Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet żgħar - Latvja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fil-Latva hemm proċeduri speċjali għat-talbiet żgħar fejn it-talba tkun għall-irkupru ta' flus jew manteniment u l-ammont totali tat-talba ma jaqbiżx EUR 2 100.

Talbiet għal ammonti żgħar huma regolati mill-Kapitolu 30.3: l-Artikoli 250.18 – 250.27 u l-Kapitolu 54.1: l-Artikoli 449.1–449.12 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċeduri għat-talbiet iż-żgħar japplikaw biss għal talbiet għall-irkupru ta' flus u tal-manteniment (l-Artikolu 35(1)(1) u (3) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Fil-proċedimenti għat-talbiet iż-żgħar id-dejn prinċipali, jew f'każ ta' talba għall-irkupru tal-manteniment, il-pagamenti totali ma' jistgħux jaqbżu EUR 2 100 fid-data ta' sottomissjoni tat-talba. F'każ ta' talbiet għall-irkupru tal-manteniment, il-massimu għall-ammont totali ta' pagamenti japplika għal kull tifel separatament, u l-ammont totali huwa l-ammont totali li jrid jitħallas fi żmien sena.

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-talbiet iż-żgħar fil-leġiżlazzjoni domestika ma japplikawx għall-proċedura tat-talbiet iż-żgħar skont ir-Regolament (KE) Nru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, ħlief għall-proċedura ta' appell mis-sentenzi ta' qorti tal-ewwel istanza. It-talbiet għall-irkupru tal-manteniment fi kwistjonijiet transfruntieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma soġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida4/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.

It-tariffa tal-Istat (valsts nodeva) għal rikors hija 15% tat-talba mitluba, iżda mhux inqas minn EUR 71/41c. F'każ ta' talbiet għall-irkupru tal-manteniment tat-tfal jew tal-konjuġi, ma jitħallsu ebda tariffi tal-Istat.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Waqt li tkun qed tiddeċiedi dwar it-talbiet żgħar il-qorti ssegwi l-proċeduri ordinarji tal-qorti b'ċerti eċċezzjonijiet stabbiliti għat-talbiet żgħar. Il-qorti tibda tisma' l-kawża permezz tar-rikors miktub.

Il-qorti ma' tkomplix fuq rikors jekk ma jkunx imfassal skont l-Artikolu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida250.20 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili- ir-rikorrent ma jkunx uża l-formola apposta għat-talbiet żgħar, jew ikun naqas milli jindika jekk hux se jitlob seduta ta' smigħ biex tiġi mismugħa l-kwistjoni.

F'dak il-każ l-imħallef jagħti deċiżjoni dettaljata li mhux se jmexxi bir-rikors, jibgħata lir-rikorrent, u jiffissa żmien għar-rettifika tan-nuqqasijiet. Dan iż-żmien ma jistax ikun inqas minn 20 ġurnata mill-bidu tal-għotja tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-imħallef tista' tiġi appellata fi żmien għaxart'ijiem, jew fi żmien 15-il ġurnata jekk il-post ta' residenza tal-parti jinsab barra l-Latvja.

1.3 Formoli

Ir-rikors u l-osservazzjonijiet tal-konvenut iridu jitfasslu skont il-formoli stabbiliti mir-Regolament tal-Kabinett (Ministru kabinets) Nru 783 tal-11 ta' Ottubru 2011 dwar il-formoli li jridu jintużaw għat-talbiet żgħar. L-annessi għar-Regolament jinkludu l-formoli li ġejjin:

  1. Rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-flus;
  2. Rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-manteniment;
  3. Osservazzjonijiet wara rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-flus;
  4. Osservazzjonijiet wara rikors għal talba żgħira għall-irkupru tal-manteniment.

Ir-Regolament huwa disponibbli fil-portal tal-leġiżlazzjoni tal-Gazzetta Uffiċċjali,  Latvijas Vēstnesis: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tiesas.lv/.

Minbarra d-dettalji tar-rikorrent u tal-konvenut, trid tiġi mehmuża l-informazzjoni li pejja fil-formola għat-talbiet żgħar:

  1. L-isem tal-qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) li quddiemha se jistressaq ir-rikors: sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu permezz ta' kuntratt illi kull kwistjoni trid tinstema' f'post ieħor, li talba kontra persuna trid titressaq quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarat tagħhom, jew illi f'każ ta' persuna ġuridika il-post tal-uffiċċju reġistrat (jekk it-talba hija marbuta mal-attivitajiet tal-fergħa jew aġenzija ta' persuna ġuridika, it-talba tista' ssir ukoll fil-post fejn qiegħdin il-fergħa jew l-aġenzija).
    L-informazzjoni dwar liema qorti għandha ġurisdizzjoni, u għalhekk liema qorti trid tiġi indikata fuq il-formola, tinsab fil-portal fuq l-internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://likumi.lv/doc.php?id=237849, Taqsima Tiesas ("qrati"), Tiesu darbības teritorijas ("ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati").
  2. Ir-rappreżentant tar-rikorrent irid jiġi indikat jekk ir-rikorrent jixtieq illi l-interessi tiegħu jkunu rappreżentanti l-qorti minn persuna oħra. Sabiex persuna oħra tkun tista' sservi ta' rappreżentant fil-qorti, trid issir prokura (pilnvara), iċċertifikati minn nutar, u indikata fil-kolonna li tistqarr il-bażi għar-rappreżentazzjoni. Jekk ir-rappreżentant huwa avukat ċertifikat (zvērināts advokāts), ir-rappreżentazzjoni trid tkun ikkonfermata minn kitba li turi li l-avukat ġie mqabbad mill-klijent, u jekk l-avukat se jaġixxi f'isem il-parti li ħatritu, irid ikun hemm prokura bil-miktub (li f'dan il-każ mhemmx għalfejn tkun iffirmata minn nutar).
  3. Is-suġġett tat-talba: il-formola trid tindika d-drittijiet kontestati u r-relazzjonijiet ġuridiċi bejn ir-rikorrent u l-konvenut, li dwarhom ir-rikorrent qed jitlon lill-qorti biex tikkonferma l-eżistenza jew l-assenza, b'talba lill-qorti biex tħares id-drittijiet tiegħu jew l-interessi mħarsa mil-liġi.
  4. Il-metodu tal-kalkolu tal-ammont mitlub: il-formola tat-talbiet żgħar trid turi d-dejn prinċipali, jiġifieri l-ammont ta'dejn qabel l-interessi u l-penali kuntrattwali, l-ammont ta' kull penali kuntrattwali, kull interess dovut skont il-kuntratt jew il-liġi, u t-total ta' dawn l-ammonti.
  5. Il-formola trid tindika l-fatti li fuqhom ibbaża t-talba tiegħu ir-rikorrent u l-provi ta' sostenn, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi li fuqhom hija bbażata t-talba, u, fl-aħħarnett, il-miżura li r-rikorrent qed jitlob mingħand il-qorti.
  6. Ir-rikors irid jiġi iffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu, jew mir-rikorrent flimkien mar-rappreżentant jekk il-qorti hekk titlob. Id-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors jridu juru illi saret kull proċedura rigward l-eżami preliminari ekstraġudizzjarju tal-kwistjoni li hija mitluba mil-liġi, u jissostanzjaw il-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba.

1.4 Assistenza

Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili ma għandhiex dispożizzjonijiet speċjali għall-għajnuna legali għat-talbiet żgħar. Persuna tista' tiġi rappreżentata f'kawża ta' talbiet żgħar.

Jekk ir-rikorrent jixtieq illi l-interessi tiegħu jiġu rappreżentati fil-qorti minn persuna oħra, u r-rikors isir mir-rappreżentant, ir-rikors irid jindika l-isem, kunjom, numru tal-identità personali u l-indirizz għall-korrispondenza mal-qorti tar-rappreżentant jew, jekk ir-rappreżentant huwa persuna ġuridika, in-numru ta' reġistrazzjonu u l-uffiċċju reġistrat tagħha. Kull persuna fiżika tista' tkun rappreżentant fi proċedimenti ċivili jekk tkun għalqwt it-18-il sena, mhix taħt kurazija, u mhix soġġett għal xi waħda mir-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 84 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Jekk ir-rappreżentant fil-qorti se tkun persuna oħra, jrid ikollha awtorizzazzjoni għal dan il-għan mill-parti konċernata, permezz ta' prokura ċċertifikata minn nutar. Il-persuna li se tiġi rappreżentata tista' tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha verbalment fil-qorti fejn tawtorizza lil persuna oħra biex taġixxi f'isimha, u dan il-fatt irid jiġi mniżżel fil-minuti tas-seduta tal-qorti. Ir-rappreżentant ta' persuna ġuridika jrid ikollha prokura bil-miktub jew dokumenti li jikkonfermaw illi l-persuna hija uffiċċjal li jista' jirrappreżenta lill-persuna ġuridika mingħajr awtorizzazzjoni speċjali. Jekk ir-rappreżentant huwa avukat ċertifikat, ir-rappreżentazzjoni trid tkun ikkonfermata minn kitba li turi li l-avukat ġie mqabbad mill-klijent, u jekk l-avukat se jaġixxi f'isem il-parti li ħatritu, irid ikun hemm prokura bil-miktub (li f'dan il-każ mhemmx għalfejn tkun iffirmata minn nutar). Jekk il-persuna jkollha rappreżentazzjoni, id-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati lill-qorti u ffirmati mir-rappreżentant li qed jaġixxi f'isem il-parti, skont il-prokura.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-kumpilazzjoni tal-provi hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Għalhekk, fi proċedimenti għal ammonti żgħar, il-provi jistgħu ikunu osservazzjonijiet tal-partiiet jew ta' partijiet terzi, dikjarazzjonijiet mix-xhieda, provi miktuba u l-opinjonijiet tal-esperti.

1.6 Proċedura bil-miktub

L-imħallef jibda l-kawża dwar talba żgħira fuq il-bażi ta' rikors miktub. Formola bl-osservazzjonijiet tar-rikorrent tinbagħat lill-konvenut flimkien mar-rikors u kopji tad-dokumenti mehmuża magħhom: dan jiddetermina ż-żmien li fih il-konvenut jista' jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rikors, li jkun ta' 30 jum li jibda jiddekorri minn meta jintbagħat ir-rikors lill-konvenut. Il-qorti tinforma wkoll lill-konvenut illi jekk ma jippreżentax l-osservazzjonijiet tiegħu is-sentenza xorta tingħata, u l-konvenut jista' jitlon għal seduta ta' smigħ. Meta' l-qorti tibgħat id-dokumenti lill-partijiet hija tispjegalhom id-drittijiet proċedurali tagħhom, tinfurmahom bil-kompożizzjoni li se tisma' l-kawża,  kif ukoll dwar ir-rikuża ta' mħallef. Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tagħti lill-partijiet drittijiet proċedurali fil-preparazzjoni tal-kawża għall-proċediment, li huma jistgħu jeżerċitaw mhux aktar tard minn sebat'ijiem qabel id-data iffissata għas-smigħ.

Il-konvenut jista' jissottometti l-osservazzjoni tiegħu fuq formola approvata mill-Kabinett. Il-formola hija fost dawk li jinsabu fl-Anness għar-Regolament tal-Kabinett Nru 783 tal-11 ta' Ottubru 2011 dwar il-formoli biex jintużaw għat-talbiet żgħar (il-formola hija disponibbli mill-portal tal-qrati Latvjani: http://likumi.lv/doc.php?id=237849). Fl-osservazzjonijiet tiegħu il-konvenut irid jagħti l-informazzjoni li ġejja:

  1. l-isem tal-qorti li quddiemha se jippreżenta l-osservazzjonijiet;
  2. l-isem, kunjom, numru ta' identità personali, u l-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent, jew fin-nuqqas, il-post ta' residenza de facto tiegħu; jew fil-każ ta' persuna ġuridika, l-isem, numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha;
  3. l-isem, kunjom, numru ta' identità personali, u l-post ta' residenza dikjarata tal-konvenut flimkien ma' kull indirizz addizzjonali ddikjarat mill-konvenut jew fin-nuqqas, il-post ta' residenza de facto tiegħu; fil-każ ta' persuna ġuridika, l-isem, numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha; barra minn hekk, il-konvenut jista' jindika wkoll indirizz ieħor għall-korrispondenza mal-qorti;
  4. in-numru tal-kawża u s-suġġett tat-talba;
  5. jekk jammettix jew jiċżadx it-talba, kollha jew parti minnha;
  6. l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra t-talba, ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati, u d-dispożizzjonijiet legali li fuqhom huma bbażati;
  7. il-provi li jissostanzjaw l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra t-talba;
  8. is-sottomissjonijiet fejn il-qorti tintalab titlob għall-provi;
  9. jekk il-konvenut jixtieqx rimborż tal-ispejjeż tal-qorti;
  10. jekk il-konvenut jixtieqx rimborż tal-ispejjeż relatati mal-kawża, fejn jindika l-ammont u d-dokumenti mehmuża li juru l-ammont mitlub;
  11. jekk il-konvenut jixtieqx illi l-kawża tinstema' waqt seduta tal-qorti;
  12. kull ċirkostanza oħra illi l-konvenut iqis bħala importanti għall-eżitu tal-kawża;
  13. kull talba oħra;
  14. lista tad-dokumenti mehmuża mal-osservazzjonijiet;
  15. il-ħin u l-post fejn ġew imfassla l-osservazzjonijiet.

Il-konvenut għandu dritt jippreżenta kontrotalba, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi r-rikors, jekk: 1) tista' ssir tpaċija bejn it-talbiet fir-rikors promotorju u l-kontrotalba; 2) permezz tal-kontrotalba l-qorti ma tkunx tista' tilqa' t-talbiet kollha jew parti minnhom ir-rikors promotorju; 3) il-kontrotalba u r-rikors promotorju huma reċiprokament relatati, u l-kwistjoni tista' tiġi solvuta aktar malajr u b'mod korrett jekk jiġu meqjusa flimkien. Il-kawża tinstema' skont il-proċedura għat-talbiet żgħar jekk il-kontrotalba nnifisha hija talba żgħira, jiġifieri taqa' taħt l-ammont massimu u hija mfassla skont ir-rekwiżiti.

Jekk is-somma mitluba fil-kontrotalba taqbeż il-massimu għat-talbiet żgħar, jew jekk il-kontrotalba mhix talba għall-irkupru ta' flus jew manteniment, il-qorti tisma' l-kawża skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti.

Jekk il-partijiet ma jitolbux illi l-kawża tinstema' matul seduta l-qorti u l-qorti ma temminx illi hija meħtieġa seduta, it-talbiet żgħar jiġu deċiżi permezz ta' proċedura bil-miktub, u l-partijiet jiġu nnotifikati fil-żin tad-data li fiha tista' tinkiseb kopja tas-sentenza mis-segretarjat tal-qorti. Din id-data mbagħad titqies li hija d-data li fiha tingħata s-sentenza sħiħa.

Il-qorti tisma' l-kawża f'seduta skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti jekk xi parti hekk titlob jew jekk il-qorti temmen li hemm bżonn ta' seduta.

Jekk il-post ta' residenza jew fejn tinsab il-persuna mhix fil-Latvja iżda l-indirizz tagħha magħruf, il-konsenja u n-notifika tad-dokumenti tal-qorti jsiru skont il-liġijiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja flimkien mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenza tal-qorti tingħata billi tinħareġ kopja tas-sentenza lill-partijiet minnufih hekk kif tingħata.

Kopja tas-sentenza tista' tintbagħat bil-posta jew, fejn possibbli, b'xi mod ieħor skont il-proċeduri għall-konsenja u n-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji stabbiliti fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Kopa tas-sentenza trid tintbagħat immedjatament wara d-data li fiha toħroġ is-sentenza sħiħa. Iż-żmien mhux affetwat mid-data li fiha tasal is-sentenza.

Is-sentenza dwar talba żgħira trid tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ordinarji tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili dwar il-kontenut tas-sentenzi. Sentenza tikkonsisti f'erba' taqsimiet:

  1. L-introduzzjoni tgħid illi s-sentenza qed tingħata f'isem ir-Repubblika tal-Latvja, u tindika d-data li fiha tingħata s-sentenza, l-isem tal-qorti, il-kompożizzjoni tagħha, l-iskrivan tas-seduta, il-partijiet u s-suġġett tal-kawża.
  2. Il-parti deskrittiva tispjega t-talba mressqa mir-rikorrent, kull kontrotalba mressqa mill-konvenut, l-eċċezzjonijiet, u s-sustanza tal-osservazzjonijiet sottomessi mill-partijiet.
  3. Ir-raġunijiet għas-sentenza jiddikjaraw il-fatti stabbiliti fil-kawża, il-provi li fuqhom huma bbażati l-konklużjonijiet tal-qorti u r-raġunijiet li minħabba fihom ġew miċħuda xi provi. Din il-parti turi wkoll il-liġijiet u r-regolamenti li applikat il-qorti, evalwazzjoni ġudizzjarja tal-fatti, u l-konklużjonijiet tal-qorti rigward il-validità jew l-invalidità tat-talba. Jekk il-konvenut aċċetta t-talba kollha, ir-raġunijiet fis-sentenza jindikaw biss il-liġijiet u regolamenti li applikat il-qorti.
  4. Il-parti operattiva tiddikjara jekk il-qorti laqgħetx ir-rikors sħiħ jew parti minnu biss, jew ċaħditux kollhu jew parti minnu, u tispjega s-sustanza tas-sentenza. Hija tispeċifika wkoll min se jħallas l-ispejjeż tal-qorti u f'liema proporzjon, iż-żmien għall-konformità volontarja mas-sentenza, iż-żmien u l-proċeduri għal appell, u d-data tal-kitba tas-sentenza sħiħa.

Il-partijiet jistgħu jappellaw mis-sentenza dwar talba żgħira fuq kull waħda mir-raġunijiet għall-appell imniżżla fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

It-talbiet żgħar huma soġġetti għar-regoli ġenerali dwar il-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Meta' tingħata sentenza hija tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas l-ispejjeż tal-qorti kollha tal-parti rebbieħa. Jekk ir-rikors jiġi milqugħ biss parzjalment, il-konvenut jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent fi proporzjon għat-talba milqugħa, u r-rikorrent ikollu jħallas l-ispejjeż tal-qorti tal-konvenut fi proporzjon għat-talbiet miċħuda. Mhemm rimborż tat-tariffa tal-Istat (valsts nodeva) għal oġġezzjoni anċillari (blakus sūdzība) kontra d-deċiżjoni tal-qorti jew, fejn is-sentenza ingħatat b'kontumaċja, għal rikors biex jerġgħu jinfetħu mill-ġdid il-proċedimenti u l-kawża terġa' tinstema.

Jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża, huwa għandu jagħti lura l-ispejjeż tal-qorti imħallas mill-konvenut. F'dak il-każ il-konvenut ma jagħtix lura l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mir-rikorrent, imma jekk rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex il-konvenut volontarjament issodisfa l-obbligu li għalih tressaq ir-rikors, il-qorti tista', fuq talba tar-rikorrent, tordna lill-konvenut biex iħallas l-ispejjeż tal-qorti tiegħu.

Bl-istess mod, jekk il-kawża tibqa' ma tinqatax, il-qorti tista', fuq talba tal-konvenut, tordna lir-rikorrent biex iħallaslu l-ispejjeż tal-qorti.

Jekk ir-rikorrent jiġi eżentat mill-ispejjeż tal-qorti, il-konvenut jista' jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti lill-Istat skont il-parti tar-rikors li tkun ġiet milqugħa.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jista' jsir appell (apelācija) minn sentenza ta' qorti tal-ewwel istanza jekk:

  • il-qorti ma applikatx jew interpretat ħażin regola tal-liġi sostantiva, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża;
  • il-qorti kisret regola tal-liġi proċedurali, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża;
  • il-qorti tkun stabbilit fatti skorretti jew ma eżaminatx korrettament il-provi, jew ipprovdiet evalwazzjoni ġuridika skorretta taċ-ċirkostanzi tal-każ, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża.

Jekk it-talba żgħira ġiet maqtugħa permezz tal-proċedura bil-miktub, iż-żmien għall-appell mis-sentenza jibda' għaddej mid-data li fiha tinkiteb is-sentenza.

Minbarra l-punti speċifikati fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ir-rikors fl-appell li jgħid illi s-sentenza hija difettuża jrid jindika dan li ġej:

  • liema regola ta' liġi sostantiva ġiet applikata jew interpretata b'mod skorrett mill-qorti tal-ewwel istanza, jew liema regola tal-liġi proċedurali ġiet miksura, u kif dan jaffettwa l-eżitu finali tal-kawża.
  • liema mis-sejbiet ta' fatt li għamlet il-qorti tal-ewwel istanza huma skorretti, liema provi ġew evalwati ħażin, kif jista' jintwera illi l-eżami ġuridiku taċ-ċirkostanzi tal-kawża huwa difettuż, u kif dan jista' jaffettwa l-eżitu finali tal-kawża.

Imħallef tal-qorti tal-ewwel istanza jiddeċiedi jekk l-appell għandux ikompli: jekk l-appell mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, jew jekk ma ġewx mehmuża l-kopji kollha neċessarji, jew ma ġewx provduti traduzzjonijiet iċċertifikati korrettament tal-appell u tal-kopji tad-dokumenti mehmuża, l-imħallef jistabbilixxi żmien li fih jistgħu jiġu korretti n-nuqqasijiet.

Jekk in-nuqqasijiet jiġu korretti fiż-żmien stabbilit, l-appell jitqies li ġie sottomess fid-data li fiha kien ġie sottomess għall-ewwel darba. Fin-nuqqas, jiġi meqjus li qatt ma ġie sottomess u mibgħut lura lir-rikorrent.

Appell mhux iffirmat, jew li ġie sottomess minn persuna li ma kellhiex l-awtorizzazzjoni propja biex tressqu, jew li fuqu ma ġietx imħallsa t-tariffa tal-Istat, ma jiġix aċċettat u jiġi mibgħut lura lir-rikorrent. Deċiżjoni li tiċħad l-appell ma tistax tiġi kontestata.

Wara li jkun aċċerta ruħu illi ġew osservati l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-appelli, l-imħallef tal-qorti tal-appell jieħu deċiżjoni biex jinbdew il-proċedimenti tal-appell fi żmien 30 jum mill-wasla tal-appell; f'ċerti każijiet din id-deċiżjoni tittieħed minn tliet imħallfin b'mod kolleġjali.

Sakemm tkun teżisti waħda mir-raġunijiet għall-appell, l-imħallef jiddeċiedi li jibda l-proċedimenti fl-appell u jinnotifika minnufih lill-partijiet, u jindika ż-żmien għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub.

Jekk l-imħallef maħtur biex jiddeċiedi dwar l-appell ikun tal-fehma illi l-proċedimenti tal-appell ma għandhomx jinbdew, il-kwistjoni tiġi deċiża minn tliet imħallfin b'mod kolleġjali.

Jekk tal-inqas wieħed mit-tliet imħallfin huwa tal-fehma illi teżisti tal-inqas waħda mir-raġunijiet sabiex jinbdew il-proċedimenti tal-appell, l-imħallef jiddeċiedi li jinbdew il-proċedimenti, u jinnotifika minnufih lill-partijiet.

Jekk l-imħallfin b'mod unanimu jiddeċiedu illi mhemmx raġuni għall-appell, huma jagħtu deċiżjoni biex ma jsirx l-appell, u jinnotifikaw minnufih lill-partijiet. Din id-deċiżjoni tieħu l-forma ta' riżoluzzjoni (rezolūcija) u ma tistax tiġi kontestata.

Fi żmien għoxrin jum mid-data tan-notifika tal-qorti lill-partijiet illi se jinbdew il-proċedimenti, il-partijiet jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub dwar l-appell, flimkien ma' numru ta' kopji skont in-numru ta' partijiet.

Wara n-notifika tal-bidu tal-proċedimenti tal-appell, parti għandha 20 jum biex fih tressaq appell inċidentali. Kif jasal l-appell inċidentali l-qorti tibgħat kopji tiegħu lill-partijiet l-oħra.

Fil-kawża tat-talbiet żgħar, normalment l-appelli jiġu deċiżi permezz tal-proċedura bil-miktub; il-partijiet jiġu notifikati fil-ħin dwar id-data li fiha tkun disponibbli l-kopja tas-sentenza mingħand is-segretarjat tal-qorti, u nfurmati dwar il-kompożizzjoni tal-qorti u tad-dritt tagħhom ta' rikuża tal-imħallef. Is-sentenza titqies li ġiet miktuba fid-data li fiha tkun saret disponibbli kopja tagħha mingħand is-segretarjat tal-qorti. Iżda jekk il-qorti taħseb li jkun neċessarju, l-appell dwar talba żgħira jista' jiġi deċiż matul seduta tal-qorti.

Ma jistax isir appell fuq punt tal-liġi minn sentenza ta' qorti tal-appell, li tidħol fis-seħħ meta' tiġi moqrija fil-qorti jew, jekk tingħata wara proċedura bil-miktub, fid-data li fiha ġiet miktuba.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/02/2019