Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti - Litwanja


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Il-qrati ordinarji kollha tar-Repubblika tal-Litwanja li jindirizzaw kwistjonijiet ċivili u kummerċjali huma kompetenti biex jittrażmettu dokumenti lil Stat barrani skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965.

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Il-korp maħtur biex jirċievi talbiet minn Stati Membri oħrajn għan-notifika ta’ dokumenti skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 huwa l-Kamra Litwana ta’ Uffiċjali Ġudizzjarji.

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Id-dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji jistgħu jiġu aċċettati bil-posta jew bil-faks.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-Litwanja taċċetta formoli bil-Litwan u bl-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali li jwettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

Gedimino pr. 30, LT-01104 Vilnius, Lithuania

Tel.: +370 5 2662984;

Faks: +370 5 262 59 40, +370 5 2662854;

Posta elettronika: rastine@tm.lt

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-lingwi aċċettati mir-Repubblika tal-Litwanja għall-formola standard stabbilita fl-Anness I tar-Regolament huma l-Litwan u l-Ingliż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Il-leġiżlazzjoni Litwana ma tistabbilixxix termini perentorji speċifiċi għan-notifika ta’ dokumenti.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Il-lingwi aċċettati mir-Repubblika tal-Litwanja għall-formola standard stabbilita fl-Anness I tar-Regolament huma l-Litwan u l-Ingliż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Ir-Repubblika Litwana timponi miżata ta’ EUR 110 għan-notifiki msemmijin fl-Artikolu 11(2) (a) tar-Regolament.

Din il-miżata għandha titħallas fil-kont tal-aġenzija riċeventi, il-Kamra Litwana tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Lithuanian Chamber of Bailiffs

Indirizz: Konstitucijos pr. 15, Vilnius LT-09319, Lithuania

Bank: Luminor Bank AB, il-kodiċi tal-bank 40100, il-kodiċi SWIFT AGBLLT2X, in-numru tal-kont: LT92 4010 0424 0031 5815, il-Kodiċi tal-Entità Ġuridika 126198978.

Tel. +370 5 2750067, +370 5 2750068, posta elettronika: info@antstoliurumai.lt, http://www.anstoliurumai.lt

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-awtoritajiet Litwani jiddikjaraw li huma jopponu n-notifika ta’ dokumenti fit-territorju tagħhom bil-mod deskritt fl-Artikolu 13 sakemm id-dokumenti ma jiġux notifikati lil ċittadin tal-Istat li minnu joriġinaw id-dokumenti.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

L-awtoritajiet Litwani jiddikjaraw li n-notifika tad-dokumenti bil-mod deskritt fl-Artikolu 15 mhijiex permessa fil-Litwanja.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-awtoritajiet Litwani jiddikjaraw li l-qrati Litwani jistgħu jaqtgħu sentenza anke jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew ta’ twassil jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament.

L-awtoritajiet Litwani jiddikjaraw li r-rikorsi għall-ħelsien mill-effetti tal-iskadenza għall-appell kontra sentenza, kif imsemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament, ma jinstemgħux jekk jiġu ppreżentati aktar minn sena wara d-data tas-sentenza.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Il-Litwanja ma kkonkludiet l-ebda ftehim jew arranġament ma’ Stati Membri oħrajn biex tħaffef aktar jew tissimplifika t-trażmissjoni tad-dokumenti, kif imsemmi fl-Artikolu 20(2).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/07/2019