Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet żgħar - Belġju

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar fil-leġiżlazzjoni Belġjana. Madankollu, hemm l-hekk imsejħa "proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas". Ara l-fajl apparti.

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li hija sempliċi ħafna.

Fil-qosor, il-proċedura ordinarja ssir kif ġej:

  • taħrika permezz ta' avviż mingħand il-bailiff
  • skambju ta' argumenti bil-miktub, jiġu ddikjarati s-sejbiet
  • data tas-smigħ (l-avukati jippreżentaw l-argumenti tagħhom) u konklużjoni tad-dibattiti
  • sentenza.

Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda simplifikazzjoni, għalkemm ċerti talbiet ma jitressqux permezz ta' rikors ġuramentat iżda permezz ta' rikors kontradittorju. Dan jiġri partikolarment f'każ ta' tilwim li jirrigwarda l-kera. It-Taqsima 1344a tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Gerechtelijk Wetboek) jistipula li, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-lokazzjoni, kwalunkwe talba li tirrigwarda l-kirja ta' proprjetà tista' titressaq permezz ta' applikazzjoni bil-miktub, ippreżentata fir-reġistru tal-kummissarju tal-ġustizzja.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

1.3 Formoli

1.4 Assistenza

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

1.6 Proċedura bil-miktub

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Ħolqiet

Il-leġiżlazzjoni relatata mal-proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas: Websajt Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja:

  • Agħfas fuq "Leġiżlazzjoni kkonsolidata" taħt l-intestatura "Sorsi tal-liġi
  • Agħżel il-"Kodiċi Ġudizzjarju" taħt l-intestatura "Natura legali"
  • Daħħal iċ-ċifri "664" taħt l-intestatura "kliem"
  • Agħfas fuq "Fittex" u mbagħad fuq "Lista".
  • Agħfas fuq "Dettalji".

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2015