Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet Żgħar - Ċipru


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ċipru

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

  • Qorti Distrettwali ta’ Nikosija

Indirizz: Charalambou Mouskou, 1405 Nicosia, Cyprus

Telefown: (+357) 22865518

Faks: (+357) 22304212/22805330

Indirizz tal-email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Qorti Distrettwali ta’ Limassol

Indirizz: Leoforos Lordou Byronos 8, P.O. Box 54619, 3726, Limassol, Cyprus

Telefown: (+357) 25806100/25806128

Faks: (+357) 25305311

Indirizz tal-email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Qorti Distrettwali ta’ Larnaca

Indirizz: Leoforos Artemidos, 6301, Larnaca, P.O. Box 40107, Cyprus

Telefown: (+357) 24802721

Faks: Faks: (+357) 24802800

Indirizz tal-email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Qorti Distrettwali ta’ Paphos

Indirizz: Corner of Neophytou & Nikou Nikolaidi, 8100, Paphos, P.O. Box 60007, Cyprus

Telefown: (+357) 26802601

Faks: (+357) 26306395

Indirizz tal-email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

  • Qorti Distrettwali ta’ Famagusta

Indirizz: Sotiras 2, Megaro Tzivani, 5286, Paralimni, Cyprus

Telefown: (+357) 23730950/23742075

Faks: (+357) 23741904

Indirizz tal-email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi disponibbli ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-finijiet tal-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma: il-preżentazzjoni ta’ rikors fir-reġistru personalment, jew billi tintbagħat bil-posta jew b’kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, bħall-faks jew l-email.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Ir-reġistraturi (πρωτοκολλητεία) tal-qrati distrettwali.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Id-dokumenti jiġu nnotifikati bil-posta jew bil-posta rreġistrata b’konferma tar-riċevuta inkluża d-data tar-riċevuta. Jekk din l-għamla ta’ notifika ma tkunx possibbli, in-notifika tista’ ssir b’xi wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Artikoli 13 jew 14 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Mhux implimentat.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Ma hija imposta l-ebda tariffa tal-qorti biex jimtlew il-formoli.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Id-deċiżjonijiet tal-qorti tal-ewwel istanza f’kawżi ta’ talbiet żgħar jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Suprema. L-appell irid ikun ippreżentat fi żmien 14-il jum minn meta toħroġ id-deċiżjoni fl-ewwel istanza.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Mhux implimentat.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Ir-rikors, it-tweġiba, kull kontrotalba u t-tweġibiet għall-kontrotalbiet u kull deskrizzjoni ta’ dokumenti ġustifikattivi jridu jkunu bil-Grieg.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Qrati Distrettwali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019