Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti - Slovenja


FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

Slovenia

Serving documents


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-aġenziji trażmettituri huma: il-qrati lokali (okrajna sodišča), il-qrati distrettwali (okrožna sodišča), il-Qorti Industrijali u tal-Affarijiet Soċjali (delovno in socialno sodišče), il-Qorti Amministrattiva (upravno sodišče), il-qrati superjuri (višja sodišča), il-Qorti Suprema (Vrhovno sodišče), il-Qorti Kostituzzjonali (Ustavno sodišče) u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (Državno odvetništvo).

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Il-qrati distrettwali kollha huma aġenziji riċeventi.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Is-Slovenja se taċċetta formoli standard ta’ talbiet mimlija bil-lingwa Slovena jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Ministrstvo za pravosodje (il-Ministeru tal-Ġustizzja)

Župančičeva 3

SLO-1000 Ljubljana

Tel.: (+386)1369 53 42

Faks: (+386)1369 57 83

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagp.mp@gov.si

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Is-Slovenja se taċċetta formoli standard ta’ talbiet mimlija bil-lingwa Slovena jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Skont il-liġi Slovena, dokument ma għandux għalfejn jiġi notifikat fi żmien perjodu partikulari.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Is-Slovenja se taċċetta ċertifikati mimlija bil-lingwa Slovena jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

  • Is-Slovenja ma topponix għall-possibbiltà ta’ notifika permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew konsulari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1).
  • Is-Slovenja topponi n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji dwar persuni li jirrisjedu fis-Slovenja permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew konsulari ta’ Stat Membru ieħor, ħlief meta d-dokument jiġi notifikat liċ-ċittadin ta’ Stat Membru li fih ikun joriġina d-dokument.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

In-notifika diretta mhix permessa skont il-liġi Slovena.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Minkejja l-Artikolu 19(1) tar-Regoament, imħallef jista’ jaqta’ sentenza anke jekk ma jiġi riċevut l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew ta’ twassil, diment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ikunu ssodisfati.

Tista’ titressaq applikazzjoni għal eżenzjoni fi żmien sena mid-data meta tinqata’ s-sentenza.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2019