Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet żgħar

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija ntiża biex tissimplifika u tħaffef it-talbiet transfruntiera sa EUR 5 000.


Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri eżistenti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rikonoxxuta u eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u mingħajr l-ebda possibbiltà li jiġi oppost ir-rikonoxximent tagħha.

Ġew stabbiliti formularji standard għall-proċedura għal Talbiet Żgħar u huma disponibbli hawnhekk bil-lingwi kollha. Biex tibda’ l-proċedura, irid jimtela il-“Formularju A”. Kull dokument ta' prova rilevanti, bħal riċevuti, kontijiet, eċċ. għandu jiġi mehmuż mal-formularju.

Il-formularju A għandu jintbagħat lill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni. Ladarba l-qorti tirċievi l-formularju ta’ applikazzjoni trid timla l-parti tagħha tal-“Formularju ta’ Risposta”. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi l-formularju ta’ applikazzjoni, il-qorti għandha tinnotifika kopja tagħha, flimkien mal-Formularju ta’ Risposta, lill-konvenut. Il-konvenut għandu 30 jum biex iwieġeb, billi jimla l-parti tiegħu tal-Formularju ta’ Risposta. Il-qorti trid tibgħat kopja ta’ kwalunkwe tweġiba lill-attur fi żmien 14-il jum.

Fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-tweġiba tal-konvenut (jekk ikun il-każ) il-qorti trid tagħti sentenza dwar it-talba żgħira, titlob aktar dettalji bil-miktub mingħand kwalunkwe waħda mill-partijiet, jew inkella ssejjaħ lill-partijiet għal smigħ orali. Jekk ikun hemm smigħ orali, mhemmx il-ħtieġa li jkun hemm rappreżentazzjoni minn avukat u jekk il-qorti jkollha tagħmir xieraq is-smigħ għandu jsir permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.

Biċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti (li jista’ jkun hemm bżonn li jinqaleb fl-ilsien tal-Istat Membru l-ieħor), u b’kopja tas-sentenza, is-sentenza tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea, mingħajr l-ebda formalitajiet oħrajn. L-unika raġuni li għaliha jista’ jiġi rrifjutat l-infurzar fi Stat Membru ieħor hija li tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza oħra fl-Istat Membru l-ieħor bejn l-istess partijiet. L-eżekuzzjoni isseħħ f’konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru fejn is-sentenza tkun qed tiġi eżegwita.

Ħoloq relatati

Jekk jogħġbok innota li l-gwidi hawn taħt jipprovdu informazzjoni utli dwar il-proċedura, madankollu dawn ma jirriflettux il-bidliet li daħħlu fis-seħħ mill-14 ta’ Lulju 2017. Sakemm aħna qegħdin naħdmu fuq l-aġġornamenti meħtieġa, jekk jogħġbok ara r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament emendat.

GWIDA għall-UTENTI għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet ŻgħarPDF(763 Kb)mt

Gwida ta’ Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet ŻgħarPDF(1220 Kb)mt

Talbiet żgħar – notifiki tal-Istati Membri u għodda ta' tfittxija li tgħin fl-identifikazzjoni tal-qorti/qrati/awtorità/awtoritajiet kompetenti

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 25/07/2017