Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti - Bulgarija


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Bulgarija

Għoti ta' Dokumenti


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-aġenzija mittenti għan-notifika ta’ rikorsi ġuramentati u ċitazzjonijiet barra mill-pajjiż hija l-qorti li l-każ ikun pendenti quddiemha.

L-aġenzija mittenti għan-notifika ta’ dokumenti ekstraġudizzjarji barra mill-pajjiż hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) b’ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz kurrenti jew permanenti, jew l-uffiċċju reġistrat tal-persuna jew entità li titlob in-notifika; u għad-dokumenti attestati minn nutar, hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) b’ġuriżdizzjoni fuq id-distrett li fih jipprattika n-nutar.

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-aġenzija riċeventi fil-każ tar-Repubblika tal-Bulgarija hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) li fil-ġuriżdizzjoni tagħha d-dokumenti għandhom ikunu notifikati.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Il-qrati distrettwali jaċċettaw il-konsenja bil-posta ta’ talbiet għan-notifika u d-dokumenti annessi li għandhom jiġu notifikati.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-qrati distrettwali jaċċettaw forom standard kompluti bil-Bulgaru, bl-Ingliż u bil-Franċiż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-awtorità ċentrali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Id-Direttorat tal-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali u l-Affarijiet Ewropej

Tel.: +359 2 9237 413

+359 2 9237 544

+359 2 9237 576

Faks: +3592 9809223

posta elettronika: civil@justice.government.bg

1, Ulitsa Slavyanska

PO Box 1040, Sofia

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-forma ta’ applikazzjoni standard għat-trażmissjoni tista’ tiġi kompluta bil-Bulgaru, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Il-leġiżlazzjoni Bulgara ma tispeċifikax terminu għan-notifika ta’ dokumenti.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Ir-Repubblika tal-Bulgarija tippermetti ċ-ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument innotifikat li għandu jiġi redatt bil-Bulgaru, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Il-leġiżlazzjoni Bulgara ma tistipulax tariffa għan-notifika ta’ dokumenti bil-mod normali. Tariffa stabbilita f’konformità mal-Iskeda ta’ Tariffi u Spejjeż taħt l-Att dwar il-Bailiffs Privati tinġabar għan-notifika ta’ dokumenti b’metodu partikolari.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

F’konformità mal-Artikolu 13(2), ir-Repubblika tal-Bulgarija tiddikjara li hija tippermetti li n-notifika ta’ dokumenti skont l-Artikolu 13(1) issir fit-territorju tagħha biss jekk id-destinatarju jkun ċittadin tal-Istat Membru minn fejn joriġina d-dokument (l-Artikolu 608 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

In-notifika diretta skont l-Artikolu 15 mhijiex permessa skont il-liġi Bulgara (l-Artikolu 613 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Ir-Repubblika tal-Bulgarija tiddikjara għalhekk li mhijiex se tagħmel użu mill-possibbiltà prevista skont l-Artikolu 19(2).

Jista’ jsir rikors skont l-Artikolu 19(4) fi żmien sena mill-għoti ta’ sentenza mill-qorti.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma adottatx u ma konkludiet ebda ftehim, kompatibbli mar-Regolament, sabiex tħaffef jew tissimplifika t-trażmissjoni ta’ dokumenti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 09/04/2019