Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti - Spanja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Spanja

Għoti ta' Dokumenti


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Fi Spanja, l-aġenziji li jittrażmettu jkunu skrivana tal-qrati varji (Letrados de la Administración de Justicia).

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Fir-rigward tal-mezz ta' riċeviment, il-qrati bħalissa għandhom tagħmir telematiku u tal-IT, imma l-użu ta' dan it-tagħmir għadu fi stadju bikri. Il-posta hija l-uniku mezz ta' riċeviment li jeżisti bħalissa, għalkemm 'il quddiem jista' jkun possibbli l-użu ta' għodod tal-IT.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela l-formola standard: l-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż jew l-Ispanjol.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-Korp Ċentrali nnominat minn Spanja huwa s-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja (Subdirección General de Cooperación Jurídica Internacional del Ministerio de Justicia).

Subdirección General de Cooperación Jurídica Internacional

Ministerio de Justicia

C/San Bernardo, 62

E-28015 Madrid

Faks: +34 913904457

Bħalissa, l-uniku mezz ta' riċeviment aċċettat huwa l-posta.

Il-lingwi aċċettati: l-Ispanjol, il-Franċiż u l-Ingliż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Spanja taċċetta l-formola tat-talba (formola standard) bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Portugiż, kif ukoll bl-Ispanjol.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Il-perjodi ta’ żmien ivarjaw u jiddependu mit-tip ta’ dokument innotifikat u mit-tip ta' proċedimenti jew mill-istadju milħuq fil-proċedimenti.

Ġeneralment, it-termini jkunu ta' tlett ijiem jew ħamest ijiem.

Id-dispożizzjonijiet applikabbli fir-regoli proċedurali rilevanti japplikaw.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Spanja taċċetta ċertifikati ta' notifika bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Portugiż, kif ukoll bl-Ispanjol.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-ispiża tan-notifika tkun dik stabbilita fil-liġi Spanjola applikabbli, għalkemm bħalissa ma hemm l-ebda ammont fiss.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Spanja hija kontra n-notifika fit-territorju tagħha ta' dokumenti li jiġu minn Stati Membri oħrajn u li jkunu nnotifikati permezz tas-servizzi konsulari jew diplomatiċi, sakemm ma jkunux jikkonċernaw ċittadin ta' dak l-Istat Membru (l-Istat Membru ta' oriġini).

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Dan it-tip ta' notifika mhuwiex previst mil-Liġi Spanjola u għalhekk mhuwiex permess.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Fi Spanja, l-imħallfin jistgħu jneħħu s-sospensjoni tal-proċedimenti u jagħtu sentenza minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1) jekk ikunu ssosdisfati r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 19(2).

Fir-rigward tas-setgħa tal-imħallef li jilqa' talbiet għal preklużjoni, Spanja speċifikat li talbiet għal preklużjoni ma jkunux ammissibbli jekk jiġu ppreżentati iktar minn sena wara d-data tas-sentenza.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 26/03/2019