Talbiet żgħar - Belġju
LISTA TAL- KONTENUT
1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar
Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar fil-leġiżlazzjoni Belġjana. Madankollu, hemm l-hekk imsejħa "proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas". Ara l-fajl apparti.
Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li hija sempliċi ħafna.
Fil-qosor, il-proċedura ordinarja ssir kif ġej:
- taħrika permezz ta' avviż mingħand il-bailiff
- skambju ta' argumenti bil-miktub, jiġu ddikjarati s-sejbiet
- data tas-smigħ (l-avukati jippreżentaw l-argumenti tagħhom) u konklużjoni tad-dibattiti
- sentenza.
Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda simplifikazzjoni, għalkemm ċerti talbiet ma jitressqux permezz ta' rikors ġuramentat iżda permezz ta' rikors kontradittorju. Dan jiġri partikolarment f'każ ta' tilwim li jirrigwarda l-kera. It-Taqsima 1344a tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Gerechtelijk Wetboek) jistipula li, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-lokazzjoni, kwalunkwe talba li tirrigwarda l-kirja ta' proprjetà tista' titressaq permezz ta' applikazzjoni bil-miktub, ippreżentata fir-reġistru tal-kummissarju tal-ġustizzja.
1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu
1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura
1.3 Formoli
1.4 Assistenza
1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi
1.6 Proċedura bil-miktub
1.7 Il-kontenut tas-sentenza
1.8 Rimbors tal-ispejjeż
1.9 Il-possibilità ta’ appell
Ħolqiet
Il-leġiżlazzjoni relatata mal-proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas: Websajt Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja:
- Agħfas fuq "Leġiżlazzjoni kkonsolidata" taħt l-intestatura "Sorsi tal-liġi
- Agħżel il-"Kodiċi Ġudizzjarju" taħt l-intestatura "Natura legali"
- Daħħal iċ-ċifri "664" taħt l-intestatura "kliem"
- Agħfas fuq "Fittex" u mbagħad fuq "Lista".
- Agħfas fuq "Dettalji".
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 26/10/2015