Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Lussemburgu

Titqies bħala vittma tal-kriminalità jekk tkun ġarrabt danni, e.g. tkun sfajt ferut jew il-proprjetà tiegħek issirilha l-ħsara jew tinsteraq, eċċ., kaġun ta' inċident, li skont il-liġi nazzjonali jkun jikkostitwixxi delitt. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċeduri fil-qorti (proċeduri quddiem qorti kriminali).

Il-proċeduri kriminali fil-Lussemburgu jsiru f'żewġ stadji: l-istħarriġ u l-proċess quddiem il-qorti kriminali. L-istħarriġ normalment iwettquh il-pulizija u/jew maġistrat investigattiv. Meta jitlesta l-istħarriġ il-każ jgħaddi għall-Uffiċini tal-Imħallfin fil-Qrati. Hemmhekk jiġi deċiż jekk il-każ jiġix jingħaddiex quddiem qorti jew jekk jingħalaqx f'dan l-istadju.

Jekk il-każ jispiċċa l-qorti, il-qorti tagħmel smigħ sabiex teżamina x-xhieda miġbura u tiddeċiedi jekk min ikun wettaq ir-reat ikunx ħati jew le. Jekk min ikun wettaq ir-reat jinstab ħati l-qorti tikkundannah u timponi piena. Jekk ix-xhieda miġbura ma tkunx biżżejjed biex l-imputat jiġi ddikjarat ħati, il-qorti tilliberah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat


X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtoritajiet (eż. il-pulizija, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku) wara li jseħħ ir-reat iżda qabel ma saħansitra nkun irrapportajt ir-reat?

Il-pulizija jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jinformaw lill-vittmi b’dawn li ġejjin mingħajr dewmien u f’konformità mal-Artikolu 3(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, f’lingwa mifhuma minnhom:

  • it-tip ta’ appoġġ li jistgħu jiksbu u mingħand min, inkluża, fejn rilevanti, informazzjoni bażika dwar l-aċċess għall-appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ speċjalizzat, inkluż appoġġ psikoloġiku, u akkomodazzjoni alternattiva;
  • il-proċeduri biex isiru kwereli dwar reat kriminali u r-rwol ta’ dawn b'rabta ma’ proċeduri bħal dawn;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jiksbu protezzjoni;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jistgħu jaċċessaw avukati u għajnuna legali bil-kundizzjonijiet previsti mil-liġi u kwalunkwe tip ta’ parir ieħor;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jistgħu jaċċessaw il-kumpens;
  • kif u b’liema kundizzjonijiet jistgħu jeżerċitaw id-dritt għal interpretazzjoni u għal traduzzjoni;
  • il-proċeduri disponibbli biex isiru kwereli meta d-drittijiet tagħhom ma jkunux rispettati;
  • id-dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet dwar il-kawża tagħhom;
  • opportunitajiet għal mediċini u għal ġustizzja restorattiva;
  • kif u f’liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu rimborżati l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali;
  • id-dritt tagħhom għal valutazzjoni individwali mas-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi biex tiġi verifikata l-ħtieġa għal ġestjoni speċifika għall-prevenzjoni ta’ vittimizzazzjoni sekondarja;
  • skont il-ħtiġijiet tagħhom, lill-vittma jiġu pprovduti wkoll dettalji addizzjonali kif ikun xieraq f’kull stadju tal-proċedimenti;
  • id-dritt tagħhom li jkunu akkumpanjati minn persuna tal-għażla tagħhom meta, minħabba l-impatt tar-reat, dawn ikunu jeħtieġu l-assistenza biex jifhmu jew jinftiehmu.

Barra minn hekk, is-Servizz ta’ Akkoljenza u ta’ Informazzjoni Legali, is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi tas-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali u l-Ministeru tal-Ġustizzja wkoll joffru għajnuna u pariri.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti drittijieti?

Meta l-vittmi jkunu barranin (ċittadini Ewropej u ta’ pajjiżi terzi), dawn jistgħu jisfruttaw id-drittijiet stabbiliti hawn fuq u jiġu informati dwar kif jeżerċitaw drittijiethom meta jirresjedu fi Stat Membru ieħor tal-UE, jiġifieri d-dritt tagħhom li jippreżentaw kwerela quddiem l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Lussemburgu.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Il-vittmi huma intitolati b’mod partikolari:

  • li jiġu informati b’mod awtomatiku meta l-kawża tagħhom tingħalaq u dwar ir-raġunijiet għal dan;
  • fuq talba, li jiġu informati li l-kawża tagħhom qiegħda taħt investigazzjoni ġudizzjarja;
  • fuq talba, li jiġu informati dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku dwar id-data tas-seduta meta se jsir il-proċess tal-kawża tagħhom;
  • fuq talba, li jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni bla ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Bħala vittmi jew partijiet ċivili li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti, il-vittmi huma intitolati għal assistenza mingħajr ħlas mingħand interpretu f’lingwa li jifhmu u d-dritt għal traduzzjoni mingħajr ħlas tad-dokumenti kollha li jiġu notifikati jew li jkollhom dritt ta’ aċċess għalihom.

L-awtoritajiet kif jiżguraw li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum(a) (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)

Jekk il-vittmi ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċedimenti, dawn ikollhom id-dritt għal assistenza mingħajr ħlas mingħand interpretu. Jekk il-vittmi jkollhom indeboliment tat-taħdit jew tas-smigħ, dawn ikunu assistiti minn interpretu tal-lingwa tas-sinjali jew minn kwalunkwe persuna kwalifikata b’lingwa, b’metodu jew b’apparat li jippermettu l-komunikazzjoni magħhom.

Jekk il-vittmi jkunu tfal, dawn ikollhom id-dritt li jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew minn persuna tal-għażla tagħhom.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Il-vittmi għandhom id-dritt li jkunu assistiti minn diversi servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. L-assistenza tiġi pprovduta mill-Istat, permezz tas-servizz ta’ assistenza ċentrali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li jilqa’ lill-vittma u jipprovdi appoġġ soċjali, psikoloġiku u legali mingħajr ħlas. Hemm ukoll NGOs li joffru l-għajnuna lill-vittmi jekk il-vittma tkun mara jew minorenni vittma ta’ vjolenza, persuna vulnerabbli, eċċ.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Hu d-dmir tal-pulizija li tinforma lill-vittmi bi drittijiethom u li tfittex li taġixxi bħala intermedjarju għall-assoċjazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. Il-pulizija tipprovdi b’mod sistematiku u obbligatorju fuljett informattiv intitolat “'Informazzjoni u assistenza għall-vittmi” (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/flyer-aide-victime-fr.pdf) disponibbli bil-Lussemburgiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Portugiż u formola ta’ informazzjoni “Infodroit”. (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/infodroit-victime.pdf).

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Il-privatezza tal-vittmi hi protetta mill-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu. L-Artikolu 11(3) jiddikjara li “l-Istat jiggarantixxi l-protezzjoni tal-privatezza, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

Il-pulizija u s-sistema ġudizzjarja għandhom obbligu li joffru lill-vittmi protezzjoni f’każ ta’ theddidiet jew ta’ atti ta’ vendetta mwettqa mill-awtur, fost oħrajn. Din il-protezzjoni għandha tkun disponibbli mill-bidu tal-investigazzjoni u matul id-durata sħiħa ta’ din. Il-vittmi għandhom ukoll id-dritt li jkunu protetti minn kull intrużjoni fil-ħajjiet privati tagħhom, u fi kwalunkwe każ b’mod dirett wara r-reat.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Is-servizz ta’ assistenza għall-vittmi hu maħsub għall-vittmi kollha (tfal, adoloxxenti, adulti) li ġarrbu dannu fiżiku u/jew mentali wara reat kriminali. It-tim jipprovdi konsulenza psikoloġika u psikoterapewtika u jinforma lill-vittmi bi drittijiethom u jista’ jakkumpanjahom matul il-proċedimenti ġudizzjarji. Is-servizz joffri wkoll grupp ta’ terapija għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Is-servizz joffri wkoll servizzi lil dawk kollha li, fid-dawl tar-relazzjoni tagħhom mal-vittma, kellhom jaqsmu t-tbatija tagħhom, jew lil xhieda ta’ reati kriminali. L-individwi inkwistjoni mhumiex meħtieġa li jkunu ppreżentaw kwerela biex jaċċessaw is-servizz ta’ assistenza għall-vittmi.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Iż-żamma tal-persuna akkużata f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess

  • jekk ir-reat hu punibbli b’sentenza massima ta’ tal-anqas sentejn priġunerija;
  • jekk hemm riskju li l-persuna akkużata terġa’ twettaq reat;
  • jkun hemm riskju ta’ ħarba.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Il-Pulizija tal-Lussemburgu tista’ tipproteġi lill-vittmi.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trażgressur?

Id-diversi elementi huma kkunsidrati meta tittieħed deċiżjoni dwar id-detenzjoni possibbli qabel il-proċess tal-awtur.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Skont l-Artikolu 48(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, vittmi minorenni jirċievu l-protezzjoni li ġejja:

  • Tista’ ssir awdjoreġistrazzjoni jew vidjoreġistrazzjoni tas-smigħ ta’ xhud jew ta’ kwalunkwe minorenni, bl-awtorizzazzjoni tal-Prosekutur tal-Istat.
  • Ir-reġistrazzjonijiet isiru wara li jinkiseb il-kunsens tax-xhieda jew tat-tfal, jekk dawn ikollhom il-kapaċità neċessarja ta’ ġudizzju, inkella r-rappreżentant legali tal-minorenni. Meta jkun hemm riskju ta’ kunflitt debitament stabbilit ta’ interess bejn ir-rappreżentant legali tal-minorenni u dak tal-minorenni, ir-reġistrazzjoni tista’ ssir biss bil-kunsens tat-tutur ad litem (administrateur ad hoc), jew jekk ikun inħatar wieħed għall-minorenni, jew, jekk ma jinħatar ebda tutur ad litem, bl-awtorizzazzjoni espliċita u debitament motivata tal-Prosekutur Pubbliku.
  • Permezz ta’ deroga minn dan li ntqal hawn fuq, meta minorenni jkun vittma tar-reati msemmija fl-Artikoli 354 sa 360, 364, 365, 372 sa 379, 382(1) u 382(2), 385, 393, 394, 397, 398 sa 405, 410(1), 410(2) jew 442(1) tal-kodiċi penali jew meta minorenni jkun xhud għar-reati msemmija fl-Artikoli 393 sa 397, jew 400 sa 401a tal-kodiċi penali, trid issir reġistrazzjoni bil-mod imsemmi fil-paragrafu 1 ħlief meta, peress li l-minorenni jew ir-rappreżentant legali tiegħu jew, fejn applikabbli, it-tutur ad litem joġġezzjona għat-tali reġistrazzjoni, il-Prosekutur Pubbliku jiddeċiedi li ma jkunx hemm bżonn li ssir.
  • Ir-reġistrazzjoni sservi bħala evidenza. L-oriġinali tiġi ssiġillata. Il-kopji jiddaħħlu f’inventarju u jiżdiedu mal-atti. Il-partijiet u espert jistgħu jisimgħu jew jaraw ir-reġistrazzjonijiet, bla ma jċaqalquhom, u bl-awtorizzazzjoni tal-Prosekutur Pubbliku u f’post magħżul minn dan.
  • Kwalunkwe minorenni msemmi fil-paragrafu 3 għandu d-dritt li jkun akkumpanjat mill-adult tal-għażla tiegħu fis-seduta, sakemm il-Prosekutur tal-Istat ma jiddeċidix b’xi mod ieħor permezz ta’ deċiżjoni motivata rigward il-persuna kkonċernata meħuda fl-interessi tal-minorenni jew tal-istabbiliment tal-verità.

Vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin jew ta’ vjolenza domestika jirċievu protezzjoni speċjali f’ċerti kundizzjonijiet.

Jien minorenni - għandi xi drittijiet speċjali?

Vittmi li huma tfal għandhom numru ta’ drittijiet addizzjonali:

  • għal perjodu ta’ limitazzjoni, jiġifieri l-perjodu ta’ żmien li warajh ir-reati ma jistgħux jiġu mixlija aktar, li ma jibdiex jgħaddi sal-jum li fih jagħlqu t-18 għal reati bħal attentat għall-pudur, stupru u traffikar tal-bnedmin, sfruttament sesswali, qtil ta’ persuna mingħajr intenzjoni, attakk u swat, abbuż u għoti ta’ drogi mwettqa kontra l-vittma;
  • għall-ħatra ta’ rappreżentant speċjali msejjaħ administrateur ad hoc (tutur ad litem) mill-prosekutur tal-Istat jew minn imħallef inkwirenti meta l-interessi tagħhom ma jkunux protetti għalkollox minn tal-anqas wieħed mir-rappreżentanti legali tagħhom. Dan ir-rappreżentant speċjali jipproteġi l-interessi tal-vittma u jeżerċita d-drittijiet tagħha bħala parti ċivili;
  • li jiġu informati bil-ftuħ tal-proċedimenti kriminali u dwar id-dritt li jiftħu kawża ċivili permezz tar-rappreżentant legali jew tat-tutur ad litem tagħhom;
  • li ssirilhom vidjoreġistrazzjoni jew awdjoreġistrazzjoni tas-seduti biex jevitaw milli jiġu trawmatizzati billi jkollhom jirrepetu dikjarazzjonijiet diversi drabi matul il-proċedimenti, bl-awtorizzazzjoni tal-Prosekutur tal-Istat u wara li jinkiseb il-kunsens tal-vittmi jew tar-rappreżentanti legali jew tat-tuturi ad litem tagħhom. Ir-reġistrazzjoni hi obbligatorja għal reati relatati ma’ attakk fuq il-pudur u ma’ stupru, ma’ prostituzzjoni, ma’ sfruttament u ma’ traffikar tal-bnedmin, ma’ omiċidju, ma’ omiċidju volontarju, ma’ attakk u ma’ swat, ħlief meta, minħabba li l-vittma jew ir-rappreżentant tal-vittmi joġġezzjonaw, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li ma jagħmilx it-tali reġistrazzjoni;
  • li jkunu akkumpanjati fis-seduti mir-rappreżentant legali tagħhom jew minn persuna tal-għażla tagħhom.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat - x’inhuma drittijieti?

Kull min għandu qarib li jmut minħabba reat kriminali u li jasserixxi li ġarrab dannu għandu d-dritt jippreżenta rikors għal kawża ċivili quddiem l-imħallef inkwirenti kompetenti.

F’dan il-każ, dawn għandhom id-dritt b’mod partikolari:

  • li jitolbu kumpens mingħand il-persuna akkużata;
  • li jkunu involuti fl-investigazzjoni mmexxija mill-imħallef inkwirenti;
  • li jitolbu lill-imħallef inkwirenti biex jordna inkjesti addizzjonali;
  • li jappellaw kontra ċerti inkjesti li jkollhom impatt fuq l-interessi ċivili tagħhom quddiem awla tal-qorti;
  • li jiġu interrogati biss jekk ikunu jixtiequ li dan iseħħ;
  • li jinġiebu wiċċ imb wiċċ mal-persuna akkużata jekk ikun hemm bżonn;
  • li jkollhom aċċess għall-atti fl-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li tkun meħtieġa l-assistenza legali għaliha;
  • li jitolbu mingħand l-imħallef inkwirenti kopja tal-atti meta titlesta l-investigazzjoni;
  • li jitolbu perizja, li jisimgħu lix-xhieda u li jiġu ritornati lilhom oġġetti sekwestrati;
  • li jattendu għall-ispezzjoni tax-xena tar-reat.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat - x’inhuma drittijieti?

Parti terza affettwata minn reat imwettaq kontra qarib għandha d-dritt:

  • li titlob mingħand l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku kopja tar-rapport li jagħti rendikont tar-reat li jaffettwa lil din il-persuna bħala parti terza;
  • li tiġi informata b’mod awtomatiku mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku dwar id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawża;
  • li titlob is-sentenza li ngħatat fil-kawża mingħand ir-Reġistru tal-awla tal-qorti distrettwali jew tal-qorti tal-pulizija, skont kif ikun xieraq.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? Taħt liema kundizzjonijiet? Se nkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni kriminali hi alternattiva għall-prosekuzzjoni kriminali; fil-prinċipju, din tippermetti biex tilwima tiġi solvuta mingħajr l-intervent tal-qrati. Il-medjazzjoni bejn l-awtur u l-vittma hi possibbli biss qabel ma jinfetħu l-proċedimenti kriminali. Il-Prosekutur Pubbliku jista’ jiddeċiedi li jirrikorri għal medjazzjoni jekk jidhirlu li aktarx li jikseb kumpens għad-dannu li ġie kkawżat, jew biex itemm it-tfixkil li jirriżulta mir-reat jew jikkontribwixxi għar-riabilitazzjoni tat-trażgressur. Ma jibqax possibbli li ssir medjazzjoni jekk it-trażgressur ikun persuna li magħha tikkoabita l-vittma. Din il-possibbiltà teħtieġ il-qbil kemm tat-trażgressur kif ukoll tal-vittma.

Fejn nista’ nsib il-leġiżlazzjoni li tistipula x’inhuma drittijieti?

Fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali fuq Legilux.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://legilux.public.lu/eli/etat/leg/code/procedure_penale

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess


Kif nirrapporta reat?

Il-vittmi ta’ reat kriminali jistgħu jirrapportaw reat (jippreżentaw kwerela):

  • għand il-Pulizija tal-Lussemburgu;
  • għand il-Prosekutur Pubbliku b’ġuriżdizzjoni għaż-żona kkonċernata.

Għad li kulħadd jista’ jirrapporta reat, jekk il-vittmi jkun biħsiebhom jieħdu sehem fil-proċedimenti bħala parti ċivili, dawn iridu jippreżentaw kwerela b’mod personali jew inkella permezz tal-avukat tagħhom.

Il-vittmi jistgħu jmexxu prosekuzzjoni privata kontra l-awtur quddiem il-qorti tal-pulizija jew quddiem awla kriminali tal-qorti distrettwali.

Il-kwerela trid tiġi ppreżentata f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Lussemburgu, jiġifieri l-Lussemburgiż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Il-vittmi li ma jitkellmux b'xi waħda minn dawn it-tliet lingwi huma intitolati għal interpretu mingħajr ħlas. Il-kwerela idealment trid issir bil-miktub, bla ma jkun hemm bżonn li tiġi rispettata forma partikolari, u trid tindika:

  • il-kunjom, l-isem, il-post u d-data tat-twelid, ix-xogħol u d-domiċilju tal-kwerelant;
  • l-avveniment li wassal għad-dannu mġarrab;
  • in-natura tad-dannu.

Il-perjodu li matulu l-vittma trid tippreżenta kwerela jiddependi, b’mod partikolari, mill-perjodu ta’ limitazzjoni tar-reat. Il-perjodu jvarja bejn sena u għaxar snin.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Il-vittmi għandhom id-dritt:

  • li jiġu informati b’mod awtomatiku meta l-kawża tagħhom tingħalaq u dwar ir-raġunijiet għaliex;
  • fuq talba, li jiġu informati li l-kawża tagħhom qiegħda taħt investigazzjoni ġudizzjarja;
  • fuq talba, li jiġu informati dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku dwar id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawża tagħhom;
  • fuq talba, li jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Meta l-kwerela tiġi ppreżentata għand il-Prosekutur Pubbliku, fi żmien 18-il xahar mindu jirċievi l-kwerela jew l-akkuża, il-Prosekutur Pubbliku jinforma lill-vittma b'kull azzjoni meħuda b'segwitu, inkluż, fejn xieraq, bl-għeluq tal-kawża u r-raġuni bażi.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? B'liema kundizzjonijiet?

Biex jiġi żgurat aċċess għall-ġustizzja fil-każ li l-vittmi ma jkollhomx biżżejjed riżorsi, b’mod partikolari b’rabta mal-introjtu minimu garantit, dawn għandhom id-dritt li jirċievu appoġġ legali sħiħ mingħajr ħlas għad-difiża tal-interessi tagħhom. Din l-għajnuna tiġi pprovduta mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati, jekk il-vittmi jitolbuha u jkunu:

  • ċittadini tal-Lussemburgu,
  • ċittadini barranin awtorizzati jgħixu fil-pajjiż,
  • ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE),
  • ċittadini barranin assimilati għal ċittadini tal-Lussemburgu fil-kwistjoni tal-għajnuna legali permezz ta’ trattat internazzjonali.

Biex jiġu ddeterminati r-riżorsi finanzjarji, jiġu kkunsidrati l-introjtu gross totali u l-ġid, kif ukoll l-introjti tan-nies li jgħixu fl-istess abitazzjoni. Minbarra l-każ ta’ riżorsi limitati, il-vittmi jistgħu jirċievu għajnuna legali wkoll jekk ikun hemm raġunijiet serji relatati mas-sitwazzjoni soċjali, tal-familja jew materjali tagħhom li jiġġustifikaw l-eliġibbiltà.

Talba għall-għajnuna legali trid issir bl-użu ta’ kwestjonarju disponibbli mingħand is-Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.guichet.public.lu/citoyens/fr/organismes/service-central-assistance-sociale/index.html) iffirmata mill-vittma u mibgħuta lill-President kompetenti fit-territorju tal-Kamra tal-Avukati (Diekirch jew il-Lussemburgu).

Il-kwestjonarju li jrid jimtela jinkludi b’mod partikolari:

  • l-identità (il-kunjom, l-ismijiet, il-post u d-data tat-twelid, ix-xogħol, id-domiċilju, l-istat ċivili, in-nazzjonalità) tal-vittma;
  • in-natura tal-litigazzjoni li l-għajnuna legali hi meħtieġa għaliha;
  • is-sitwazzjoni tal-familja tal-vittma;
  • iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċirkustanzi finanzjarji tal-vittma.

Il-vittmi jistgħu jindikaw ukoll isem l-avukat(i) li jixtiequ li jiġu assenjati permezz tal-iskema ta’ għajnuna legali, jew fejn applikabbli, jindikaw isem l-avukat li bħalissa hu assenjat lilhom.

Id-dokumenti li jridu jinhemżu mat-talba mill-vittmi:

  • kopja tad-dokument tal-identità tagħhom;
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċertifikat ta’ reġistrazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tas-Sigurtà Soċjali (Centre Commun de la Sécurité Sociale - CCSS) kif ukoll għal persuni li jappartjenu għall-unitajiet domestiċi tagħhom;
  • għall-persuna kkonċernata u għal kull membru tal-unità domestika: rendikonti tal-paga (jew ċertifikat tal-introjtu tas-CCSS), irċevuti tal-introjtu minimu garantit, benefiċċju tal-qgħad jew irċevuti tal-pensjoni jew irċevuti oħra li jkopru l-aħħar tliet xhur u li jindikaw l-ammonti gross (rendikonti tal-bank mhumiex biżżejjed);
  • ċertifikat ta’ bilanċ żero mill-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà (Fonds national de solidarité) għal kull membru tal-unità domestika, jekk l-unità domestika ma tirċievi xejn mill-Fond;
  • jekk l-unità domestika tirċievi jew tħallas pensjoni tal-manteniment, dokument li jindika l-ammont imħallas jew irċevut (rendikonti tal-bank għall-aħħar tliet xhur, pereżempju);
  • sjieda tal-proprjetà immobbli jew ċertifikat ta’ nuqqas ta’ sjieda maħruġ mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa tal-Lussemburgu (Administration des contributions directes) għal kull membru tal-unità domestika;
  • fejn applikabbli, dokumenti ta’ sostenn għas-sjieda tal-proprjetà immobbli li tinsab barra l-pajjiż;
  • evidenza dokumentarja ta’ assi mobbli (flus, tfaddil, ishma, bonds, eċċ.);
  • jekk l-abitazzjoni hi mikrija, kopja tal-kuntratt ta’ lokazzjoni u rċevuti tal-kirja għall-aħħar tliet xhur;
  • jekk l-unità domestika qed tħallas ipoteka, prova tal-ħlas tal-ammont fix-xahar;
  • evidenza dokumentarja tal-introjtu mill-proprjetà immobbli u mill-proprjetà mobbli;
  • dokumenti relatati mal-kawża inkwistjoni.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? B'liema kundizzjonijiet?

Wara li tiġi vverifikata l-insuffiċjenza tar-riżorsi, l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna legali jiġi notifikat mill-President tal-Kamra tal-Avukati jew mill-membru delegat mill-President għal dan l-għan, bil-posta ordinarja jekk tkun ingħatat u b’ittra rreġistrata jekk tkun ġiet irrifjutata. Il-President jaħtar l-avukat li l-vittma tkun għażlet liberament jew, jekk ma ssir ebda għażla jew il-President iqis li l-għażla mhix waħda xierqa, avukat nominat.

Nutara u bailiffs jinħatru ex officio mill-qorti li tieħu ħsieb il-kawża fi ħdan il-qafas tal-għajnuna legali.

Jekk l-għajnuna legali tingħata matul il-proċedimenti, l-ispejjeż imġarrba mill-vittma jiġu rimborżati.

Spejjeż mhux rimborżati

Jekk il-vittma tirċievi għajnuna legali u tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż, dawn jiġġarrbu mill-Istat.

F’kawżi kriminali, l-għajnuna legali ma tkoprix l-ispejjeż u l-multi imposti fuq persuni li huma kundannati.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Jekk kawża tingħalaq qabel ma tasal quddiem il-qorti, in-notifika tispeċifika l-kundizzjonijiet biex il-vittmi jkunu jistgħu jiftħu proċedimenti billi jippreżentaw prosekuzzjoni privata jew talba bħala parti ċivili.

Jekk il-pieni għar-reati jkunu pieni kriminali jew pieni korrettivi, in-notifika tinkludi l-informazzjoni li l-vittmi jistgħu japplikaw quddiem il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat, li jkollu d-dritt li jordna l-prosekuzzjoni lill-prosekutur tal-istat.

Jekk il-kunsill ġudizzjarju (Chambre du conseil) jiddeċiedi li ma jirreferix il-kawża kriminali lil qorti li tiddeċiedi dwar il-ħtija tal-awtur allegat, il-vittmi jistgħu jappellaw quddiem il-kunsill ġudizzjarju tal-Qorti tal-Appell. Għaldaqstant, dawn għandhom id-dritt li jippreżentaw talbiet u kummenti lil dan il-kunsill.

Jekk il-kunsill ġudizzjarju jiddeċiedi li jwaqqa’ l-kawża għal raġunijiet ta’ fatt u mhux ta' dritt, il-vittmi xorta waħda jistgħu jirrikorru quddiem qorti ċivili biex jiksbu kumpens għad-danni.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Bħal fl-inkjesta/fl-investigazzjoni, il-vittmi jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti bla ma jkollhom xi status speċjali jew bħala parti ċivili.

Il-vittmi jistgħu jattendu kemm seduti pubbliċi kif ukoll mhux pubbliċi, iżda biss jekk jitħarrku bħala xhieda. Dawn jistgħu jintalbu jidhru wkoll bħala xhieda għas-sottomissjonijiet orali. Għal dan l-għan, huma jirċievu taħrika bil-miktub mingħand il-Prosekutur Pubbliku u jridu jwieġbu kemm il-mistoqsijiet tal-Qorti kif ukoll il-mistoqsijiet li jagħmlilhom l-avukat tal-parti opposta. Matul il-proċess, il-vittmi jpoġġu fuq wara tal-awla biex ma jidħlux f’kuntatt dirett mal-persuna akkużata.

Il-partijiet ċivili jirċievu taħrika bil-miktub għas-sottomissjonijiet orali. Dawn għandhom ukoll id-dritt li jattendu għal seduti pubbliċi u mhux pubbliċi, u jridu jkunu preżenti biex jippreżentaw it-talbiet tagħhom. Fil-prinċipju, dawn jintervjenu wara s-smigħ tax-xhieda. Barra minn hekk, dawn jistgħu jargumentaw il-kawża fuq kull materja relatata mal-interessi ċivili tagħhom u jistgħu jixhdu fuq il-fatti.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, nitqies jew nista’ nagħżel li nitqies bħala vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Ir-rwol uffiċjali tiegħek fis-sistema ġudizzjarja hu dak ta’ vittma mingħajr status speċjali. Il-vittmi għandhom id-dritt li jissieħbu fil-proċedimenti bħala partijiet ċivili.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

B’mod partikolari, il-vittmi għandhom id-dritt:

  • li jużaw lingwa li jifhmu, jew inkella li jkunu jistgħu jirrikorru għal interpretu fil-każ ta’ kwerela għand is-servizz tal-pulizija;
  • li jirċievu, mingħajr ħlas, kopja tal-kwerela u d-dokumenti li ppreżentaw b’appoġġ tal-kwerela;
  • li jiksbu rċevuta f’lingwa mifhuma minnhom li tispeċifika n-numru tal-atti u d-data u l-post tal-kwereli tagħhom, li jiksbu konferma tal-irċevuta tal-kwereli tagħhom magħmula għand il-Prosekutur Pubbliku;
  • li jkunu assistiti jew rappreżentati minn avukat;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku meta l-kawża tagħhom tingħalaq u dwar ir-raġunijiet għaliex;
  • fuq talba, li jiġu informati li l-kawża tagħhom qiegħda taħt investigazzjoni ġudizzjarja;
  • fuq talba, li jiġu informati dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • li jiġu informati b’mod awtomatiku mis-servizzi tal-prosekuzzjoni dwar id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawża tagħhom;
  • fuq talba, li jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni;
  • li jitolbu lill-imħallef li jisma’ l-kawża għal miżuri interim biex jagħti għotja proviżorja, dment li l-eżistenza tar-responsabbiltà tal-parti l-oħra ma tkunx tista’ tiġi ddubitata serjament.

Il-partijiet ċivili għandhom ukoll id-dritt:

  • li jitolbu kumpens mingħand il-persuna akkużata;
  • li jkunu involuti fl-investigazzjoni ordnata mill-imħallef inkwirenti;
  • li jitolbu lill-imħallef inkwirenti biex jordna inkjesti addizzjonali;
  • li jappellaw kontra ċerti inkjesti li jkollhom impatt fuq l-interessi ċivili tagħhom quddiem awla tal-qorti;
  • li jiġu interrogati biss jekk ikunu jixtiequ li dan iseħħ;
  • li jinġiebu wiċċ imb wiċċ mal-persuna akkużata jekk ikun hemm bżonn;
  • li jkollhom aċċess għall-atti, għall-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li l-għajnuna legali tkun meħtieġa għaliha;
  • li jitolbu mingħand l-imħallef inkwirenti kopja tal-atti meta titlesta l-investigazzjoni;
  • li jitolbu perizja, li jisimgħu lix-xhieda u li jiġu ritornati lilhom oġġetti sekwestrati;
  • li jattendu għall-ispezzjoni tax-xena tar-reat.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? B'liema kundizzjonijiet?

Ix-xhieda jistgħu jattendu għal seduti u jikxfu b’ġurament quddiem l-imħallef dak kollu li jafu dwar il-fatti. Ix-xhieda jridu jwieġbu kemm il-mistoqsijiet tal-Qorti kif ukoll il-mistoqsijiet li jagħmlilhom l-avukat tal-parti opposta.

Il-partijiet ċivili jistgħu jargumentaw il-kawża fuq kull materja relatata mal-interessi ċivili tagħhom u jistgħu jixhdu dwar il-fatti; avukat għal parti ċivili jista’ jinterroga lill-esperti kif ukoll lix-xhieda għad-difiża.

Fil-prinċipju, l-evidenza kollha tiġi ammessa dment li tiġi rikonoxxuta bil-ħsieb u mill-esperjenza li din tista’ tmexxi lill-imħallef biex jikkundanna. L-evidenza tista’ tiġi ppreżentata dment li l-partijiet ikunu jistgħu jgħidu dak li jaħsbu u jargumentaw dwarha.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

L-informazzjoni li ġejja tiġi komunikata lill-Vittma:

  • fuq talba: l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • b’mod awtomatiku: id-data tas-seduta meta ser isir il-proċess tal-kawżi tagħhom;
  • fuq talba: kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-atti tal-qorti?

Meta tiġi ppreżentata kwerela għand il-pulizija, il-kwerelanti jirċievu kopja tal-kwerela mingħajr ħlas, minnufih jew inkella fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-kwerela. Il-kwerelanti jistgħu jitolbu wkoll lill-qorti li tieħu ħsieb il-kawżi tagħhom għal passi proċedurali speċifiċi.

Jekk il-kwerelanti ssieħbu fil-proċedimenti bħala partijiet ċivili, dawn għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għall-atti tal-kawża, fl-uffiċċju tal-imħallef inkwirenti, wara l-ewwel interrogazzjoni tal-persuna akkużata u l-jum qabel kull inkjesta li għaliha tkun meħtieġa l-għajnuna legali;

Meta jitlestew il-proċedimenti, l-imħallef inkwirenti jikkomunika l-atti tal-kawża lill-Prosekutur Pubbliku. Bħala parti ċivili, ikollok id-dritt tikkonsulta l-atti tal-anqas tmint ijiem tax-xogħol qabel ma l-kawża tiġi eżaminata mill-kunsill ġudizzjarju.

Partijiet ċivili, u persuni li jistgħu juru li għandhom interess personali leġittimu, għandhom id-dritt jirċievu kopja tal-atti tal-kawża, ħlief kwalunkwe karta u dokument sekwestrati, fi ħdan perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel id-data magħżula tas-seduta. Għal dan l-għan, dawn iridu jagħmlu talba lill-Prosekutur Pubbliku.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess


Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Kull sentenza finali għandha l-awtorità ta’ res judicata malli tinqata’. B’hekk, din titqies li tirrappreżenta l-verità dment li ma titħassarx bl-eżerċizzju ta’ rimedju legali previst mil-liġi. Normalment l-imħallef jiddeċiedi dwar il-kawżi kriminali u ċivili fl-istess sentenza.

Minħabba d-dritt għal proċess ġust, din l-awtorità ta’ res judicata tapplika biss għal dawk li kienu partijiet fil-proċess kriminali u għall-elementi tad-deċiżjoni li dawk il-partijiet setgħu jasserixxu l-każ tagħhom fuqhom. Bħala vittma, tista’ tappella biss jekk kont parti għall-proċedimenti, billi ssiħibt fihom bħala parti ċivili.

F’din il-kapaċità, hu possibbli li tappella, iżda biss fir-rigward tal-interessi ċivili tiegħek u jekk ikollok interess fit-teħid ta’ azzjoni, jiġifieri jekk il-qorti ċaħdet it-talba tiegħek għal kumpens jew jekk int tqis li l-ammont mogħti ma jkunx biżżejjed.

B’hekk, ma tistax tappella għaliex ma taqbilx mas-sentenza imposta jew għaliex il-qorti lliberat lill-konvenut. Il-Prosekutur tal-Istat biss jista’ jippreżenta appell dwar l-aspett kriminali tal-proċedimenti.

Ikkonsulta lill-avukat tiegħek biex tistabbilixxi jekk tkunx idea tajba li tippreżenta appell. Jekk l-avukati tiegħek jaqblu, l-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien 40 jum fir-Reġistru tal-qorti li qatgħet is-sentenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Wara li tinqata’ s-sentenza, tista’ tirċievi kopja tagħha.

Hu possibbli wkoll li tippreżenta appell, iżda biss jekk kont parti fil-proċedimenti, billi sseħibt bħala parti ċivili u biss fir-rigward tal-interessi ċivili tiegħek (ara l-punt 1).

Jekk tkun ippjanata libertà kondizzjonali, tista’ tinforma lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, li jkun inkarigat mill-eżerkuzzjoni tas-sentenza, li int toġġezzjona.

Tista’ tibqa’ tkun rappreżentat minn avukat.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Bħala parti ċivili, għandek id-dritt għal għajnuna legali għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-eżekuzzjoni tas-sentenza.

Bħala vittma ta’ reat intenzjonat li jirriżulta f’korriment fiżiku, tista’, b’ċerti kundizzjonijiet, titlob lill-Ministeru tal-Ġustizzja għal kumpens li jitħallas mill-Istat, meta ma tkunx tista’ tiġi kkumpensat mill-awtur tar-reat.

Il-pulizija u s-sistema ġudizzjarja għandhom obbligu li joffrulek protezzjoni bħala l-vittma. Kwalunkwe deċiżjoni rigward il-libertà kondizzjonata ta’ persuna kkundannata b’parole tista’ tkun soġġetta għal patti u għal kundizzjonijiet speċifiċi, li jkunu relatati b’mod partikolari mal-protezzjoni tas-soċjetà u tal-vittma.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trażgressur jiġi kkundannat?

Fuq talba, għandek id-dritt li tikseb informazzjoni dwar kwalunkwe sentenza finali fil-prosekuzzjoni.

Rigward is-sentenza imposta fuq it-trażgressur, jekk jogħġbok kun af li d-deċiżjoni ta’ sentenzjar trid issemmi d-dispożizzjonijiet tal-liġi li huma applikati, mingħajr ma tirriproduċi l-patti, il-fatti li jikkostitwixxu r-reat stipulat fl-atti tal-akkuża jew is-sentenza jew is-sentenzi imposti (l-Artikolu 195 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). Għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-eżekuzzjoni tas-sentenzi, int tista’ tikkuntattja lis-Servizz tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali.

Fil-Lussemburgu, persuna kkundannata fil-proċedimenti finali tkun fil-Ħabs ta' Schrassig jew fil-Ħabs ta' Givenich.

Se nkun infurmat jekk it-trażgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, wara talba speċifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, tista’ tiġi infurmat bil-ħelsien jew il-ħarba ta’ trażgressur jekk ikun hemm periklu jew riskju identifikat ta’ ħsara għalik, sakemm din in-notifika ma tinvolvix riskju ta’ identità tad-dannu għat-trażgressur.

Inkun involut f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

Le.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

4 - Kumpens


X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trażgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

F’ħafna mill-każijiet, tkun il-qorti responsabbli għall-proċessar tat-trażgressur li, jekk issib l-imputat ħati, tistabbilixxi l-ammont tad-danni u tal-imgħax mogħtija lill-vittmi bħala kumpens għat-telf tagħhom.

Biex il-qorti tintalab tieħu deċiżjoni dwar kumpens, importanti li l-vittmi jintervjenu bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Il-vittmi jistgħu jintervjenu bħala parti ċivili fi kwalunkwe waqt matul l-investigazzjoni. Il-vittmi mhumiex meħtieġa jidhru matul is-seduta. Dawn jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat u jagħmlu t-talbiet tagħhom bil-miktub qabel is-seduta.

Jekk il-vittmi ma jintervjenux bħala parti ċivili jew ma jagħmlu ebda talba, il-qorti ma tkunx tista’ tagħti kumpens għad-danni u l-imgħax lill-vittmi minn jeddha.

Vittmi li ma jintervjenux bħala parti ċivili matul is-seduta kriminali ma jitilfux id-dritt tagħhom għal kumpens.

Fil-fatt, il-vittmi xorta waħda jkunu jistgħu jiftħu kawża kontra t-trażgressur quddiem il-qrati ċivili, dment li jaġixxu qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ limitazzjoni skont id-dritt ċivili u li juru li l-fatti inkwistjoni jikkostitwixxu ksur tal-liġi ċivili.

Il-qorti ordnat lit-trażgressur iħallasni d-danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trażgressur iħallas?

Ir-rwol tal-qorti kriminali hu li tikkwantifika d-dannu li ġarrbu l-vittmi, iżda din ma tintervjenix fl-irkupru tad-danni u tal-imgħax mogħtija.

Hi responsabbiltà tal-vittmi, ladarba tinqata’ s-sentenza finali, li jieħdu passi biex jiksbu ħlas għal dawn id-danni mingħand it-trażgressur.

Spiss ikun l-avukat li jieħu ħsieb biex jara li jseħħ l-irkupru tad-danni u tal-imgħax, għall-ewwel b’mod amikevoli, billi jikkuntattja lill-avukat tal-persuna kkundannata, jew billi jippreżenta talba ma’ bailiff biex tiġi eżegwita s-sentenza.

Meta l-qorti li tikkundanna timponi sentenza sospiża li tinkludi obbligu ta’ ħlas ta’ kumpens, il-Prosekutur Ġenerali Pubbliku, li hu inkarigat mill-eżekuzzjoni tas-sentenzi, jivverifika jekk il-persuni kkundannati humiex qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom.

Jekk it-trażgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

Matul il-proċess, il-qorti tista’ tagħti ħlas interim sakemm titlesta perizja, pereżempju. Jekk it-trażgressur jirrifjuta milli jagħmel dan il-ħlas, jew ma jkunx jiflaħ jagħmlu, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jieħu karigu f’każ ta’ ħtieġa murija bil-provi.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Il-Liġi emendata tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens ta’ ċerti vittmi ta’ dannu fiżiku li jirriżulta minn reat toħloq dritt għall-kumpens li jista’ jiġi debitat lill-baġit tal-Istat favur ċerti vittmi ta’ reat. Din hi miżura importanti għall-vittmi f’każ li:

It-trażgressur tal-attakk ma jkunx ġie identifikat; it-trażgressur tal-aggressjoni, għad li jkun ġie identifikat, ma jkunx jista’ jinstab; it-trażgressur ikun insolventi.

Biex jasserixxu dan id-dritt, il-vittmi jridu japplikaw mal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jieħu deċiżjoni dwar talbiet għal kumpens fi żmien sitt xhur. It-talbiet iridu jiġu abbozzati bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż u jridu jindikaw id-data, il-post u n-natura eżatta tal-fatti. Evidenza dokumentarja tal-fatti u tad-dannu mġarrab mill-vittma trid tkun mehmuża ma’ din l-ittra b'appoġġ tat-talba.

Id-dritt għall-kumpens hu soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li l-vittmi jridu jissodisfaw:

Il-vittmi jridu jkunu jirresjedu b’mod regolari u abitwali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa. Barra minn hekk, fil-mument tar-reat il-vittmi jrid ikollhom id-dokumenti tagħhom kompletament skont ir-regoli fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew ikunu vittmi tar-reat imsemmi fl-Artikolu 382(1) tal-Kodiċi Kriminali [Traffikar tal-bnedmin];

Id-dannu mġarrab irid jirriżulta minn atti intenzjonati li fin-natura tagħhom ikunu reat.

Id-dannu jrid ikun dannu fiżiku u ma jistax ikun sempliċi ħsara materjali (li jeskludi, pereżempju, kumpens fil-każ ta’ sempliċi serq).

Id-dannu jrid jirriżulta fi tfixkil serju tal-kundizzjonijiet tal-għajxien, li jista’ jirriżulta minn telf ta’ introjtu jew tnaqqis f’dan, minn żieda fi spejjeż jew fi spiża eċċezzjonali, jew minn inkapaċità biex titwettaq attività professjonali, mit-telf ta’ sena skola, minn ħsara fiżika jew mentali jew minn dannu morali jew estetiku kif ukoll minn tbatija fiżika jew mentali. Vittmi ta’ reat skont l-Artikoli 372 sa 376 tal-Kodiċi Kriminali huma eżentati milli jipprovdu prova ta’ dannu fiżiku jew mentali, li hu preżunt li jeżisti.

Il-kumpens irid jitħallas mill-Istat biss jekk il-vittma ma tkunx tista’ tikseb kumpens effettiv u suffiċjenti bi kwalunkwe mod (eż. mingħand it-trażgressur, is-sigurtà soċjali jew permezz ta’ kopertura personali b'assigurazzjoni).

Importanti li wieħed ikun jaf li l-kumpens jista’ jiġi miċħud jew jitnaqqas minħabba l-imġiba tal-vittmi fil-ħin materjali jew ir-relazzjoni tagħhom mat-trażgressur.

Jekk l-Istat jikkumpensa lill-vittmi, dawn xorta waħda jistgħu jintervjenu bħala parti ċivili u jitolbu somom addizzjonali mingħand it-trażgressur jekk iqisu li l-kumpens ma jkunx biżżejjed. F’dak il-każ, il-vittmi jridu jinformaw lill-qorti bil-fatt li huma ppreżentaw talba għal kumpens lill-Istat jew li huma kisbu t-tali kumpens mingħand l-Istat, skont il-każ.

Inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trażgressur ma jiġix ikkundannat?

Il-vittmi huma intitolati għal kumpens jekk it-trażgressur ma jiġix ikkundannat dment li jkunu vittmi ta’ reat kriminali u t-trażgressur tal-attakk ma jiġix identifikat, jew jekk it-trażgressur tal-attakk ikun ġie identifikat iżda ma jistax jinstab, jew jekk it-trażgressur ikun insolventi.

Jekk ma jkun hemm ebda proċess u, b’hekk, ebda determinazzjoni ta’ kumpens mill-qorti, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jagħti somma fissa u/jew jordna perizja aspejjeż tiegħu biex jiddetermina l-ammont tal-kumpens li jrid jingħata lill-vittma.

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Fil-każ ta’ ħtieġa murija debitament, il-Ministeru tal-Ġustizzja jista’ jagħti ħlas filwaqt li tkun għadha qed tiġi eżaminata l-applikazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Jien vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

-Bħala vittma ta’ reat, tista’ tikkuntattja lis-servizzi ewlenin li ġejjin ta’ appoġġ għall-vittmi:

A. Servizz tal-gvern:

Servizz Ċentrali tal-Assistenza Soċjali (SCAS) - Servizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi (Service central d’assistance sociale (SCAS) – Services d’Aide aux Victimes (SAV))SAV fil-Lussemburgu

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsulenza psikoloġika u psikoterapewtika
  • Servizz ta’ informazzjoni legali
  • Grupp ta’ terapija għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.
  • Jakkumpanja lill-vittmi tul il-proċess legali sħiħ

DETTALJI TA’ KUNTATT:

Plaza Liberty Building, Entrance C
12-18 rue Joseph Junck
L-1839 Luxembourg

Tel.: (+352) 47 58 21-627
(+352) 47 58 21-628
GSM: (+352) 621 32 65 95

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidascas-sav@justice.etat.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/aides-informations/assistance-sociale/scas-service-aide-victimes.html

B. Organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGO):

1. Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati (Aide aux Victimes de la Criminalité) - Wäisse Rank Lëtzebuerg Asbl

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Servizz ta’ pariri legali
  • Appoġġ morali, finanzjarju u materjali

DETTALJI TA’ KUNTATT:

84 rue Adolphe Fischer
L-1521 Luxembourg

Tel.: (+352) 40 20 40

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawrl@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.benevolat.public.lu/de/espace-benevole/decouvrir-associations/chercher-association/associations/?~=/de/assoc/212

2. Servizz ta’ appoġġ għall-vittmi rikonoxxuti ta’ vjolenza domestika

Hemm tliet servizzi bħal dawn:

- SAVVD fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) asbl

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjonijiet psikosoċjali
  • Informazzjoni u appoġġ legali
  • Informazzjoni u appoġġ legali, amministrattivi u soċjali wara li l-prosekutur pubbliku jkun keċċa lit-trażgressur tal-vjolenza mid-dar li jkun jgħix fiha
  • Ippjanar tal-passi legali
  • Jakkumpanja lill-vittmi, fost l-oħrajn, fil-qorti, fl-uffiċċju tal-avukat, għand it-tabib
  • Gwida
  • Konsultazzjonijiet u miżuri protettivi kontra fastidju
  • Stabbiliment ta’ pjan ta’ protezzjoni għall-vittmi

DETTALJI TA’ KUNTATT:

BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 18 62
Faks: (+352) 26 48 18 63

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@savvd.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/savvd/

- PSY EA fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse)

Għal tfal li huma vittmi diretti u indiretti ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ ordni ta’ tkeċċija mid-dar.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Indokrar għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ miżura ta’ tkeċċija mid-dar
  • Bħala servizz psikoloġiku għal vittmi tfal u adoloxxenti ta’ vjolenza domestika Appoġġ psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika u għall-familji tagħhom

DETTALJI TA’ KUNTATT:

BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 20 50
Faks: (+352) 26 48 18 63

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@psyea.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/psyea/

- ALTERNATIVES f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)

Servizz ta’ appoġġ għal tfal li huma vittmi diretti u indiretti ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ ordni ta’ tkeċċija mid-dar.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Indokrar għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika b’rabta ma’ miżura ta’ tkeċċija mid-dar

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, Route de Zoufftgen
L-3598 Dudelange L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 51 72 72 89

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalternatives@profamilia.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.profamilia.lu/Enfants+Adolescents/ALTERNATIVES+_+Centre+de+consultation+pour+enfants+et+adolescents+victimes+de+violence-p-470.html

3. Servizzi ta’ konsultazzjoni għal nisa li huma vittmi rikonoxxuti ta’ vjolenza

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjonijiet bit-telefown
  • Konsultazzjonijiet psikosoċjali
  • Informazzjoni u appoġġ legali, amministrattivi u soċjali
  • Ippjanar tal-passi legali
  • In-nisa jiġu akkumpanjati f’servizzi professjonali oħra: avukat, qorti, pulizija
  • Intervista ta’ ammissjoni f’ċentru ta’ kenn għan-nisa
  • Taħriġ u lezzjoni dwar il-vjolenza domestika
  • Seminars u gruppi ta’ diskussjoni

Hemm erba’ gruppi bħal dawn:

- VISAVI (Ħajja Mingħajr Vjolenza))(VISAVI (Vivre Sans Violence)) fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà(Femmes en détresse)

Ċentru ta’ konsultazzjoni għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika

DETTALJI TA’ KUNTATT:

2, rue du Fort Wallis
L-2714 Luxembourg

Tel.: (+352) 49 08 77-1
Faks: (+352) 26 48 26 82

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeminfo@visavi.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/visavi/

- IĊ-ĊENTRU TAN-NOFSINHAR (FOYER SUD) f’Esch-sur-Alzette tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa tal-Lussemburgu (Conseil national des femmes du Luxembourg)

Ċentru ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

41, rue de Luxembourg
L-4220 Esch sur Alzette

Tel.: (+352) 54 55 77 / 26 53 03 26 / 54 57 57
Faks: (+352) 54 57 57 57

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafoyersud@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cnfl.lu/site/foyersud.html

- Iċ-Ċentru OZANAM fil-Lussemburgu

- Iċ-Ċentru OZANAM Tramuntana (Centre OZANAM Nord) f’Wiltz mill-Fondazzjoni tad-Dar Bieb Miftuħ (Fondation Maison de la Porte Ouverte)

Ċentri ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

Ozanam Luxembourg
64, rue Michel Welter
L-2730 Luxembourg

Tel.: (+352) 48 83 47

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaozanam@fmpo.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fmpo.lu/foyers/centre-ozanam/

DETTALJI TA’ KUNTATT:

Ozanam Nord
49, Grand-Rue
L-9530 Wiltz

Tel.: (+352) 26 95 39 59

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaozanam.nord@fmpo.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fmpo.lu/foyers/centre-ozanam-nord/

- PROFAMILIA f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)

Ċentru ta’ konsultazzjoni għal nisa f’diffikultà, inklużi vittmi ta’ vjolenza.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, route de Zoufftgen
L-3598 Dudelange

Tel.: (+352) 51 72 72-41
Faks: (+352) 52 21 88

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafemmes@profamilia.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cnfl.lu/

4. Ċentru ta’ konsultazzjoni għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi reġistrati ta’ vjolenza

Hemm erbgħa:

- PSY EA fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse)

Servizz psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti ta’ bejn 3 u 21 sena li huma vittmi jew xhieda ta’ vjolenza domestika u għal familthom.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Appoġġ psikoloġiku għal tfal u għal adoloxxenti li huma vittmi ta’ vjolenza domestika u għal familthom

DETTALJI TA’ KUNTATT:

BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 20 50
Faks: (+352) 26 48 18 63

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@psyea.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/psyea/

- ALTERNATIVES f’Dudelange mill-Fondazzjoni Pro Familia (Fondation Pro Familia)

Servizz ta’ konsultazzjoni għal tfal u għal adoloxxenti ta’ bejn 0 u 27 sena li huma vittmi jew xhieda ta’ vjolenza fiżika u mentali li tinkludi vjolenza domestika, u għal familthom.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Appoġġ psikoloġiku għal tfal u għal familthom
  • Appoġġ għal relazzjonijiet tajbin fil-familja, għal stima reċiproka
  • Sensibilizzazzjoni dwar il-vjolenza u ħidma ta’ prevenzjoni tal-vjolenza

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, Route de Zoufftgen
L-3598 DudelangeL-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 51 72 72 89

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalternatives@profamilia.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.profamilia.lu/Enfants+Adolescents/ALTERNATIVES+_+Centre+de+consultation+pour+enfants+et+adolescents+victimes+de+violence-p-470.html

- OXYGENE f’Dudelange mill-assoċjazzjoni Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) mingħajr skop ta’ qligħ

Servizz ta’ konsultazzjoni u ta’ informazzjoni għal tfajliet (ta’ bejn 12 u 21 sena) f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza fiżika, mentali u sesswali.

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Intervisti individwali
  • Appoġġ għal proċeduri amministrattivi
  • Għajnuna fit-tiftix għal akkomodazzjoni ssorveljata
  • Għajnuna għall-ammissjoni possibbli fiċ-ċentru ta’ kenn Meederchershaus

DETTALJI TA’ KUNTATT:

2, rue du Fort Wallis
L-2714 Luxembourg

Tel.: (+352) 49 41 49
Faks: (+352) 27 12 59 89

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfofilles@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/oxygene/

- ALUPSE DIALOGUE fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Alupse

Konsultazzjoni psikoloġika u servizz ta’ terapija għal tfal ta’ bejn 0 u 21 sena li huma vittmi ta’ vjolenza fiżika, mentali u sesswali u għal familthom.

DETTALJI TA’ KUNTATT:

8, rue Tony Bourg
L- 1278 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 18 48-1
Faks: (+352) 26 19 65 55

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalupse@pt.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.alupse.lu/fr/lassociation-alupse/

5. Ċentru akkreditat għall-konsultazzjoni, għall-informazzjoni u għall-assistenza għal irġiel u għal subien f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza - infoMann fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ actTogether association

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Appoġġ u konsultazzjonijiet psikoloġiċi u soċjali
  • Servizz ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni
  • Sensibilizzazzjoni u taħriġ
  • Jakkumpanja u jappoġġa lill-irġiel bl-għan li jiddaħħlu f’ċentru ta’ kenn għall-irġiel

DETTALJI TA’ KUNTATT:

5, Cour du Couvent
L-1362 Luxembourg

Tel.: (+352) 27 49 65
Faks: (+352) 27 49 65 65

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@infomann.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.infomann.lu/

6. Ċentru akkreditat ta’ konsultazzjoni u ta’ assistenza għall-awturi ta’ vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika - Riicht eraus fil-Lussemburgu tas-Salib l-Aħmar tal-Lussemburgu

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjoni, smigħ, appoġġ, assistenza u akkumpanjament tal-awturi (irġiel u nisa) tal-vjolenza domestika b’rabta ma’ tkeċċija mid-dar fejn jgħixu, infurzata b’mod ġudizzjarju jew fuq bażi ta’ tluq volontarju
  • Tħeġġiġ tas-sensibilizzazzjoni u tar-responsabbiltà min-naħa tal-awturi
  • Protezzjoni fuq terminu qasir għall-vittmi
  • Ġestjoni tal-kunflitti u kunfidenza proprja
  • Appoġġ lil nies li jieħdu impenn li jinbidlu
  • Għajnuna fl-iżvilupp ta’ strateġiji prattiċi li jippermettu li jsir tibdil dejjiemi fl-attitudni u fl-imġiba tal-awturi
  • Appoġġ għal nies li jixtiequ jimmodifikaw l-imġiba vjolenti tagħhom
  • Grupp ta’ diskussjoni

DETTALJI TA’ KUNTATT:

73 rue Adolph Fischer
L-1520 Luxembourg

Tel.: (+352) 27 55-5800
Helpline tas-Salib l-Aħmar: (+352) 27 55
Faks: (+352) 27 55-5801

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidariichteraus@croix-rouge.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.croix-rouge.lu/riichteraus/

7. Servizz ta’ Assistenza għal vittmi rikonoxxuti ta’ traffikar tal-bnedmin

Kura għal pazjenti ta' barra u ta' ġewwa għall-vittmi kollha ta’ traffikar tal-bnedmin, nisa, irġiel u tfal.

Hemm tnejn, li huma koordinati:

- SAVTEH fil-Lussemburgu mill-assoċjazzjoni Nisa f’Diffikultà (Femmes en détresse) asbl

- COTEH fil-Lussemburgu tal-Fondazzjoni tad-Dar Bieb Miftuħ (Fondation Maison de la Porte Ouverte)

It-tipi ta’ appoġġ:

  • Konsultazzjonijiet fuq it-telefown u wiċċ imb wiċċ
  • Appoġġ u superviżjoni psikosoċjali
  • Appoġġ u stabbilizzazzjoni psikoloġiċi
  • Organizzazzjoni ta’ konsulenza jew ta’ kura medika
  • Akkumpanjament tal-vittma fid-dipartiment tal-investigazzjonijiet kriminali għal finijiet ta’ identifikazzjoni
  • Appoġġ għall-kooperazzjoni tal-vittma mal-pulizija u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
  • Akkumpanjament tal-vittmi matul il-proċeduri legali, amministrattivi u soċjali tagħhom b’mod partikolari
  • Koordinazzjoni tal-kura tal-pazjenti ta' ġewwa u organizzazzjoni tal-akkomodazzjoni tal-vittmi skont is-sess u l-età tagħhom
  • Assistenza materjali u finanzjarja
  • Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, il-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi, il-benefiċċji pprovduti
  • Kuntatt mal-NGOs fil-pajjiżi ta’ oriġini matul ritorn volontarju

DETTALJI TA’ KUNTATT:

SAVTEH
BP 1024
L-1010 Luxembourg

Tel.: (+352) 26 48 26 31
Faks: (+352) 26 48 26 82
GSM: (+352) 621 316 919

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatraite.humains@visavi.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fed.lu/wp/services/savteh/

COTEH

Tel.: (+352) 24 87 36 22
GSM: (+352) 621 351 884

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacoteh@fmpo.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://fmpo.lu/services/service-dassistance-aux-victimes-de-la-traite-des-etres-humains/

C. Pulizija:

Pulizija tal-Lussemburgu
Direttorat Ġenerali
(Police Grand-Ducale Direction Générale) L-2957 Luxembourg

Tel.: (+352) 49 97-1
Linja ta’ Emerġenza: 113
Faks: (+352) 49 97-20 99

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact@police.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.police.public.lu/fr/aide-victimes/

D. Awtoritajiet lokali:

Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni ġudizzjarji (Service d’accueil et d’information juridique):

-DIEKIRCH

Justice de paix
Place Joseph Bech
L-9211 Diekirch

Tel.: (+352) 80 23 15

-ESCH-SUR-ALZETTE

Justice de Paix
Place Norbert Metz
L-4239 Esch-sur-Alzette

Tel.: (+352) 54 15 52

-LUXEMBOURG

Cité judiciaire
Building BC
L-2080 Luxembourg

Tel.: (+352) 22 18 46

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.public.lu/fr/aides-informations/accueil-info-juridique/

Servizz ta’ informazzjoni legali “Women’s Rights”:

UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU ĠENERALI (PARQUET GÉNÉRAL)

Cité judiciaire
Building BC jew CR
L-2080 Luxembourg

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.public.lu/fr/aides-informations/droits-femme/index.html

E. Ministeri:

-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministère de la Justice)

13 rue Erasme
L-2934 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-84537
Faks: (+352) 26 68 48 61

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/

Missjoni:

  • Kawżi ċivili
  • Kawżi kriminali: Kumpens għall-vittmi, għajnuna legali, medjazzjoni kriminali
  • Kawżi kummerċjali
  • Organizzazzjoni ġudizzjarja
  • Koordinazzjoni ġenerali tal-litigazzjoni amministrattiva quddiem il-qrati amministrattivi
  • Stabbilimenti penali

-Ministeru tal-Intern (Ministère de l’Intérieur)

BP 10
L-2010 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-84600
Faks: (+352) 22 11 25

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@miat.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mi.public.lu/

Missjonijiet f’konformità mad-Digriet tal-Gran Dukat tat-28 ta’ Jannar 2015:

  • Koordinazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza
  • Kollaborazzjoni mal-NGOs

-Ministeru tas-Sigurtà Interna (Ministère de la Sécurité intérieure)

19-21 Boulevard Royal
L-2449 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-84659
Faks: (+352) 22 72 76

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasecretariat@msi.etat.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gouvernement.lu/3313529/minist_securite_interieure

Appoġġ għall-vittmi f’konformità mad-Digriet tal-Lussemburgu tat-28 ta’ Jannar 2015:

  • Pulizija tal-Lussemburgu, Spettorat Ġenerali tal-Pulizija (Police Grand-Ducale, Inspection générale de la Police), Politika Ewropea dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, Politika dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija Internazzjonali

-Ministeru tal-Opportunitajiet Indaqs (MEGA) (Ministère de l’Égalité des Chances)

6A, bd. F. D. Roosevelt
Hôtel Terres Rouges
L-2921 Luxembourg

Tel.: (+352) 247-85806
Faks: (+352) 24 18 86

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mega.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mega.public.lu/fr/index.html

Missjonijiet:

  • Vjolenza domestika
  • Kumitat għall-kooperazzjoni bejn professjonisti fil-ġlieda kontra l-vjolenza
  • Sħubija f’NGOs akkreditati MEGA u l-ġestjoni ma’ dawn tal-kura tal-pazjenti ta' ġewwa u ta' barra tal-vittmi u tal-awturi ta’ vjolenza domestika, ta’ nisa u ta’ rġiel f’diffikultà, ta’ vjolenza sessista u ta’ traffikar tal-bnedmin
  • Sħubija u kollaborazzjoni ma’ NGOs approvati mill-Istat għall-indokrar ta’ nies f’diffikultà li huma vittmi ta’ vjolenza.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

-Pulizija tal-Lussemburgu

Hotline: 113

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 24 siegħa kuljum

Is-Salib l-Aħmar tal-Lussemburgu

Hotline: 2755

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 sal-22.00

-Fraentelefon (Nisa f’diffikultà)

Hotline: (+352) 44 81 81

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 24 siegħa kuljum

-Fraentelefon (Nisa f’diffikultà)

Hotline: (+352) 44 81 81

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00 sat-15.00

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Iva, l-appoġġ għall-vittmi hu pprovdut mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

ara t-tweġiba għall-ewwel mistoqsija taħt B.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018