Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati speċjalizzati - Svezja

Please note that the original language version of this page Swedish has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.

 

There is no official translation of the language version you are viewing.
You can access a machine translated version of this content here. Please note that it is only provided for contextual purposes. The owner of this page accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to the quality of this machine translated text.

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Iżvezja,


Qrati speċjalizzati

Ġew stabbiliti xi qrati u tribunali speċjali sabiex jisimgħu kawżi u kwistjonijiet speċifiċi:

  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tax-Xogħol tisma’ tilwim tax-xogħol. It-tilwmin tax-xogħol huwa tilwim fil-qafas tar-relazzjonijiet bejn min jimpjega u l-impjegati. Il-Qorti tax-Xogħol normalment hija l-ewwel u l-unika istanza kompetenti fit-tilwim tax-xogħol. Madankollu, xi tilwim tax-xogħol jinstema’ l-ewwel f’qorti distrettwali, u wara dan jista’ jsir appell quddiem il-Qorti tax-Xogħol bħala l-qorti tat-tieni u l-aħħar istanza.
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tas-Suq tisma’, fost l-oħrajn, tilwim taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar il-Prattika ta’ Kummerċjalizzazzjoni
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appelli dwar il-Privattivi tisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tal-Privattivi u tar-Reġistrazzjonijiet Żvediż, dwar privattivi, trademarks u disinni u ħwejjeġ simili. Jistgħu jiġu ppreżentati appelli mid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appelli dwar il-Privattivi fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema.

Il-Qrati tal-Artijiet u tal-Ambjent jisimgħu kawżi relatati ma' permessi għal operazzjonijiet idriċi u operazzjonijiet perikolużi għall-ambjent, kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tas-saħħa, il-ħarsien tan-natura, il-ġbir tal-iskart, iż-żoni mniġġsa u l-iskart perikoluż, id-danni relatati mal-ambjent u kwistjonijiet ta’ kumpens, il-kwistjonijiet marbuta mal-permessi tal-bini, tat-twaqqiegħ u tal-artijiet skont l-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini, iċ-ċnus fuq l-artijiet, l-appelli fi kwistjonijiet ta’ pjanifikar, it-tqassim tal-artijiet, is-servituijiet favur il-kumpaniji li joffru servizzi pubbliċi bħad-dawl, l-ilma u l-gass u l-esproprijazzjoni. Hemm ħames Qrati tal-Artijiet u tal-Ambjent, li huma qrati speċjalizzati u li huma parti mill-Qrati Distrettwali ta’ Nacka, Vänersborg, Växjö, Umeå u Östersund. L-appelli minn sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Artijiet u tal-Ambjent jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti tal-Appell tal-Artijiet u tal-Ambjent, li jagħmel parti mill-Qorti tal-Appell ta’ Svea. L-appelli f’kawżi li jkunu nbdew fil-Qorti tal-Artijiet u tal-Ambjent u li jkunu ġew appellati u mismugħa fil-Qorti tal-Appell tal-Artijiet u tal-Ambjent, jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti Suprema.

Il-Qrati Marittimi jisimgħu kawżi skont il-Kodiċi Marittimu Svediż (1994:1009). Hemm seba' qrati marittimi li huma parti mill-Qrati Distrettwali ta' Luleå, Sundsvall, Stockholm, Kalmar, Malmö, Gothenburg u Karlstad.

Il-qrati dwar il-migrazzjoni jistħarrġu deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Migrazzjoni Żvediż dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ċ-ċittadini barranin u ċ-ċittadinanza.

Il-Qrati tal-Migrazzjoni huma qrati speċjalizzati li huma parti mill-Qrati Amministrattivi f'Malmö, Göteborg u Stockholm. L-appelli minn sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Migrazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti tal-Appell tal-Migrazzjoni, li jagħmel parti mill-Qorti Amministrattiva ta’ Stokkolma.

Ċerti tipi ta’ tilwim li jkunu jinvolvu l-kera, inkwilini-sidien u ċnus jinstemgħu mit-tribunali reġjonali tal-kera u taċ-ċens. Dawn huma korpi kważi-ġudizzjarji li għandhom setgħat simili għal dawn tal-qrati.

Qrati speċjali oħrajn

Ma hemm ebda qorti kostituzzjonali jew xi qorti simili fl-Iżvezja.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 19/06/2012