menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Notifika ta' dokumenti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Informazzjoni ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE Nru 1393/2007) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 għandu l-għan li jtejjeb u jħaffef il-mod kif jintbagħtu l-atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, inkluża d-Danimarka li kkonfermat l-intenzjoni li timplimenta l-kontenut tar-Regolament permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadikjarazzjoni bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Ir-Regolament jipprevedi modi differenti biex jintbagħtu d-dokumenti: jistgħu jintbagħtu permezz ta' aġenziji li jibagħtu u li jirċievu, jistgħu jintbagħtu b'mezzi konsulari jew diplomatiċi, u tista' ssir notifika bil-posta u notifika diretta.

L-Aġenziji li Jibagħtu għandhom il-kompetenza li jibagħtu atti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji sabiex jiġu notifikati fi Stat Membru ieħor. L-Aġenziji li jirċievu għandhom il-kompetenza li jirċievu atti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor. L-entità Ċentrali hija responsabbli biex jipprovdi tagħrif lill-aġenziji li jibagħtu u biex isib soluzzjonijiet għal kull diffikultà li tista' tinqala' waqt li jkunu qed jintbagħtu dokumenti għan-notifika.

Ir-Regolament jipprovdi seba' formoli.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFtehim bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Għoti ta' Dokumenti

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 22/08/2017