Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Skozja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.


Id-Drittijiet tal-Vittmi fl-Iskozja

Bħala vittma ta’ reat, inti għandek id-drittijiet tiegħek.

Inti intitolat(a) wkoll għal appoġġ prattiku u emozzjonali matul il-proċess kollu u tista’ tkun eliġibbli għal kumpens għal kwalunkwe danni kkawżati mir-reat.

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja jistabbilixxi d-drittijiet tiegħek, kif għandek teżerċitahom u lil min għandek tikkuntattja għall-għajnuna u l-pariri. Dan jinkludi informazzjoni dwar:

  • Id-dritt tiegħek għal standards minimi ta’ servizz - kif ser tiġi ttrattat(a) mill-organizzazzjonijiet tal-ġustizzja kriminali
  • Id-dritt tiegħek għall-informazzjoni - kif ser tiġi aġġornat(a) dwar il-każ tiegħek u dwar xiex tista’ tistaqsi
  • Id-dritt tiegħek għall-parteċipazzjoni - li tinftiehem, tifhem x’qed jiġri u tgħid lill-qorti kif affettwak reat
  • Id-dritt tiegħek għall-protezzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza - li tħossok sikur u protett mill-intimidazzjoni
  • Id-dritt tiegħek għall-appoġġ - kemm jekk tirrapporta r-reat lill-pulizija kif ukoll jekk le
  • Id-dritt tiegħek għall-kumpens u l-ispejjeż - bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, it-telf ta' qligħ jew il-kumpens jekk korrejt.

Inti għandek ukoll dritt li tilmenta jekk ma tkunx kuntent bil-mod kif ittrattatek organizzazzjoni.

Żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamygov.scot sabiex issir taf aktar dwar id-drittijiet tiegħek bħala vittma ta’ reat fl-istadji differenti tal-proċess tal-ġustizzja kriminali, inklużi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-rapportar ta’ reat, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajekk każ imur il-qorti u x’jiġri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawara l-verdett.

Inti tista’ wkoll taqra dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-għajnuna u l-appoġġ għall-vittmi ta’ reati.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2019