’mod speċifiku għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, ta’ vjolenza bejn qraba, ta’ abbuż fuq it-tfal kif ukoll ta’ prostituzzjoni u ta’ traffikar tal-bnedmin permezz tan-numru tat-telefown +36-80-205-520.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

  • Pulizija: 107
  • Numru ġenerali ta’ emerġenza: 112
  • Xhieda bit-Telefown (Telefontanú): +36-80-555-111 (fejn tista’ tirrapporta reati b’mod anonimu)
  • Linja ta’ Appoġġ għall-Vittmi (ÁldozatsegítÅ‘ Vonal): +36-80-225-225 (numru freephone li tista’ ċċempel fuqu 24 siegħa kuljum fl-Ungerija)
  • Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat) +36-80-205-520
  • L-NGO NANE li hi Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa (NÅ‘k a NÅ‘kért Együtt az ErÅ‘szak Ellen Egyesület):
    • +36-80-505-101 (helpline għal nisa u għal tfal abbużati; tista’ ċċempel fuqu mingħajr ħlas, permezz tal-mowbajl ukoll, nhar ta’ Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa bejn is-6 p.m. u l-10 p.m.)
    • +36-40-603-006 (għal vittmi ta’ vjolenza sesswali, tista’ ċċempel fuqu nhar ta’ Ġimgħa bejn l-10 a.m u s-2 p.m. bit-tariffi lokali)
  • L-Assoċjazzjoni Patent (Patent Egyesület): +36-70-25-25-254 (servizz ta’ għajnuna legali bit-telefown fi kwistjonijiet legali u psikoloġiċi essenzjali għal nisa li jgħixu f’relazzjoni abbużiva, li tista’ ċċempel fuqu nhar ta’ Erbgħa bejn l-4 p.m. u s-6 p.m.)

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Il-proċeduri ta’ appoġġ għall-vittmi huma aċċessibbli mingħajr tariffi u mingħajr ħlas. Jekk ma tafx titkellem bl-Ungeriż jew għandek bżonn ta’ interpretu tal-lingwa tas-sinjali minħabba diżabbiltajiet relatati mal-komunikazzjoni, l-ispejjeż tat-traduzzjoni u tal-intepretazzjoni jiġġarrbu mill-istat.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi (ÁldozatsegítÅ‘ Szolgálat) jista’

  • jinformak dwar id-drittijiet, l-obbligi u l-possibbiltajiet tiegħek,
  • jipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ protezzjoni soċjali, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni tas-saħħa,
  • jipprovdi għajnuna monetarja istantanja (fi żmien ħamest ijiem mid-data tat-twettiq tar-reat relatat),
  • jipprovdi appoġġ emottiv (inkluża assistenza psikoloġika jekk meħtieġa),
  • jipprovdi pariri legali u għajnuna prattika f’każijiet sempliċi,
  • jikkonferma l-istatus tiegħek bħala vittma,
  • minbarra dan li ntqal hawn fuq, persuni li jkorru serjament u qraba ta’ vittmi deċeduti minħabba reati kriminali vjolenti jistgħu japplikaw għal kumpens mingħand l-istat.

Is-Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat) jista’

  • jipprovdi assistenza immedjata liċ-ċittadini (l-aktar lin-nisa u lit-tfal) li jkunu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi serja minħabba abbuż,
  • akkomodazzjoni immedjata sigura f’ċentri ta’ kenn sikuri għal persuni fil-bżonn wara konsultazzjoni. Dan se jiġi żgurat f’ċentri ta’ kriżi fejn l-akkomodazzjoni tkun garantita għal 30 jum iżda, fejn tkun ġustifikata, tista’ tiġi estiża bi 30 jum addizzjonali. L-akkomodazzjoni hi pprovduta mingħajr ħlas, u bħala parti mill-kura pprovduta, l-ispeċjalisti taċ-ċentru tal-kriżi jgħinu biex tinstab soluzzjoni sikurau fit-tul għall-problema, u dawn jidħlu wkoll f’kuntatt mal-assistent tal-familja tas-Servizz rilevanti ta’ Appoġġ għall-Familji u tal-Benesseri tat-Tfal.

Is-Servizz ta’ Għajnuna Legali (Jogi Segítségnyújtó Szolgálat)

  • jipprovdi pariri legali f’każijiet li fihom il-fatti tal-każ ikunu pjuttost ċari,
  • u, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet definiti legalment, dan
  1. jipprovdi servizzi barra l-qorti (konsulenza, editjar ta’ dokumenti) mingħajr ħlas jew b’kundizzjonijiet favorevoli,
  2. jipprovdi rappreżentazzjoni permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni fil-proċedimenti tal-qorti u fil-fażi ta’ qabel il-proċess (meta l-każ jiġi investigat mill-awtorità tal-investigazzjoni jew mill-prosekutur) tal-proċedimenti kriminali. Jekk ir-rappreżentanza permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni tkun awtorizzata, is-servizz legali propju jiġi pprovdut minn avukati u minn ditti legali li jkunu f’relazzjoni kuntrattwali mas-Servizz tal-Għajnuna Legali.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Tista’ tibbaża primarjament fuq l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li ġejjin:

L-Assoċjazzjoni tal-Karità taċ-Ċurkett l-Abjad (Fehér Gyűrű Közhasznú Egyesület)

  • kura personali wara r-reat,
  • għajnuna legali mingħajr ħlas,
  • medjazzjoni mingħajr ħlas,
  • assistenza psikoloġika mingħajr ħlas,
  • appoġġ finanzjarju lil dawk li jkunu fil-bżonn (biss jekk ir-reat jiġi rapportat lill-pulizija),
  • assistenza fil-proċedimenti ta’ awtoritajiet oħra,
  • medjazzjoni ta’ appoġġ ipprovduta minn organizzazzjonijiet u minn istituzzjonijiet oħra.

L-NGO NANE li hi Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa (NÅ‘k a NÅ‘kért Együtt az ErÅ‘szak Ellen Egyesület):

  • il-provvista ta’ informazzjoni,
  • għajnuna prattika immedjata lil dawk li jinsabu fi kriżi (pereż. tqegħid f’ċentri ta’ kenn għan-nisa, notifika lill-awtoritajiet, pariri dwar azzjonijiet u possibbiltajiet),
  • sessjonijiet fi grupp,
  • għajnuna leali (permezz ta’ pariri legali jekk ikunu meħtieġa).

L-NGO ESZTER Ambulanza (ESZTER Alapítvány és Ambulancia):

  • assistenza psikoloġika,
  • għajnuna legali,

L-Assoċjazzjoni Patent (Patent Egyesület):

  • informazzjoni u pariri,
  • l-iżgurar ta’ konsultazzjonijiet ta’ sfond ma’ psikologu jew ma' assistent soċjali,
  • l-għoti ta’ għajnuna legali lil nisa abbużati kif ukoll lil vittmi ta’ vjolenza u ta’ diskriminazzjoni sessisti.

Il-Fondazzjoni tal-Modi Anonimi (Névtelen Utak Alapítvány):

  • akkomodazzjoni sikura,
  • riabilitazzjoni,
  • riintegrazzjoni.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Malta


Titqies bħala vittma tal-kriminalità jekk tkun ġarrabt dannu, e.g. tkun sfajt imweġġa' jew inkella l-proprjetà tiegħek tkun ġratilha l-ħsara jew insterqet, eċċ., b'riżultat ta' inċident li jkun jikkostitwixxi delitt skont il-liġi nazzjonali. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċeduri quddiem il-qorti (proċess quddiem il-qorti kriminali).

Il-proċeduri kriminali f'Malta jibdew bl-istħarriġ tad-delitt. Skont x'delitt ikun, l-istħarriġ isir mill-pulizija jew minn maġistrat istruttorju.

Delitti inqas serji (delitti punibbli b'multa jew bi priġunerija ta' inqas minn sitt xhur) jiġu mistħarrġin minn uffiċjal tal-pulizija. Jekk ikun hemm biżżejjed provi kontra min ikun wettaq ir-reat, l-uffiċjal tal-pulizija jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għal proċess quddiem il-qorti kriminali u jaġixxi bħala prosekutur quddiem il-qorti. Matul il-proċess quddiem il-qorti, imħallef jeżamina l-provi u jikkundanna jew jillibera mill-akkużi lil min ikun wettaq ir-reat. Jekk min ikun wettaq ir-reat jiġi kkundannat, l-istess imħallef jispeċifika l-piena li għandha tiġi imposta.

Id-delitti l-oħrajn kollha jiġu investigati minn maġistrati istruttorji. Jekk ikun hemm biżżejjed provi kontra min ikun wettaq id-delitt, il-maġistrat istruttorju jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Il-Qorti tal-Maġistrati teżamina l-provi u jekk ikun hemm biżżejjed provi tibgħat il-każ lill-Avukat Ġenerali. L-Avukat Ġenerali mbagħad iressaq il-każ quddiem il-Qorti Kriminali biex din tibda l-proċeduri. Matul il-proċess quddiem il-qorti, il-prosekutur itella' lil min ikun wettaq ir-reat quddiem imħallef u ġurija. Il-ġurija tiddeċiedi jekk l-imputat ikunx ħati jew le. Jekk l-imputat jiġi kkundannat, l-imħallef jispeċifika l-piena li għandha tiġi imposta.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X'informazzjoni se nirċievi mingħand l-awtorità wara li jseħħ ir-reat (pereż. mingħand il-pulizija, il-prosekutur pubbliku), iżda anki saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Mill-ewwel kuntatt mal-pulizija għandek tingħata l-informazzjoni li ġejja:

  1. It-tip ta' appoġġ li tista' tingħata u minn min;
  2. il-proċeduri kif isir ir-rapport dwar ir-reat u r-rwol tal-vittma fil-proċeduri relattivi;
  3. kif u taħt liema kundizzjonijiet tista' tingħata protezzjoni;
  4. kif u taħt liema kundizzjonijiet ikollok aċċess għal parir legali, għajnuna legali jew parir ieħor;
  5. kif u taħt liema kundizzjonijiet jista' jkollok aċċess għall-kumpens;
  6. kif u taħt liema kundizzjonijiet tkun intitolata għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni;
  7. jekk tkun residenti fi Stat Membru differenti minn dak fejn seħħ ir-reat, kull mizura, proċedura jew arranġamenti speċjali, li huma disponibbli sabiex jitħarsu l-interessi tiegħek f'Malta;
  8. il-proċeduri disponibbli biex jitressqu lmenti meta d-drittijiet tiegħek bħala vittma ma jkunux rispettati mill-Pulizija;
  9. id-dettalji ta' kuntatt għall-komunikazzjonijiet dwar il-kaz tiegħek;
  10. is-servizzi ta' ġustizzja riparatriċi disponibbli;

kif u taħt liema kundizzjonijiet tista' tiġi rimborzat/a għal spejjez li għamilt biex tieħu sehem fil-proċess kriminali

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma mħarsa d-drittijiet tiegħi?

Bħala vittma ta' reat li seħħ fi Stat Membru ieħor, jekk tkun tgħix f'Malta għandek dritt tirraporta r-reat lill-pulizija f'Malta.  Ladarba tagħmel ir-rapport, il-pulizija f'Malta huma marbutin li jibgħatu mingħajr dewmien ir-rapport lill-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat, sakemm ma jkunux bdew il-proċeduri huma.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni se nirċievi?

Meta tirraporta reat għandek tingħata mill-pulizija rikonoxximent bil-miktub tar-rapport tiegħek, li fih ikun hemm dikjarati l-elementi baziċi tar-reat in kwistjoni.  barraminnhekk, għandek dritt, fuq talba tiegħek, li tirċievi informazzjoni dwar:

  1. kwalunkwe deċizjoni li ma titkompliex jew li twaqqaf investigazzjoni jew li ma jittieħdux passi kontra t-trasgreesur
  2. il-ħin u l-post tal-proċess kriminali, u n-natura tal-akkuzi kontra t-trasgressur
  3. kwalunkwe sentenza finali fil-proċess
  4. informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-proċeduri kriminali
  5. ir-rilaxx jew ħarba mid-detenzjoni tat-trasgressur u dwar kwalunkwe mizura maħruġa għall-protezzjoni tiegħek f'kaz ta' rilaxx jew ħarba tat-trasgressur

Fil-kazijiet kontemplati f'a u ċ inti għandek tingħata r-raġunijiet jew sommarju tar-raġunijiet li wasslu għad-deċizjoni in kwistjoni.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni libera jew ta' traduzzjoni (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-pulizija għandhom jizguraw li inti qed tifhem u qed tiġi mifhum/a.  jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bil-Malti jew bil-Ingliz, inti għandek dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni f'lingwa li tifhem.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)

Il-komunikazzjoni trid issir b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli u għandhom jiġu rispettati l-karatteristiċi personali tiegħek inkluz kwalunkwe dizabbilta' li tista' taffettwa l-abbilta' tiegħek biex tifhem jew tinftiehem. Barraminnhekk, inti għandek dritt li tieħu miegħek persuna tal-għazla tiegħek fl-ewwel kuntatt mal-pulizija, jekk minħabba l-impatt tar-reat inti jkollok bzonn l-għajnuna biex tifhem jew tinfthiem.  meta l-vittma tkun dizabbli jew minorenni, il-pulizija dejjem jitolbu l-assistenza tas-social workers fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u jekk tinħass il-ħtieġa tista' titlob ukoll għall-assistenza ta' professjonisti oħra fil-qasam.

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jagħti appoġġ lill-vittmi? Il-pulizija se tibgħatni awtomatikament għand is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Mal-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija huma jagħtuk informazzjoni dwar it-tip ta' appoġġ li tista' tikseb u minn min, inkluz appoġġ mediku, appoġġ psikoloġiku u saħansitra akkomodazzjoni alternattiva.  Barraminnhekk, il-Pulizija għandhom jirreferuk għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, mingħajr dewmien.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Is-servizz ta' appoġġ jingħata b'mod kunfidenzjali

Għandi nirrapporta reat qabel ma jista' jkolli aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi?

Inti jista' jkollok aċċess għal dawn is-servizzi anki jekk qabel ma tkun irraportajt formalment ir-reat

Il-protezzjoni personali jekk inkun f'periklu

X’tipi ta’ protezzjoni hemm disponibbli?

Il-pulizija għandha mill-ewwel tizgura li inti tineħħa mill-periklu, jekk wara l-evalwazzjoni li ssir jirrizulta li inti fil-periklu.  Jekk il-pulizija tikkonkludi li min ikun wettaq ir-reat ikun persuna perikoluza, hi tista' tarresta t-trasgressur u ttella' l-kaz quddiem il-qorti b'urgenza u titlob lill-qorti biex tordna li jinzamm detenut.

Inti tista' wkoll titlob lill-uffiċjal tal-pulizija inkarigat mill-kaz tieghek biex ipoġġik fi programm għall-protezzjoni tal-vittmi.  Tkun trid tiddikjara li tkun se tixhed kontra min ikun wettaq ir-reat waqt is-smigħ tal-qorti.  Jekk l-uffiċjal tal-pulizija jkun konvint li x-xhieda tiegħek jew provi oħra li jkollok ikunu importanti għall-kaz, huwa jitlob lill-Avukat Ġenerali biex ipoġġik fi programm għall-protezzjoni tal-vittmi.  Il-programm jista' jkopri wkoll lil membri tal-familja tieghek u qraba ohrajn.  Normalment ikun jikkonsisti f'mizuri li jiggarantixxu s-sikurezza personali tiegħek u/jew jipproteġu l-propjeta' tiegħek.

Min jista' joffrili protezzjoni?

Il-Pulizija

Xi ħadd se jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk għadnix fil-periklu mit-trasgressur?

Iva l-pulizija jagħmlu din l-evalwazzjoni

Xi ħadd se jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f'riskju ta' periklu ieħor mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (waqt l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk waqt il-proċeduri fil-Qorti jirrizulta li għad hemm periklu, il-pulizija tista' titlob lill-qorti sabiex toħroġ ordni ta' protezzjoni fil-konfront tiegħek u l-familjari tiegħek.

X'tip ta' protezzjoni hija disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

F'kazijiet ta' vjolenza domestika l-vittmi jingħataw rifuġju f'xelters apposta

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Jekk int minorenni, ir-rapport dwar ir-reat jista' jsir minn ġenitur jew tutur.

Bħala minorenni, f'kaz li l-ġenitur jew kustodji tiegħek ma jistgħux jirraprezentawk minħabba kunflitt ta' interessi jew jekk inti m'intix akkumpanjat jew int separat mill-familjatiegħek, il-qorti minn jedda taħtar avukat tat-tfal jew avukat tal-għajnuna legali biex jirraprezenta l-interessi tiegħek.

Membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Inti titqies bħala vittma u għandek l-istess drittijiet tal-vittmi ta' reat

Membru tal-familja tiegħi kien vittma ta' reat – x’inhuma drittijieti?

Inti tista' tagħmel ir-rapport minflok il-vittma jekk hu konjuġi, ġenitur, wild, ħuk jew int tutur tiegħu.

Jista' jkolli aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur waqt il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni bejn il-vittma u min wettaq ir-reat tkun disponibbli waqt il-proċeduri kriminali meta t-trasgressur jammetti jew jinstab ħati.  F'kaz ta' ammissjoni jew sejba ta' ħtija, hemm diversi modi kif medjazzjoni tkun tista' tiġi aċċessata tramite l-Qrati tal-Ġustizzja.  Aċċess għas-servizz ta' medjazzjoni jista' jingħata billi ssir talba lill-Qorti, permezz ta' rikors, mill-prosekutur u/jew l-avukat difensur u/jew l-uffiċjal tal-probation, sabiex il-kaz jgħaddi għall-medjazzjoni.

Jekk il-Qorti tilqa' t-talba, il-kaz jiġi rinvjat lill-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u min Wettaq ir-Reat (Kumitat) fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u Parole, liema kumitat, wara li jezamina l-informazzjoni kollha rilevanti, jiddeċiedi jekk il-kaz għandux jgħaddi għall-medjazzjoni jew le.  Jekk il-Kumitat jiddeċiedi li jgħaddi l-kaz għall-medjazzjoni, l-kaz jiġi assenjat lill-medjatur.  Il-medjatur jikkuntattja kemm lill-vittma kif ukoll lil min wettaq ir-reat u jiltaqa' magħhom individwalment bl-iskop li ssir it-tielet laqgħa li għaliha jattendu z-zewġ partijiet.  Biex isir il-proċess ta' medjazzjoni, il-medjatur għandu jizgura li z-zewġ partijiet ser jibbenefikaw mill-proċess u li m'hemmx riskju ta' vittimizzazzjoni sekondarja.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tistipula d-drittijiet tiegħi?

Il-liġi li tistipula d-drttijiet tiegħek hi l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalita' - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKapitolu 539 tal-Liġijiet ta' Malta -

Kwantu għall-medjazzjoni l-liġi applikabbli hi l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKapitolu 516 tal-Liġijiet ta' Malta


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nista’ nirrapporta reat?

Jekk sfajt vittma ta' reat tista' tirraportah għand il-pulizija. Ir-rapport jistgħu jagħmluh minflokok il-konjuġi, il-ġenituri, l-ulied, ħutek jew it-tutur. Tista' wkoll tgħarraf lill-pulizija jekk tkun sirt taf b'reat anki meta ma tkunx il-vittma.

Tista' tirraporta reat bil-fomm, billi tmur fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi ċċempel fuq in-numru ta' emerġenza 112 f'kazijiet li jeħtieġu assistenza immedjata, jew billi tħalli r-rapport fl-għassa tal-pulizija jew billi tibgħat ittra. Jekk tagħzel li tibgħat rapport bil-miktub, tista' tabbozzah int stess jew titlob l-għajnuna ta' avukat. M'hemm l-ebda formola li trid timxi magħha bilfors. Normalment ir-rapport isir dl-Ingliz jew bil-Malti izda jekk ma tifhimx jew titkellimx b'xi wahda minn dawn iz-zewġ lingwi, għandek id-dritt li tagħmel ir-rapport b'lingwa li tifhem jew billi tingħata l-għajnuna ta' interpretu. Trid tinkludi d-dettalji personali tiegħek. Fil-prinċipju jiġu aċċettati wkoll rapporti anonimi, izda l-pulizija tibda tistħarreġ rapport bħal dan biss kemm -il darba r-reat ikun wieħed serju ħafna.

M'hemm l-ebda zmien sa meta trid tirraporta reat. Madankollu , il-liġi tgħid li jekk kiun għadda ċertu perjodu ta' zmien minn mindu jkun seħħ ir-reat, ma jkunux jistgħu jinbdew proċeduri kriminali kontra min wettqu. Il-perjodu jiddependi minn x'tip ta' reat ikun, u jvarja minn tliet xhur għar-reati l-inqas serji (ezempju tgħajjir bil-fomm) għal għoxrin sena għal reati partikolarment serji (ezempju qtil). Wara dak il-perjodu, xorta waħda tista' tagħmel rapport imma l-pulizija ma jistħarrġux id-delitt. Anki jekk jistħarrġuh, il-qorti tillibera lil min ikun wettaq ir-reat mill-akkuzi.

Fil-kaz ta' ċerti reati zgħar, tkun trid tagħmel rapport speċjali għand il-pulizija. Dawn huma l-kazi fejn mingħajr tali lment il-pulizija ma jitħallewx jibdew jistħarrġu. l-ilmenti s-soltu għalkemm mhux bilfors, isiru bil-miktub. Tista' titlob lil avukat biex jiktiblek l-ilment. Fl-ilment trid tinkludi: id-dettalji personali tiegħek (l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta' l-identita'), tagħrif dwar min ikun wettaq ir-reat, deskrizzjoni ta' dak li ġara' u lista ta' xhieda, bl-indirizzi tagħhom, li tkun tixtieq li l-pulizija tkellimhom. Huwa rakkomandat ukoll li tinkludi referenza għad-disposizzjoni legali li taħseb li kiser min wettaq ir-reat, izda mhux obbligatorju.

Kif nista’ nsir naf x’qed jiġri dwar il-każ?

Meta tirrapporta reat, tingħata numru ta' referenza. Dan in-numru tista' tuzah biex tara fhiex wasal il-kaz. Fil-prattika tista' tiċċekkja wkoll billi tuza d-data meta tkun għamilt ir-rapport. Tista' tirċievi informazzjoni dwar l-istħarriġ billi tmur l-għassa tal-pulizija jew billi ċċempel bit-telefon.

Għandi dritt għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? B'liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi ta' reat huma ntitolati għal għajnuna legali

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (biex nieħu sehem fl-investigazzjoni/fil-proċess)? B'liema kundizzjonijiet?

Iva, tista' titlob lura l-ispejjez.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel ma mmur il-qorti?

Jekk wara li l-pulizija jistħarrġu r-reat, jiddeċiedu li jagħlqu l-kaz mingħajr ma jressquh quddiem il-qorti, bħala vittma inti tista' tappella kontra din id-deċizjoni quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Il-Qorti tal-Maġistrati titolbok tikkonferma bil-ġurament l-informazzjoni li tkun tajt fir-rapport u tistqarr li lest tixhed fil-qorti. Ikollok ukoll tħallas somma flus li tiġi stabbilita mill-qorti bħala garanzija li l-intenzjoni tiegħek li tiftaħ il-proċeduri kontra min ikun wettaq ir-reat tkun serja. Il-Qorti tal-Maġistrati tezamina l-provi u jekk issibhom bizzejjed, tordna lill-pulizija biex jissoktaw il-proċeduri.

Nista’ nkun involut fil-proċess?

Tista' tieħu sehem fil-proċeduri anki bħala parti ċivili. Biex tidħol fil-proċeduri bħala parti ċivili tkun trid tipprezenta t-talba tiegħek permezz ta' applikazzjoni fil-qorti. Il-qorti tezamina l-applikazzjoni tiegħek u tiddeċiedi jekk tħallikx issir parti ċivili. Bħala parti ċivili tkun tista' tattendi għas-seduti kollha tal-qorti, anki dawk li ma jkunux miftuħin għall-pubbliku u anki jekk tkun ser tixhed fil-proċediment.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nista’ nkun jew nista' nagħżel li nkun: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Inti tista' tkun xhud u anki parti ċivili, kif spjegat hawn fuq.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi u l-obbligi f’dan ir-rwol?

Id-drittijiet u l-obbligi tiegħek waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali jiddependi minn liema qorti tisma' l-kaz tiegħek:

  • jekk il-prosekuzzjoni fil-kaz tiegħek imexxiha uffiċjal tal-pulizija quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, ikollok kwazi l-istess drittijiet daqs l-imputat: inti jew l-avukat tiegħek tkunu tistgħu tressqu l-provi, tagħmlu kontroezami tax-xhieda (billi tistaqsu l-mistoqsijiet permezz tal-uffiċjal tal-pulizija li jkun qed imexxi l-prosekuzzjoni eċċ.
  • jekk il-prosekuzzjoni fil-kaz tiegħek imexxiha l-Avukat Ġenerali, id-Deputat Avukat Ġenerali jew prosekutur pubbliku quddiem il-Qorti Kriminali, tkun tista' tattendi biss għas-smigħ u tressaq argumentazzjoni b'rabta mas-sentenza jekk il-ġurija tkun sabet lill-imputat ħati.

Nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nixhed waqt il-proċess? b'liema kundizzjonijiet?

Waqt il-proċess kriminali inti aktarx tissejjaħ biex tagħti x-xhieda tiegħek għaliex il-qorti tkun trid tisma' x-xhieda tiegħek bħala vittma tar-reat.

X’informazzjoni se nirċievi waqt il-proċess?

Inti jkollok dritt li tinzamm infurmat dwar dak li qed jiġri fil-proċess kriminali kif ukoll li tkun infurmat bis-sentenza finali

Jista' jkolli aċċess għall-fajls tal-Qorti?

Bħala parti ċivili jkollok aċċess għall-atti u d-dokumenti tal-qorti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra s-sentenza?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jintemm b'deċizjoni tal-qorti li tikkundanna jew tillibera mill-akkuzi lill-imputat.  Jekk l-imputat jinstab ħati, l-Imħallef jissentenzjah.  Skont il-liġi Maltija, huma biss l-imputat u l-Avukat Ġenerali li għandhom id-dritt li jappellaw mill-kundanna/liberazzjoni mill-akkuzi u/jew mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

Madankollu, jekk ikun sar appell u inti kont parti ċivili fl-ewwel proċess quddiem il-qorti kriminali, l-avukat tiegħek jitħalla jezamina d-dokumenti rilevanti kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-proċedura tal-appell.

X’inhuma drittijieti wara s-sentenza?

Wara li tidħol fis-seħħ is-sentenza, għandek dritt tirċievi kopja tad-deċizjoni tal-Qorti.  jekk il-qorti tissentenzja lit-trasgressur għal sentenza ta' priġunerija, inti għandek dritt li tkun infurmat/a meta t-trasgressur jiġi rilaxxat jew inkella jekk jaħrab.

Jien intitolat għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Inti għandek dritt għal appoġġ jew għal protezzjoni wara li jintemmu l-proċeduri kriminali, matul u għal zmien xieraq.

X’informazzjoni nista’ ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

Inti tingħata koja tas-sentenza finali.

Se nkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Iva, inti tkun infurmat/a meta t-trasgressur jiġi rilaxxat jew jaħrab.

Se nkun involut dwar deċiżjonijiet biex jinħeles jew biex jingħata libertà kondizzjonali? Pereżempju, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew inressaq appell?

Ma tkunx involut f'tali deċizjonijiet għalkemm tkun infurmat/a dwarhom.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur?  (pereż. kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)

Il-proċedura legali biex titlob kumpens mingħand it-trasgressur hija li tiftaħ kawza ċivili għad-danni kontrih, sakemm ma jkunx hemm diġa' xi ordni ta' ħlas mit-trasgressur lill-vittma maħruġa mill-qorti kriminali.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?

Meta jkun hemm ordni bħal dik, inti jkollok dritt tezegwixxi dik l-ordni daqslikieku kellek favur tiegħek deċizjoni tal-qorti ċivili bil-konsegwenza li tkun tista' saħansitra tipproċedi billi titlob ħruġ ta' mandati ta' qbid u sekwestru.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem?  B'liema kundizzjonijiet?

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, allura hemm possibilita' li l-Gvern iħallas lill-vittma bil-quddiem taħt ċertu kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fid-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali.

Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?

Iva għandek dritt titlob kumpens mingħand l-Istat taħt skema għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8983&l=2

formola Elettronika disponibbli: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://eforms.gov.mt/pdfforms.aspx?fid=pjd010m

Jien intitolat għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?

Hemm jedd għal kumpens anke meta t-tragressur ma jinstabx ħati jew ma jkunx magħruf.

Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

Eċċezzjonalment, jista' jkun hemm pagament t'emerġenza sakemm tiġi finalment deċiza t-talba għall-kumpens.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Il-Pulizija
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pulizija.gov.mt/en/Pages/Home.aspx

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pulizija.gov.mt/en/Pages/Home.aspxL-aġenzija nazjonali tal-assistenza soċjali għat-tfal u l-familji fil-bzonn, Appoġġ
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspx

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspxId-Dipartiment tal-Ġustizzja - għal assistenza dwar kumpens għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'
Kuntatti:
Indirizz elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo.justicedepartment@gov.mt
Numru tat-telefon: +356 25674330
Indirizz: 21, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1443

Legal Aid Malta Agency
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mjcl.gov.mt/en/LegalAidMalta/Pages/home.aspx

Il-hotline għall-appoġġ tal-vittmi

Supportline 179

L-appoġġ għall-vittmi huwa bla ħlas?

Iva, l-appoġġ għall-vittmi jingħata bla ħlas.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi tal-Istat jew mill-awtoritajiet?

Inti għandek dritt tirċievi servizzi ta' appoġġ li jikkonsistu f'li ġej:

  1. informazzjoni, pariri u appoġġ rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi, inkluz aċċess għal skemi ta' kumpens għal ħsara kriminali u fuq ir-rwol tiegħek fil-proċeduri kriminali, inkluz il-preparazzjoni għall-attendenza waqt il-proċeduri;
  2. informazzjoni dwar jew referenza diretta għal kwalunkwe servizzi rilevanti ta' appoġġ li jkunu disponibbli;
  3. appoġġ emozzjonali, u fejn disponibbli, psikoloġiku;
  4. pariri marbutin ma' kwistjonijiet finanzjarji u prattiċi;
  5. pariri relatati mar-riskju u l-prevenzjoni ta' vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, ta' intimidazzjoni u ta' ritaljazzjoni.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Minn għand il-Victim Support Malta tista' tirċievi support emozzjonali biex toħroġ mit-trawma ikkawzata mir-reat, informazzjoni legali dwar proċeduri kriminali relatati mal-vittmi ta' reati u għajnuna prattika bħal per ezempju assistenza fil-komunikazzjoni mal-Pulizija.
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://victimsupport.org.mt/
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSt Jeanne Antide Foundation


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Awstrija


Int titqies bħala vittma ta’ reat jekk iġġarrab danni jew jekk l-interessi legali tiegħek, kif protetti bid-dritt kriminali, setgħu nkisru b’modi oħra, eż. jekk int korrejt jew jekk il-proprjetà tiegħek ġarrbet ħsara jew insterqet u dan l-att ikun jikkostitwixxi reat skont id-dritt tal-Awstrija. Bħala vittma ta’ reat, il-liġi tiggarantixxi li int tibbenefika minn ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċedimenti tal-qorti.

Fl-Awstrija, il-proċedimenti kriminali jibdew malli l-pulizija kriminali (Kriminalpolizei ) jew l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (Staatsanwaltschaft ) jiftħu investigazzjonijiet bħala tweġiba għal suspett inizjali. Ladarba jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet, il-prosekutur pubbliku jista’ jiddeċiedi li jagħlaq il-proċedimenti, jordna miżuri alternattivi għal proċedimenti kriminali konvenzjonali jew iressaq l-akkużi quddiem qorti. Ċerti reati (reati soġġetti għal prosekuzzjoni privata – Privatanklagedelikte) jitressqu quddiem il-qorti biss fuq it-talba tal-vittma, li f’dan il-każ irid jippreżenta l-akkużi hu stess. Ma ssir ebda investigazzjoni f’dawn il-kawżi.

Matul il-proċess, il-qorti torganizza seduta u teżamina l-evidenza. Skont is-serjetà tar-reat, il-kawżi jinstemgħu minn

  • imħallef wieħed jew
  • panil ta’ mħallfin li jikkonsisti, skont ir-reat inkwistjoni, f’imħallef professjonali wieħed jew tnejn u f’żewġ imħallfin onorarji, li jiddeċiedu dwar il-ħtija tal-akkużat u l-livell tal-penali imposta jew
  • qorti b’ġurija, li tikkonsisti fi tliet imħallfin professjonali u fi tmien imħallfin onorarji (ġurati). Il-ġurati jiddeċiedu dwar il-ħtija tal-akkużat, filwaqt li d-deċiżjoni dwar il-livell tal-penali tittieħed b’mod konġunt mill-ġurati u mit-tliet imħallfin professjonali.

Bħala vittma, int tista’ taqdi rwol importanti ħafna f'dawn il-proċedimenti kriminali u tibbenefika wkoll minn diversi drittijiet. Int tista’ tieħu sehem bħala vittma mingħajr status legali speċifiku jew issir pretendent ċivili, prosekutur sussidjarju jew prosekutur privat u tibbenefika minn drittijiet u minn possibbiltajiet addizzjonali.

Ikklikkja fuq il-links li ġejjin biex issib l-informazzjoni li qed tfittex:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtoritajiet wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Qabel ma tirrapporta r-reat, int tista’ tikseb informazzjoni dwar drittijietek mis-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn) u mill-Hotline tal-Vittmi (Opfernotruf) jew mis-sit web tal-Hotline għall-Vittmi (0800 112 112 jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn).

Bħala vittma ta’ reat, int intitolat(a) li tirċievi informazzjoni dwar drittijietek mingħand l-awtoritajiet. Fil-prinċipju, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-bidu tal-investigazzjoni. Jekk int intitolat(a) li taċċessa servizzi ta’ assistenza għall-vittmi mingħand organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi, int tiġi informat(a) dwar dan qabel l-ewwel seduta tiegħek. In-notifika biex tidher fis-seduta jkun fiha wkoll informazzjoni dwar dawn is-servizzi ta’ appoġġ u tinkludi l-indirizzi tal-organizzazzjonijiet rilevanti ta’ appoġġ għall-vittmi. Barra minn hekk, int tiġi informat(a) dwar id-dritt tiegħek li tkun akkumpanjat(a) minn persuna ta' fiduċja.

Jekk int il-vittma ta’ reat sesswali jew ta’ vjolenza domestika jew int minorenni, int titqies bħala vittmi partikolarment vulnerabbli. Dan ifisser li int tingħata drittijiet addizzjonali; b’mod partikolari, int trid tiġi informat(a) qabel is-seduta u x-xhieda tiegħek li

  • int se tinstema’ kull fejn possibbli minn persuna tal-istess sess;
  • int tista’ tiċħad milli twieġeb mistoqsijiet li jikkonċernaw dettalji tar-reat, eż. fil-każ ta’ reat sesswali, jekk int tqis li dawn ma jkunux raġonevoli. Madankollu, jaf tkun obbligat(a) twiġibhom jekk ix-xhieda tiegħek tkun ta’ importanza partikolari għas-suġġett tal-proċedimenti;
  • matul l-investigazzjoni u l-proċess, int tkun intitolat(a) għal seduta rispettuża;
  • int tista’ titlob biex il-pubbliku jkun eskluż mis-seduta;
  • int tiġi informat(a) jekk it-trasgressur jaħrab jew jiġi rilaxxat mill-kustodja;
  • int tista’ tkun akkumpanjat(a) minn persuna ta' fiduċja matul is-seduta tiegħek.

Tista’ tinstab aktar informazzjoni fil-fuljetti provduti minn organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi, li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-pulizija. Int tista’ tagħżel ukoll li tibbaża fuq informazzjoni dwar drittijietek li tiġi pprovduta lilek b’mod orali.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti drittijieti?

Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tiżgura li l-vittmi jgawdu minn drittijiet komparabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE. Dawn id-drittijiet japplikaw irrispettivament min-nazzjonalità tiegħek bħala vittma.

Biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar ta’ reati f’każijiet li fihom ir-reat kriminali jkun twettaq fi Stat Membru ieħor tal-UE, ilmenti relatati ma’ reat bħal dan li jsiru fil-pajjiż ta’ residenza tal-vittma jintbagħtu mill-prosekutur lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

Hemm ukoll intitolament għal servizzi ta’ traduzzjoni mingħajr ħlas matul il-proċedimenti kriminali.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Bħala vittma ta’ reat, int trid tiġi informat(a) dwar drittijietek minnufih. Dan it-tagħrif jinkludi:

  • drittijietek matul il-proċedimenti kriminali;
  • id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi u s-servizzi pprovduti minnhom;
  • il-possibbiltà li titlob kumpens mingħand it-trasgressur;
  • il-possibbiltà li tapplika għal kumpens mill-istat.

Jekk int intitolat(a) li taċċessa servizzi ta’ assistenza għall-vittmi mingħand organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi, int tiġi informat(a) dwar dan qabel l-ewwel smigħ tiegħek. In-notifika biex tidher fis-seduta jkun fiha wkoll informazzjoni dwar dawn is-servizzi ta’ appoġġ u tinkludi l-indirizzi tal-organizzazzjonijiet rilevanti ta’ appoġġ għall-vittmi. Barra minn hekk, int tiġi informat(a) dwar id-dritt tiegħek li tkun akkumpanjat(a) minn persuna ta' fiduċja. Tista’ ssib aktar informazzjoni fil-fuljetti jew fil-volantini prodotti mill-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi, li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-pulizija. Int tista’ tagħżel ukoll li tibbaża fuq informazzjoni pprovduta lilek b’mod orali.

Jekk inkisret l-integrità sesswali tiegħek, int intitolat(a) li tiġi informat(a) dwar id-drittijiet li ġejjin qabel is-seduta u x-xhieda tiegħek:

  • id-dritt li tinstema’ kull fejn possibbli minn persuna tal-istess sess;
  • id-dritt li tiċħad milli twieġeb mistoqsijiet li jikkonċernaw dettalji ta’ reat sesswali, jekk int tqis li dawn ma jkunux raġonevoli. Madankollu, jaf tkun obbligat(a) twiġihom jekk ix-xhieda tiegħek tkun ta’ importanza partikolari għas-suġġett tal-proċedimenti;
  • id-dritt għal seduta rispettuża matul l-investigazzjoni u l-proċess;
  • id-dritt li titlob biex il-pubbliku jkun eskluż mis-seduta.

Ladarba tirrapporta r-reat, int tirċievi l-konferma bil-miktub tar-rapport tiegħek. Dan jinkludi numru ta’ referenza. Jekk iċċempel l-għassa tal-pulizija kompetenti u tikkwota dan in-numru ta’ referenza, int tista’ titkellem mal-uffiċjal inkarigat mill-każ tiegħek. Int tista’ tuża n-numru ta’ referenza tal-pulizija wkoll biex tikkuntattja lill-prosekutur pubbliku li jieħu ħsieb il-każ tiegħek.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jinformak dwar żviluppi importanti fil-proċess. Pereżempju, int tiġi notifikat jekk l-awtoritajiet jiddeċiedu li ma jipproċedux bil-prosekuzzjoni jew ikunu qed jikkunsidraw li jordnaw miżuri alternattivi għal proċedimenti kriminali konvenzjonali. Int għandek ukoll id-dritt li teżamina l-fajls.

Il-qorti tinformak bil-ħin u bil-post tas-smigħ jekk int tkun għamilt talba minn qabel għal din l-informazzjoni jew tkun issiħibt fil-proċedimenti bħala pretendent ċivili.

Jekk int vittma ta’ vjolenza domestika, ġejt espost(a) għal vjolenza jew għal theddida perikoluża ta’ att kriminali deliberat, inkisret l-integrità sesswali tiegħek, ġiet sfruttata d-dipendenza personali tiegħek fit-twettiq ta’ tali reat jew jekk int partikolarment vulnerabbli, int tiġi informat(a) b’mod awtomatiku mill-awtoritajiet jekk it-trasgressur jiġi rilaxxat jew jaħrab mill-kustodja ta’ qabel il-proċess. F’każijiet oħra, int tiġi informat(a) dwar it-tali żviluppi jekk tkun tlabt li jsir hekk. L-informazzjoni pprovduta mill-pulizija jew mill-prosekutur pubbliku trid tinkludi l-motivazzjonijiet rilevanti għar-rilaxx u tindika jekk it-trasgressur kienx soġġett għal miżuri anqas ħorox bħala alternattiva għall-kustodja.

Fuq talba, int tiġi informat(a) minnufih ukoll jekk it-trasgressur jaħrab jew jinħeles mill-ħabs, kif ukoll dwar l-ewwel darba meta t-trasgressur jitħalla jitlaq mid-detenzjoni mingħajr superviżjoni. Int tiġi notifikat(a) ukoll meta jinqabad trasgressur li jkun ħarab. Jekk ġew imposti kundizzjonijiet maħsuba għall-protezzjoni tal-vittma fuq it-trasgressur fil-mument tar-rilaxx, int tiġi informat(a) dwar dawn ukoll.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk il-Ġermaniż tiegħek ma jilħaqx livell suffiċjenti biex tikkomunika, int intitolat(a) għal servizzi ta’ interpretazzjoni mingħajr ħlas. Dawn is-servizzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni matul l-intervista jew matul is-seduta. Int intitolat(a) ukoll għal traduzzjoni bil-miktub tas-siltiet importanti tal-fajl.

Is-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi jinkludu appoġġ tat-traduzzjoni u huma ffinanzjati mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

L-istruzzjonijiet legali dejjem iridu jingħataw u l-intervisti dejjem iridu jiġu konklużi b’mod komprensibbli. Għaldaqstant, l-awtorità trid tadatta l-istruzzjonijiet u l-mistoqsijiet tagħha għall-ħtiġijiet u għall-kapaċitajiet tal-vittma. Wara li jinħarġu l-istruzzjonijiet, jiġi kkonfermat miegħek jekk int fhimtx kollox.

Jekk il-Ġermaniż tiegħek ma jilħaqx livell suffiċjenti biex tikkomunika, int intitolat(a) għal servizzi ta’ interpretazzjoni mingħajr ħlas. Dawn is-servizzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni matul l-intervista jew matul is-seduta. Int intitolat(a) ukoll għal traduzzjoni bil-miktub tas-siltiet importanti tal-fajl.

Interpretu tal-lingwa tas-sinjali jrid ikun preżenti biex jassisti lil vittmi torox jew muti. Jekk ikun hemm bżonn, int ikollok ukoll l-għażla li tikkomunika bil-miktub jew b’mod xieraq ieħor.

Jiġi kkunsidrat kull indeboliment meta jiġi vvalutat jekk vittma għandhiex titqies bħala partikolarment vulnerabbli, li huwa status assoċjat ma’ drittijiet speċjali. Indebolimenti bħal dawn jistgħu jiġu kkumpensati permezz tal-intitolament għal għajnuna legali.

Servizz ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Int tista’ tikkuntattja lil organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi. Hemm organizzazzjonijiet speċifiċi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u ta’ stalking, għall-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin u għall-vittmi minorenni. Biex il-vittmi jiġu megħjuna jidħlu f’kuntatt mal-organizzazzjoni t-tajba, twaqqfet Hotline għall-Vittmi, iffinanzjata mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (0800 112 112 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.opfer-notruf.at/), li tipprovdi appoġġ mingħajr ħlas 24 siegħa kuljum.

Ċerti vittmi huma intitolati għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi.

Jekk int vittma ta’ vjolenza domestika jew ta’ stalking, int tiġi appoġġjat(a) minn organizzazzjonijiet speċjalisti, bħaċ-Ċentru ta’ Intervent fi Vjolenza Domestika (Interventionsstelle gegen Gewalt in der Familie) jew iċ-Ċentri ta’ Protezzjoni tal-Vittmi (Gewaltschutzzentren). Jekk il-pulizija ħarġet ordni ta’ trażżin, din l-informazzjoni tingħadda liċ-Ċentru lokali ta’ Intervent fi Vjolenza Domestika jew lil Ċentru lokali ta’ Protezzjoni Kontra l-Vjolenza. L-impjegati ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jikkuntattjawk u joffrulek appoġġ, inklużi t-tfassil ta’ pjan ta’ sikurezza u l-għoti ta’ pariri legali (b’mod partikolari dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal inibizzjoni interim) u appoġġ psikoloġiku.

Int tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Intervent jew lil wieħed miċ-Ċentri ta’ Protezzjoni Kontra l-Vjolenza b’mod dirett ukoll. M’għandekx bżonn tistenna sakemm il-pulizija tieħu azzjoni jew sakemm int tkun irrapportajt reat.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Jekk int vittma ta’ vjolenza domestika jew ta’ stalking, int tiġi appoġġjat(a) minn organizzazzjonijiet speċjalisti, bħaċ-Ċentru ta’ Intervent fi Vjolenza Domestika (Interventionsstelle gegen Gewalt in der Familie) jew iċ-Ċentri ta’ Protezzjoni tal-Vittmi (Gewaltschutzzentren). Jekk il-pulizija ħarġet ordni ta’ trażżin, din l-informazzjoni tingħadda liċ-Ċentru lokali ta’ Intervent fi Vjolenza Domestika jew lil Ċentru lokali ta’ Protezzjoni Kontra l-Vjolenza. L-impjegati ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jikkuntattjawk u joffrulek appoġġ, inklużi t-tfassil ta’ pjan ta’ sikurezza u l-għoti ta’ pariri legali (b’mod partikolari dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal inibizzjoni interim) u appoġġ psikoloġiku.

Fil-każijiet l-oħra kollha, int mitlub tikkuntattja lill-organizzazzjoni rilevanti ta’ appoġġ għall-vittmi int stess.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Bħala vittma, int għandek diversi drittijiet li jiggarantixxu li l-privatezza tiegħek tiġi protetta kemm jista’ jkun, minkejja l-prinċipju tan-natura pubblika tal-proċedimenti tal-qorti.

Pereżempju, int għandek id-dritt li tipprovdi indirizz għan-notifika li ma jkunx l-istess indirizz tad-dar propja tiegħek. Il-qorti trid tiżgura wkoll li ma jiġu żvelati ċ-ċirkustanzi personali tiegħek bħala xhud.

Hu pprojbit li jiġi ppubblikat il-kontenut tal-fajls, li jsiru reġistrazzjonijiet fuq it-televiżjoni jew fuq ir-radju jew trażmissjonijiet u li jiġu reġistrati filmati jew jittieħdu ritratti matul is-seduta.

Jekk ikun hemm bżonn li tiġi protetta l-privatezza tal-vittmi u tax-xhieda, il-pubbliku jista’ jiġi eskluż mill-proċess.

Jekk int il-vittma ta’ reat sesswali, int għandek id-dritt li tiċħad milli twieġeb għal mistoqsijiet dwar ċerti dettalji tal-inċident, sakemm id-dettalji inkwistjoni ma jkunux essenzjali fil-proċedimenti. F’każijiet eċċezzjonijiet, ikun saħansitra possibbli li int tixhed b’mod anonimu wkoll, jekk il-kxif tal-identità tiegħek ikun jixħet lilek jew lil oħrajn f’riskju serju. Meta jixhdu quddiem il-qorti, ix-xhieda jistgħu anki jbiddlu d-dehra tagħhom biex ma jintgħarfux (bil-patt li jkun għadu possibbli li jidhru l-espressjonijiet ta’ wiċċhom).

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

M’għandekx bżonn tirrapporta reat biex taċċessa s-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi. Dan ifisser li int tista’ tikkuntattja lil organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi qabel ma tkun irrapportajt reat. Din l-organizzazzjoni tista’ tgħinek tul il-proċess ta’ rapportar tar-reat, jekk ikun hemm bżonn.

Is-servizzi offruti mill-Hotline għall-Vittmi (+0800 112 112) jistgħu jiġu aċċessati wkoll irrispettivament minn jekk irrapportajtx reat.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Hemm tipi differenti ta’ protezzjoni tax-xhieda disponibbli, li joffru livelli differenti ta’ protezzjoni skont it-theddida li għaliha jkun espost ix-xhud. Il-protezzjoni tax-xhieda mil-pulizija tas-sigurtà, pereżempju, tikkonsisti f’elementi preventivi u protettivi, bħal pattulji miżjuda, għassa max-xhieda jew it-tqegħid f’faċilità ta’ protezzjoni tax-xhieda. L-aktar forma komprensiva ta’ protezzjoni hi l-inklużjoni fi programm ta’ protezzjoni tax-xhieda.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

L-awtoritajiet tas-sigurtà huma responsabbli għall-iżgurar tal-protezzjoni personali tax-xhieda u tal-vittmi.

L-appoġġ u l-pariri huma disponibbli mingħand l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. Hemm organizzazzjonijiet speċifiċi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u ta’ stalking, għall-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin u għall-vittmi minorenni. Biex il-vittmi jiġu megħjuna jidħlu f’kuntatt mal-organizzazzjoni t-tajba, twaqqfet Hotline għall-Vittmi, iffinanzjata mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (0800 112 112 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.opfer-notruf.at/), li tipprovdi appoġġ mingħajr ħlas 24 siegħa kuljum.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Jekk jirriżultaw ċirkustanzi ġodda matul il-proċedimenti (eż. minħabba l-informazzjoni li tkun waslet mingħand organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi), il-prosekutur pubbliku jew il-qorti jridu jiddokumentaw il-valutazzjoni l-ġdida u jagħtu effettivament id-drittijiet assoċjati mal-istatus tiegħek bħala individwu partikolarment vulnerabbli.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-pulizija kriminali, il-prosekutur pubbliku u l-qorti huma obbligati jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lid-drittijiet, lill-interessi u lill-vulnerabbiltà tal-vittmi. L-awtoritajiet kollha involuti fil-proċedimenti kriminali jridu jirrispettaw id-dinjità personali tal-vittmi matul il-proċess u l-interess tagħhom li tiġi protetta l-privatezza personali tagħhom. Dan l-obbligu ġenerali ta’ salvagwardja tal-interessi tal-vittma jinkludi wkoll l-evitar ta’ kull ħsara lill-vittma li tista' tirriżulta mill-proċedimenti kriminali nfushom. Dan hu żgurat ukoll permezz tad-drittijiet speċjali tal-vittma, eż. għal seduta rispettuża jew l-esklużjoni tal-pubbliku mill-proċess, u bil-projbizzjoni tal-iżvelar ta’ ritratti jew ta’ data personali tal-vittma.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Il-vittmi ta’ reati sesswali u ta’ vjolenza domestika u l-vittmi kollha li huma minorenni jitqiesu li huma partikolarment vulnerabbli.

Il-vittmi l-oħra kollha jistgħu jingħataw dan l-istatus ukoll fuq il-bażi tal-età, tal-istat psikoloġiku u tas-saħħa tagħhom u fuq il-bażi tan-natura u taċ-ċirkustanzi speċifiċi tar-reat.

Minbarra d-drittijiet disponibbli għall-vittmi kollha, il-vittmi partikolarment vulnerabbli għandhom ukoll id-dritt li jiġu intervistati kull meta possibbli minn persuna tal-istess sess matul l-investigazzjoni. Dawn jistgħu jiċħdu milli jwieġbu mistoqsijiet dwar id-dettalji tar-reat jekk iqisu li d-deskrizzjoni ta’ dawn id-dettalji ma tkunx raġonevoli, jew li jwieġbu mistosqsijiet dwar ċirkustanzi ta’ natura personali ħafna. Matul l-investigazzjoni u l-proċess, il-vittmi partikolarment vulnerabbli jingħataw seduta rispettuża jekk jitolbu hekk. Dawn jistgħu jitolbu biex il-pubbliku jkun eskluż mill-proċess. Vittmi partikolarment vulnerabbli dejjem jistgħu jkunu akkumpanjati minn persuna ta' fiduċja matul seduta.

Jekk it-trasgressur jiġi rilaxxat jew jaħrab mid-detenzjoni jew mill-kustodja ta’ qabel il-proċess, il-vittmi partikolarment vulnerabbli jridu jiġu informati minnufih. Fuq talba, dawn jiġu informati wkoll jekk it-trasgressur jaħrab jew jinħeles mill-ħabs, kif ukoll dwar l-ewwel darba meta t-trasgressur jitħalla jitlaq mid-detenzjoni mingħajr superviżjoni.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Il-vittmi li huma minorenni dejjem jitqiesu bħala partikolarment vulnerabbli.

Matul l-investigazzjoni, dawn ikunu intitolati li jiġu intervistati kull fejn possibbli minn persuna tal-istess sess. Dawn jistgħu jiċħdu milli jwieġbu mistoqsijiet dwar id-dettalji tar-reat jekk iqisu li d-deskrizzjoni ta’ dawn id-dettalji ma tkunx raġonevoli, jew li jwieġbu mistosqsijiet dwar ċirkustanzi ta’ natura personali ħafna. Matul l-investigazzjoni u l-proċess, il-vittmi partikolarment vulnerabbli jingħataw seduta rispettuża jekk jitolbu hekk. Minorenni li l-integrità sesswali tagħhom setgħet ma ġietx rispettata, dejjem iridu jingħataw seduta rispettuża. Dawn jistgħu jitolbu biex il-pubbliku jkun eskluż mill-proċess. Matul seduta, dawn jistgħu jkunu akkumpanjati minn persuna ta' fiduċja.

Jekk it-trasgressur jiġi rilaxxat jew jaħrab mid-detenzjoni jew mill-kustodja ta’ qabel il-proċess, il-vittmi partikolarment vulnerabbli jridu jiġu informati minnufih. Fuq talba, dawn jiġu informati wkoll jekk it-trasgressur jaħrab jew jinħeles mill-ħabs, kif ukoll dwar l-ewwel darba meta t-trasgressur jitħalla jitlaq mid-detenzjoni mingħajr superviżjoni.

Membru tal-familja tiegħi miet kaġun ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-konjuġi jew is-sħab reġistrati, is-sħab f'koabitazzjoni, it-tfal, il-ġenituri jew in-nanniet, in-neputijiet, l-aħwa jew persuni dipendenti oħra tiegħek jinqatlu minħabba att kriminali, int tkun intitolat(a) għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi. Dan japplika wkoll jekk xi ħadd ieħor mill-qraba tiegħek imut minħabba reat u int kont xhud tar-reat.

Jekk persuna li kont dipendenti fuqha skont il-liġi tmut minħabba reat bħal dan, int tkun potenzjalment intitolat(a) għal appoġġ skont l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi. Talbiet bħal dawn għall-assistenza jiġu deċiżi mill-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għall-Persuni b’Diżabbiltà (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen).

Membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-konjuġi jew is-sħab reġistrati, is-sħab f'koabitazzjoni, it-tfal, il-ġenituri jew in-nanniet, in-neputijiet, l-aħwa jew persuni dipendenti oħra tiegħek kienu vittma ta’ vjolenza, ta’ theddida perikoluża jew ta’ reati sesswali, int tkun intitolat(a) għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Il-pulizija, il-prosekutur pubbliku jew l-imħallef iridu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-interessi tiegħek u jinformawk dwar il-perkors tal-proċedimenti, inkluż dwar kull miżura alternattiva għall-proċedimenti kriminali konvenzjonali li tiġi ordnata fil-każ ta’ reati minuri u moderatament serji. Jekk il-prosekutur pubbliku jkun qed jikkunsidra t-tali miżuri alternattivi, dan irid joffrilek l-opportunità li tagħti l-opinjoni tiegħek fejn din tkun neċessarja biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tiegħek, b’mod partikolari d-dritt tiegħek għal kumpens.

Il-prosekutur pubbliku jista’ jitlob lill-medjaturi mħarrġa mill-organizzazzjonijiet rilevanti biex jappoġġjaw lit-trasgressuri u lill-vittmi b’medjazzjoni. Il-medjazzjoni tista’ tibda biss bil-kunsens tiegħek, sakemm ir-raġunijiet tiegħek għar-rifjut tal-medjazzjoni ma jkunux inaċċettabbli fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali. Jekk it-trasgressur ma jkunx għalaq it-18-il sena, il-kunsens tiegħek ma jkunx neċessarju.

Int tista’ tkun involut(a) fil-proċess ta’ medjazzjoni jekk tkun tixtieq hekk. L-interessi tiegħek jiġu rispettati. Fejn xieraq biex jiġu salvagwardjati l-interessi tiegħek, b’mod partikolari d-dritt tiegħek għal kumpens, int tiġi mistieden/mistiedna tippreżenta dikjarazzjoni.

Matul il-proċess ta’ medjazzjoni, int għandek id-dritt li tkun akkumpanjat(a) minn persuna ta' fiduċja. Int trid tiġi informat(a) dwar drittijietek u dwar l-organizzazzjonijiet xierqa ta’ appoġġ għall-vittmi mill-aktar fis possibbli.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tistipula x’inhuma drittijieti?

Id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali huma rregolati mill-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Strafprozessordnung (StPO)). L-StPO u l-liġijiet l-oħra kollha jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Jekk int sfajt vittma ta’ reat, tista’ tirrapportah fi kwalunkwe stazzjon tal-pulizija jew lill-prosekutur pubbliku.

Int tista’ tippreżenta r-rapport tiegħek b’mod orali jew bil-miktub u l-firma tiegħek hi meħtieġa. Ir-rapport jista’ jiġi ppreżentat minn parti terza wkoll. Filwaqt li dan mhuwiex obbligatorju, hu rakkomandat li fir-rapport tinkludi d-dettalji personali rilevanti tiegħek, inkluż indirizz fejn tista’ tiġi kkuntattjat(a), kif ukoll id-dettalji personali tal-parti terza li tirrapporta r-reat.

Barra minn hekk, hu rakkomandat li tipprovdi kull evidenza u informazzjoni li int jista’ jkollok dwar il-persuna suspettata. Din tiffaċilita l-investigazzjoni.

Il-pulizija għandha formola uffiċjali li trid timtela (ġeneralment assistita bil-kompjuter) biex tirreġistra l-informazzjoni li tipprovdi int. Minn dak il-waqt, ir-rapport tiegħek tar-reat isir parti mill-fajl.

Int tista’ tirrapporta r-reat f'kull għassa tal-pulizija jew b’mod dirett lill-prosekutur pubbliku.

Ir-rapport jista’ jiġi ppreżentat bil-Ġermaniż jew f’waħda mil-lingwi reġjonali uffiċjali.

Jekk ma tafx bil-Ġermaniż jew b’lingwa uffiċjali oħra sa livell suffiċjenti, int ikollok id-dritt li tkun assistit(a) minn interpretu.

Fil-każ ta’ ċerti reati (eż. reati vjolenti jew reati sesswali), int tkun intitolat(a) għal assistenza mingħand organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi meta tirrapporta r-reat.

Ma hemm ebda skadenza speċifika għar-rapportar ta’ reat. Madankollu, wara ċertu perjodu ta’ żmien stipulat bil-liġi, il-pulizija, il-prosekutur pubbliku jew il-qorti jistgħu jiċħdu milli jeżaminaw il-każ. Dan il-perjodu ta’ żmien ivarja skont it-tip ta’ reat inkwistjoni (perjodi ta’ preskrizzjoni).

L-awtoritajiet huma obbligati jiftħu l-investigazzjoni meta jiġu informati dwar reat allegat (eċċezzjoni: reati soġġetti għal prosekuzzjoni privata).

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri mill-kawża?

Ladarba tirrapporta r-reat, int tirċievi l-konferma bil-miktub tar-rapport tiegħek. Dan jinkludi numru ta’ referenza. Jekk aktar tard tidħol f’kuntatt mal-għassa tal-pulizija kompetenti u tikkwota dan in-numru ta’ referenza, int tista’ tikkuntattja lill-uffiċjal inkarigat mill-każ tiegħek.

Jekk int tippreżenta r-rapport bil-miktub lill-pulizija jew lill-prosekutur pubbliku, int trid titlobhom in-numru ta’ referenza. L-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi jgħinuk issir taf x’inhu n-numru ta’ referenza t-tajjeb.

Int għandek id-dritt li teżamina l-fajls. L-aċċess jista’ jiġi miċħud jew limitat biss jekk l-ispezzjoni tal-fajls tkun tista’ tipperikola l-investigazzjoni jew tinfluwenza x-xhieda tiegħek bħala xhud.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jinformak dwar żviluppi importanti fil-proċess. Pereżempju, int tiġi notifikat jekk l-awtoritajiet jiddeċiedu li ma jipproċedux bil-prosekuzzjoni jew ikunu qed jikkunsidraw li jordnaw miżuri alternattivi għal proċedimenti kriminali konvenzjonali.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int tista’ tingħata appoġġ u tiġi rappreżentat(a) fil-komunikazzjoni tiegħek mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi minn avukat, minn membru ta’ organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi jew minn persuna xierqa oħra.

Jekk int intitolat(a) għal appoġġ legali, l-avukati, f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet speċjalisti ta’ appoġġ għall-vittmi, jappoġġjawk mingħajr ħlas meta tasserixxi drittijietek matul il-proċedimenti. Int għandek dritt għal assistenza bħal din jekk tkun ġejt espost(a) għal vjolenza jew għal theddida perikoluża bħala konsegwenza ta’ att kriminali deliberat, l-integrità sesswali tiegħek ma ġietx rispettata jew id-dipendenza personali tiegħek ġiet sfruttata fit-twettiq ta’ tali reat. L-assistenza tkun disponibbli wkoll għalik jekk int tkun qarib(a) mill-viċin ta’ persuna li setgħet mietet minħabba r-reat jew int qarib(a) xhud tar-reat. L-assistenza trid tkun neċessarja għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-vittma u hi garantita mill-organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi.

Jekk int m’intix intitolat(a) għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi, int tista’ tapplika quddiem il-qorti għal għajnuna legali mingħajr ħlas jekk tissieħeb fil-proċedimenti bħala pretendent ċivili. Jekk il-qorti tqis li r-rappreżentazzjoni legali tkun neċessarja (b’mod partikolari biex tiġi evitata kawża sussegwenti ta’ talba ċivili) u l-introjtu tiegħek ma jkunx biżżejjed biex tħallas għal rappreżentant legali mingħajr ma tipperikola s-sussistenza tiegħek, l-applikazzjoni tiġi approvata.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, lejn u mill-qorti jew lejn u mill-post tas-seduta jiġu rimborżati, u jitħallas lilek kumpens għall-ħin mitluf jekk int iġġarrab telf finanzjarju minħabba dan. Jekk int xhud u jkollok tqatta’ lejl u tieħu kolazzjon, ikla ta’ nofsinhar jew pranzu f’post partikolari, l-ispejjeż tas-soġġorn tiegħek jiġu rimborżati sa ċertu ammont. Int trid tippreżenta t-talba tiegħek għal dan il-ħlas fi żmien 14-il jum.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel nitla’ l-qorti?

Jekk il-prosekutur pubbliku jwaqqa’ l-proċedimenti, int trid tiġi informat(a). Imbagħad ikollok 14-il jum biex titlob lill-prosekutur pubbliku biex jispjega r-raġunijiet wara din id-deċiżjoni. Int tista’ tapplika wkoll għal kontinwazzjoni tal-proċedimenti jekk:

  • inkisret liġi jew din ġiet applikata ħażin
  • ikun hemm dubji serji dwar il-preċiżjoni tal-fatti li fuqhom kienet ibbażata d-deċiżjoni ta’ terminazzjoni tal-proċedimenti jew
  • jistgħu jiġu pprovduti fatti jew evidenza ġodda li jiġġustifikaw il-kontinwazzjoni.

It-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 14-il jum wara li int tiġi informat(a) dwar id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li jtemm il-proċedimenti jew wara li tkun irċevejt ir-raġunijiet għat-tali terminazzjoni. Jekk ma tirċevix it-tali informazzjoni f'dan il-perjodu, it-terminu perentorju jiġi estiż għal tliet xhur wara d-deċiżjoni. It-talba li jitkomplew il-proċedimenti trid tiġi indirizzata lill-prosekutur pubbliku.

Jekk il-prosekutur pubbliku jqis li t-talba għandha motivazzjoni valida, hu jkompli bil-proċedimenti. Inkella, il-prosekutur pubbliku jrid jikteb tweġiba u jippreżentaha, flimkien mal-fajl, lill-qorti li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħek. Jekk il-qorti tilqa’ t-talba, il-prosekutur pubbliku jrid ikompli bil-proċedimenti. Inkella t-talba tiġi miċħuda.

Jekk il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li jordna miżuri alternattivi għal proċedimenti kriminali konvenzjonali, int ma tistax tappella kontra d-deċiżjoni tiegħu.

Jekk jiġu ppreżentati l-akkużi u, wara, il-prosekutur pubbliku jagħlaq il-każ, f’ċerti ċirkustanzi int ikollok id-dritt li żżomm l-akkużi bħala prosekutur sussidjarju. F’dan il-każ, int trid diġà tkun issiħibt fil-proċedimenti bħala pretendent ċivili. Imbagħad int tikseb l-istatus ta’ prosekutur sussidjarju malli tiddikjara li se żżomm l-akkużi.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Bħala vittma, int intitolat(a) li tieħu sehem fil-proċess. Int tiġi mħarrek/imħarrka biex tidher il-qorti biss jekk int tkun meħtieġ(a) tixhed. Vittma tkun obbligata tirrispetta taħrika biex tidher biss jekk hi tiġi msejħa biex tidher bħala xhud.

Jekk int tibbenefika mis-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi, l-organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi li tipprovdi dawn is-servizzi tiġi informata dwar id-dati tas-seduti.

Jekk int tajt ix-xhieda tiegħek taħt kontroeżami matul l-investigazzjoni, int tiġi informat(a) dwar id-data tal-proċess biss jekk int tkun tlabt li jsir hekk. Jekk int pretendent ċivili, prosekutur sussidjarju jew prosekutur privat, int tingħata avviż bil-quddiem dwar id-dati stabbiliti tas-seduti. Indipendentement minn jekk il-proċess huwiex pubbliku, bħala vittma int intitolat(a) li tkun preżenti u akkumpanjat(a) minn persuna ta' fiduċja – avukat, membru ta’ organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi jew persuna oħra. Int għandek id-dritt li tagħmel mistoqsijiet lill-akkużat, lix-xhieda u lill-esperti kif ukoll li tinstema’ rigward l-intitolament tiegħek għal kumpens.

Jekk int pretendent ċivili, tista’ tagħżel li ma tattendix għas-seduta. Madankollu, jekk int prosekutur privat u ma attendejtx għas-seduta, il-qorti ma jkollhiex għażla ħlief li tassumi li int m’għadekx interessat(a) f’kundanna u tagħlaq il-każ.

Jekk ma tafx titkellem bil-Ġermaniż (jew b’lingwa uffiċjali oħra), int għandek id-dritt għal interpretazzjoni matul is-seduta mingħajr ħlas.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nitqies jew nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Int titqies bħala vittma, jekk tissodisfa r-rekwiżiti statutorji rilevanti. Il-persuni li ġejjin għandhom l-istatus ta’ vittma:

  • persuni li ġew esposti għal vjolenza jew għal theddida perikoluża minħabba att kriminali deliberat, li l-integrità sesswali u l-awtodeterminazzjoni tagħhom setgħu ma ġewx rispettati jew li d-dipendenza personali tagħhom setgħet ġiet sfruttata fit-twettiq ta’ tali reat,
  • il-konjuġi, is-sħab reġistrati, is-sħab f'koabitazzjoni, il-qraba tal-ewwel grad, l-aħwa u dipendenti oħra ta’ persuna li setgħet mietet minħabba reat, jew qraba oħra li kienu xhieda tar-reat, u
  • kull persuna oħra li ġarrbet ħsara minħabba reat jew li l-interessi legali tagħha, kif protetti mid-dritt kriminali, setgħu sofrew dannu f’aspetti oħra.

Int tkun xhud jekk tagħmel osservazzjonijiet relevanti għall-proċedimenti kriminali. Dan jiġi ddeterminat mill-pulizija u mill-prosekutur pubbliku matul l-investigazzjoni. Matul il-proċess, din id-deċiżjoni tittieħed mill-qorti.

Hu f’idejk jekk tixtieqx tissieħeb fil-proċedimenti bħala pretendent ċivili.

Jekk tkomplix il-proċedimenti bħala prosekutur sussidjarju f’każ li jitwaqqgħu l-akkużi hi deċiżjoni tiegħek ukoll.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Matul il-proċedimenti, l-awtoritajiet kollha jridu jirrispettaw id-dinjità personali tiegħek bħala vittma u l-interess tiegħek ta’ protezzjoni tal-privatezza personali tiegħek. Trid tingħata kunsiderazzjoni xierqa lid-drittijiet, lill-interessi u lill-ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċifiċi tiegħek. Il-vittmi kollha jridu jiġu informati mill-aktar fis dwar drittijiethom u dwar il-possibbiltà li jirċievu assistenza u kumpens.

Trid tinħareġ konferma tar-rapport tiegħek ta’ reat jekk int titlobha.

Kull vittma hi intitolata għal rappreżentazzjoni u għal parir. Dawn jistgħu jiġu pprovduti minn avukat, minn organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi jew minn rappreżentant xieraq ieħor. Jekk int intitolat(a) għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi, il-persuna li tipprovdilek appoġġ legali tirrappreżentak fil-proċedimenti.

Jekk ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-appoġġ legali, iżda tixtieq tkun rappreżentat(a) minn avukat bħala pretendent ċivili, f’ċerti kundizzjonijiet int tkun tista’ tapplika għal għajnuna legali.

Bħala xhud, int tkun ħielsa/ħielsa mid-dmir li tixhed jekk tkun se tinkrimina lil qarib. Int titlef dan id-dritt jekk int adult u tkun qed titlob kumpens bħala pretendent ċivili fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.

Hu possibbli li tiċħad milli twieġeb għal mistoqsijiet individwali:

  • jekk it-tweġiba tkun umiljanti jew tesponik għar-riskju ta’ telf finanzjarju dirett u konsiderevoli;
  • jekk it-tweġiba tkun tikkonċerna l-aktar sfera personali tiegħek jew dik ta’ persuna oħra;
  • jekk int tqis li l-mistoqsijiet rigward id-dettalji ta’ reat sesswali ma jkunux raġonevoli.

Madankollu, jaf tkun obbligat(a) twiġibhom jekk ix-xhieda tiegħek tkun ta’ importanza partikolari għas-suġġett tal-proċedimenti.

Jekk hemm persuni oħra preżenti matul l-intervista, trid tingħata attenzjoni biex ma tiġix żvelata data personali tiegħek. Int m’għandekx bżonn tiżvela l-indirizz tad-dar tiegħek. Minflok, int tista’ tingħata indirizz ieħor fejn l-awtoritajiet jistgħu jikkuntattjawk faċilment.

Int intitolat(a) li teżamina l-fajls jekk dawn jikkonċernaw l-interessi tiegħek. Tista’ titlob ukoll kopji mill-fajl bi ħlas ta’ tariffa.

Jekk trasgressur jinħeles mid-detenzjoni jew mill-kustodja ta’ qabel il-proċess, int trid tiġi informat(a) jekk int vittma ta’ vjolenza domestika, ta’ vjolenza deliberata jew ta’ theddida perikoluża jew jekk l-integrità sesswali tiegħek ma ġietx rispettata. Jekk int il-vittma ta’ tip ieħor ta’ reat, int trid tippreżenta talba li tindika li int tixtieq tiġi informat(a) dwar ir-rilaxx tat-trasgressur.

Int trid tiġi notifikat(a) dwar it-terminazzjoni u l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti u dwar kull terminazzjoni tal-investigazzjoni mill-prosekutur pubbliku. Jekk ikunu qed jiġu kkunsidrati miżuri alternattivi għall-proċedimenti kriminali, int trid tirċievi informazzjoni komprensiva dwar drittijietek. Int tista’ tapplika għat-tkomplija tal-proċedimenti jekk dawn ikunu ġew terminati mill-prosekutur pubbliku.

Jekk ma tafx titkellem bil-Ġermaniż sa livell suffiċjenti jew int trux(a) jew għami/għamja, int għandek id-dritt għal appoġġ ta’ traduzzjoni/ta’ interpretazzjoni. Int intitolat(a) li tieħu sehem f’kontroeżamijiet, f’rikostruzzjonijiet tal-inċident u fil-proċess, li matulu għandek id-dritt li tagħmel mistoqsijiet u tippreżenta applikazzjonijiet.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Bħala vittma, drittijietek jintitolawk li tagħmel dikjarazzjonijiet fil-kuntest jew tax-xhieda tiegħek jew ta’ parteċipazzjoni oħra f’intervista jew f’seduta. Pereżempju, int tista’ tiddikjara li qed tissieħeb fil-proċedimenti bħala pretendent ċivili u tixtieq li tingħata kumpens. Int tista’ tagħmel mistoqsijiet lit-trasgressur ukoll.

Int intitolat(a) tixhed jekk tiġi mħarrek/imħarrka għal intervista jew għal smigħ.

Jekk int xhud ukoll, int obbligat(a) tirrispetta kull taħrika li tirċievi, u tipprovdi informazzjoni veritiera u sħiħa.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Matul il-proċess, int tiġi informat(a) dwar drittijietek fil-bidu tal-eżami tiegħek.

Hu f’idejk jekk tixtieqx tieħu sehem fis-seduta sħiħa.

Is-sentenza tinqata’ fl-aħħar tas-seduta. Int tista’ ssir taf dwar il-kontenut tas-sentenza billi tibqa’ sal-aħħar tas-seduta jew teżamina l-fajl tal-qorti.

Jekk int issiħibt fil-proċedimenti bħala pretendent ċivili, il-qorti hi obbligata wkoll li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħek fis-sentenza tagħha. Jekk din tiddeċiedi li int għandek tirċievi kumpens, is-sentenza titqies bħala ordni għall-eżekuzzjoni skont id-dritt ċivili u int tista’ tapplika mal-gvern federali għal avvanz fil-kumpens. Madankollu, dan hu soġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkundannata ma tkunx tista’ tikkonforma minnufih mal-obbligu ta’ ħlas minħabba n-notifika ta’ sentenza (kustodjali).

Il-qorti tista’ tordna wkoll li proprjetà li tappartjeni għall-vittma li tinsab fil-pussess tal-konvenut tiġi ritornata lill-vittma.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Int għandek id-dritt li teżamina l-fajls. L-aċċess jista’ jiġi miċħud jew limitat biss jekk l-ispezzjoni tal-fajls tkun tista’ tipperikola l-investigazzjoni jew tinfluwenza x-xhieda tiegħek bħala xhud.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Pretendent ċivili (1), prosekutur sussidjarju (2) jew prosekutur privat (3) ġeneralment ikun intitolat li jappella kontra s-sentenza.

Hemm żewġ tipi ta’ appell disponibbli: Appell għan-nullità (Nichtigkeitsbeschwerde) għandu x'jaqsam mal-legalità tal-proċedimenti u tas-sentenza, filwaqt li appell (Berufung) jikkontesta d-deċiżjoni meħuda dwar talbiet tal-liġi ċivili. Bħala prosekutur privat int tista’ tappella wkoll kontra l-livell tal-penali. Fil-każ ta’ ħelsien, il-pretendenti ċivili u l-prosekuturi sussidjarji jiġu riferiti għall-qrati ċivili biex jippreżentaw it-talbiet ta’ kumpens tagħhom.

Bħala pretendent ċivili, prosekutur sussidjarju jew prosekutur privat, int għandek id-dritt li tippreżenta appell għan-nullità kontra sentenza fil-każ li ġej:

  • jekk it-talba ċivili tiegħek ingħaddiet lil qorti ċivili fid-dawl tal-ħelsien tal-konvenut u jkun evidenti li ċ-ċaħda ta’ mozzjoni li tippreżenta int matul il-proċess taffettwa b’mod negattiv id-deċiżjoni tal-qorti fuq it-talba ċivili tiegħek.

Bħala pretendent ċivili jew prosekutur sussidjarju int intitolat(a) li tippreżenta appell jekk:

  • fil-każ ta’ kundanna, il-qorti tgħaddi t-talbiet tiegħek lil qorti ċivili, anki jekk dawn jaf ikunu ġew deċiżi mill-qorti kriminali, peress li t-talbiet tiegħek kienu motivati u ġustifikati sew.

Fil-proċedimenti quddiem qorti distrettwali (Bezirksgericht) u quddiem imħallef wieħed f’qorti reġjonali (Landesgericht), il-pretendenti ċivili u l-prosekuturi sussidjarji jistgħu jappellaw kontra s-sentenza dwar it-talba ċivili mhux biss jekk dawn it-talbiet jingħaddew għalkollox lill-qrati ċivili, iżda anki jekk jixtiequ jikkontestaw il-livell ta’ kwalunkwe għotja.

Jekk għandek l-istatus ta’ prosekutur privat fil-proċedimenti, int tista’ tibbaża fuq l-istess drittijiet ta’ appell bħall-prosekutur pubbliku. Jekk il-konvenut jinħeles, int tista’ tippreżenta appell għan-nullità. Fil-proċedimenit quddiem qorti distrettwali u quddiem imħallef wieħed f’qorti reġjonali, int tista’ tikkontesta wkoll il-fatti stabbiliti fis-sentenza billi tippreżenta appell dwar il-kwistjoni tal-ħtija tal-konvenut. Jekk il-konvenut jiġi kkundannat, int tista’ tappella jekk ma taqbilx mal-penali jew jekk it-talbiet ċivili tiegħek jingħaddew lill-qrati ċivili. Jekk ma kontx preżenti fis-seduta meta l-qorti ħabbret id-deċiżjoni tagħha, ikollok teżamina l-fajl biex issib jekk il-konvenut instabx ħati jew le. Is-sentenza jrid ikun fiha raġunijiet u tkun iffirmata mill-imħallef fi żmien erba’ ġimgħat. Jekk int ħadt sehem fil-proċess bħala pretendent ċivili, prosekutur sussidjarju jew prosekutur privat u int tippreżenta appell jew appell għan-nullità fi żmien tliet ijiem mit-tħabbira tas-sentenza, int trid tirċievi kopja tas-sentenza. Int tista’ tapplika għal għajnuna legali biex tippreżenta l-appell jew l-appell għan-nullità tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn, din tista’ tinkludi appoġġ ta’ traduzzjoni mingħajr ħlas. L-għajnuna legali tingħata mill-qorti jekk ikun hemm bżonn ta’ rappreżentazzjoni legali, u jekk l-introjtu tiegħek ma jkunx biżżejjed biex tħallas għar-rappreżentazzjoni legali mingħajr ma tipperikola s-sussistenza tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Il-vittmi kollha jistgħu jitolbu li jiġu informati dwar l-ewwel okkażjoni li fiha t-trasgressur jitħalla jitlaq mid-detenzjoni mingħajr superviżjoni, jekk it-trasgressur jaħrab u jerġa’ jinqabad, jekk it-trasgressur ikun se jiġi rilaxxat jew ikun ġie rilaxxat u dwar kull kundizzjoni imposta f’każ ta’ libertà kondizzjonali.

Vittmi ta’ reati sesswali u ta’ vjolenza sessista jridu jinstemgħu qabel ma jiġi approvat l-ittaggjar elettroniku jekk ikunu talbu li jiġu informati dwar it-tluq jew ir-rilaxx tat-trasgressur mill-ħabs. It-tali vittmi jridu jiġu notifikati wkoll li ġie approvat l-ittaggjar elettroniku. Dawn huma intitolati għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi li jappoġġjawhom biex jasserixxu dawn id-drittijiet.

Minbarra dawn int ma tirċievi ebda informazzjoni oħra mingħand l-awtoritajiet wara li tidħol fis-seħħ is-sentenza. Madankollu, int jibqa’ jkollok id-dritt li teżamina l-fajl tal-qorti jekk ikunu affettwati l-interessi tiegħek.

Inkun intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Wara l-proċess, int tkun intitolat(a) għal diskussjoni ta’ konklużjoni mal-organizzazzjoni li pprovdietlek l-assistenza għall-vittmi.

Il-vittmi ta’ reat li jirċievu appoġġ psikosoċjali matul il-proċedimenti kriminali jkunu intitolati wkoll għat-tali approċċ matul il-proċedimenti ċivili sussegwenti. Dan jesiġi li s-suġġett tal-proċedimenti ċivili jkun relatat ma’ dak tal-proċedimenti kriminali u li t-tali appoġġ ikun neċessarju biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet proċedurali tal-vittma. L-organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi li tipprovdi l-assistenza tivvaluta jekk humiex issodisfati dawn il-kundizzjonijiet. Il-vittma tista’ tfittex għajnuna legali biex din tkun rappreżentata minn avukat fil-proċedimenti ċivili. Dan l-appoġġ jingħata sa mhux aktar tard minn qabel ma jispiċċaw il-proċedimenti ċivili.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi sentenzjat?

Int tista’ ssir taf bl-eżitu tal-proċedimenti u bil-penali imposta jew billi tibqa’ fl-awla tal-qorti sakemm tinqata’ s-sentenza orali jew billi teżamina l-fajl tal-qorti aktar tard.

Se niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Fuq talba, int tiġi informat(a) minnufih jekk it-trasgressur jaħrab jew jinħeles mill-ħabs, kif ukoll dwar l-ewwel darba meta t-trasgressur jitħalla jitlaq mid-detenzjoni mingħajr superviżjoni. Int tiġi notifikat(a) ukoll meta jinqabad trasgressur li jkun ħarab. Jekk jiġu imposti kundizzjonijiet maħsuba għall-protezzjoni tal-vittma fuq it-trasgressur fil-mument tar-rilaxx, int tiġi informat(a) dwar dawn ukoll.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

Il-vittma tkun involuta fir-rilaxx jew fid-deċiżjonijiet dwar parole f’każijiet eċċezzjonali biss. Huma biss vittmi ta’ reat sesswali jew ta’ vjolenza sessista li jkunu talbu li jiġu informati dwar il-ħarba jew ir-rilaxx tat-trasgressur li jinstemgħu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-ittaggjar elettroniku.

1. Pretendent ċivili

Biex issir pretendent ċivili, int trid tippreżenta dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni trid tinkludi kwantifikazzjoni speċifika tat-talba li tiġi ppreżentata għall-kumpens tat-telf ikkawżwat mir-reat jew mid-dannu mġarrab. Matul l-investigazzjoni d-dikjarazzjoni trid tiġi indirizzata lill-pulizija jew lill-prosekutur pubbliku. Din tista’ tiġi ppreżentata f'forma miktuba jew issir b’mod orali. Matul il-proċess, id-dikjarazzjoni trid tiġi ppreżentata qabel ma tiġi kkumpilata l-evidenza kollha. Dak hu wkoll l-aħħar mument li fih tista’ tiġi kkwantifikata t-talba.

Bħala pretendent ċivili, int ikollok id-drittijiet li ġejjin minbarra dawk ta’ vittma:

  • id-dritt li titlob il-kumpilazzjoni ta’ xhieda li tista’ sservi biex jiġi kkundannat it-trasgressur jew biex tiġġustifika t-talba għal kumpens; id-dritt li tiġi mħarrek/imħarrka għall-proċess; id-dritt li tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti li tagħlaq il-każ; id-dritt li tippreżenta appell fuq il-bażi tat-talbiet ċivili tiegħek.

2. Prosekutur sussidjarju

Biex issir prosekutur sussidjarju, int trid tkun jew trid issir pretendent ċivili u tiddikjara l-protezzjoni sussidjarja. Jekk it-trasgressur ikun minorenni, il-prosekuzzjoni sussidjarja tiġi eskluża.

Int tista’ ssir prosekutur sussidjarju billi tippreżenta dikjarazzjoni. Jekk il-prosekutur pubbliku jwaqqa’ l-akkużi matul il-proċess, int trid tippreżenta din id-dikjarazzjoni minnufih jekk ġejt imħarrek/imħarrka kif xieraq. Jekk int ma rrispettajtx it-taħrika jew ma tiddikjarax il-protezzjoni sussidjarja, it-trasgressur jiġi lliberat.

Jekk il-prosekutur pubbliku jwaqqa’ l-akkuża barra mis-seduta tal-qorti jew jekk int ma tkunx ġejt imħarrek/imħarrka kif xieraq bħala pretendent ċivili, il-qorti trid tinformak b'dan l-iżvilupp. Imbagħad int ikollok xahar biex tiddikjara l-prosekuzzjoni sussidjarja.

Jekk tkompli bil-prosekuzzjoni minflok il-prosekutur pubbliku, dan tal-aħħar jista’ jaċċessa l-informazzjoni rigward il-proċedimenti tal-qorti f'kull waqt u jista’ jiddeċiedi li jerġa’ jibda jmexxi l-prosekuzzjoni hu stess. F’dan il-każ, int tibqa’ tkun involut(a) fil-proċess bħala pretendent ċivili.

3. Prosekutur privat

Ċerti reati anqas serji ma jiġux mixlija mill-prosekutur pubbliku, iżda mill-vittma stess. Jekk int vittma ta’ reat bħal dan, il-proċedimenti kriminali jinfetħu biss jekk int tiftaħ kawża b’mod privat quddiem il-qorti. Imbagħad int tikseb l-istatus ta’ prosekutur privat. F’dan il-każ ma jkun hemm ebda stadju ta’ investigazzjoni u, bħala prosekutur privat, int ikollok turi bil-provi l-fatti kollha li jkunu essenzjali għal kundanna u tkopri l-ispejjeż f’każ li l-allegat trasgressur jiġi lliberat.

4. Servizzi ta’ assistenza għall-vittmi

Jekk int ġejt espost(a) għal vjolenza jew għal theddida perikoluża bħala konsegwenza ta’ att kriminali deliberat jew l-integrità sesswali tiegħek ma ġietx rispettata, int tkun intitolat(a) għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi. L-assistenza tkun disponibbli wkoll għalik jekk int tkun qarib(a) mill-viċin ta’ persuna li setgħet mietet minħabba r-reat jew int qarib(a) xhud tar-reat. Is-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi dejjem iridu jingħataw mingħajr ħlas u mingħajr il-bżonn ta’ applikazzjoni lil vittmi li l-integrità sesswali tagħhom setgħet ma ġietx rispettata u li jkollhom anqas minn 14-il sena.

Is-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi jinvolvu appoġġ psikosoċjali, li jinkludi li int tiġi akkumpanjat fl-għassa tal-pulizija u fil-qorti għall-intervista tiegħek u t-tħejjija tiegħek għall-proċess.

Is-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi jiġu pprovduti minn organizzazzjonijiet speċifiċi ta’ appoġġ għall-vittmi (bħal ċentri ta’ protezzjoni tat-tfal, ċentri ta’ konsulenza jew ċentri ta’ intervent). Il-membri tal-persunal tagħhom huma assistenti soċjali, psikologi jew professjonisti komparabbli b’taħriġ legali addizzjonali – obbligatorju – fil-qasam tal-proċedimenti kriminali.

Is-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi jinvolvu wkoll appoġġ legali, li jinkludi għajnuna u rappreżentazzjoni legali quddiem il-qorti u l-awtoritajiet. Dawn is-servizzi jiġu pprovduti minn avukati f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi.

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja jiffinanzja s-servizzi ta’ assistenza għall-vittmi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Biex jasserixxu talbiet finanzjarji (pereż. għal kumpens għal dannu immaterjali, spejjeż tat-trattament), il-vittmi jistgħu

  • jiftħu kawża ċivili kontra t-trasgressur jew
  • jissieħbu fil-proċedimenti kriminali kontra l-persuna akkużata bħala pretendent ċivili.

Biex tasserixxi talbiet bħala pretendent ċivili matul proċedimenti kriminali, int trid tippreżenta dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni trid tinkludi kwantifikazzjoni speċifika tat-talba li tiġi ppreżentata bħala kumpens għat-telf ikkawżat mir-reat jew mid-dannu mġarrab u turi l-intitolament għal dawn it-talbiet (il-motivazzjonijiet għad-danni/għall-kumpens u l-livell ta’ dawn). Kundizzjoni oħra hi li l-akkużat jiġi kkundannat għad-dannu kkawżat.

Int għandek tissieħeb fil-proċedimenti kriminali bħala pretendent ċivili mill-aktar fis possibbli (idealment meta r-reat jiġi rrapportat lill-pulizija). Wara li jitressqu l-akkużi quddiem il-qorti kompetenti, id-dikjarazzjoni tista’ titniżżel fuq ir-rekord mal-prosekutur pubbliku kompetenti wkoll jew inkella tiġi ppreżentata bil-miktub mingħajr ebda rekwiżit formali. Matul il-proċess, id-dikjarazzjoni trid tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn meta tiġi kkumpilata l-evidenza kollha. Dak hu wkoll l-aħħar mument li fih tista’ tiġi kkwantifikata t-talba.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni d-danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Jekk il-parti kkundannata tonqos milli tirrispetta l-obbligu tagħha li tħallas is-somma mogħtija, il-kreditur, jiġifieri l-vittma li lilha ngħata l-kumpens, jista’ jniedi miżuri ta’ infurzar bl-għajnuna tal-qorti. Għal dan l-għan, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni bil-miktub jew orali (applikazzjoni għal infurzar) mal-qorti distrettwali kompetenti. Int għandek 30 sena biex tasserixxi talba għal kumpens mogħtija f’sentenza tal-qorti legalment vinkolanti. Wara dan iż-żmien, it-talba tiġi preskritta.

Jekk l-assi tal-parti kkundannata jiġu ddikjarati li ġew ikkonfiskati, il-vittma jkollha d-dritt li titlob is-saldu tal-kumpens mogħti lilha mill-assi maqbuda mill-istat.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

Pagament bil-quddiem jista’ jingħata biss jekk il-pagament ma setax isir minħabba n-notifika ta’ sentenza. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk it-trasgressur ma jkunx jista’ jaqla’ introjtu minħabba n-notifika ta’ sentenza kustodjali jew ma jkollux fondi għaliex ħallas multa. Kundizzjoni għar-riċevuta ta’ dan l-avvanz hi li l-pretendent ċivili jkun ingħata kumpens f’sentenza tal-qorti legalment vinkolanti minħabba mewt, korriment fiżiku, ħsara għas-saħħa jew telf finanzjarju. F’ċerti każijiet, il-possibbiltà ta’ ħlas bil-quddiem tkun eskluża (eż. jekk jeżistu intitolamenti oħra għall-pagamenti tal-istat jew id-dannu jirriżulta minn involviment fi ġlieda jew minn negliġenza gravi).

It-talba għal ħlas bil-quddiem trid tiġi ppreżentata quddiem il-qorti kriminali kompetenti.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Il-vittmi ta’ reat jistgħu jirċievu kumpens finanzjarju mill-istat jekk

  • ma setgħux iwettqu l-professjoni tagħhom minħabba mard jew trattament ta’ segwitu, eċċ. u konsegwentement ikunu rċevew livell inferjuri ta’ introjtu
  • kellhom iwettqu psikoterapija, xi intervent minħabba kriżi jew trattament ieħor biex itejbu saħħithom
  • ikunu meħtieġa trattamenti ortopediċi
  • saret ħsara f’nuċċalijiet jew f’dentaturi
  • ikun hemm bżonn ta’ riabilitazzjoni
  • jeħtieġu indokrar (f’dan il-każ tista’ titħallas għotja għall-indokrar)
  • ikunu għomja (f’dan il-każ tista’ titħallas għotja għall-persuni għomja)

Vittmi li ġarrbu korriment fiżiku serju wara l-31 ta’ Mejju 2009 jistgħu jirċievu kumpens b’somma f’daqqa għal dannu immaterjali.

Id-dipendenti superstiti tal-vittmi ta’ reat jirċievu

  • kumpens għat-telf tal-manteniment (jekk il-vittma mietet u l-konjuġi u/jew it-tfal tagħha jkunu tilfu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex ikopru l-ispejjeż tal-għajxien tagħhom)
  • kura terapewtika (eż. psikoterapija) u kura ortopedika
  • spejjeż tal-funeral sa ammont massimu speċifikat.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat, il-vittma tiġi riferita għall-qrati ċivili u tista’ tiftaħ kawża għal kumpens quddiem dawn il-qrati.

Jien inkun intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Le.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jien vittma ta’ reat. Lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

F’konformità mat-Taqsima 66 StPO, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja daħal f’kuntratti ma’ organizzazzjonijiet xierqa u stabbiliti li jipprovdu assistenza lill-vittmi wara li jivverifikaw li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet statutorji. Id-dettalji ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jinstabu billi tikklikkja fuq il-link li ġejja, fejn dawn tqassmu skont l-istat federali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrganizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

L-Uffiċċju Federali tal-Protezzjoni Soċjali (Sozialministeriumservice): 0043 158831 u l-Hotline ġenerali għall-Vittmi: 0800 112 112

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Il-vittmi ta’ reat jirċievu kumpens finanzjarju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi (Verbrechensopfergesetz (VOG)), il-Gazzetta tal-Liġi Federali (BGBl.) 288/1972.

Skont il-VOG, il-proċedura hi l-istess għall-applikanti kollha (ċittadini tal-Awstrija u barranin). Din hi proċedura amministrattiva li matulha l-awtorità trid tistabbilixxi l-fatti rilevanti u tasal għal deċiżjoni dwar l-assistenza li ssir applikazzjoni għaliha. L-applikant hu meħtieġ jikkoopera mal-proċedura u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja (inkluż għall-fini ta’ stabbiliment tad-danni).

L-applikazzjonijiet skont il-VOG iridu jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju Federali tal-Protezzjoni Soċjali, li jiddeċiedi dwarhom ukoll.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Il-persuni li ġejjin huma intitolati għal servizzi ta’ assistenza għall-vittmi:

  • vittmi ta’ reat vjolenti, ta’ reat sesswali jew ta’ theddida perikoluża, jew vittmi li d-dipendenza personali tagħhom setgħet ġiet sfruttata fit-twettiq ta’ att kriminali deliberat;
  • il-konjuġi, is-sħab f'koabitazzjoni, il-qraba tal-ewwel grad, l-aħwa u dipendenti oħra ta’ persuna li tmut minħabba reat, kif ukoll qraba oħra li kienu xhieda tal-mewt ta’ qarib.

Fuq talba, dawn il-vittmi jridu jingħataw appoġġ psikoloġiku u legali, dment li dan ikun meħtieġ biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali tagħhom, b’kunsiderazzjoni kemm jista’ jkun tal-involviment personali tagħhom. L-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi nnifishom huma responsabbli biex jivvalutaw jekk it-tali assistenza hix “meħtieġa”. Il-vittmi ta’ reat sesswali li jkollhom anqas minn 14-il sena dejjem ikunu intitolati għal appoġġ psikosoċjali.

APPOĠĠ PSIKOSOĊJALI

Fil-kuntest tal-appoġġ psikosoċjali, il-vittmi jitħejjew għall-istress psikoloġiku tal-proċedimenti, jiġu sostnuti fl-indirizzar tal-esperjenzi tagħhom (ansjetajiet, disprament, niket jew rabja) u jiġu akkumpanjati wkoll matul is-seduti li jkunu parti mill-investigazzjoni jew mill-proċess.

APPOĠĠ LEGALI

L-iskop tal-appoġġ legali hu li tingħata assistenza lill-vittmi biex jasserixxu drittijiethom fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali. Dan hu partikolarment siewi u neċessarju jekk ċirkustanzi speċifiċi jwasslu għal tħassib li d-drittijiet tal-vittmi mhux se jiġu rispettati b’mod suffiċjenti matul il-proċedimenti. Jekk il-vittma ġarrbet ħsara jew dannu minħabba r-reat, l-avukat jista’ jitlob kumpens (eż. għal dannu immaterjali) f’isem il-vittma (jekk il-vittma jkollha l-istatus ta’ pretendent ċivili).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Polonja


Int titqies bħala vittma ta’ reat jekk tkun sfajt vittma bħala riżultat ta’ reat li skont il-liġi kriminali għandu penali; pereżempju, jekk tkun sofrejt korriment jew jekk titlef il-proprjetà tiegħek minħabba ħsarat jew serq. Bħala vittma ta’ reat, int għandek ċerti obbliġi legali kemm matul il-proċedimenti legali kif ukoll warajhom. Tista’ tirċievi wkoll diversi forom ta’ assistenza u sostenn kif ukoll kumpens jew indennizz biex jagħmlu tajjeb għar-reat.

Fil-Polonja, il-proċedimenti kriminali jikkonsistu minn investigazzjoni preliminari u minn proċeduri tal-qorti. L-investigazzjonijiet preliminari jitwettqu waqt il-proċeduri tal-qorti. L-iskop tagħhom huwa sabiex jiġu ddeterminati l-fatti tar-reat mwettaq u sabiex jiġu identifikati l-awturi tar-reat. Il-pulizija u s-servizz tal-prosekuzzjoni jiġbru l-evidenza. Jekk l-evidenza li jiġbru tkun suffiċjenti, l-awturi tar-reat jiġu akkużati. Jekk le, il-każ jaqa’. L-akkuża tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni tiġi eżaminata mill-qorti.

Matul il-proċess, il-qorti teżamina l-evidenza miġbura sabiex tistabbilixxi jekk l-akkużat huwiex ħati. Jekk l-akkużat jinstab ħati skont kif akkużat, huwa jew hija jkunu suġġetti għall-penali kif previst mill-liġi. Jekk le, huwa jew hija jiġu liberati mill-akkużi kollha.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nkun irrapportajt ir-reat?

Il-vittma tiġi pprovduta b’informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha bil-miktub qabel l-ewwel intervista li sseħħ wara li jiġi rrapportat ir-reat. Qabel, l-awtorità tkun tista’ tipprovdi lill-vittma b’informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha li se tkun siewja fiċ-ċirkustanzi.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti drittijieti?

Id-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi huma protetti bl-istess mod bħad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE ħlief għall-kumpens mill-istat li għalih huma eliġibbli l-vittmi ta’ ċerti reati – il-kumpens jingħata biss lil ċittadini tal-UE.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Qabel l-ewwel intervista, il-vittma tikseb informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet bażiċi tagħha, inkluż l-istatus tagħha fil-proċedimenti preparatorji, jekk tistax titlob li jittieħdu ċerti azzjonijiet (eż. interrogazzjoni tax-xhieda), l-assistenza ta’ rappreżentant legali, inkluża talba għal rappreżentant maħtur mill-qorti, id-dritt li tirreferi l-każ għall-medjazzjoni, li taċċessa l-fajl, li tappella kontra deċiżjoni ta’ waqfien tal-proċedimenti, il-possibbiltà li d-danni jitħallsu mill-konvenut jew li jinkiseb kumpens mill-istat, aċċess għall-għajnuna legali, il-miżuri għall-protezzjoni u għall-assistenza disponibbli, l-aċċess għal assistenza ffinanzjata mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Vittmi u ta’ Għajnuna Postpenitenzjarja (Fundusz Pomocy Pokrzywdzonym oraz Pomocy Postpenitencjarnej), il-possibbiltà li tinħareġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi u rimborż tal-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-proċedimenti.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Traduttur jassisti fil-proċedimenti li fihom tieħu sehem vittma li ma tafx titkellem bil-Pollakk. L-ittri lill-vittma jew mingħandha jiġu tradotti. Il-vittma ma ġġarrabx l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

Minorenni li jkunu vittmi ta’ reat huma rrappreżentati mill-ġenituri tagħhom jew mill-persuni li jieħdu ħsiebhom. Għal individwi li jeħtieġu assistenza (eż. anzjani), id-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati mill-persuna li tieħu ħsiebhom. Ġenituri jew tuturi għandhom jaraw li l-vittmi li qed jieħdu ħsieb jieħdu sehem fil-proċedimenti kif meħtieġ u, jekk ikunu f’dubju rigward il-fehim tal-akkużi tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sinifikat ta’ dawk il-proċedimenti, dawn jistgħu javżaw lill-awtorità li tmexxi l-proċedimenti dwar dan.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Fil-Polonja, il-Fond ta’ Appoġġ għall-Vittmi u ta’ Għajnuna Postpenitenzjarja jakkumula riżorsi finanzjarji għall-finijiet bħall-assistenza lil vittmi ta’ reat u lill-eqreb qraba tagħhom. Il-Fond hu ġestit mill-Ministeru għall-Ġustizzja li jagħti sussidji lill-NGOs magħżula permezz ta’ kompetizzjoni li jispeċjalizzaw fl-appoġġ għall-vittmi. L-għajnuna ffinanzjata mill-Fond tkopri assistenza legali, psikoloġika u materjali.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

L-awtorità li tmexxi l-proċedimenti hi meħtieġa tinforma lill-vittma, qabel l-ewwel intervista, li hemm disponibbli assistenza ffinanzjata mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Vittmi u ta’ Għajnuna Postpenitenzjarja.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Data li tikkonċerna l-post ta’ residenza u l-post tax-xogħol tal-vittma ma tkunx disponibbli għat-trasgressur.

Fil-każ tax-xhieda – fi kliem ieħor, bħala regola ġenerali, fil-każ tal-vittmi kollha – il-prosekutur jew il-qorti jistgħu, f’każijiet partikolarment serji, jiddeċiedu li ma jiżvelawx data personali tagħhom u ċirkustanzi oħra li jippermettu li dawk jiġu identifikati. Dan ikun possibbli f’każ ta’ tħassib raġonevoli rigward riskju għall-ħajja, għas-saħħa, għal-libertà jew għal parti sinifikanti mill-proprjetà ta’ dik il-persuna jew tal-eqreb qarib ta’ dik il-persuna.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

L-aċċess għall-appoġġ għall-vittmi mhuwiex kontinġenti għar-rapportar ta’ reat. Persuna li tixtieq taċċessa l-appoġġ għandha bżonn biss li turi li twettaq reat kontriha.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

F’każ ta’ theddida għall-ħajja jew għas-saħħa tagħhom, il-vittma u l-qraba tagħha mill-viċin huma intitolati għal:

  • protezzjoni matul il-proċedimenti;
  • protezzjoni fiżika;
  • assistenza bir-rilokazzjoni.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Il-protezzjoni tingħata mill-Kap tal-Pulizija b’ġurisdizzjoni fuq il-provinċja.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk inix f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Il-Kap tal-Pulizija kompetenti għall-provinċja jagħmel valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu pprovduti u li jissoktaw il-protezzjoni u l-assistenza.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

L-awtorità inkarigata mill-proċedimenti hi meħtieġa tmexxi l-proċedimenti li jinvolvu lill-vittma b’mod li ma jinvolvix konsegwenzi negattivi. Din dejjem għandha tieħu azzjoni f’sitwazzjoni li fiha l-vittma ma tkunx ittrattata bir-rispett dovut jew meta l-vittma ma tħosshiex sikura.

F’każijiet ta’ stupru u f'każijiet simili, il-vittma tiġi intervistata f’kamra speċjali mingħajr il-preżenza tat-trasgressur.

Matul il-proċess, l-imħallef li jippresjedi jista’ jordna lill-konvenut biex jitlaq mill-kamra waqt li tixhed il-vittma.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Jekk il-vittma teħtieġ l-assistenza għaliex, eż., minħabba l-età jew il-problemi tas-saħħa tagħha hi ma tistax tieħu sehem b’mod attiv fil-proċess, id-drittijiet tagħha jistgħu jiġu eżerċitati mill-persuna li tieħu ħsiebha.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Id-drittijiet tal-vittmi li huma minorenni jiġu eżerċitati mir-rappreżentanti statutorji tagħhom jew mill-persuna li tieħu ħsiebhom. Jekk ir-reat twettaq mill-ġenituri, il-minorenni jiġu rrappreżentati fil-proċess minn tutur ad litem.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk il-vittma tmut, minflokha jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti l-qraba tagħha mill-viċin. Dawn ikollhom id-drittijiet kollha tal-vittma.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-qraba mill-viċin tal-vittmi huma intitolati għal assistenza legali, psikoloġika u materjali ffinanzjata mill-Fond ta’ Ap