Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti - Franza


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Franza

Għoti ta' Dokumenti


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Artikolu 2, paragrafu 1 - Aġenziji tat-trażmissjoni

Fi Franza l-aġenziji tat-trażmissjoni huma l-marixxalli tal-qorti u r-reġistri tal-qrati.

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Artikolu 2, paragrafu 2 - Aġenziji riċeventi

Fi Franza l-aġenziji riċeventi huma biss il-marixxalli tal-qorti.

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Mezzi disponibbli għar-riċeviment tal-atti: il-posta

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Franza taċċetta li l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I tkun tista’ din timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi segwenti: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-entità ċentrali hija l-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili u Kummerċjali (Bureau de l'entraide judiciaire civile et commerciale).

Indirizz:

Ministère de la Justice

Direction des Affaires Civiles et du Sceau

Bureau du droit de l'Union, du droit international privé et de l'entraide civile (BDIP)

13, place Vendôme

F-75042 Paris Cedex 01

Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05

Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22

Email: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr

Għarfien lingwistiku: Franċiż u Ingliż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Franza taċċetta li l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I tkun tista’ din timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi segwenti: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Skont il-liġi Franċiża, att irid ikun innotifikat fi żmien partikolari, kif indikat fl-Artikolu 8(3) u 9(2).

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Franza taċċetta li ċ-ċertifikat ta’ notifika jew il-kopja tal-att innotifikat jkun jista’ jimtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi segwenti: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

It-tariffa fissa marbuta man-notifika mill-marixxall tal-qorti hija ta’ EUR 48.75 (id-digriet tas-26 ta’Frar 2016). It-trażmissjoni tal-atti trid tkun akkumpanjata mill-pagament korrispondenti, għajr fil-każijiet li fihom ir-rikorrent ikun jibbenefika minn assistenza ġuridika.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Franza hija kontra li, fit-territorju tagħha, Stat Membru jużufruwixxi mill-fakultà li jinnotifika atti ġudizzjarji permezz tal-kanali konsulari jew diplomatiċi, sakemm id-destinatarju tal-att ma jkunx ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Franza mhijiex kontra l-possibbiltà ta’ notifika diretta prevista mill-Artikolu 15(1).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, imħallef Franċiż jista’ jagħti l-verdett jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2.

Talba għal-liberazzjoni kif stipulata fil-paragrafu 4 trid tiġi ppreżentata fi żmien sena mid-deċiżjoni.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-informazzjoni mhix disponibbli


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019