Talbiet żgħar

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Bulgarija

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-qorti kompetenti li tittratta l-proċedimenti taħt din il-kategorija hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) b’ġuriżdizzjoni fil-post tal-indirizz permanenti jew l-uffiċċju reġistrat tal-intimat.

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-formola A tat-talba standard trid tiġi ppreżentata direttament quddiem il-qorti distrettwali kompetenti jew mibgħuta bil-posta.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

L-assistenza u l-informazzjoni prattika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament huma previsti miċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur fil-Bulgarija, li huwa parti min-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net). L-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament hija pprovduta mill-Ministeru tal-Ġustizzja fuq talba sempliċi.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-mezzi applikabbli tan-notifika huma stipulati fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili attwali. Skont l-Artikolu 43, l-avviżi jistgħu jiġu nnotifikati personalment jew permezz ta’ persuna oħra. Il-qorti tista’ tordna wkoll li l-avviż formali jiġi nnotifikat billi jiġi miżjud mal-fajl tal-każ, billi jitwaħħal mal-bieb jew mal-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju jew b’avviż pubbliku.

Skont l-Artikolu 42(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-parti fil-proċedimenti tista’ ukoll tiġi nnotifikata permezz tal-posta elettronika. L-avviżi formali huma meqjusa li jkunu ġew innotifikati wara li jkunu ddaħħlu fis-sistema tal-informazzjoni.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Ebda minnhom ma ġiet espliċitament speċifikata.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

F’konformità mal-Iskeda tat-tariffi tal-Istat mitluba mill-qrati skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-tariffi tal-qorti fil-Bulgarija huma ta’ 4 % tal-valur tal-pretensjoni, b’minimu ta’ BGN 50.

Il-miżati tal-qorti jitħallsu permezz ta’ trasferiment bankarju.

Skont l-Artikolu 13(3) tal-Iskeda, il-miżata għal applikazzjoni għal ċertifikat għar-rikonoxximent u l-infurzar tal-eżekuzzjoni forzata ta’ sentenza tal-qorti Bulgara hija ta’ BGN 40.

Skont l-Artikolu 15 tal-Iskeda, il-miżata għal applikazzjoni għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza maħruġa minn qorti barranija, qorti tal-arbitraġġ jew korp ieħor hija ta’ BGN 50.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

L-appelli kontra deċiżjoni Ewropea għat-talbiet żgħar iridu jiġu ppreżentati lill-qorti provinċjali (okrazhen sad) (Artikolu 624(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-appell irid jitressaq fi żmien ġimagħtejn minn meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali lill-parti inkwistjoni. Il-proċedura ta’ appell hija stabbilita fil-Kapitolu 20 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Is-sentenza tal-qorti provinċjali hija soġġetta għal appell fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 280 (Artikolu 624(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-motivi u l-kundizzjonijiet għall-infurzar ta’ deċiżjoni dwar appell fil-kassazzjoni huma espliċitament stabbiliti fil-Kapitolu 22 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

L-intimat jista’ iressaq rikors għal stħarriġ ġudizzjarju tas-sentenza mogħtija fil-proċedura għat-talbiet żgħar lill-qorti tal-appell rilevanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18. Il-qorti tibgħat kopja tar-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju lill-parti l-oħra, li għandha ċ-ċans twieġeb fi żmien ġimgħa minn meta tirċeviha. Ir-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju jiġi eżaminat f’seduta privata. Jekk il-qorti tqis li jkun meħtieġ, hija tista’ teżamina r-rikors f’seduta pubblika. Id-deċiżjoni dwar ir-rikors għal stħarriġ ġudizzjarju ma tistax tiġi appellata.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 21(a)(1), il-lingwa aċċettata hija l-Bulgaru.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni huma l-bailiffs tal-qorti (pubbliċi u privati).

Rikors għal mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ proċedura Ewropea għat-talbiet żgħar irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti provinċjali li għandha ġuriżdizzjoni fil-post tal-indirizz permanenti jew tal-uffiċċju reġistrat tad-debitur, jew tal-post ta’ eżekuzzjoni.

L-aħħar aġġornament: 26/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.