Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Lussemburgu


Titqies bħala vittma tal-kriminalità jekk tkun ġarrabt danni, e.g. tkun sfajt ferut jew il-proprjetà tiegħek issirilha l-ħsara jew tinsteraq, eċċ., kaġun ta' inċident, li skont il-liġi nazzjonali jkun jikkostitwixxi delitt. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċeduri fil-qorti (proċeduri quddiem qorti kriminali).

Il-proċeduri kriminali fil-Lussemburgu jsiru f'żewġ stadji: l-istħarriġ u l-proċess quddiem il-qorti kriminali. L-istħarriġ normalment iwettquh il-pulizija u/jew maġistrat investigattiv. Meta jitlesta l-istħarriġ il-każ jgħaddi għall-Uffiċini tal-Imħallfin fil-Qrati. Hemmhekk jiġi deċiż jekk il-każ jiġix jingħaddiex quddiem qorti jew jekk jingħalaqx f'dan l-istadju.

Jekk il-każ jispiċċa l-qorti, il-qorti tagħmel smigħ sabiex teżamina x-xhieda miġbura u tiddeċiedi jekk min ikun wettaq ir-reat ikunx ħati jew le. Jekk min ikun wettaq ir-reat jinstab ħati l-qorti tikkundannah u timponi piena. Jekk ix-xhieda miġbura ma tkunx biżżejjed biex l-imputat jiġi ddikjarat ħati, il-qorti tilliberah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018