Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet żgħar - Slovakkja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemmx proċedura speċifika għal talbiet żgħar, li huma regolati mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili. Ma jsiru l-ebda seduti ta’ smigħ għal talbiet li ma jaqbżux EUR 2 000 u li jeħtieġu biss valutazzjoni sempliċi.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura hija regolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura tibda permezz ta’ mozzjoni, bil-proċedura ordinarja għal kull tip ta’ mozzjoni li tibda l-proċedimenti.

1.3 Formoli

Ma huma stipulati l-ebda formoli speċifiċi.

1.4 Assistenza

Il-partijiet jirċievu l-għajnuna skont l-obbligu ġenerali tal-qrati biex javżaw lill-partijiet bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom f’kull ħin, u li jistgħu jagħżlu avukat jew jikkuntattjaw iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali (Centrum právnej pomoci).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.centrumpravnejpomoci.sk/

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-proċedura hija regolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili.

1.6 Proċedura bil-miktub

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

Il-qorti trebbaħ l-ispejjeż legali tal-kawża lill-parti rebbieħa. Jekk il-parti tirbaħ il-kawża parzjalment, il-qorti trebbaħha l-ispejjeż tal-kawża fuq bażi pro rata jew tiddeċiedi illi l-ebda naħa ma għandha dritt għar-rimborż tal-ispejjeż legali. Jekk waħda mill-partijiet hija responsabbli mit-twaqqif tal-proċedimenti, il-qorti trebbaħ l-ispejjeż lill-parti l-oħra. Jekk waħda mill-partijiet hija responsabbli għall-ispejjeż tal-proċedimenti li kieku ma kienux jinqalgħu, il-qorti trebbaħ l-ispejjeż lill-parti l-oħra. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, għal raġunijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali, il-qorti tiddeċiedi li ma trebbaħx l-ispejjeż legali.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Parti fil-kawża għandha l-għażla li tappella kontra s-sentenza kif normalment isir għall-proċedimenti ċivili. Appell jista’ jitressaq quddiem il-qorti li d-deċiżjoni tagħha qed tiġi kontestata fi żmien 15-il jum wara l-għoti tad-deċiżjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/04/2019