Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti - Irlanda


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Irlanda

Għoti ta' Dokumenti


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Fl-Irlanda, l-aġenziji tat-trażmissjoni huma reġistraturi tal-kontea, li jammontaw għal 26 u li huma kkollegati mal-Uffiċċju tas-Circuit Court f’kull kontea.

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Fl-Irlanda, l-aġenziji riċeventi huma reġistraturi tal-kontea, li jammontaw għal 26 u li huma kkollegati mal-Uffiċċju tas-Circuit Court f’kull kontea.

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Mezzi possibbli għar-riċeviment: l-atti jistgħu jkunu trażmessi bil-posta jew minn fornitur tas-servizzi bħal fornitur tas-servizzi tal-kunsinna bl-express.

Il-komunikazzjonijiet għal raġunijiet amministrattivi jistgħu jsiru wkoll permezz tal-faks jew tat-telefon.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-formola standard tista’ timtela bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

The Master,

The High Court,

Four Courts

Dublin 7

Ireland

Il-Komunikazzjonijiet bl-Ingliż jew bl-Irlandiż jistgħu jsiru bil-posta, jew bil-faks lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri f’dan in-numru: (353-1) 872 56 69. Il-komunikazzjoni permezz tat-telefon lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri f’dan in-numru (353-1) 888 60 00 hija possibbli wkoll.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Irlanda taċċetta l-formola tal-applikazzjoni (formola standard) bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx fil-liġi tal-Irlanda.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Irlanda taċċetta l-formola għaċ-ċertifikat bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Meta tintalab notifika personali skont l-Artikolu 11(2), tali notifika ssir minn aġenzija legali, investigatur privat jew solicitor bi ħlas ta’ tariffa maqbula bejn il-partijiet u din normalment tkun bejn EUR 70 u EUR 100.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Irlanda mhijiex kontra dan.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Irlanda mhux se tkun qed tagħmel notifiki diretti.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, qorti fl-Irlanda tista’ toħroġ verdett anki jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat tan-notifika jew tal-kunsinna, jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.

F’rabta mal-Artikolu 19(4), il-qorti tiddeċiedi min rajha jekk ir-rikors għal-liberazzjoni jkunx ġie fi ppreżentat fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

L-ebda


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/04/2018