Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Belġju

Please note that the original language version of this page Dutch has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Please note that the following languages: French have already been translated.


Inti tiġi kkunsidrat bħala vittma tal-kriminalità jekk ġarrabt ħsara, pereżempju ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek saritilha ħsara jew insterqet, minħabba inċident, li jikkostitwixxi delitt skont id-dritt nazzjonali. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċeduri fil-qorti.

Il-proċeduri kriminali fil-Belġju jikkonsistu fl-investigazzjoni u fil-proċess quddiem il-qorti kriminali. Fil-parti l-kbira tal-każijiet l-investigazzjoni titmexxa mill-prosekutur pubbliku jew – f’ċerti każijiet iktar ikkumplikati – minn imħallef inkwirenti. Waqt l-investigazzjoni, jinġabru l-provi sabiex ikun stabbilit jekk ikunx twettaq delitt u minn min.

Wara l-investigazzjoni, każ jingħalaq jew jitressaq quddiem il-qorti. Waqt il-proċess il-qorti teżamina l-provi miġbura sabiex tiddeċiedi jekk l-imputat huwiex ħati jew le. Jekk l-imputat jinstab ħati, huwa jiġi kkundannat u jingħata piena. Alternattivament, il-qorti tista’ ssib lill-imputat mhux ħati u tilliberah.

Bħala vittma għandek numru ta' drittijiet fl-istadji kollha tal-proċeduri kriminali Jekk trid tieħu sehem aktar attiv fil-proċeduri, tista' titlob li tiġi rreġistrat bħala vittma jew tista' tressaq ilment bħala parti ċivili fi proċedimenti kriminali. Fi wħud mill-każijiet, inti tista’ tagħti bidu għall-proċeduri inti stess billi ttella’ lill-persuna li allegatament tkun wettqet id-delitt direttament il-qorti jew billi tressaq kwerela quddiem l-imħallef inkwirenti u fl-istess ħin tapplika biex titqies bħala parti ċivili. Bħala parti ċivili tista' titlob id-danni mingħand il-persuna li tkun wettqet id-delitt. Meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (pereżempju, tkun sfajt vittma ta’ delitt vjolenti u l-ħsara ma tkunx tista’ tiġi rrimedjata b’mod adegwat mill-persuna li tkun wettqet id-delitt u lanqas permezz ta’ assigurazzjoni), inti għandek id-dritt għal kumpens mingħand l-Istat.

L-iskedi informattivi li ġejjin jispjegaw il-fażijiet differenti li jgħaddi minnhom il-każ tiegħek u jiddeskrivu d-drittijiet tiegħek, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawaqt l-investigazzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawaqt il-proċess u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawara l-proċess . Barra minn hekk, tista’ taqra iktar dwar l-appoġġ u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-għajnuna li għandek dritt għalihom.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015