Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

In-notifika ta' atti - Slovenja

LISTA TAL- KONTENUT

1 Ko praksē nozīmē juridiskais termins “dokumentu izsniegšana” ? Kāpēc pastāv īpaši noteikumi attiecībā uz rakstisku dokumentu izsniegšanu?

Fil-prattika, in-notifika tad-dokumenti tfisser il-konsenja ta' karti u dokumenti lil persuni fiżiċi u ġuridiċi li huma parti mill-proċedimenti u t-tfassil ta’ dokumenti li jiddeskrivu u jikkonfermaw il-konsenja jew in-notifika. Min-naħa waħda dan ifisser illi d-destinatarju jiġi notifikat bl-attivitajiet proċedurali tal-qorti jew parti, u min-naħa l-oħra l-qorti tikseb konferma ta' min joqgħod fuqha illi l-partijiet irċevew id-dokumenti. Il-konferma li d-dokumenti ġew verament u korrettament notifikati hija l-kundizzjoni għal-implimentazzjoni normali tal-proċedura, u fl-istess ħin in-notifika korretta lill-partijiet tassigura illi jiġi osservat il-prinċipju ta' audi alteram partem. Għalhekk in-notifika hija miżuri proċedurali tal-qorti, bl-għan illi tiġi notifikata parti dwar il-proċedimenti, il-miżuri proċedurali tal-parti opposta u tal-qorti, u fl-istess ħin tiggarantixxi d-dritt tal-parti li twieġeb.

Huma meħtieġa regoli speċifiċi dwar in-notifika ta' dokumenti sabiex jiġu osservati diversi prinċipji tar-regoli tal-proċedura ċivili u sabiex jagħtu protezzjoni ġudizzjarja effettiva mingħajr dewmien bla bżonn, għaliex in-notifika tad-dokumenti tiżgura illi l-parteċipanti kollha jiġu notifikati bil-miżuri proċedurali tal-qorti u/jew tal-partijiet. Regoli speċifiċi dwar in-notifika ta' dokumenti tipprovdi wkoll salvagwardja f'każ ta' notifika skorretta.

2 Kādi dokumenti ir formāli jāizsniedz?

Il-partijiet jew il-parteċipanti għandhom jiġi nnotifikati bid-dokumenti ġudizzjarji kollha, fejn l-Artikolu 142 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (minn issa l’quddiem ZPP; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja , Nru. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida73/07 – test uffiċjali konsolidat, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida45/08 – ZArbit, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida45/08, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida111/08 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida57/09 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida12/10 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida50/10 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida107/10 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida75/12 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida40/13 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida92/13 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida10/14 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida48/15 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida6/17 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida10/17) jistipula li l-miżuri u deċiżjonijiet ġudizzjarji li jistgħu jkunu soġġetti għal appell, ir-rimedji legali straordinarji u l-ordnijiet ta’ ħlas għat-tariffi tal-qorti għall-preżentata ta’ kawżi, kontrokawżi, rikorsi ta’ divorzju bonarju, kawżi bi proposta għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas, rikorsi għall-ftuħ mill-ġdid ta’ kawża, rikorsi għall-ġbir ta’ provi qabel jibdew proċedimenti ċivili, rikorsi għal tentattiv biex jintlaħaq ftehim fuq kawża, rikors għan-notifika ta’ appell, appelli, rikorsi għal reviżjoni, reviżjonijiet u stedina lill-partijiet għal seduti ta’ smigħ biex jintlaħaq ftehim, jew jekk ma tiġi skedata l-ebda seduta ta’ smigħ sabiex jintlaħaq ftehim, għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet personalment, fejn kemm in-notifika b’mod personali kif ukoll in-notifika permezz ta’ mezzi elettroniċi għandhom jitqiesu bħala notifika personali tad-dokumenti, skont id-dispożizzjonijiet taz-ZPP. Dokumenti oħra jiġu notifikati personalment biss jekk hekk ikun previst mil-liġi jew jekk il-qorti tkun tal-fehma illi hija meħtieġa aktar kawtela minħabba d-dokumenti mehmuża mal-oriġinal, jew għal raġunijiet oħra.

3 Kas ir atbildīgs par dokumentu izsniegšanu?

Id-dokumenti jiġu notifikati bil-posta, minn marixxall, permezz ta’ posta elettronika sikura jew b'mezzi oħra previsti mil-liġi. Fuq proposta tal-parti avversarja, il-qrati jistgħu jordnaw li n-notifika ta’ dokumenti ssir minn investigatur jew eżekutur propost minn parti, fejn il-fondi għal din in-notifika jiġu koperti mill-propoent tan-notifika (l-Artikolu 132 taz-ZPP). Il-partijiet jistgħu jgħidu lill-qorti li jixtiequ li n-notifika tad-dokumenti ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri, f’kaxxa tal-posta sikura, jew f’indirizz tal-posta elettronika rreġistrat fis-sistema ta’ informazzjoni ġudizzjarja u indikata fl-applikazzjoni. L-indirizz tal-posta elettronika sikur indikat huwa ekwivalenti għall-indirizz tad-dar jew uffiċċju reġistrat tal-parti. Jekk parti minnhom tissottometti dokumenti b'mezzi elettroniċi, huwa mifhum illi hija trid li n-notifika ssir ukoll b’mezzi elettroniċi sikuri, sakemm ma tiddikjarax mod ieħor. Il-qorti tista tinnotifika d-dokumenti lil parti wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri fi proċedura oħra jekk, skont l-informazzjoni fuq dik il-parti li għandha l-qorti, hija tista b’mod affidabbli tistabbilixxi li din il-parti diġa’ rreġistrat kaxxa postali sikura jew indirizz tal-posta elettronika u jekk il-parti ġiet innotifikata personalment b’avviż bil-miktub li se tiġi nnotifikata b'aktar dokumenti matul il-proċedura permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri, sakemm ma jipprovdux mod ieħor. Jekk il-qorti tara illi n-notifika sikura elettronika tad-dokumenti mhix possibbli, hija tinnotifikahom f'forma fiżika u tagħti r-raġunijiet għal dan it-tip ta' notifika. Il-korpi tal-istat, l-avukati, in-nutara, l-eżekuturi, ir-riċevituri u persuni oħra, kif imfissra mil-liġi, għandhom dejjem jiġu nnotifikati permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri. Dawn il-korpi u persuni jridu jirreġistraw il-kaxxa postali elettronika tagħhom jew l-indirizz tal-posta elettronika fis-sistema ta’ informazzjoni ġudizzjarja.

Għall-korpi tal-istat, il-korpi ta’ komunitajiet lokali li jiggvernaw lilhom infushom, persuni ġuridiċi, kummerċjanti uniċi, avukati u nutara, id-dokumenti jiġu nnotifikati b’konsenja lil persuna awtorizzata li taċċetta l-posta, jew impjegat f’uffiċċju, stabbiliment ta’ negozju jew uffiċju reġistrat, jew lil rappreżentant statutorju jew detentur ta’ prokura. (l-Artikolu 133 taz-ZPP). Id-dokumenti għall-persunal militari u l-uffiċjali tal-pulizija jistgħu jiġu notifikati wkoll permezz tal-kmandanti jew superjuri tagħhom; fejn meħtieġ, b'dan il-mod jistgħu jiġu notifikati dokumenti oħra lilhom (l-Artikolu 134 ZPP). Persuni l-ħabs għandhom jiġu notifikati mill-bord tal-maniġment tal-ħabs jew istituzzjoni oħra li fiha qed jiskontaw sentenza jew ċaħda tal-libertà (l-Artikolu 136 ZPP).

Meta parti għandha rappreżentant legali jew proxy, id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati lil dak ir-rappreżentant jew proxy sakemm ma jiġix determinat mod ieħor f’dan l-Att (l-Artikolu 137 taz-ZPP).

4 Tiftix tal-indirizz

4.1 Skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, l-awtorità rikjesta f'dan l-Istat Membru tipprova u tistabbilixxi hi bl-inizjattiva tagħha fejn tinsab il-persuna li trid tiġi nnotifikata bid-dokumenti ladarba din ma tkunx għadha toqgħod fl-indirizz magħruf mill-awtorità rikjedenti?

In-notifika fl-Istati Membri għandha issir skont ir-regolamenti nazzjonali. L-Artikolu 143(3) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili jistipula l-obbligu tal-qorti li tikseb informazzjoni dwar jekk l-indirizz li fih saret in-notifika hux l-istess indirizz bħal dak irreġistrat skont il-liġi dwar ir-reġistrazzjoni tar-residenza. Dan ifisser li l-qorti, kull meta tfalli notifika f’indirizz speċifiku (għal kwalunkwe raġuni) trid tiċċekkja l-indirizz tad-destinatarju fir-reġistru ċentrali tal-popolazzjoni (Centralni register prebivalstva) jew l-indirizz tal-impjegatur tad-destinatarju fir-reġistru tal-Istitut tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (Zavod za zdravstveno zavarovanje Slovenije). Jekk in-notifika ma saritx, il-qorti mbagħad tibgħat id-dokument għan-notifika fl-indirizz mir-reġistru ċentrali tal-popolazzjoni jew fl-indirizz tal-impjegatur tad-destinatarju. Jekk din in-notifika ma kinitx possibbli jew falliet, il-qorti mbagħad tistieden lill-parti avversarja biex tikkomunika l-indirizz ta’ residenza l-ġdid tad-destinatarju f’perjodu ta’ żmien speċifiku, jekk il-parti avversarja jkollha dan l-indirizz f’idejha. Fl-istess ħin, il-qorti tipproponi li tibda proċedura biex tiddetermina r-residenza attwali skont il-liġi dwar ir-reġistrazzjoni u d-dereġistrazzjoni tar-residenza permanenti u temporanja, jew issaqsi lill-qraba, membri tal-familja, ġirien jew il-gwardjan tal-bini mill-aħħar indirizz magħruf, is-servizzi soċjali, l-aħħar impjegatur jew sid il-post, lill-pulizija jew l-isptarijiet. Madankollu, il-proċedura kif deskritta ma tapplikax jekk id-dokument irid jiġi nnotifikat fuq korpi tal-gvern, korpi ta’ komunitajiet li jiggvernaw lilhom infushom, persuni ġuridiċi, kummerċjanti uniċi, avukati u nutara.

Il-qorti tmexxi b'dan il-mod kemm waqt li għaddejjin il-proċedimenti fis-Slovenja kif ukoll meta' ssir in-notifika tad-dokumenti fuq talba ta' qorti fi Stat Membru ieħor (il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali).

4.2 L-awtoritajiet ġudizzjarji barranin u / jew il-partijiet fil-proċedimenti ġudizzjarji għandhom aċċess għar-reġistri jew servizzi f'dan l-Istat Membru li jippermettu li jinstab l-indirizz attwali tal-persuna? Jekk iva, x'reġistri jew servizzi jeżistu u x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita? Xi ħlas irid isir, jekk hemm?

Ma għandhomx aċċess għal din l-informazzjoni; minħabba l-protezzjoni tad-data personali dan l-aċċess huwa strettament limitat. Jekk awtorità barranija tixtieq tikseb informazzjoni dwar ir-residenza ta' individwu, skont l-informazzjoni mingħand l-unitajiet amministrattivi, ir-rikors irid jiġi ppreżentat lilhom bis-Sloven (l-ebda tariffi jew miżati oħra ma jitħallsu għal dan is-servizz) u mbagħad l-awtorità amministrattiva tiddeċiedi fuq ir-rikors skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali. Jekk il-parti li qed titlob l-informazzjoni hija persuna fiżika, it-talba hija ħafna aktar diffiċli. Skont l-informazzjoni mill-unitajiet amministrattivi, huma ma jagħtux din it-tip ta' informazzjoni lill-partijiet. Barra minn hekk, hemm ukoll il-possbilità li t-talbiet isiru b'mezzi diplomatiċi.

Kif iddikjarat aktar 'il fuq, fuq talba ta' qorti barranija, il-qorti Slovena li għandha ġuriżdizzjoni sempliċiment tivverifika u tikseb informazzjoni dwar l-indirizz tal-persuna.

4.3 L-awtoritajiet f'dan l-Istat Membru kif jittrattaw talba mibgħuta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali bl-għan li jinstab l-indirizz attwali ta' persuna?

Il-qorti twettaq tiftixa dwar ir-residenza ta' individwu (ara t-tweġiba fil-punt 4.1) meta tirċievi talba għall-preżentazzjoni tal-provi.

5 Fil-prattika, normalment kif jiġi notifikat id-dokument? Hemm metodi alternattivi li jistgħu jintużaw (ħlief in-notifika indiretta msemmija fil-punt 6 iktar 'l isfel)?

Bħala regola ġenerali, id-dokumenti jiġu notifikati bil-posta, filwaqt li jistgħu jiġu notifikati wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri, minn uffiċjal tal-qorti, fil-qorti jew b’mod ieħor kif stipulat mil-liġi, kif ukoll minn investigatur jew eżekutur propost mill-parti.

6 Hija permessa n-notifika elettronika ta' dokumenti (notifika ta' dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi mill-bogħod, bħall-email, applikazzjoni sikura bbażata fuq l-internet, faks, sms, eċċ.) fi proċedimenti ċivili? Jekk iva, għal liema tipi ta' proċedimenti huwa permess dan il-metodu? Hemm restrizzjonijiet fir-rigward tad-disponibilità / l-aċċess għal dan il-metodu ta' notifika ta' dokumenti skont min ikun id-destinatarju (professjonist tal-liġi, persuna ġuridika, kumpanija jew attur ieħor fin-negozju, eċċ.)?

Iva. In-notifika tad-dokumenti ssir permezz tas-sit elettroniku tal-Ġustizzja elettronika (e-Sodstvo) li huwa amministrat mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče RS), fl-indirizzi tal-posta elettronika sikuri tal-utenti.

In-notifika elettronika hija permess fil-proċedura ċivili u fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili oħrajn fejn ir-regoli tal-Att ta' Proċedura Ċivili japplikaw għan-notifika elettronika tad-dokumenti, pereżempju fi proċedimenti dwar it-tilwim kummerċjali, industrijali u soċjali, proċeduri mhux ċivili, proċedimenti dwar il-wirt (għadha ma tintużax f'dawn il-proċeduri kollha) u proċeduri tar-reġistru tal-artijiet, proċedimenti ta' falliment u ta' eżekuzzjoni (in-notifika elettronika diġà tintuża f'dawn il-proċeduri kollha).

Hemm restrizzjonijiet fir-rigward tal-gruppi li fihom jiġu kklassifikati l-utenti. L-ewwel huma maqsuma fi gruppi ġenerali:

  • utenti li ma għandhomx għalfejn jipprovdu prova tal-identità tagħhom meta jużaw is-sistema tal-Ġustizzja elettronika (utenti ordinarji),
  • utenti li jidħlu fis-sistema tal-Ġustizzja elettronika b'username u password (utenti reġistrati), u
  • utenti li jidħlu fis-sistema tal-Ġustizzja elettronika b'username u password u ċertifikat diġitali kwalifikat (utenti kwalifikati).

L-utenti kwalifikati jinkludu:

  • utenti kwalifikati interni (imħallfin u uffiċjali tal-qorti li huma awtorizzati jwettqu kompiti f'ċerti tipi ta' proċedimenti ġudizzjarji ċivili), u
  • utenti kwalifikati esterni (nutara, avukati, eżekuturi, riċevituri, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, il-kumpaniji tal-propjetà immobbli u l-uffiċċji tal-avukat muniċipali, jiġifieri entitajiet li għandhom ir-rwol ta' rappreżentant jew korp ġudizzjarju fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili, u utenti/partijiet, jiġifieri persuni ġuridiċi, persuni fiżiċi jew awtoritajiet statali jew lokali li għandhom ir-rwol ta' parti fil-proċedimenti ġudizzjarji ċivili).

7 Notifika "indiretta"

7.1 Il-liġi ta' dan l-Istat Membru tippermetti metodi oħrajn ta' notifika fejn ma jkunx possibbli li d-dokumenti jkunu nnotifikati lid-destinatarju (pereż. notifika fl-indirizz tad-dar, fl-uffiċċju tal-marixxall, bil-posta jew b'reklamar)?

F'każ ta' notifika ta' dokumenti ġudizzjarji, irridu nagħmlu distinzjoni bejn notifika ordinarja u notifika personali.

F'każ ta' notifika ordinarja, l-ewwel irid isir tentattiv ta' notifika ta' sostituzzjoni. Dan ifisser illi f'każ illi l-persuni li lilha jridu jiġu notifikati d-dokumenti ma jkunux fir-residenza tagħhom, id-dokumenti jiġu notifikati b'mod illi jaslu għand xi ħadd mill-membri adulti tal-familja, li għandhom obbligu jaċċettawhom (l-Artikolu 140(1) taz-ZPP). Jekk id-dokument jiġi nnotifikat fuq il-post tax-xogħol tad-destinatarju u d-destinatarju ma jkunx hemm, jew ikun f’post mhux aċċessibbli għal min qiegħed iwettaq in-notifika, id-dokument jiġi nnotifikat lill-persuna awtorizzata tirċievi l-posta jew persuna li turi ruħha disponibbli. Jekk id-destinatarju jgħix fi faċilità ta’ akkomodazzjoni (pereżempju residenza għall-istudenti, residenza għal persuni mhux miżżewġa, sptar) u m’għandux kaxxa postali propja tiegħu, min iwettaq in-notifika jagħmel dan lill-persuna awtorizzata li tirċievi posta f’isem min jokkupa l-faċilità. Huwa biss meta din in-notifika ma tkunx possibbli li ssir notifika lil persuna fiżika fejn il-persuna li twettaq in-notifika tiddepożita d-dokumenti fil-kaxxa tal-ittri fl-indirizz tad-dar. F’dan il-każ, in-notifika dejjem titqies li saret fil-jum li d-dokument tħalla fil-kaxxa tal-ittri, fejn issir nota speċifika ta’ dan fuq id-dokument biex jaraha id-destinatarju.

F'każ illi d-destinatarju ma jkollux kaxxa tal-ittri jew jekk ma tistax tintuża, id-dokumenti jintbagħtu lill-qorti li ordnat in-notifika, u f'każijiet ta' notifika bil-posta, fl-uffiċċju tal-posta tal-post ta' residenza tad-destinatarju, u jitħalla avviż tan-notifika mal-bieb tad-dar tad-destinatarju, li jindika fejn jinsabu d-dokumenti (l-Artikolu 141(1)(2) ZPP). In-notifika dejjem titqies li saret fil-jum li l-avviż tan-notifika twaħħal mal-bieb, fejn issir nota speċifika ta’ dan fuq l-avviż tan-notifika biex jaraha id-destinatarju. L-uffiċċju tal-posta jżomm id-dokument għal 30 jum. Jekk id-destinatarju ma jiġborx id-dokumenti fi żmien 30 jum, id-dokumenti jmorru lura għand il-qorti. Id-dokumenti jiġu notifikati fuq il-korpi tal-istat, fuq il-korpi ta’ komunitajiet lokali li jiggvernaw lilhom infushom, fuq persuni ġuridiċi, kummerċjanti uniċi, avukati u nutara bl-istess mod kull meta l-eżekutur ma jistax jinnotifikahom fl-indirizz imniżżel fir-reġistru.

In-notifika personali tfisser illi d-dokumenti jingħataw lill-persuna personalment. Skont l-Artikolu 142 ZPP, dawn li ġejjin jitqiesu dokumenti ġudizzjarji: miżuri, deċiżjonijiet ġudizzjarji li kontrihom jista' jsir appell, rimedji legali straordinarji u ordnijiet għall-ħlas ta' tariffi tal-qorti għar-rikorsi skont l-Artikolu 105 ZPP (miżuri, kontrotalbiet, proposti għal divorzju bonarju, eċċ) u stediniet lill-partijiet għal seduti ta' riżoluzzjoni, jew għall-ewwel seduta jekk ma tkunx prevista seduta ta' riżoluzzjoni. Dokumenti oħra jiġu notifikati personalment biss jekk hekk ikun previst mil-liġi jew jekk il-qorti tkun tal-fehma illi hija meħtieġa aktar kawtela minħabba d-dokumenti mehmuża mal-oriġinal, jew għal raġunijiet oħra. In-notifika ta’ dokumenti f’forma elettronika (l-Artikolu 141a taz-ZPP) li tista’ ssir permezz tan-notifika ta’ kopja ċċertifikata tad-dokument f’forma fiżika jew permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri, tikkostitwixxi wkoll notifika personali. Fl-aħħar każ, id-dokumenti jiġu nnotifikati permezz tas-sistema ta’ informazzjoni ġudizzjarja direttament fl-indirizz irreġistrat jew fil-kaxxa postali elettronika sikura minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jwettqu n-notifika ta’ dokumenti permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri bħala attività reġistrata bis-saħħa ta’ permess speċjali mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

F'każ illi d-destinatarju ma jistax jiġi notifikat personalment, in-notifika personali lil persuna fiżika ssir mill-persuna li tkun qed twettaq in-notifika li twassal id-dokumenti lill-qorti li ordnat in-notifika, u f'każijiet ta' notifika bil-posta, fl-uffiċċju tal-posta tal-post ta' residenza tad-destinatarju, u jitħalla avviż tan-notifika fil-kaxxa tal-ittri jew mal-bieb tal-appartament, li jindika fejn jinsabu d-dokumenti u l-perjodu ta’ ħmistax il-ġurnata sa meta jistgħu jinġabru mid-destinatarju. Jekk in-notifika elettronika mhix possibbli, id-dokumenti jintbagħtu fl-indirizz irreġistrat fis-sistema ta’ informazzjoni ġudizzjarja jew fil-kaxxa postali elettronika sikura, fejn trid issir nota speċifika dwar dan fuq id-dokument biex jaraha d-destinatarju.

Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom għandhom l-obbligu, f'każ illi jbiddlu l-indirizz tagħhom qabel in-notifika ta' deċiżjoni tat-tieni istanza li biha ġew konklużi l-proċedimenti, jinfurmaw lill-qorti bil-bidla mingħajr dewmien. Fin-nuqqas, il-qorti tordna illi kull notifika futura tad-dokumenti fil-proċedimenti lil dik il-parti ssir bil-pubblikazzjoni tad-dokumenti fuq il-bord tal-bullettini tal-qorti. Id-dokumenti jitqiesu notifikati tmint ijiem wara li jkunu ġew mehmuża mal-bord tal-bullettini tal-qorti (l-Artikolu 145 ZPP).

7.2 Jekk japplikaw metodi oħrajn, id-dokumenti meta jitqiesu li ġew innotifikati?

F’każ ta’ notifika ordinarja, in-notifika dejjem titqies li saret fil-jum li d-dokument tħalla fil-kaxxa tal-ittri, fejn issir nota speċifika ta’ dan fuq id-dokument biex jaraha id-destinatarju. F'każ illi d-destinatarju ma jkollux kaxxa tal-ittri, id-dokumenti jitqiesu notifikati fid-data li fiha jkun twaħħal mal-bieb l-avviż tan-notifika tad-dokumenti.

F'każ ta' notifika personali, id-dokumenti jitqiesu notifikati fid-data li fiha jinġabru mid-destinatarju. Jekk id-destinatarju ma jiġborhomx fi żmien ħmistax, id-dokumenti jitqiesu notifikati wara li tiskadi dik l-iskadenza. Wara l-iskadenza, il-persuna li twettaq in-notifika tiddepożita d-dokumenti fil-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju; jekk id-destinatarju ma jkollux kaxxa tal-ittri jew jekk ma tistax tintuża, id-dokumenti jintbagħtu lura lill-qorti.

7.3 Jekk metodu ieħor ta' notifika huwa d-depożitu tad-dokumenti f'post partikolari (pereż. fl-uffiċċju tal-posta), id-destinatarju kif ikun infurmat b'dak id-depożitu?

F'każ ta' notifika personali, meta d-dokumenti jiġu depożitati fil-kaxxa tal-ittri, il-persuna li twettaq in-notifika twissi lid-destinatarju bil-konsegwenzi legali tad-dokumenti, u tniżżel ir-raġuni għall-kawża u d-data li fiha ġew depożitati d-dokumenti fil-kaxxa tal-ittri fuq in-nota ta' konsenja u d-dokumenti, u tiffirmahom. Jekk id-destinatarju ma għandux kaxxa tal-ittri, u d-dokumenti ġew konsenjati lill-qorti/uffiċċju tal-posta, il-persuna li twettaq in-notifika tħalli avviż ta' notifika mal-bieb tar-residenza, fejn tindika fejn qiegħdin id-dokumenti u meta d-dokumenti jitqiesu notifikati.

F'każ ta' notifika personali, il-persuna li twettaq in-notifika tħalli avviż fil-kaxxa tal-ittri li jindika fejn ġew depożitati d-dokumenti, l-iskadenza għall-ġbir tad-dokumenti, u l-konsegwenzi legali jekk id-destinatarju ma jiġborhomx qabel dik l-iskadenza. Il-persuna li twettaq in-notifika tniżżel ir-raġuni għall-kawża u d-data li fiha ġew depożitati d-dokumenti mad-destinatarju kemm fuq l-avviż u fuq id-dokumenti soġġetti għan-notifika, u tiffirmahom.

7.4 Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta n-notifika tad-dokumenti, xi jkunu l-konsegwenzi? Id-dokumenti jitqiesu bħala effetivament innotifikati jekk ir-rifjut ma jkunx leġittimu?

F'każ illi l-persuna li lilha huma indirizzati d-dokumenti, jew persuna li għandha l-obbligu tiġbor id-dokumenti, għal xi raġuni mhux skont il-liġi ma taċċettax li tirċievi d-dokumenti, il-persuna li qed twettaq in-notifika tiddepożitahom id-dar tagħha jew fil-post tax-xogħol jew fil-kaxxa tal-ittri tagħha, u jekk ma jkunx hemm kaxxa tal-ittri, tħalli d-dokumenti mal-bieb tad-dar. Hija tniżżel id-data, il-ħin u r-raġuni għar-rifjut tan-notifika, u l-post fejn tħallew id-dokumenti, fuq in-nota tan-notifika. Id-dokumenti mbagħad jiġu meqjusa notifikati (l-Artikolu 144 ZPP).

8 Notifika postali minn barra l-pajjiż (l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar in-Notifiki)

8.1 Jekk is-servizz postali jwassal dokument mibgħut minn barra lil destinatarju f'dan l-Istat Membru f'sitwazzjoni fejn ikun hemm bżonn tal-aċċettazzjoni tal-irċevuta (l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar in-Notifiki), is-servizz postali jista' jħalli d-dokument biss mad-destinatarju stess jew jista', skont ir-regoli nazzjonali tal-posta, iħalli d-dokument ukoll ma' persuna oħra fl-istess indirizz?

L-Att dwar il-Servizz tal-Posta (minn issa 'l quddiem iz-ZPSto-2; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja [Uradni list RS], Nru 51/09, 77/10 u 40/14 – ZIN-B) jistipula illi l-posta reġistrata u assigurata għandha tiġi konsenjata lid-destinatarji personalment fl-indirizz tagħhom. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-posta reġistrata u assigurata titwassal lil wieħed mill-membri adulti tal-familja jew persuna awtorizzata biex tirċeviha (l-Artikolu 41 ZPSto-2), fejn membru adulta tal-familja huwa persuna li għandha aktar minn ħmistax-il sena u taqsam id-dar mad-destinatarju (Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali għall-Provvista ta' Servizzi Postali Universali tal-1 ta' Settembru 2014; minn issa l-quddiem il-GT).

8.2 Skont ir-regoli tal-posta f'dan l-Istat Membru kif tista' ssir in-notifika ta' dokumenti minn barra, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tan-Notifiki Nru 1393/2007, jekk la d-destinarju u lanqas ħaddieħor li jkun awtorizzat jirċievi n-notifika (jekk possibbli skont ir-regoli nazzjonali tal-posta – ara fuq) ma jkun instab fl-indirizz fejn tkun intbagħtet?

Jekk il-posta reġistrata ma tistax titwassal lill-persuni msemmija hawn fuq (id-destinatarju fil-persuna/membru adult tal-familja jew il-parti awtorizzata) minħabba assenza, il-persuna tal-konsenja tiddepożita avviż fil-kaxxa tal-ittri fejn tindika l-post tal-ġbir u l-iskadenza għall-ġbir tal-konsenja. Jekk id-destinatarju ma jiġborx il-konsenja saż-żmien indikat fl-avviż postali, il-posta tintbagħat lura lil min bagħta. Jekk id-destinatarju ma jixtieqx jaċċetta l-posta reġistrata u assigurata, il-persuna tal-konsenja tniżżel id-data u r-raġuni għar-rifjut fuq il-posta nnifisha jew fuq in-nota ta' konsenja u tibgħat il-posta lura lil min bagħta.

8.3 L-uffiċċju tal-posta jippermetti perjodu speċifiku għall-ġbir tad-dokumenti qabel ma d-dokumenti jintbagħtu lura għax ma twasslux? Jekk iva, kif ikun infurmat id-destinatarju li għandu l-posta x'jiġbor mill-uffiċċju tal-posta?

Il-konsenja tista' tinġabar mill-uffiċċju tal-posta fi żmien ħmistax mid-data li fiha d-destinatarju ġie notifikat bil-wasla tagħha. Eċċezzjoni għal dak li għadu kif intqal tapplika għall-pakketti li jaslu minn barra fejn min bagħthom stabbilixxa skadenza ta' inqas minn ħmistax meta bagħthom. L-iskadenzi għall-ġbir tal-posta jiġu determinati bil-kalendarju, ibda mill-ġurnata ta' wara dik li fiha d-destinatarju rċieva avviż tal-konsenja. Għal posta miżmuma fl-uffiċċju tal-posta bħala poste restante u posta għall-utenti tal-kaxxi postali fl-uffiċċju tal-posta, l-iskadenza tiġi determinata bil-kalendarju, ibda mid-data ta' wara dik li fiha waslet il-posta fl-uffiċċju tal-posta (l-Artikolu 27 GT).

Fuq il-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju jitħalla avviż bil-post u l-iskadenza għall-ġbir.

9 Ikun hemm prova bil-miktub li d-dokument ikun ġie nnotifikat?

In-nota ta' konsenja hija prova bil-miktub li d-dokument ġie notifikat. In-nota ta' konsenja tiġi ffirmata mid-destinatarju u l-mittent, bid-destinatarju jimla personalment id-data tal-wasla bil-kliem fuq in-nota ta' konsenja. Jekk id-destinatarju ma jafx jikteb jew jiffirma, il-persuna li twettaq il-konsenja ddaħħal ismu u d-data tal-konsenja fi kliem, u żżid nota li tgħid għalfejn ma ffirmax id-destinatarju.

Jekk id-destinatarju ma jixtieqx jiffirma n-nota ta' konsenja, il-persuna li twettaq in-notifika tniżżel dan il-fatt fuq in-nota ta' konsenja kif ukoll id-data tan-notifika fi kliem; id-dokumenti mbagħad jiġu meqjusa notifikati. Jekk in-notifika ssir skont l-Artikolu 142(3) taz-ZPP (notifika sostitwita jew “fittizja”; ara wkoll il-punti 8.2 u 7.3), id-data li fiha ġiet depożitata n-notifika mad-destinatarju u d-data li fiha d-dokumenti waslu l-qorti jew fl-uffiċċju tal-posta jitniżżlu fuq in-nota ta' konsenja.

Jekk, skont id-dispożizzjonijiet taz-ZPP id-dokumenti jaslu għand persuna li mhix il-persuna li lilha kellhom jiġu notifikati, il-persuna li twettaq in-notifika tniżżel ir-relazzjoni bejniethom fuq in-nota ta' konsenja (l-Artikolu 149(5) ZPP).

10 X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u d-destinatarju tan-notifika ma jirċevix id-dokument jew jekk in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (pereż. id-dokument jiġi notifikat lil terza persuna)? Minkejja dan, in-notifika tad-dokument tista’ titqies valida (pereż. hemm rimedju għall-ksur tal-liġi) jew trid issir notifika ġdida tad-dokument?

In-nota ta' konsenja fiha l-elementi kollha ta' dokument pubbliku u għalhekk hija turija tal-veraċità tal-fatti kkonfermati fiha. Madankollu jista' jiġi ppruvat illi l-fatti kontenuti fiha mhumiex il-verità.

F'każ illi d-destinatarju ma jirċevix id-dokumenti, jew jiġi allegat li saret notifika skorretta, huwa minnhu illi ċerti nuqqasijiet jew żbalji fin-notifika tad-dokumenti jistgħu jiġu eliminati. Għalhekk id-destinatarji ma jistgħux jallegaw illi saret notifika skorretta jekk ikun ċar daqs il-kristall mill-imġiba tagħhom illi minkejja n-notifika skorretta saru jafu bil-kontenut tad-dokumenti xorta waħda. Dan jgħodd ukoll f'każ illi d-dokumenti verament waslu f'idejn id-destinatarju (pereżempju jekk id-destinatarju jiġbor id-dokumenti wara li jiskadi ż-żmien għall-ġbir). Dan huwa stipulat ukoll fiz-ZPP, li jgħid illi ma jistax jiġi allegat ksur tar-regoli tan-notifika jekk id-destinatarju jiġbor id-dokumenti minkejja l-ksur. F'dak il-każ id-dokumenti jitqiesu notifikati fil-mument tal-ġbir tagħhom mid-destinatarju (l-Artikolu 139(5) ZPP).

L-eliminazzjoni jew korrezzjoni tal-iżbalji fin-notifika jistgħu jsiru wkoll permezz tar-restitutio ad integrum, fejn huwa possibbli ritorn għall-istatus preċedenti vrnitev v prejšnje stanje), jekk id-dewmien fl-eliminazzjoni ta' ċerta miżura proċedurali jikkawża sitwazzjoni li parti, minkejja t-turija suffiċjenti ta' diliġenza xierqa, ma tkunx tista' tobsor jew tipprevjeni. Jekk il-parti titlef seduta jew skadenza għal miżura legali u b'hekk titlef id-dritt biex twettaq dik il-miżura, fuq proposta tagħha l-qorti tħalliha tagħmilha aktar tard (ritorn għal status preċedenti), jekk tirrikonoxxi illi l-parti tilfet is-seduta jew skadenza minħabba raġuni leġittima. Jekk jitħalla r-restitutio ad integrum, il-miżura tmur lura għall-istat li kienet fiha qabel id-dewmien, u d-deċiżjonijiet kollha tal-qorti mogħtija minħabba d-dewmien jitħassru (l-Artikolu 116 ZPP).

Il-proposta tista' tiġi preżentata fi żmien ħmistax mid-data tat-tmiem tal-kawża li ġielgħet lill-parti titlef is-seduta jew skadenza; jekk il-parti ssir taf bid-dewmien aktar tard, allura mid-data li saret taf biha. Restitutio ad integrum ma jistax jintuża wara li jkunu għaddew sitt xhur mid-data tad-dewmien (l-Artikolu 117 ZPP). Kemm l-iskadenzi soġġetti u oġġettivi huma skadenzi legalment preklużivi u ma jistgħux jiġu estiżi.

11 Hemm xi ħlas għan-notifika ta’ dokument, u jekk hemm, kemm hu l-ħlas?

In-notifika bil-posta, bħala metodu ġeneralment aċċettat ta' notifika tad-dokumenti, ma ġġibx magħha spejjeż separati għall-partijiet. In-notifika b'metodi oħra (pereżempju b'notifika speċjali li hija notifika tad-dokumenti bħala attività kummerċjali reġistrata) tfisser aktar spejjeż, allura l-qorti tista' tordnaha biss fuq proposta ta' xi ħadd mill-partijiet, li jridu jiddepożitaw ammont suffiċjenti bil-quddiem biex ikopri l-ispejjeż. Kif previst fir-Regoli speċjali dwar l-Operat tal-Persuni li Jwettqu n-Notifika ta' Dokumenti fi Proċedimenti Ċivili u Kriminali, dawn il-persuni għandhom dritt għal kumpens u rimborż għall-ispejjeż ta' xogħolhom skont il-ftehim konkluż mal-qorti, fejn il-qorti tistabbilixxi l-ammont ta' ħlas u rimborż tal-ispejjeż.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2020