Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Ungerija


Int titqies vittma ta’ reat jekk tiġi leż permezz ta’ att li skont il-liġi Ungeriża jitqies bħala reat, pereżempju jekk issofri korriment jew jekk il-proprjetà tiegħek issirilha l-ħsara jew tinsteraq. Bħala vittma ta’ reat, bil-liġi Ungeriża għandek diversi drittijiet, qabel, matul u wara l-proċeduri tal-qorti (il-proċess).  Inti tista’ titlob informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek fi proċedimenti kriminali mingħand l-awtorità tal-investigazzjoni, mingħand l-avukat ġenerali jew mingħand il-qorti, skont l-istadju tal-proċedimenti.

Il-proċedimenti kriminali Ungeriżi jibdew b’investigazzjoni. L-investigazzjoni ġeneralment titwettaq mill-pulizija, taħt is-superviżjoni tal-avukat ġenerali. Ġaladarba l-investigazzjoni titlesta, jew l-avukat ġenerali jiddeċiedi li jressaq l-akkużi u l-każ jitressaq quddiem il-qorti, jew inkella l-każ jingħalaq fil-fażi tal-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ evidenza jew minħabba li r-responsabbilità penali hija prekluża jew għax ma għadhiex tapplika.

Jekk il-każ jitressaq quddiem il-qorti, il-qorti teżamina l-evidenza miġbura u tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Fi proċedimenti kriminali Ungeriżi (ħlief għal xi forom ta’ proċedimenti), il-qorti tista’ tiġbor l-evidenza direttament waqt seduta pubblika, għalhekk int tista’ titressaq għas-seduta tal-qorti u tiġi eżaminat bħala xhud. L-akkużat, jekk jinstab ħati, jiġi kkundannat u jingħata s-sentenza. Jekk l-akkużat ma jinstabx ħati, jiġi liberat.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/09/2018