Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Formoli għat-talbiet żgħar



Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament tal-Kunsill (KE) 861/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ifittex li jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali meta l-valur ta’ talba ma teċċedix EUR 5 000.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-proċedura għal talbiet Żgħar topera abbażi ta’ formoli standard. Din hija proċedura bil-miktub sakemm il-qorti ma tiddeċidix neċessarju li jkun hemm seduta ta' smigħ.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll it-termini perentorji għall-partijiet u għall-qorti sabiex titħaffef il-litigazzjoni.

L-erba’ formularji standard kif speċifikati fir-Regolament huma disponibbli hawn taħt. Attwalment dawn huma f’format PDF editjabbli (tista’ timlihom fuq il-kompjuter tiegħek u tistampahom):

Formola A - Formola tat-talbaPDF(156 KB)mt

Formola B - Talba mill-qorti jew mit-tribunal għall-mili u/jew rettifika tal-formola tat-talbaPDF(71 KB)mt

Formola Ċ - Formola ta’ rispostaPDF(68 KB)mt

Formola D - Ċertifikat dwar sentenza fil-proċedura ewropea għal talbiet żgħarPDF(68 KB)mt

Il-formularji (dinamiċi) onlajn se jkunu disponibbli dalwaqt.

Ħolqa relatata

Jekk jogħġbok innota li din il-gwida ma tirriflettix bidliet li japplikaw mill-14 ta’ Lulju 2017. Din xorta waħda tipprovdi informazzjoni utli kif ukoll kjarifiki, imma meta taqra’ dan għandek tirreferi għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Gwida ta’ Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet ŻgħarPDF(1220 Kb)mt


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 16/08/2017