Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet żgħar - Italja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Minkejja li ma hemmx proċediment speċifiku għat-talbiet iż-żgħar, madankollu dawn it-talbiet jaqgħu fil-kompetenza tal-Kummissarju tal-Ġustizzja.

Il-proċediment quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja huwa karatterizzat mis-simplifikazzjoni. (L-Artikoli 316-318 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja jisma' t-talbiet dwar beni mobbli b'valur li ma jaqbiżx il-EUR 5 000 (ħamest elef ewro), il-ġuriżdizzjoni skont il-valur hija tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, sakemm ma tiġix assenjata lil xi ġudikant ieħor mil-liġi.

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni wkoll għall-kawżi għal kumpens minħabba ħsara kkawżata miċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi u bastimenti, sakemm il-valur tat-tilwima ma' jaqbiżx l-EUR 20 000 (għoxrin elf ewro).

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni, ikun xi jkun il-valur, fl-oqsma li ġejjin:

  • il-kawżi dwar it-twaqqif u l-osservazzjoni tad-distanzi stabbiliti bil-liġi, mir-regolamenti jew l-użu dwar it-tħawwil tas-siġar u ħitan tal-ħaxix;
  • il-kawżi dwar liema u kif għandhom jintużaw is-servizzi tal-kondominju fid-djar;
  • il-kawżi dwar ir-relazzjonijiet bejn is-sidien jew id-detenturi tal-proprjetà immobbli maħsuba għall-abitazzjoni rigward ħruġ ta' duħħan jew sħana, irwejjaħ, storbju, ċaqliq u disturb simili li jaqbeż il-livell ta' tolleranza normali;
  • il-kawżi dwar l-interessi jew aċċessorji ta' pagament ta' benefiċċji ta’ sigurtà soċjali jew ta’ assistenza li sar tard.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja t-talba ssir permezz ta' ċitazzjoni għad-dehra fit-tali ġurnata. It-talba tista' ssir anki verbalment, imbagħad minnha l-Kummissarju tal-Ġustizzja jfassal proċess verbali li, fuq responsabbiltà tar-rikorrent, jiġi nnotifikat b'ċitazzjoni biex jidher għas-seduta stabbilita. (L-Artikoli 316 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). It-talba jrid ikun fiha, minbarra l-indikazzjoni tal-ġudikant u tal-partijiet, deskrizzjoni tal-fatti u indikazzjoni tas-suġġett. Bejn il-ġurnata tan-notifika  u dik tad-dehra l-qorti jridu jgħaddu termini iqsar bin-nofs meta mqabbla mal-proċess ordinarju dwar il-mertu. (L-Artikoli 318 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).  Fl-ewwel seduta l-Kummissarju tal-Ġustizzja jistaqsi domandi b'mod liberu lill-partijiet u jipprova jwassalhom għar-rikonċiljazzjoni, jekk din isseħħ ifassal proċess verbali. Jekk ir-rikonċiljazzjoni ma tirnexxix, il-Kummissarju tal-Ġustizzja jistieden lill-partijiet biex jiddikjaraw b'mod preċiż il-fatti li kull wieħed minnhom ibbaża fuqhom it-talba tiegħu, l-argumenti ta' difiża u l-eċċezzjonijiet, talba biex biex jipproduċu d-dokumenti u x'tip ta' provi jridu jippreżentaw. Meta jkun meħtieġ minħabba l-miżuri meħuda mill-partijiet fl-ewwel seduta, il-Kummissarju tal-Ġustizzja jista' jiffissa għal darba biss seduta oħra għall-produzzjoni ulterjuri u u talbiet għall-provi. Id-dokumenti prodotti mill-partijiet jistgħu jidħlu fil-fajl tal-qorti u jibqgħu ppreservati hemmhekk sakemm tingħata s-sentenza finali.

1.3 Formoli

Ma hemmx formoli.

1.4 Assistenza

Quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja l-partijiet jistgħu jidhru personalment mingħajr avukat f'kawżi b'valur li ma jaqbiżx l-EUR 1 100. (L-Artikolu 82 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u skeda għat-tressiq quddiem il-qrati - bringing a case to court)

Fil-każijiet l-oħra, il-partijiet ma jistgħux jidhru l-qorti jekk mhux bil-prosekutur jew assistiti minn avukat. Madankollu il-Kummissarju tal-Ġustizzja, minħabba n-natura u l-istatus tal-kawża, permezz ta' digriet mogħti anki b'talba verbali tal-parti, jista' jħalli lill-partijiet jidhru mingħajr avukat.

Il-Kummissarju jivverifika ex officio jekk il-partijiet humiex leġittimi u, meta jkun meħtieġ, jistedinhom jimlew jew jirregolaw l-atti u d-dokumenti fil-fehma tiegħu diffettużi.

Jekk il-Kummissarju jsib nuqqas fir-rekwiżiti tar-rappreżentanza jew assistenza, jiġifieri difett li jġib in-nullità tal-prokura tad-difensur, huwa jagħti lill-partijiet żmien perentorju biex jirregolarizzaw ir-rappreżentazzjoni tagħhom. L-osservanza tat-termini tneħħi l-vizzju, u l-effetti sostanzjali u proċesswali tat-talba jidħlu fis-seħħ mal-ewwel notifika  (l-Artikolu 182 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

In-normi applikabbli fil-qasam tal-provi huma l-istess bħal dawk previsti għall-proċediment ordinarju. (ara l-anness provi – taking of evidence)

1.6 Proċedura bil-miktub

Mhix prevista proċedura strettament bil-miktub, minħabba li hemm l-obbligu tal-Kummissarju tal-Ġustizzja li jisma' b'mod liberu l-partijiet u jipprova jwassalhom għal rikonċiljazzjoni.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ir-regoli dwar il-kontenut tad-deċiżjoni huma aktar flessibbli meta mqabbla ma' dawk tal-proċedura ordinarja? Jekk iva, kif?

Le. Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rimbors tal-ispejjeż huwa limitat? Jekk iva, kif?

Dwar min se jbati l-ispejjeż  japplikaw ir-regoli ġenerali, jiġifieri tbatihom il-parti telliefa, ħlief li jrid jingħata kumpens jekk iż-żewġ partijiet jaħtu indaqs, jiġifieri jekk ikun hemm raġunijiet tajbin.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-possibiltà ta' appell hija eskluża jew hija biss limitata?

Bir-riforma riċenti (d.lgs. 2006, n. 40) ġew emendati d-dispożizzjonijiet tal-appell tas-sentenzi ta' ekwità (kawżi b'valur li ma jaqbiżx l-EUR 1 100,00) tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, fis-sens li jista' jsir appell minn dawn is-sentenzi  biss minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet fuq il-proċediment, jew ksur tan-normi kostituzzjonali jew komunitarji jiġifieri l-ksur ta' prinċipji regolatorji tas-suġġett inkwistjoni.

Dawn l-emendi japplikaw  għas-sentenzi mogħtija mit-2 ta' Marzu 2006 'l quddiem (l-Artikolu 27 d.lgs  2006/40)

Is-sentenzi tal-ekwità mogħtija qabel id-data msemmija hawn qabel huma soġġetti għal rikors fil-kassazzjoni (skont it-termini tal-liġi) biss għal ksur tan-normi kostituzzjonali, komunitarji u proċedurali, għal ksur tal-prinċipji regolatorji tas-suġġett u minħabba raġunijiet li ma jeżistux jew kienu sempliċement prima facie. Ma jistax isir appell mis-sentenzi mogħtija mill-Kummissarju tal-Ġustizzja fil-qasam tas-sanzjonijiet amministrattivi, iżda jista' jsir rikors straordinarju fil-kassazzjoni.

Mill-bqija, is-sentenzi tal-Kummissarju tal-Ġustizzja jistgħu jiġu appellati.

Ara l-iskeda dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, il-ġuriżdizzjoni tat-tribunali u r-rikors għall-qrati.

Ħoloq relatati

talbiet żgħar Artikoli tal-Proċedura ĊiviliPDF(114 Kb)it


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/10/2015