Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet Żgħar - Irlanda


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Irlanda

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-Qorti Distrettwali għandha l-ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-rikorsi jenħtieġ li jsiru lir-Reġistratur għall-Qorti Distrettwali rilevanti. L-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt fil-qrati distrettwali jistgħu jinstabu fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courts.ie/offices.nsf/WebCOByJurisdiction?OpenView&Start=1&Count=30&Expand=5#5.

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi standard ta’ komunikazzjoni huma l-posta u l-email.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Il-persunal rilevanti tal-qrati jista’ jipprovdi lill-partijiet assistenza prattika fil-mili tal-formoli u informazzjoni ġenerali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar liema qrati jew tribunali fl-Irlanda huma kompetenti biex jagħtu sentenza fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Dawn il-kwistjonijiet huma koperti minn Regoli tal-Qorti li jipprovdu li –

  • “Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dawn ir-Regoli, fejn faċilitajiet xierqa għal dak l-għan ġew stabbiliti permezz tas-Servizz tal-Qrati, u l-Qorti jew Reġistratur ikunu hekk ordnaw, in-notifika ta’ kwalunkwe dokument meħtieġ li jrid jiġi mibgħut, ikkonsenjat jew innotifikat skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ikun validu jekk jiġi trażmess f’forma elettronika bħala messaġġ elettroniku lill-indirizz tal-posta elettronika tar-rikorrent jew tal-intimat (kif identifikat fuq kull intestatura jew kartolerija tar-rikorrent jew tal-intimat, jew kif jintużaw minnhom biex jibgħatu kwalunkwe komunikazzjoni lir-Reġistratur) jew l-indirizz tal-posta elettronika tar-Reġistratur (kif identifikat fuq kwalunkwe sit web operat mis-Servizz tal-Qrati) bil-kundizzjoni li meta l-ispeditur ma jkunx sodisfatt li l-komunikazzjoni elettronika waslet għand id-destinatarju intenzjonat (minħabba xi messaġġ li jirċievi dwar l-istatus tal-konsenja) jew fejn l-ebda risposta ma tkun waslet fi żmien perjodu ta’ sebat ijiem wara din it-trażmissjoni, f'dan il-każ il-komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ttrattata daqslikieku qatt ma ġiet trażmessa u d-dokument rilevanti għandu jiġu nnotifikat kif previst mod ieħor f’dan l-Ordni fi żmien tmint ijiem wara t-tali perijodu.” (l-Ordni 53B Regola 3)
  • “Il-formola tat-talba u d-dokumenti ta’ prova jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ posta rreġistrata jew, fejn tapplika r-regola 3, f’forma elettronika.” (l-Ordni 53B Regola 4)
  • “Meta t-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, ir-Reġistratur għandu jinforma b’dan lir-rikorrent, fejn possibbli bl-istess mezzi li permezz tagħhom, it-talba tar-rikorrent tkun ġiet indirizzata lir-Reġistratur (u jekk dan ma jkunx possibbli, permezz tal-posta rreġistrata jew bil-konferma tal-konsenja)…”. (l-Ordni 53B Regola 6)
  • “Ir-Reġistratur għandu jibgħat kopji tat-tweġiba tal-intimat …. lir-rikorrent permezz ta’ posta rreġistrata (jew, meta jkun il-każ, kif inhu permess mod ieħor permezz tar-regola 3) fit-terminu preskritt permezz tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-UE. …  Ir-Reġistratur għandu jibgħat kopji ta’ kull kontrotalba u kull dokument ta’ prova pprovdut (fejn applikabbli) lir-rikorrent permezz tal-posta rreġistrata (jew, fejn rilevanti, kif inhu mod ieħor permess mir-regola 3) fil-limitu tat-terminu preskritt permezz tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament tal-UE.(l-Ordni 53B Regola 8)
  • “Kwalunkwe notifika jew avviż mogħti mir-Reġistratur lil parti f'Talba Żgħira Ewropea għal kwalunkwe fini stabbilit fir-Regolament tal-UE trid tingħata skont il-mezzi li bihom dik il-parti tkun ikkomunikathom lilu (jew fl-indirizz jew dettalji tal-kuntatt mogħtija għal dik il-parti) u … .” (l-Ordni 53B Regola 18).

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Mhux applikabbli.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

It-tariffa ta’ rikors għal Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija ta’ EUR 25, ir-rata li tapplika għal rikors skont il-proċedura għal talbiet żgħar domestiċi.  Kontrotalba hija wkoll EUR 25. Kif indikat f’(a) hawn fuq, ir-rikorsi għal proċedura Ewropea għal talbiet żgħar jenħtieġ li jsiru lir-Reġistratur għall-Qorti Distrettwali rilevanti li mbagħad javża’ lir-rikorrent bl-arranġamenti biex isir il-ħlas. Id-dettalji tal-kuntatt huma bħal dawk f’(a) hawn fuq.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Appell li ma jkunx appell minn tkeċċija skont l-Artikolu 4.4 jista’ jiġi ppreżentat quddiem is-Circuit Court relevanti fi żmien 14-il jum minn meta tingħata d-deċiżjoni. Id-destinatarji u d-dettalji ta’ kuntatt tas-Circuit Court jistgħu jinstabu hawn

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courts.ie/offices.nsf/WebCOByJurisdiction?OpenView&Start=1&Count=30&Expand=4#4.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Ir-Regoli Relevanti tal-Qorti jipprovdu li

“(1) Intimat li jkun ingħata sentenza f’kontumaċja kontrih f’Talba Żgħira Ewropea skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Ordni jista’ jitlob permezz ta’ avviż ta’ mozzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żona Tribunali fejn ikun inkiseb l-ordni, għal ordni li jannulla u / jew jibdel l-imsemmi ordni għal kwalunkwe raġuni speċifikata fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE.

(2) L-avviż tal-mozzjoni għandu jiġi nnotifika lir-rikorrent jew lill-avukat għar-rikorrent, jekk ikun hemm, fi żmien għaxart ijiem ċari mid-data li fiha l-intimat ikun sar jaf bis-sentenza f’kontumaċja.

(3) In-notifika tal-avviż ta’ mozzjoni ma tistax tintuża' biex jiġu sospiżi l-proċedimenti.

(4) Il-Qorti tista’ tiddikjara li n-notifika tal-avviż ta’ mozzjoni fil-fatt effettwata hija suffiċjenti.

(5) L-avviż ta’ mozzjoni għandu jistabbilixxi b’mod ċar u fil-qosor ir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE invokati mir-rikorrent.

(6) Il-Qorti tista’, wara li tinstema’ l-mozzjoni, tilqa' jew tiċħad t-talba abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE.

(7) Jekk il-Qorti tiċħad ir-rieżami abbażi li ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE ma tapplika, is-sentenza tibqa’ fis-seħħ.

(8) Jekk il-Qorti tiddeċiedi li r-rieżami huwa ġustifikat għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE, allura s-sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar trid tiġi annullata u hija nulla u bla effett.”

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

l-Ingliż u l-Irlandiż.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Talba għall-infurzar jeħtieġ li ssir mill-kreditur mar-Reġistratur tal-Kontea / ix-Xeriff relevanti permezz tas-Circuit Court assoċjata. Il-Qorti Distrettwali relevanti hija kompetenti biex tittratta talbiet ta’ ċaħda, żamma jew limitazzjoni ta' eżekuzzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/11/2019