Id-drittijiet tal-vittmi fil–proċeduri kriminali - Svezja

Tiġi kkunsidrat bħala l-vittma ta’ reat, jekk tkun ġarrabt dannu, pereżempju tkun ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek tkun ġarrbet dannu jew tkun insterqet, b’konsegwenza ta’ azzjoni li tikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali. Bħala vittma ta’ reat, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċedimenti. Tista’ wkoll tkun intitolat għal forom varji ta’ appoġġ u kumpens għad-dannu kkawżat mir-reat.

Il-proċedimenti kriminali fl-Iżvezja jibdew bl-investigazzjoni tar-reat, imsejħa bħala l-kumpilazzjoni. B’xi eċċezzjonijiet, jekk ikun hemm raġunijiet li jiġi preżunt li twettaq reat, huwa obbligat li tinbeda l-kumpilazzjoni. Il-kumpilazzjonijiet isiru mill-pulizija, iżda xi drabi jitmexxew minn prosekutur. Wara li titlesta l-kumpilazzjoni, il-prosekutur jista’ jiddeċiedi li jkompli l-proċedimenti billi jressaq il-każ il-qorti jew, jekk il-prosekutur ma jemminx li hemm biżżejjed evidenza, jagħlaq il-każ mingħajr ma jressqu l-qorti. Jekk il-każ jitressaq il-qorti jkun hemm proċess. Matul il-proċess, il-qorti teżamina l-evidenza kollha u tiddeċiedi jekk tikkundannax lill-akkużat tar-reat jew le. Il-qorti tindika wkoll jekk ikunx hemm il-possibilità għal appell quddiem qorti superjuri.

Bħala l-vittma tar-reat, ikollok rwol sinifikanti fil-proċedimenti u jkollok għadd ta’ drittijiet. Tista’ tipparteċipa fi proċedimenti legali mingħajr status legali speċifiku jew tista’ tieħu parti aktar attiva billi ssir parti formalment mill-proċedimenti. Tista’ tfittex għad-danni u/jew tappoġġa l-prosekuzzjoni. F’ċerti każijiet tista’ tibda prosekuzzjoni privata, fuq l-inizjattiva tiegħek stess, fil-każ li l-prosekutur jiddeċiedi li jagħmilx dan.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4 - Kumpens

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2018

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku huma meħtieġa jinfurmawk dwar:

  • id-dritt tiegħek għad-danni mingħand il-persuna suspettata jew għal kumpens mill-Istat;
  • il-fatt li, jekk inti titlob dan, il-prosekutur pubbliku ġeneralment jintalab iħejji u jippreżenta t-talba tiegħek għad-danni fil-qorti;
  • id-dispożizzjonijiet dwar l-ordnijiet ta’ trażżin, konsulent legali għall-parti li ġarrbet id-dannu u assistenza personali;
  • kif tapplika għal għajnuna u pariri legali;
  • l-għażliet u l-kundizzjonijiet għall-medjazzjoni;
  • l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li joffru appoġġ u assistenza;
  • id-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa sabiex tikseb informazzjoni dwar il-każ tiegħek;
  • il-proċedimenti kontinwi u r-rwol li għandek fihom;
  • id-dritt tiegħek għal interpretazzjoni u traduzzjoni;
  • id-dritt tiegħek għal rimborż tal-ispejjeż;
  • il-fatt li l-investigazzjoni preliminari ma nbdietx jew twaqqgħet;
  • fejn għandhom jiġu indirizzati kwalunkwe ilmenti li jikkonċernaw it-trattament tal-każ tiegħek;
  • jekk inbdewx proċedimenti legali jew le;
  • jekk persuna detenuta jew arrestata ħarbitx.

Innota li l-informazzjoni ta’ hawn fuq ser tiġi pprovduta wara rapport tal-pulizija. Iżda ovvjament tista’ tirreferi għall-informazzjoni dwar, pereżempju, is-sit web tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndighet) qabel tippreżenta rapport tal-pulizija.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Jekk inti ċittadin barrani u kont il-vittma ta’ reat fl-Iżvezja, inti intitolat għall-istess informazzjoni bħal ċittadin Żvediż (ara hawn fuq). Inti għandek id-dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni jekk ma titkellimx bl-Iżvediż.

Jekk kont il-vittma ta’ reat f’pajjiż ieħor, l-awtoritajiet f’dak il-pajjiż huma responsabbli sabiex jinfurmawk dwar id-drittijiet tiegħek. Ara aktar informazzjoni dwar id-drittijiet fi Stati Membri oħrajn tal-UE hawnhekk.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku huma meħtieġa jinfurmawk dwar:

  • id-dritt tiegħek għad-danni mingħand il-persuna suspettata jew għal kumpens mill-Istat;
  • il-fatt li, jekk inti titlob dan, il-prosekutur pubbliku ġeneralment jintalab iħejji u jippreżenta t-talba tiegħek għad-danni fil-qorti;
  • id-dispożizzjonijiet dwar l-ordnijiet ta’ trażżin, konsulent legali għall-parti li ġarrbet id-dannu u assistenza personali;
  • kif tapplika għal għajnuna u pariri legali;
  • l-għażliet u l-kundizzjonijiet għall-medjazzjoni;
  • l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li joffru appoġġ u assistenza;
  • id-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa sabiex tikseb informazzjoni dwar il-każ tiegħek;
  • il-proċedimenti kontinwi u r-rwol li għandek fihom;
  • id-dritt tiegħek għal interpretazzjoni u traduzzjoni;
  • id-dritt tiegħek għal rimborż tal-ispejjeż;
  • il-fatt li l-investigazzjoni preliminari ma nbdietx jew twaqqgħet;
  • fejn għandhom jiġu indirizzati kwalunkwe ilmenti li jikkonċernaw it-trattament tal-każ tiegħek;
  • jekk inbdewx proċedimenti legali jew le;
  • jekk persuna detenuta jew arrestata ħarbitx mill-ġustizzja.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħrajn, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Inti għandek id-dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni jekk ma titkellimx bl-Iżvediż.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed niġi mifhum(a) (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)?

Inti għandek id-dritt għal servizzi ta’ interpretu jekk għandek diżabbiltà li tfisser li inti trux, għandek diffikultà ta’ smigħ jew impediment tat-taħdit.

L-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten) ipproduċiet materjal ta’ informazzjoni ddisinjat b’mod speċjali għat-tfal. Żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.jagvillveta.se/ għad-dettalji dwar id-drittijiet tiegħek f’każ ta’ reat.

Il-pulizija jipprovdu wkoll informazzjoni maħsuba b’mod speċjali għat-tfal: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://polisen.se/Utsatt-for-brott/Olika-typer-av-brott/Barn-och-ungdomar/

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Bħala l-vittma ta’ reat, inti tista’ tikseb appoġġ minn ħafna assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Is-servizzi soċjali fil-muniċipalità tiegħek huma wkoll meħtieġa mil-liġi li jiżguraw li l-vittmi ta’ reati u l-familji tagħhom jirċievu appoġġ u assistenza.

Il-pulizija ser jirreferuni awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Meta tirrapporta reat, il-pulizija tinfurmak dwar l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li joffru appoġġ u assistenza. Bil-kunsens tiegħek, f’xi każijiet, il-pulizija jgħaddu d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek lil, pereżempju, linja telefonika ta’ appoġġ għall-vittmi, li min-naħa tagħha mbagħad tikkuntattjak. Tista’ wkoll tagħmel kuntatt minn jeddek ma’ organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Jekk titlob appoġġ mis-servizzi soċjali, il-każ tiegħek jiġi ttrattat b’mod kunfidenzjali. In-nies li jaħdmu fil-ħin tagħhom għal organizzazzjoni volontarja li tappoġġja lill-vittmi ta’ reati jintrabtu b’ġurament tas-segretezza. Tista’ wkoll tibqa’ anonimu meta tikkuntattja organizzazzjoni bħal din.

Għandi bżonn nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Le, ma għandekx bżonn tagħmel dan.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Hemm ħafna tipi ta’ protezzjoni disponibbli għall-vittmi ta’ reati:

  • Ordni ta’ trażżin

Ordni ta’ trażżin (kontaktförbud) hija maħsuba sabiex tevita sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-vittmi. L-ordnijiet ta’ trażżin inħarġu u ntużaw prinċipalment sabiex jipproteġu lin-nisa minn theddid u fastidju minn ex-konjuġi jew sieħeb, iżda jistgħu jinħarġu wkoll sabiex jipproteġu lit-tfal u lil persuni vulnerabbli oħrajn. Ordni ta’ trażżin tfisser li l-persuna li qed theddek u tagħtik fastidju tiġi pprojbita milli żżurek jew tikkuntattjak b’xi mod ieħor, pereżempju, permezz ta’ ittra, messaġġ testwali jew bit-telefon, jew inkella billi tgħaddilek messaġġ mal-ħbieb. Hija tista’ tiġi estiża wkoll f’ordni sabiex tali persuna ma tersaqx lejn darek, il-post tax-xogħol tiegħek jew post ieħor li tiffrekwenta.

Ordni ta’ trażżin tista’ tkopri wkoll lil xi ħadd li jgħix mal-persuna li tkun qed tiġi mhedda. Sabiex tkun tista’ tinħareġ ordni bħal din, bil-għan li jitwaqqaf is-sors tat-theddid mid-dar konġunta, irid ikun hemm riskju għoli ta’ reat kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew is-sikurezza tas-sieħeb / sieħba.

Il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi dwar l-ordnijiet ta’ trażżin. Jekk il-prosekutur ma joħroġx ordni bħal din, inti tista’ titlob sabiex il-materji titressaq quddiem il-qorti distrettwali (tingsrätt). Kull min ma jobdix tali ordni jista’ jiġi kkundannat iħallas multa jew jingħata sentenza sa sena priġunerija.

  • Djar ta’ kenn

Jista’ jkun meħtieġ li n-nisa u t-tfal li kienu soġġetti għal vjolenza domestika jkollhom joħorġu minn djarhom għal xi żmien. Id-djar ta’ kenn jiġu pprovduti kemm mill-muniċipalitajiet kif ukoll minn dawk li jipprovdu rifuġju għan-nisa. Ikkuntattja lis-servizzi soċjali fil-muniċipalità tiegħek jew ċentru tan-nisa lokali għal aktar informazzjoni.

  • Data personali protetta

Jekk għandek bżonn iżżomm l-indirizz tiegħek sigriet minħabba theddid jew forom oħrajn ta’ fastidju, jista’ jkollok kodiċi mdaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni għal kontroll speċjali tas-segretezza (sekretessmarkering). Il-kodiċi jiddaħħal ukoll f’reġistri pubbliċi oħrajn, bħar-reġistru tal-vetturi u l-liċenzji tas-sewqan. Ġeneralment, il-klassifikazzjoni tiġi riveduta kull sena.

Mod ieħor ta’ kif tiġi protetta d-data personali huwa li persuna mhedda li tkun iċċaqilqet jew li jkollha l-ħsieb li tagħmel dan tibqa’ fir-reġistru tal-popolazzjoni fl-indirizz antik tagħha (kvarskrivning). Tista’ tibqa’ rreġistrat fl-indirizz antik tiegħek sa tliet snin wara li tiċċaqlaq.

It-talbiet għal data personali protetta fil-forma ta’ kodifikazzjoni tas-segretezza u l-użu ta’ indirizzi antiki għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju tat-taxxa lokali fejn inti rreġistrat. Huwa importanti li tgħid li għandek data personali protetta meta titkellem mal-awtoritajiet. Trid toqgħod ukoll attent ħafna meta tittratta ma’ organizzazzjonijiet, kumpaniji u oħrajn.

  • Bidla tal-isem

Mod ieħor ta’ kif ittejjeb il-protezzjoni jista’ jkun li tbiddel ismek. Tista’ taqleb għall-kunjom ta’ ġenitur billi tinnotifika lill-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża (Skatteverket). Bidla għal kwalunkwe kunjom ieħor teħtieġ l-awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Żvediż tal-Privattivi u r-Reġistrazzjonijiet (Patent- och registreringsverket).

  • Pakkett ta’ sigurtà

Għal xi nies, it-theddida tant tkun serja li jista’ jkun meħtieġ li jintuża ‘pakkett ta’ sigurtà’. Il-pakkett fih sistema ta’ telefon ċellulari u allarm u jista’ jiġi missellef mill-awtorità tal-pulizija lokali soġġett għal reviżjoni speċifika.

  • Data personali fittizja

Fejn ikun hemm theddida ta’ reat serju kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà tiegħek, jew fejn miżuri ta’ sikurezza oħrajn ma jinħassux li jipprovdu biżżejjed protezzjoni, inti tista’ titħalla tuża dettalji personali fittizji (jiġifieri ivvintati). It-talbiet sabiex tintuża data personali fittizja għandhom isiru lill-pulizija.

  • Programm ta’ protezzjoni tax-xhieda

F’każijiet eċċezzjonali, meta miżuri oħrajn ma jkunux qegħdin jaħdmu, il-persuni mhedda li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ kawża fil-qorti jistgħu jidħlu fil-programm speċjali ta’ protezzjoni tax-xhieda mmexxi mill-pulizija.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Skont it-tip ta’ protezzjoni, organizzazzjonijiet differenti jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni. Ara t-taqsima ta’ hawn fuq.

Ser ikun hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mit-trasgressur?

Sabiex jiddeterminaw il-ħtieġa tiegħek għal miżuri protettivi speċjali matul l-inkjesti tal-pulizija u l-proċedimenti tal-qorti, il-pulizija għandhom jagħmlu valutazzjoni tas-sikurezza individwali mill-aktar fis possibbli. Din tikkunsidra s-severità tar-reat u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek. Jekk għandek inqas minn 18-il sena, inti dejjem titqies bħala li teħtieġ protezzjoni speċjali.

Is-servizzi soċjali għandhom ukoll it-tendenza li jużaw metodi ta’ valutazzjoni speċjali sabiex jeżaminaw ir-riskju ta’ espożizzjoni mġedda għal vjolenza minn trasgressur li tkun qed tgħix miegħu.

Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Sabiex jiddeterminaw il-ħtieġa tiegħek għal miżuri ta’ protezzjoni speċjali matul l-inkjesti tal-pulizija u l-proċedimenti tal-qorti, il-pulizija għandhom jagħmlu valutazzjoni tas-sikurezza individwali mill-aktar fis possibbli. Din tikkunsidra s-severità tar-reat u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek. Jekk għandek inqas minn 18-il sena, inti dejjem titqies bħala li teħtieġ protezzjoni speċjali.

X'tip ta' protezzjoni hemm disponibbli għal vittmi vulnerabbli ħafna?

L-aktar miżuri protettivi estensivi fil-każ ta’ reat serju huma d-dettalji personali fittizji u l-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda (ara hawn fuq).

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Is-servizzi soċjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li persuna minorenni li kienet vittma ta’ reat, flimkien mal-qraba tagħha, jirċievu l-għajnuna u l-appoġġ li jeħtieġu. Is-servizzi soċjali għandhom jiftakru wkoll li persuna minorenni li kienet xhud ta’ vjolenza jew abbuż ieħor kontra qarib huwa wkoll il-vittma ta’ reat, u għandhom jiżguraw li l-persuna minorenni tirċievi l-għajnuna u l-appoġġ li teħtieġ.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Is-servizzi soċjali huma responsabbli wkoll sabiex jipprovdu appoġġ lill-qraba meta membru tal-familja jkun il-vittma ta’ reat. Hemm ukoll assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ iddedikati sabiex jagħtu appoġġ lill-qraba meta membru tal-familja jkun miet minħabba reat.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Is-servizzi soċjali huma responsabbli wkoll sabiex jipprovdu appoġġ lill-qraba meta membru tal-familja jkun il-vittma ta’ reat. Ħafna mill-miżuri protettivi deskritti hawn fuq jistgħu japplikaw ukoll għalik jekk ikollok qraba li kienu vittmi ta’ reat. Ħafna mill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ joffru wkoll appoġġ lill-qraba.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Medjazzjoni tfisser li l-vittma u l-awtur tar-reat jiltaqgħu sabiex jiddiskutu dak li ġara ma’ medjatur imparzjali. Meta l-awtur tar-reat ikollu inqas minn 21 sena, il-muniċipalità tkun meħtieġa li toffri medjazzjoni.

Kundizzjoni għall-medjazzjoni hija li r-reat irid ikun rikonoxxut. Iż-żewġ partijiet għandhom ikunu jridu jipparteċipaw ukoll. Il-medjazzjoni tista’ twassal għal ftehim, pereżempju, dwar kif għandhom jaġixxu l-partijiet fil-laqgħat futuri ma’ xulxin, sabiex b'hekk tagħti ċerta riassigurazzjoni lill-vittmi.

Huma possibbli wkoll ftehimiet dwar il-kumpens finanzjarju għad-danni, iżda dawn jistgħu jwasslu għal problemi, b’mod partikolari fejn ikun hemm diversi awturi ta’ reati, somom kbar jew danni personali involuti. Ikkuntattja lill-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten) jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dawn il-ftehimiet. Jekk tidħol fi ftehim dwar kumpens finanzjarju, tista’ titlef id-dritt li titlob għal kumpens għall-vittmi ta’ reati.

Il-medjatur maħtur (li jrid ikun kompetenti, onest u imparzjali) huwa responsabbli sabiex jiżgura li l-medjazzjoni tipproċedi b’mod sikur għalik.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Lista ta’ atti u regolamenti importanti tista’ tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2018

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Kif nirrapporta reat?

Tista’ tirrapporta reat lill-pulizija billi ċċempel fuq in-numru 114 14 (+46 77 114 14 00 minn barra l-Iżvezja) jew billi tmur f’għassa tal-pulizija. Tista’ tirrapporta wkoll reat permezz tal-internet fil-każ ta’ serq bi żgass, frodi b’kard tal-ħlas, serq jew telf (iżda mhux tal-passaport jew tal-karta tal-identità nazzjonali tiegħek). Jekk għandek identità protetta, ma għandekx tirrapporta reat permezz tal-internet. F’emerġenza, jew waqt li jkun qed iseħħ reat, ċempel l-SOS Alarm fuq in-numru 112. Link għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarapport elettroniku

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Meta tkun għamilt rapport tal-pulizija, il-każ tiegħek jiġi assenjat numru u tingħata wkoll id-dettalji ta’ kuntatt li teħtieġ sabiex tikseb informazzjoni dwar il-każ tiegħek. Inkella, tista’ tistaqsi lill-pulizija dwar x’qed jiġri fil-każ tiegħek billi tikkuntattjahom bit-telefon, permezz tal-posta elettronika lill-għassa tal-pulizija lokali tiegħek jew billi żżur l-eqreb għassa tal-pulizija għalik. Jekk tkun trid tkellem lill-uffiċjal tal-pulizija responsabbli mill-każ tiegħek, tista’ tuża n-numru tat-telefon nazzjonali għall-pulizija, 114 14. L-iswiċċbord tikkonnettjak mal-uffiċjal responsabbli mill-każ tiegħek.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Għal xi tipi ta’ reati, il-vittmi huma intitolati għar-rappreżentanza legali tagħhom stess, magħrufa bħala “konsulent legali għall-parti li tkun ġarrbet id-dannu" (målsägandebiträde). Dan japplika b’mod partikolari għar-reati sesswali u l-vjolenza domestika, iżda wkoll għal reati oħrajn fejn ikun hemm ħtieġa speċjali. Jista’ jinħatar rappreżentant hekk kif tinbeda l-investigazzjoni (preliminari) u l-għajnuna tingħata lilek mingħajr ħlas. Jekk tħoss li għandek bżonn rappreżentant legali, għandek tiddiskuti dan mill-aktar fis possibbli mal-prosekutur pubbliku (åklagare) jew mal-uffiċjal tal-pulizija responsabbli mill-investigazzjoni preliminari. Tista’ wkoll tissottometti t-talba tiegħek direttament lill-qorti distrettwali (tingsrätt). Il-qorti distrettwali tiddetermina jekk intix intitolat għal rappreżentanza u taħtar il-konsulent legali. Inti tista’ tissuġġerixxi lil min tixtieq li jkollok. Il-konsulent legali, li ġeneralment ikun avukat, għandu r-responsabbiltà li jissalvagwardja l-interessi tiegħek u jipprovdi appoġġ u assistenza matul l-investigazzjoni preliminari u l-proċess. Il-konsulent legali huwa marbut bis-segretezza u jista’ jgħinek tiddefendi l-kawża tiegħek u tippreżenta talba għad-danni. Dan il-kompitu jiġi fi tmiemu wara l-proċedimenti tal-qorti u l-għajnuna sabiex jiġu rkuprati d-danni jew jinkiseb kumpens ieħor mhijiex parti mir-rwol tal-"konsulent legali għall-parti li ġarrbet dannu".

Jekk tutur (ġeneralment ġenitur) ikun suspettat li kkommetta reat fil-konfront ta’ ibnu jew bintu, dawn tal-aħħar jistgħu jiġu assenjati rappreżentant speċjali. L-istess jgħodd meta l-persuna suspettata bir-reat tkun relatata mill-qrib mat-tutur. Ir-rappreżentant jissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal matul l-investigazzjoni preliminari u l-proċess. Avukat, assistent konsulent legali f’ditta legali jew persuna oħra jistgħu jinħatru bħala rappreżentant speċjali. Hemm ukoll rekwiżiti għal għarfien u esperjenza u kwalitajiet personali li jagħmlu lil din il-persuna addattata b’mod speċjali għall-kompitu.

Il-protezzjoni legali hija inkluża fil-poloz tal-assigurazzjoni tad-djar. Dan ifisser, pereżempju, li l-assigurazzjoni tista’ tirrimborża l-ispejjeż legali tiegħek jekk it-talba tiegħek għad-danni ma tiġix ittrattata fil-proċedimenti kriminali. L-assigurazzjoni ġeneralment tinkludi dispożizzjoni li tgħid li inti trid tħallas parti mill-ispejjeż (l-eċċess). Irreferi għall-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek għal aktar informazzjoni.

Tista’ tikseb pariri legali skont l-Att Żvediż dwar l-Għajnuna Legali (Rättshjälpslagen) f’kull tip ta’ kawża. Il-pariri jistgħu jirrigwardjaw, pereżempju, talba għad-danni fejn il-prosekutur pubbliku ma jgħinekx jew in-negozjati mal-kumpanija tal-assigurazzjoni. Inti tista’ tikkuntattja ditta legali li tipprovdi pariri legali skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali. Tista’ tikkonsulta avukat sa massimu ta’ sagħtejn għal miżata fissa. Il-miżata hija ta’ madwar SEK 1 600 fis-siegħa. Skont il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek, il-miżata tista’ tkun aktar baxxa.

Jekk ma jkollok ebda assigurazzjoni ta’ protezzjoni legali u l-każ tiegħek ma jkunx jista’ jissolva permezz tal-parir legali mogħti, inti tista’ tikseb għajnuna legali soġġetta għal valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħek. Imbagħad, l-Istat iħallas parti mill-ispiża tar-rappreżentanza legali tiegħek. Tista’ wkoll tikseb għajnuna bl-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u tal-preżentazzjoni tal-evidenza, kif ukoll bi spejjeż oħrajn. Avukat, il-qorti jew l-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndighet) jistgħu jagħtuk parir dwar kif tapplika għal għajnuna legali.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk tiġi mħarrek mill-pulizija jew mill-prosekutur pubbliku, inti tkun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tiegħek sabiex tmur għall-interrogazzjoni. Dawn jistgħu jkunu spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, kumpens għad-dħul mitluf jew telf finanzjarju ieħor. Madankollu, il-kumpens għad-dħul mitluf huwa limitat għal ammont speċifiku. Ikkuntattja lill-pulizija sabiex titlob dan it-tip ta’ rimborż.

Jekk tiġi mħarrek mill-pulizija jew mill-prosekutur pubbliku, inti tkun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tiegħek sabiex tmur għall-interrogazzjoni. Xi drabi, il-president tal-qorti jistaqsi jekk għandekx xi talba għal kumpens meta titlesta l-interrogazzjoni tiegħek. Madankollu, ġeneralment, il-kwistjoni tal-ħlas tiġi ttrattata fiż-żona tal-akkoljenza tal-qorti wara l-proċess. Imbagħad, inti tkun tista’ titlob rimborż, kif ukoll issir taf kemm ser tingħata. Il-ħlas isir direttament fiż-żona tal-akkoljenza. L-ispejjeż għoljin jistgħu jkunu soġġetti għal differiment; ikkuntattja lill-qorti għal aktar informazzjoni.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel immur il-qorti?

Jekk il-każ tiegħek ingħalaq u int ma tkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, tista’ titlob sabiex il-każ jiġi eżaminat mill-prosekutur pubbliku. Ikkuntattja lill-pulizija, li min-naħa tagħhom jgħaddu l-kwistjoni lill-prosekutur fuq talba tiegħek. Jekk ma tkunx kuntent(a) b’deċiżjoni meħuda mill-prosekutur pubbliku, tista’ tapplika mal-eqreb prosekutur aktar anzjan għal proċess mill-ġdid (överprövning).

Nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Iva, ġeneralment ikun meħtieġ li tkun involut fil-proċess, minħabba li x-xhieda tiegħek hija importanti għall-qorti sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-każ.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jiena meqjus(a) jew nista’ nagħżel li nkun meqjus(a) bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Skont il-liġi Svediża, inti definit(a) bħala parti danneġġata (målsägande) matul l-investigazzjoni preliminari u l-proċess. Inti ma tistax tkun parti fil-kawża qabel ma l-prosekutur pubbliku jkun beda l-proċedimenti. Tista’ tkun parti fil-kawża:

  • meta prosekutur ikun beda l-proċedimenti;
  • jekk ikollok talba għad-danni, u / jew
  • jekk tassisti fil-prosekuzzjoni.

Tista’ tassisti fil-prosekuzzjoni fi kwalunkwe ħin matul il-proċess; imbagħad, inti jkollok kważi l-istess pożizzjoni proċedurali bħall-prosekutur u tkun tista’, pereżempju, tippreżenta x-xhieda tiegħek lill-qorti. Iżda ma għandek bżonn tipprova xejn dwar ir-reat.

Tista’ tressaq akkużi individwali fuq inizjattiva tiegħek stess jew inkella tqajjem akkuża speċifika jekk il-prosekutur ikun waqqa’ jew irtira akkuża ġenerali. Imbagħad, inti trid tipprova lill-qorti li r-reat seħħ.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Jekk mintix parti fil-kawża, inti tiġi nnotifikat(a) bid-data u l-ħin tal-proċess. Madankollu, inti tiġi nnotifikat biss jekk tkun tlabt dan matul l-investigazzjoni preliminari. Jekk inti parti fil-kawża, għandek id-dritt li tkun preżenti matul il-proċess kollu, anki jekk il-proċedimenti ma jkunux pubbliċi.

Inti tista’ tiġi mħarrek mħarrka sabiex tidher fil-qorti jekk il-prosekutur ikun talab li tiġi interrogat(a) jew jekk tkun ippreżentajt talba għad-danni. Inti se tirċievi taħrika bid-data u l-ħin meta trid tidher u d-dettalji tar-raġunijiet aċċettabbli sabiex ma tidhirx fil-qorti. Jekk tkun marid jew ikollok xi raġuni aċċettabbli oħra sabiex ma tidhirx, inti trid tgħarraf lill-qorti mill-aktar fis possibbli qabel il-proċedimenti. Il-qorti mbagħad tgħidlek jekk il-preżenza tiegħek hijiex meħtieġa jew le. Jekk tonqos milli tidher mingħajr raġuni valida, tkun qed tirriskja multa.

Matul il-proċess, inti għandek id-dritt li tagħmel talba għad-danni. Inti għandek dan id-dritt biss jekk tkun parti li tkun ġarrbet id-dannu. Se jsirulek ukoll mistoqsijiet mill-prosekutur u mill-persuna akkużata (jew mill-avukat tagħha). Il-mistoqsijiet mhumiex ser isirulek taħt ġurament. Jekk inti parti fil-kawża, inti jew il-konsulent legali tiegħek tistgħu tagħmlu mistoqsijiet lill-persuna akkużata, lix-xhieda u lill-esperti. Fi tmiem il-proċess, ser ikollok ukoll l-opportunità li tgħid xi ħaġa fil-konklużjoni.

Jekk tiġi mħarrek mill-pulizija jew mill-prosekutur pubbliku, inti tkun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tiegħek sabiex tmur għall-interrogazzjoni. It-tipi ta’ spejjeż li jistgħu jiġu rrimborżati huma dawk tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni u t-telf tad-dħul (sa SEK 700 kuljum).

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Iva, probabbilment li l-prosekutur ikun irid li jsirulek xi mistoqsijiet matul il-proċess. Madankollu, parti danneġġata ma tistax tidher bħala xhud. Dak ifisser li inti ma titkellimx taħt ġurament. Jekk inti parti fil-kawża, għandek id-dritt li tagħti x-xhieda tiegħek matul il-proċess.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Jekk inti parti fil-kawża, għandek id-dritt li tiġi infurmat(a) b’diversi modi dwar il-proċedimenti legali u dwar dak li ġara fil-kawża tiegħek. Bl-Isvediż, dan jissejjaħ "partsinsyn". Jekk inti parti li ġarrabt dannu iżda mhux parti fil-kawża, ma għandekx l-istess dritt li tiġi infurmat(a) dwar il-proċess.

Matul l-investigazzjoni preliminari mill-pulizija, ser tiġi mistoqsi(ja) jekk tixtieqx li tkun infurmat(a) dwar is-sentenza mogħtija fil-kawża. Jekk kont parti matul il-proċess, il-qorti tibgħatlek is-sentenza. Jekk ma kontx parti, is-sentenza tintbagħatlek jekk inti tkun tlabt li taraha.

Ser inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Jekk inti parti fil-kawża, għandek id-dritt li tiġi infurmat(a) b’diversi modi dwar il-proċedimenti legali u dwar dak li qed jiġri fil-kawża tiegħek. Bl-Isvediż, dan jissejjaħ "partsinsyn" u huwa maħsub sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ parti għall-informazzjoni sabiex tiġi segwita l-kawża tagħha f’azzjoni jew proċess. Dan jista’ jfisser, pereżempju, li inti jista’ jkollok aċċess għal dokumenti jew materjali oħrajn f’kawża fuq talba jew instigazzjoni tal-qorti. Il-qorti għandha wkoll "dmir ta’ komunikazzjoni", li jfisser li hija trid tiżgura, b'inizjattiva tagħha stess, li parti tingħata aċċess għad-dokumenti jew għal materjal ieħor ta’ investigazzjoni ppreżentati fil-kawża minn xi ħadd ieħor minbarra l-parti nnifisha. Il-parti tista’ tibgħat ukoll il-kummenti tagħha dwar il-materjal lill-qorti.

Jekk inti parti li tkun ġarrbet id-dannu iżda mhux parti fil-kawża, ma għandekx l-istess dritt li tiġi infurmat(a) dwar il-proċess.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2018

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Parti li ma tkunx sodisfatta bis-sentenza tal-qorti distrettwali (tingsrätt) tista’ tressaqha quddiem il-Qorti tal-Appell (hovrätt). Id-dettalji ta’ kif tagħmel dan huma mogħtija fis-sentenza. F’xi każijiet, tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-appell sabiex il-Qorti tal-Appell tkun tista’ tieħu l-kawża f’idejha. Jekk is-sentenza tiġi appellata, ġeneralment ikun hemm proċess ġdid fil-Qorti tal-Appell. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-partijiet li ġarrbu d-dannu u x-xhieda ma jkollhomx bżonn ikunu preżenti matul dan il-proċess. Minflok, terġa’ tinstema’ x-xhieda mill-qorti distrettwali. Madankollu, fi ftit każijiet, il-Qorti tal-Appell tista’ tieħu deċiżjoni dwar il-kawża mingħajr ma tmexxi xi seduta ta’ smigħ prinċipali.

Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ġeneralment tkun tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Suprema (Högsta domstolen). Madankollu, il-Qorti Suprema tisma’ biss kawża jekk ikun hemm kwistjoni ta’ prinċipju (preċedent) involuta jew fejn ikun hemm raġunijiet ovvji għal proċess mill-ġdid, bħal żball kbir mill-qorti distrettwali jew mill-Qorti tal-Appell. Għalhekk, fil-prattika, il-Qorti tal-Appell ġeneralment tkun il-qorti tal-aħħar istanza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tingħata s-sentenza?

Jekk inti parti fil-kawża, għandek id-dritt li tirċievi kopja bil-miktub tas-sentenza mill-aktar fis possibbli. Jekk mintix parti fil-kawża, trid tikkuntattja lill-qorti sabiex tikseb dettalji tal-kontenut tas-sentenza.

Ġeneralment, inti tkun intitolat(a) li jkollok id-dokumenti tradotti. Jekk ikun meħtieġ, il-qorti tista’ tittraduċi d-dokumenti ppreżentati lill-qorti jew mibgħuta minnha. Madankollu, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lill-qorti u titlob dan is-servizz. It-traduzzjoni tiġi pprovduta lilek mingħajr ħlas.

Inti ma tistax tkun irrappreżentat(a) minn ‘konsulent legali għall-parti li ġarrbet id-dannu (målsägandebiträde) għas-spejjeż tal-pubbliku f’dan l-istadju tal-proċess ġudizzjarju. Id-dmir tal-konsulent legali li jassistik jiġi fi tmiemu ladarba jintemmu l-proċedimenti. Madankollu, tista’ tagħżel li tqabbad rappreżentant legali għas-spejjeż tiegħek. Jekk inti tkun intitolat(a) għal għajnuna legali, l-Istat jista’ jkopri parti mill-ispejjeż tiegħek għar-rappreżentanza legali.

Jekk tkun teħtieġ persuna ta’ appoġġ f’dan l-istadju, tista’ tikkuntattja lil waħda mill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ f’dan il-qasam, bħal linja ta’ appoġġ għall-vittmi jew linja telefonika għall-għajnuna lin-nisa – Brottsofferjouren Sverige, Riksorganisationen för kvinnojourer och tjejjourer i Sverige (ROKS), Unizon, eċċ.

Inkun intitolat(a) għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Iva, tista’ tkun intitolat(a) għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess. Ma hemm ebda limitu partikolari għaż-żmien li matulu tista’ tirċievi appoġġ jew protezzjoni minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew mis-servizzi soċjali. Hemm xi limiti ta’ żmien applikabbli għad-data personali protetta. Tista’ taqra aktar dwar dan taħt "Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu" (Id-drittijiet tiegħi bħala l-vittma ta’ reat).

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jingħata s-sentenza?

Is-sentenza tispeċifika, pereżempju, is-sentenza mogħtija u għal kemm żmien għandha tibqa’ fil-ħabs il-persuna kkundannata. Fil-każ ta’ reat kontra l-persuna (reati kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew is-sigurtà tal-persuna), inti bħala l-persuna li ġarrbet id-dannu tiġi mistoqsija mis-Servizz Żvediż tal-Ħabs u tal-Probation dwar jekk tixtieqx li tkun infurmata:

  • dwar l-istituzzjoni li fiha tqiegħdet il-persuna kkundannata fl-Iżvezja,
  • jekk il-persuna kkundannata tiġix imċaqilqa għal istituzzjoni oħra jew ittrasferita lejn pajjiż ieħor,
  • jekk il-persuna kkundannata tinsabx xi mkien ieħor barra l-istituzzjoni,
  • jekk il-persuna kkundannata jew is-Servizz Żvediż tal-Ħabs u tal-Probation japplikawx sabiex sentenza ta’ għomor il-ħabs tinbidel f’waħda inqas ħarxa,
  • jekk il-persuna kkundannata nħelsitx,
  • jekk il-persuna kkundannata ħarbitx jew ħarġitx mill-ħabs, jew
  • jekk il-persuna kkundannata ħarbitx wara liv jew ħin ieħor li tkun qattgħet barra l-istituzzjoni.

Is-Servizz Żvediż tal-Ħabs u tal-Probation ma għandux bżonn jipprovdi notifika jekk din tista’ tipperikola l-ħajja jew is-saħħa tal-persuna detenuta.

Ser inkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Fil-każ ta’ reat kontra l-persuna (reati kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew is-sigurtà tal-persuna), inti bħala l-persuna li ġarrbet id-dannu tiġi mistoqsija mis-Servizz Żvediż tal-Ħabs u tal-Probation dwar jekk tixtieqx li tkun infurmata:

  • jekk il-persuna kkundannata nħelsitx,
  • jekk il-persuna kkundannata ħarbitx jew ħarġitx mill-ħabs, jew
  • jekk il-persuna kkundannata ħarbitx wara liv jew ħin ieħor li tkun qattgħet barra l-istituzzjoni.

Ser inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew libertà kondizzjonali? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?

Le, ma għandekx dan id-dritt.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2018

4 - Kumpens

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża fil-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Tista’ titlob danni għal bejn wieħed u ieħor kwalunkwe dannu mġarrab b’konnessjoni mar-reat. It-talbiet għad-danni ġeneralment jinstemgħu fl-istess ħin li l-qorti tiddeċiedi jekk il-persuna akkużata hijiex ħatja tar-reat.

Il-vittma jew il-parti li ġarrbet id-dannu għandha titlob danni mill-persuna li kkommettiet ir-reat jew ikkawżat id-dannu. Sabiex jiffaċilita dan, il-prosekutur (åklagare) ser iħejji u jippreżenta t-talba tiegħek għad-danni matul il-proċess, jekk inti tkun tlabt dan. L-uniċi eċċezzjonijiet huma t-talbiet għad-danni li jeħtieġu investigazzjoni estensiva jew it-talbiet li jistgħu jitqiesu bħala ovvjament mhux ġustifikati, jiġifieri mhux konnessi mar-reat jew ħafna akbar min-normal f’sitwazzjonijiet simili.

Jekk tfittex kumpens għal korrimenti li sofrejt bħala riżultat ta’ reat, għandek tindika dan meta tiġi interrogat mill-pulizija. Għandek tgħid ukoll jekk tridx li l-prosekutur jgħinek bit-talba.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur sabiex iħallasni danni / kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Il-fatt li l-qorti ordnat lill-persuna akkużata sabiex tħallas id-danni ma jfissirx li ser tirċievi l-flus awtomatikament. It-trasgressur sikwit ma jkunx jista’ jħallas jew inkella volontarjament ma jkunx irid iħallas. L-Awtorità tal-Infurzar (Kronofogden) tgħinek sabiex tikseb id-danni mħallsin.

Il-qorti tibgħat kopja tas-sentenza lill-Awtorità tal-Infurzar, li mbagħad tikkuntattjak b’ittra sabiex tistaqsik jekk tridx għajnuna sabiex tikseb id-danni. Jekk tkun trid din l-għajnuna, għandek timla l-formola li tintbagħatlek u terġa’ tibgħatha lill-Awtorità tal-Infurzar, li min-naħa tagħha mbagħad teżamina s-sitwazzjoni finanzjarja tat-trasgressur. Jekk jirriżulta li dan ikun jista’ jħallas, l-Awtorità tal-Infurzar tiżgura li inti tirċievi kumpens għad-danni.

L-għajnuna mill-Awtorità tal-Infurzar hija mingħajr ħlas, ħlief f’każijiet speċifiċi ħafna. Jekk ma tiġix ikkuntattjat mill-Awtorità tal-Infurzar, għandek tikkuntattjaha inti stess.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz?  Taħt liema kundizzjonijiet?

Le, dan mhuwiex possibbli.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Jekk trasgressur ikkundannat ma jkunx jista’ jħallas id-danni u ma jkunx hemm assigurazzjoni li tkopri t-talba kollha, inti tista’ tkun intitolat għal kumpens mill-Istat. Dan jissejjaħ kumpens għal vittma ta’ reat (brottsskadeersättning) u jiġi ttrattat mill-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għal Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten).

Sabiex ikun jista’ jitħallas il-kumpens lil vittma ta’ reat meta l-awtur tar-reat ma jkunx magħruf, għandu jkun hemm inkjesti, bħal investigazzjoni preliminari, sabiex jintwera li inti kont il-vittma ta’ reat u mhux ta’ inċident. Ir-reat għandu dejjem jiġi rrapportat lill-pulizija. Jekk il-persuna suspettata tkun ġiet identifikata, normalment irid ikun hemm kundanna jew tingħata sentenza.

Il-kumpens għal vittma ta’ reat ikopri r-reati kommessi fl-Iżvezja u inti tista’ tkun intitolat għal kumpens, irrispettivament minn jekk tkunx tgħix fl-Iżvezja jew inkella tkunx fl-Iżvezja fuq bażi temporanja, pereżempju, bħala turist(a) jew student(a). Jekk tkun attwalment residenti fl-Iżvezja, inti tista’ tkun intitolat għal kumpens, anki meta r-reat ikun seħħ barra l-pajjiż.

Bħall-eċċess fuq polza tal-assigurazzjoni, ser jitnaqqas ammont simili mill-kumpens għal vittma ta’ reat.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Sabiex ikun jista’ jitħallas il-kumpens lil vittma ta’ reat meta l-awtur tar-reat ma jkunx magħruf, għandu jkun hemm inkjesti, bħal investigazzjoni preliminari, sabiex jintwera li inti kont il-vittma ta’ reat u mhux ta’ inċident. Ir-reat għandu dejjem jiġi rrapportat lill-pulizija. Jekk il-persuna suspettata tkun ġiet identifikata, normalment irid ikun hemm kundanna jew tingħata sentenza.

Jien intitolat għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Le, dan mhuwiex possibbli.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2018

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jiena vittma ta’ reat; lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Barnens Rätt i Samhället (BRIS – Id-Drittijiet tat-Tfal fis-Soċjetà)

BRIS hija organizzazzjoni għad-drittijiet tat-tfal mingħajr ebda affiljazzjoni politika jew reliġjuża. It-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli sal-età ta' 18-il sena jistgħu jitkellmu permezz ta’ e-mail, chat jew telefonata ma’ konsulent fi BRIS b’mod anonimu u mingħajr ħlas. BRIS tieħu wkoll telefonati minn adulti li għandhom bżonn jitkellmu ma’ xi ħadd dwar mistoqsijiet u tħassib li jirrigwardjaw it-tfal u ż-żgħażagħ.

Dettalji ta’ kuntatt:

116 111, linja telefonika ta’ għajnuna għat-tfal u għaż-żgħażagħ

077 150 50 50, linja telefonika ta’ għajnuna għall-adulti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@bris.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bris.se/

Brottsofferjouren Sverige (Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja)

L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li taħdem għad-dritt tal-vittmi kollha ta’ reati li jirċievu appoġġ. Hija tikkonsisti f’ċentri lokali ta’ appoġġ għall-vittmi madwar il-pajjiż, segretarjat u linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna mingħajr ħlas. L-organizzazzjoni tgħin lill-vittmi ta’ reati, lix-xhieda u lill-qraba billi tismagħhom u tipprovdilhom appoġġ u pariri tajbin. Jekk ikun meħtieġ, il-vittma tista’ tikseb appoġġ fit-trattattivi ma’ korpi oħrajn li jistgħu jipprovdu, pereżempju, għajnuna psikoloġika, djar ta’ kenn jew assistenza finanzjarja. Il-vittmi jistgħu wkoll jiksbu gwida dwar il-proċedimenti kriminali. L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja torganizza wkoll appoġġ għall-vittmi minn voluntiera li jipprovdu informazzjoni u appoġġ b’konnessjoni ma’ proċess.

Dettalji ta’ kuntatt:

0200 21 20 19

08 644 88 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@brottsofferjouren.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brottsofferjouren.se/

Föreningen anhöriga till sexuellt utnyttjade barn (ATSUB – L-Assoċjazzjoni għall-Qraba ta’ Tfal Abbużati Sesswalment)

ATSUB tagħmel konsultazzjonijiet individwali mal-qraba ta’ tfal abbużati sesswalment u toffri għajnuna u appoġġ fit-trattattivi mal-awtoritajiet. L-Assoċjazzjoni torganizza wkoll gruppi ta’ appoġġ u tipprovdi assistenza fil-qorti.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 644 21 12

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@atsub.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://atsub.se/

Riksförbundet för homosexuellas, bisexuellas och transpersoners rättigheter (RFSL – Il-Federazzjoni Żvediża għad-Drittijiet ta’ Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali u Transġeneru), linja ta’ appoġġ għall-vittmi

RFSL hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li teżisti sabiex tiżgura li l-persuni LGBT ikollhom l-istess drittijiet, opportunitajiet u obbligi bħal kulħadd fis-soċjetà. RFSL tmexxi linja ta’ appoġġ għall-vittmi għal persuni LGBT li kienu soġġetti għal abbuż, theddid u vjolenza. Is-servizz huwa mmirat ukoll għall-qraba u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll għall-persuni li jiltaqgħu ma’ persuni LGBT vulnerabbli fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-organizzazzjoni toffri laqgħat ta’ kriżi, informazzjoni dwar id-drittijiet, għajnuna fit-trattattivi mal-awtoritajiet, appoġġ fil-proċess ġudizzjarju u djar ta’ kenn.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 34 13 16

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaboj@rfsl.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rfsl.se/verksamhet/brottsofferjour/

Riksorganisationen för kvinnojourer och tjejjourer i Sverige (ROKS – Organizzazzjoni Nazzjonali għax-Xelters tan-Nisa u x-Xelters tat-Tfajliet fl-Iżvezja)

ROKS tikkoordina ċ-ċentri membri lokali u tipprovdi għajnuna u djar ta’ kenn għan-nisa, il-bniet u t-tfal abbużati. L-organizzazzjoni tagħmel ukoll ħidma ta’ tiswir tal-opinjonijiet sabiex tirreklama l-esperjenza taċ-ċentri membri u b’hekk tnaqqas il-vjolenza mill-irġiel fuq in-nisa.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 442 99 30

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@roks.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.roks.se/

Riksföreningen stödcentrum mot incest och andra sexuella övergrepp i barndomen (RISE – Ċentru ta’ appoġġ nazzjonali għall-vittmi ta’ inċest u forom oħrajn ta’ abbuż sesswali fit-tfulija)

RISE hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li toffri appoġġ lil adulti li kienu soġġetti għal abbuż sesswali fit-tfulija. L-assoċjazzjoni għandha linja telefonika għall-għajnuna li jistgħu jċemplu fuqha nisa u rġiel, tfal, qraba u professjonisti. RISE toffri wkoll diversi attivitajiet lill-membri tagħha, inklużi diskussjonijiet fi gruppi ta’ appoġġ.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 696 00 95

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidastod@rise-sverige.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.roks.se/

Terrafem

Terrafem hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ. Hija tmexxi l-unika linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna tal-Iżvezja għan-nisa bi sfond ta’ immigranti li kienu vittmi ta’ vjolenza. Terrafem tmexxi wkoll linja telefonika għall-għajnuna legali u tipprovdi protezzjoni għan-nisa abbużati u t-tfal tagħhom fi djar ta’ kenn.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 52 10 10

08 643 05 10

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@terrafem.org

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.terrafem.org/

Unizon

Unizon tirrappreżenta x-xelters tan-nisa, iċ-ċentri ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u servizzi ta’ appoġġ oħrajn li jaħdmu għal soċjetà ugwali bejn is-sessi ħielsa mill-vjolenza. Il-ħidma tal-organizzazzjonijiet membri tinvolvi prinċipalment l-għoti ta’ appoġġ u l-protezzjoni tan-nisa abbużati u tat-tfal tagħhom. L-organizzazzjonijiet jagħmlu wkoll ħidma ta’ prevenzjoni u appoġġ mat-tfal u ż-żgħażagħ, jinfluwenzaw l-opinjoni u jxerrdu l-għarfien.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 642 64 01

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@unizon.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://unizon.se/

Awtoritajiet pubbliċi u korpi oħrajn

Brottsoffermyndigheten (l-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati)

L-għan ġenerali tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati huwa li taħdem sabiex tippromwovi d-drittijiet tal-vittmi ta’ reati u li taqdi l-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom. L-Awtorità għandha responsabbiltà nazzjonali għal erba’ oqsma ta’ attività: timmaniġġja l-każijiet ta’ kumpens għall-vittmi ta’ reati, tamministra l-Fond għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsofferfonden), taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert u titlob lura l-kumpens għall-vittmi ta’ reati li tħallas.

Dettalji ta’ kuntatt:

090 70 82 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator@brottsoffermyndigheten.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.brottsoffermyndigheten.se/

Domstolsverket (l-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali)

L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali hija awtorità tal-Istat li tirrapporta lill-Gvern u taġixxi bħala organizzazzjoni ta’ servizz għall-qrati Żvediżi. L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali hija responsabbli għall-koordinazzjoni kumplessiva u għal kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-qrati Żvediżi. Dan jinvolvi wkoll l-għoti ta’ servizzi lill-qrati, lit-tribunali tal-kera u tal-kirjiet nazzjonali u lill-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndigheten).

Dettalji ta’ kuntatt:

036 15 53 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadomstolsverket@dom.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.domstol.se/

Kronofogden (l-Awtorità tal-Infurzar Żvediża)

L-Awtorità tal-Infurzar Żvediża hija awtorità tal-Istat. Fost l-oħrajn, hija taħdem sabiex tistabbilixxi d-djun permezz ta’ ordnijiet ta’ ħlas u tgħin lil kull min ma jkunx tħallas sabiex jirkupra dejn.

Dettalji ta’ kuntatt:

0771 73 73 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakronofogdemyndigheten@kronofogden.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.kronofogden.se/

Nationellt centrum för kvinnofrid (NCK – Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għarfien tal-Vjolenza mill-Irġiel fuq in-Nisa)

Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għarfien tal-Vjolenza mill-Irġiel fuq in-Nisa (NCK) fl-Università ta’ Uppsala jaħdem f’isem il-Gvern sabiex iżid is-sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali dwar il-vjolenza mill-irġiel fuq in-nisa, il-vjolenza u l-oppressjoni relatati mal-unur u l-vjolenza f’relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess. NCK huwa responsabbli għall-‘Kvinnofridslinjen’, il-linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna tal-Iżvezja għall-vittmi tal-vjolenza, u għal taqsima tal-pazjenti ta’ barra speċjalizzata għan-nisa abbużati fl-Uppsala University Hospital.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 50 50 50

018 611 27 93

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@nck.uu.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nck.uu.se/

Polismyndigheten (il-Pulizija Żvediża)

L-Awtorità tal-Pulizija tinvestiga r-reati u taħdem sabiex tipprevjeni reati ġodda. L-Awtorità tal-Pulizija tittratta wkoll każijiet li jinvolvu data personali fittizja.

Dettalji ta’ kuntatt:

114 14

112 (f’emerġenza)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator.kansli@polisen.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://polisen.se/

Rättshjälpsmyndigheten (Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali)

L-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali hija awtorità nazzjonali li tipprovdi għajnuna legali skont l-Att Żvediż dwar l-Għajnuna Legali. L-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali hija wkoll l-awtorità ta’ rkupru meta qorti tkun iddeċidiet li titlob il-ħlas lura tal-ispejjeż, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż tad-difiża f’kawżi kriminali.

Dettalji ta’ kuntatt:

060 13 46 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarattshjalpsmyndigheten@dom.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rattshjalp.se/

Skatteverket (L-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża)

L-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża hija l-awtorità amministrattiva għat-tassazzjoni, il-valutazzjoni tal-proprjetà, ir-reġistru tal-popolazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-atti. L-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża tittratta wkoll talbiet għall-protezzjoni tad-data personali (il-kodifikazzjoni tas-segretezza u l-użu ta’ indirizzi antiki).

Dettalji ta’ kuntatt:

0771 567 567

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.skatteverket.se/privat.4.76a43be412206334b89800052864.html

Sveriges Kommuner och Landsting (SKL – L-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Awtoritajiet u r-Reġjuni Lokali)

SKL hija organizzazzjoni ta’ sħubija għall-kunsilli muniċipali, tal-kontej u reġjonali kollha.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 452 70 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@skl.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://skl.se/

Åklagarmyndigheten (l-Awtorità tal-Prosekuzzjoni Żvediża)

L-Awtorità tal-Prosekuzzjoni taħdem mal-pulizija sabiex tinvestiga r-reati. Jekk inkjesta twassal għal akkużi, il-kawża tiġi pproċessata fil-qorti. Ix-xogħol tal-prosekutur pubbliku huwa li juri bil-provi li l-persuna akkużata kkommettiet ir-reat.

Dettalji ta’ kuntatt:

010 562 50 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator@aklagare.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.aklagare.se/

Hotlines ta’ appoġġ għall-vittmi

Barnens Rätt i Samhället (BRIS – Id-Drittijiet tat-Tfal fis-Soċjetà)

BRIS hija organizzazzjoni għad-drittijiet tat-tfal mingħajr ebda affiljazzjoni politika jew reliġjuża. It-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli sal-età ta' 18-il sena jistgħu jitkellmu permezz ta’ e-mail, chat jew telefonata ma’ konsulent fi BRIS b’mod anonimu u mingħajr ħlas. BRIS tieħu wkoll telefonati minn adulti li għandhom bżonn jitkellmu ma’ xi ħadd dwar mistoqsijiet u tħassib li jirrigwardjaw it-tfal u ż-żgħażagħ.

Dettalji ta’ kuntatt:

116 111, linja telefonika ta’ għajnuna għat-tfal u għaż-żgħażagħ

077 150 50 50, linja telefonika ta’ għajnuna għall-adulti

Brottsofferjouren Sverige (L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja)

L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li taħdem għad-dritt tal-vittmi kollha ta’ reati li jirċievu appoġġ. Hija tikkonsisti f’ċentri lokali ta’ appoġġ għall-vittmi madwar il-pajjiż, segretarjat u linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna mingħajr ħlas. L-organizzazzjoni tgħin lill-vittmi ta’ reati, lix-xhieda u lill-qraba billi tismagħhom u tipprovdilhom appoġġ u pariri tajbin. Jekk ikun meħtieġ, il-vittma tista’ tikseb appoġġ fit-trattattivi ma’ korpi oħrajn li jistgħu jipprovdu, pereżempju, għajnuna psikoloġika, djar ta’ kenn jew assistenza finanzjarja. Il-vittmi jistgħu wkoll jiksbu gwida dwar il-proċedimenti kriminali. L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja torganizza wkoll appoġġ għall-vittmi minn voluntiera li jipprovdu informazzjoni u appoġġ b’konnessjoni ma’ proċess.

L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja tmexxi linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna li tista’ tipprovdi appoġġ lill-vittmi kollha ta’ reati, kif ukoll tirreferihom għal ċentru lokali ta’ appoġġ għall-vittmi. Il-linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna tista’ tipprovdi appoġġ b’21 lingwa differenti.

Dettalji ta’ kuntatt:

0200 21 20 19

Brottsoffermyndigheten (l-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati)

L-għan ġenerali tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati huwa li taħdem sabiex tippromwovi d-drittijiet tal-vittmi ta’ reati u li taqdi l-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom. L-Awtorità għandha responsabbiltà nazzjonali għal erba’ oqsma ta’ attività: timmaniġġja l-każijiet ta’ kumpens għall-vittmi ta’ reati, tamministra l-Fond għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsofferfonden), taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert u titlob lura l-kumpens għall-vittmi ta’ reati li tħallas.

L-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati tmexxi linja telefonika għall-għajnuna li tista’ twieġeb mistoqsijiet dwar kumpens finanzjarju wara reat u wkoll dwar, pereżempju, id-dritt għal “avukat għall-parti li ġarrabt dannu”, rappreżentanza speċjali għat-tfal, l-ordnijiet ta’ trażżin u l-proċedimenti ġudizzjarji.

Dettalji ta’ kuntatt:

090 70 82 00

Nationellt centrum för kvinnofrid (NCK – Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għarfien tal-Vjolenza mill-Irġiel fuq in-Nisa)

Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għarfien tal-Vjolenza mill-Irġiel fuq in-Nisa (NCK) fl-Università ta’ Uppsala jaħdem f’isem il-Gvern sabiex iżid is-sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali dwar il-vjolenza mill-irġiel fuq in-nisa, il-vjolenza u l-oppressjoni relatati mal-unur u l-vjolenza f’relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess. NCK huwa responsabbli għall-‘Kvinnofridslinjen’, il-linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna tal-Iżvezja għall-vittmi tal-vjolenza, u għal taqsima tal-pazjenti ta’ barra speċjalizzata għan-nisa abbużati fl-Uppsala University Hospital.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 50 50 50

Terrafem

Terrafem hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ. Hija tmexxi l-unika linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna tal-Iżvezja għan-nisa bi sfond ta’ immigranti li kienu vittmi ta’ vjolenza. Terrafem tmexxi wkoll linja telefonika għall-għajnuna legali u tipprovdi protezzjoni għan-nisa abbużati u t-tfal tagħhom fi djar ta’ kenn.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 52 10 10

Riksförbundet för homosexuellas, bisexuellas och transpersoners rättigheter (RFSL – Il-Federazzjoni Żvediża għad-Drittijiet ta’ Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali u Transġeneru), linja ta’ appoġġ għall-vittmi

RFSL hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li teżisti sabiex tiżgura li l-persuni LGBT ikollhom l-istess drittijiet, opportunitajiet u obbligi bħal kulħadd fis-soċjetà. RFSL tmexxi linja ta’ appoġġ għall-vittmi għal persuni LGBT li kienu soġġetti għal abbuż, theddid u vjolenza. Is-servizz huwa mmirat ukoll għall-qraba u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll għall-persuni li jiltaqgħu ma’ persuni LGBT vulnerabbli fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-organizzazzjoni toffri laqgħat ta’ kriżi, informazzjoni dwar id-drittijiet, għajnuna fit-trattattivi mal-awtoritajiet, appoġġ fil-proċess ġudizzjarju u djar ta’ kenn.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 34 13 16

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-appoġġ għall-vittmi pprovdut minn organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ huwa mingħajr ħlas. L-istess jgħodd għas-servizzi ta’ appoġġ ġestiti mill-awtoritajiet pubbliċi.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mill-awtoritajiet jew is-servizzi tal-Istat?

Brottsoffermyndigheten (l-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati)

L-għan ġenerali tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati huwa li taħdem sabiex tippromwovi d-drittijiet tal-vittmi ta’ reati u li taqdi l-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom. L-Awtorità għandha responsabbiltà nazzjonali għal erba’ oqsma ta’ attività: timmaniġġja l-każijiet ta’ kumpens għall-vittmi ta’ reati, tamministra l-Fond għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsofferfonden), taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert u titlob lura l-kumpens għall-vittmi ta’ reati li tħallas.

Dettalji ta’ kuntatt:

090 70 82 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator@brottsoffermyndigheten.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.brottsoffermyndigheten.se/

Domstolsverket (l-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali)

L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali hija awtorità tal-Istat li tirrapporta lill-Gvern u taġixxi bħala organizzazzjoni ta’ servizz għall-qrati Żvediżi. L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali hija responsabbli għall-koordinazzjoni kumplessiva u għal kwistjonijiet ġenerali li jaffettwaw il-qrati Żvediżi. Dan jinvolvi wkoll l-għoti ta’ servizzi lill-qrati, lit-tribunali tal-kera u tal-kirjiet nazzjonali u lill-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndigheten).

Dettalji ta’ kuntatt:

036 15 53 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadomstolsverket@dom.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.domstol.se/

Kronofogden (l-Awtorità tal-Infurzar Żvediża)

L-Awtorità tal-Infurzar Żvediża hija awtorità tal-Istat. Fost l-oħrajn, hija taħdem sabiex tistabbilixxi d-djun permezz ta’ ordnijiet ta’ ħlas u tgħin lil kull min ma jkunx tħallas sabiex jirkupra dejn.

Dettalji ta’ kuntatt:

0771 73 73 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakronofogdemyndigheten@kronofogden.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.kronofogden.se/

Nationellt centrum för kvinnofrid (NCK – Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għarfien tal-Vjolenza mill-Irġiel fuq in-Nisa)

Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għarfien tal-Vjolenza mill-Irġiel fuq in-Nisa (NCK) fl-Università ta’ Uppsala jaħdem f’isem il-Gvern sabiex iżid is-sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali dwar il-vjolenza mill-irġiel fuq in-nisa, il-vjolenza u l-oppressjoni relatati mal-unur u l-vjolenza f’relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess. NCK huwa responsabbli għall-‘Kvinnofridslinjen’, il-linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna tal-Iżvezja għall-vittmi tal-vjolenza, u għal taqsima tal-pazjenti ta’ barra speċjalizzata għan-nisa abbużati fl-Uppsala University Hospital.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 50 50 50

018 611 27 93

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@nck.uu.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nck.uu.se/

Polismyndigheten (il-Pulizija Żvediża)

L-Awtorità tal-Pulizija tinvestiga r-reati u taħdem sabiex tipprevjeni reati ġodda. L-Awtorità tal-Pulizija tittratta wkoll każijiet li jinvolvu data personali fittizja.

Dettalji ta’ kuntatt:

114 14

112 (f’emerġenza)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator.kansli@polisen.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://polisen.se/

Rättshjälpsmyndigheten (Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali)

L-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali hija awtorità nazzjonali li tipprovdi għajnuna legali skont l-Att Żvediż dwar l-Għajnuna Legali. L-Awtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali hija wkoll l-awtorità ta’ rkupru meta qorti tkun iddeċidiet li titlob il-ħlas lura tal-ispejjeż, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż tad-difiża f’kawżi kriminali.

Dettalji ta’ kuntatt:

060 13 46 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarattshjalpsmyndigheten@dom.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rattshjalp.se/

Skatteverket (L-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża)

L-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża hija l-awtorità amministrattiva għat-tassazzjoni, il-valutazzjoni tal-proprjetà, ir-reġistru tal-popolazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-atti. L-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża tittratta wkoll talbiet għall-protezzjoni tad-data personali (il-kodifikazzjoni tas-segretezza u l-użu ta’ indirizzi antiki).

Dettalji ta’ kuntatt:

0771 567 567

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.skatteverket.se/

Sveriges Kommuner och Landsting (SKL – L-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Awtoritajiet u r-Reġjuni Lokali)

SKL hija organizzazzjoni ta’ sħubija għall-kunsilli muniċipali, tal-kontej u reġjonali kollha.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 452 70 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@skl.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://skl.se/

Åklagarmyndigheten (l-Awtorità tal-Prosekuzzjoni Żvediża)

L-Awtorità tal-Prosekuzzjoni taħdem mal-pulizija sabiex tinvestiga r-reati. Jekk inkjesta twassal għal akkużi, il-kawża tiġi pproċessata fil-qorti. Ix-xogħol tal-prosekutur pubbliku huwa li juri bil-provi li l-persuna akkużata kkommettiet ir-reat.

Dettalji ta’ kuntatt:

010 562 50 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator@aklagare.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.aklagare.se/

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Barnens Rätt i Samhället (BRIS – Id-Drittijiet tat-Tfal fis-Soċjetà)

BRIS hija organizzazzjoni għad-drittijiet tat-tfal mingħajr ebda affiljazzjoni politika jew reliġjuża. It-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli sal-età ta' 18-il sena jistgħu jitkellmu permezz ta’ e-mail, chat jew telefonata ma’ konsulent fi BRIS b’mod anonimu u mingħajr ħlas. BRIS tieħu wkoll telefonati minn adulti li għandhom bżonn jitkellmu ma’ xi ħadd dwar mistoqsijiet u tħassib li jirrigwardjaw it-tfal u ż-żgħażagħ.

Dettalji ta’ kuntatt:

116 111, linja telefonika ta’ għajnuna għat-tfal u għaż-żgħażagħ

077 150 50 50, linja telefonika ta’ għajnuna għall-adulti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@bris.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bris.se/

Brottsofferjouren Sverige (L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja)

L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li taħdem għad-dritt tal-vittmi kollha ta’ reati li jirċievu appoġġ. Hija tikkonsisti f’ċentri lokali ta’ appoġġ għall-vittmi madwar il-pajjiż, segretarjat u linja telefonika nazzjonali għall-għajnuna mingħajr ħlas. L-organizzazzjoni tgħin lill-vittmi ta’ reati, lix-xhieda u lill-qraba billi tismagħhom u tipprovdilhom appoġġ u pariri tajbin. Jekk ikun meħtieġ, il-vittma tista’ tikseb appoġġ fit-trattattivi ma’ korpi oħrajn li jistgħu jipprovdu, pereżempju, għajnuna psikoloġika, djar ta’ kenn jew assistenza finanzjarja. Il-vittmi jistgħu wkoll jiksbu gwida dwar il-proċedimenti kriminali. L-Appoġġ għall-Vittmi tal-Iżvezja torganizza wkoll appoġġ għall-vittmi minn voluntiera li jipprovdu informazzjoni u appoġġ b’konnessjoni ma’ proċess.

Dettalji ta’ kuntatt:

0200 21 20 19

08 644 88 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@brottsofferjouren.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brottsofferjouren.se/

Föreningen anhöriga till sexuellt utnyttjade barn (ATSUB – L-Assoċjazzjoni għall-Qraba ta’ Tfal Abbużati Sesswalment)

ATSUB tagħmel konsultazzjonijiet individwali mal-qraba ta’ tfal abbużati sesswalment u toffri għajnuna u appoġġ fit-trattattivi mal-awtoritajiet. L-Assoċjazzjoni torganizza wkoll gruppi ta’ appoġġ u tipprovdi assistenza fil-qorti.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 644 21 12

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@atsub.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://atsub.se/

Riksförbundet för homosexuellas, bisexuellas och transpersoners rättigheter (RFSL – Il-Federazzjoni Żvediża għad-Drittijiet ta’ Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali u Transġeneru), linja ta’ appoġġ għall-vittmi

RFSL hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li teżisti sabiex tiżgura li l-persuni LGBT ikollhom l-istess drittijiet, opportunitajiet u obbligi bħal kulħadd fis-soċjetà. RFSL tmexxi linja ta’ appoġġ għall-vittmi għal persuni LGBT li kienu soġġetti għal abbuż, theddid u vjolenza. Is-servizz huwa mmirat ukoll għall-qraba u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll għall-persuni li jiltaqgħu ma’ persuni LGBT vulnerabbli fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-organizzazzjoni toffri laqgħat ta’ kriżi, informazzjoni dwar id-drittijiet, għajnuna fit-trattattivi mal-awtoritajiet, appoġġ fil-proċess ġudizzjarju u djar ta’ kenn.

Dettalji ta’ kuntatt:

020 34 13 16

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaboj@rfsl.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rfsl.se/verksamhet/brottsofferjour/

Riksorganisationen för kvinnojourer och tjejjourer i Sverige (ROKS – Organizzazzjoni Nazzjonali għax-Xelters tan-Nisa u x-Xelters tat-Tfajliet fl-Iżvezja)

ROKS tikkoordina ċ-ċentri membri lokali u tipprovdi għajnuna u djar ta’ kenn għan-nisa, il-bniet u t-tfal abbużati. L-organizzazzjoni tagħmel ukoll ħidma ta’ tiswir tal-opinjonijiet sabiex tirreklama l-esperjenza taċ-ċentri membri u b’hekk tnaqqas il-vjolenza mill-irġiel fuq in-nisa.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 442 99 30

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@roks.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.roks.se/

Riksföreningen stödcentrum mot incest och andra sexuella övergrepp i barndomen (RISE – Ċentru ta’ appoġġ nazzjonali għall-vittmi ta’ inċest u forom oħrajn ta’ abbuż sesswali fit-tfulija)

RISE hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li toffri appoġġ lil adulti li kienu soġġetti għal abbuż sesswali fit-tfulija. L-assoċjazzjoni għandha linja telefonika għall-għajnuna li jistgħu jċemplu fuqha nisa u rġiel, tfal, qraba u professjonisti. RISE toffri wkoll diversi attivitajiet lill-membri tagħha, inklużi diskussjonijiet fi gruppi ta’ appoġġ.

Dettalji ta’ kuntatt:

08 696 00 95

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidastod@rise-sverige.se

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://rise-sverige.se/