Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Rumanija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.


Tiġi kkunsidrat bħala l-vittma ta’ reat, fil-każ li tkun ġarrabt dannu fiżiku jew materjali, b’konsegwenza ta’ azzjoni kkunsidrata bħala reat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Bħala vittma ta’ reat, għandek ċerti drittijiet legali, qabel, matul u wara l-proċediment legali.

L-ewwel żewġ stadji tal-proċedura kriminali fir-Rumanija jinkludu: l-investigazzjoni kriminali u l-proċess. Matul l-investigazzjoni kriminali, il-korpi tal-investigazzjoni kriminali, taħt is-superviżjoni tal-prosekutur pubbliku, jinvestigaw il-każ, u jiġbru l-evidenza sabiex isibu t-trażgressur. Fit-tmiem tal-investigazzjoni kriminali, il-pulizija tibgħat il-każ lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, bl-informazzjoni kollha u l-evidenza miġbura fl-atti. Wara li jirċievi l-atti, il-prosekutur tal-każ jeżamina l-każ u jiddeċiedi jekk ikunx se jipproċedi għall-fażi li jmiss, pereżempju l-proċess jew jekk il-każ għandux jingħalaq.

Ladarba l-atti jaslu quddiem il-qorti, il-bord ta’ mħallfin jeżamina l-fatti u jisma’ l-persuni involuti sabiex tiġi stabbilita l-ħtija tal-akkużat. Ladarba jiġi stabbilit li l-akkużat ikun ħati, dan jingħata s-sentenza. Fil-każ li l-qorti jikkunsidra li l-akkużat ma jkunx ħati, jiġi lliberat.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2018