menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet Żgħar

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 861/2007


Informazzjoni ġenerali

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 861/2007 tat-11 ta’ Lulju li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu l-għan li jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx l-5000 €.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-proċedura għal Talbiet Żgħar topera abbażi ta’ formoli standard. Din hija proċedura bil-miktub sakemm il-qorti ma tiddeċidix neċessarju li jkun hemm seduta ta' smigħ.

Is-seduti ta' smigħ jistgħu jitwettqu permezz ta’ konferenza bit-telefown jew vidjokonferenza jekk it-tagħmir ikun disponibbli lill-qorti.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll it-termini perentorji għall-partijiet u għall-qorti sabiex titħaffef il-litigazzjoni.

Ir-Regolament jipprovdi għal erba’ formoli standard.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u l-forom li jistgħu jimtlew fuq il-kompjuter u jiġu stampati.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


FINDING COMPETENT COURTS

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

European cross-border procedures - Small claims

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2017