Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati speċjalizzati - Ġermanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fil-Ġermanja.


Qrati Speċjalizzati

Qrati tax-xogħol

Il-qrati tax-xogħol jittrattaw essenzjalment tilwim dwar il-liġi tax-xogħol li jirriżulta fir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-impjegati u l-impjegaturi (liġi tax-xogħol individwali). Dawn il-qrati jittrattaw ukoll tilwim bejn il-partijiet għal ftehim kollettiv, bħat-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi (il-liġi tax-xogħol kollettiv), kif ukoll it-tilwim bejn impjegatur u kumitat ta' ħidma.

Il-qrati tax-xogħol (bħala ġurisdizzjonijiet tal-Istati Federali) huma Qrati Ġenerali. Il-kulleġġ ġudikanti tal-qorti tax-xogħol huwa t-Tribunal. Dan jiddeċiedi essenzjalment permezz ta’ mħallef wieħed professjonali li jippresjedi u żewġ imħallfin lajċi, wieħed mill-qasam tal-impjegat u l-ieħor mill-qasam tal-impjegatur. Ċerti deċiżjonijiet li mhumiex parti mill-proċedimenti orali jittieħdu mill-imħallef li jippresjedi mingħajr l-intervent tal-imħallef lajk.

Il-Qrati Superjuri tax-xogħol (Landesarbeitsgerichte) huma responsabbli għat-trattament tal-appelli u t-tilwim kontra s-sentenzi tal-qrati tax-xogħol. It-Tribunal huwa ugwalment magħmul minn imħallef wieħed professjonali u żewġ imħallfin lajċi (wieħed li jirrappreżenta l-impegat u l-ieħor l-impjegatur).

Id-deċiżjonijiet fl-Aħħar Istanza jittieħdu mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tax-Xogħol (Bundesarbeitsgericht). Is-Senat ta’ din il-Qorti huwa magħmul minn imħallef li jippresjedi, żewġ imħallfin professjonali addizzjonali u żewġ imħallfin lajċi (wieħed li jirrappreżenta l-impjegat u l-ieħor l-impjegatur).

Qrati Amministrattivi

Tliet fergħat differenti tas-sistema tal-qorti huma responsabbli biex jeżaminaw id-deċiżjonijiet amministrattivi: il-qrati amministrattivi ġenerali, il-qrati soċjali u l-qrati finanzjarji. Il-qrati amministrattivi, soċjali u finanzjarji huma kkaretterizzati mill-fatt li huma obbligati li japplikaw il-prinċipju ex officio (bid-dritt tal-kariga). Għaldaqstant, il-qrati jridu jinvestigaw il-fatti tal-kawża fuq l-inizjattiva tagħhom stess (jiġifieri mhux wara talba minn waħda mill-partijiet, u mingħajr ma jintrabtu mal-evidenza li titressaq), u dan minħabba li l-eżattezza materjali tas-sentenza tal-kawża taffettwa l-interess pubbliku.

Qrati Amministrattivi Ġenerali

Il-Qrati Amministrattivi Ġenerali għandhom tliet livelli ta’ Istanzi.

  1. Fil-Qorti Ġenerali jinsabu l-Qrati Amministrattivi Reġjonali (Verwaltungsgerichte).
  2. Fit-Tieni Istanza jinsabu l-Qrati Amministrattivi Superjuri għal kull Stat Federali, li jissejħu Oberverwaltungsgerichte (jew Verwaltungsgerichtshof).
  3. Fl-Aħħar Istanza hemm il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Amministrattiva (Bundesverwaltungsgericht).

Il-qrati amministrattivi reġjonali ġeneralment ikunu Qrati Ġenerali. Il-Qrati Amministrattivi Superjuri huma primarjament tribunali tal-appell, li jeżaminaw id-deċiżjonijiet tal-Qrati Ġenerali minn perspettiva legali u fattwali. Bi ftit eċċezzjonijiet, il-Qorti Amministrattiva Federali hija qorti tal-appell li teżamina l-punti ta’ liġi biss (Revisionsgericht).

Fil-prinċipju, il-ġurisdizzjoni amministrattiva ġenerali hija responsabbli mit-tilwim kollu bejn l-amministrazzjonijiet u l-persuni privati dwar l-applikazzjoni korretta tal-liġijiet u tar-regolamenti amministrattivi. Madankollu minflok il-qrati amministrattivi, meta l-kawża tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni fl-ekonomija skont il-liġi ċivili (li taġixxi bħala negozju privat) u għat-tilwim kollu li jirriżulta minn attivitajiet bħal dawn ir-responsabbiltà taqa’ f’idejn il-qrati ordinarji. Barra minn hekk, it-tilwim li jiġi assenjat bil-liġi lill-qrati ordinarji, lill-qrati soċjali jew lill-ġurisdizzjoni finanzjarja jkun eżentat mill-ġurisdizzjoni amministrattiva ġenerali.

Fil-prinċipju, id-deċiżjonijiet fil-ġurisdizzjoni amministrattiva jittieħdu mit-tribunali. Il-qrati amministrattivi reġjonali huma magħmula minn tlitt imħallfin professjonali u minn żewġt imħallfin lajċi. Il-qorti amministrattiva superjuri ġeneralment tkun magħmula minn tlitt imħallfin professjonali. Il-Qorti Federali Amministrattiva tikkonsisti f’ħamest imħallfin professjonali. Madankollu, fil-qrati amministrattivi reġjonali, il-kawżi jistgħu jiġu rrinvijati quddiem imħallef individwali.

Qrati Soċjali

Il-ġurisdizzjoni soċjali, bħal dik amministrattiva, għandha tliet istanzi li jkopru diviżjoni xierqa tal-kompiti. Minbarra l-qorti soċjali reġjonali (Sozialgericht) (bħala Qorti Ġenerali), hemm qorti soċjali tal-Istat (Landessozialgericht) għal-Land f’kull Stat federali, qorti tal-appell u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Soċjali (Bundessozialgericht), li tagħmilha ta’ qorti suprema tal-appell fuq punti ta’ liġi (reviżjoni).

Il-qrati soċjali huma responsabbli prinċipalment biex jisimgħu tilwim fi kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali (pensjonijiet, assigurazzjonijiet f’każijiet ta’ inċidenti u ta’ mard, u assigurazzjoni għal kura waqt il-konvalexxenza), tal-assigurazzjoni tal-qgħad u tal-għajnuna soċjali. Fil-ġurisdizzjoni soċjali wkoll, id-deċiżjonijiet jittieħdu, fil-prinċipju, mit-tribunali. Tribunal tal-qorti soċjali jkun magħmul minn imħallef professjonali wieħed u minn żewġt imħallfin lajċi. Il-qorti soċjali tal-Istat u l-qorti federali soċjali jikkonsistu fi tlitt imħallfin professjonali u f’żewġt imħallfin lajċi.

Qrati Finanzjarji

Il-ġurisdizzjoni fiskali tikkonsisti fil-qrati finanzjarji ġenerali u fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Finanzi (Bundesfinanzhof), li tagħmilha ta’ qorti suprema tal-appell biss rigward punti ta’ liġi. Il-kompetenza tal-ġurisdizzjoni fiskali tkopri prinċipalment tilwim dwar imposti pubbliċi, taxxi u d-dwana. It-tribunali tal-qrati tal-finanzi huma magħmula minn tlitt imħallfin professjonali u minn żewġt imħallfin lajċi. Dawk tal-Qorti Federali tal-Finanzi huma magħmula minn ħamest imħallfin professjonali. Il-kawżi jistgħu jiġu rrinvijati quddiem imħallef individwali fil-qrati finanzjarji.

Qrati Speċjalizzati Oħra

Il-Qorti Federali Kostituzzjonali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Kostituzzjonali teżerċita ġurisdizzjoni rigward kwistjonijiet kostituzzjonali fuq il-livell federali. Id-deċiżjonijiet tagħha huma bbażati fuq il-liġi kostituzzjonali (Grundgesetz). L-ikbar numru ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti Federali Kostituzzjonali huma l-ilmenti kostituzzjonali. Dawn jiġu ppreżentati minn ċittadini li jsostnu li kien hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom b’relazzjoni għal sentenzi, azzjonijiet tal-gvern jew atti leġiżlattivi. Ilment kostituzzjonali huwa ġeneralment validu biss jekk il-proċedimenti fil-qrati kompetenti l-oħra kollha jkunu sfaxxaw (jiġifieri d-deċiżjonijiet ittieħdu fl-Aħħar Istanza, jew eċċezzjonalment kien possibbli li jitressaq ilment kostituzzjonali direttament kontra att leġiżlattiv).

Hemm diversi tipi oħrajn ta’ proċedimenti. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, l-istħarriġ ġudizzjarju astratt u konkret tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet, u proċeduri biex ikun ivverifikat jekk l-istituzzjonijiet kostituzzjonali federali rrispettawx il-limiti tal-kompetenza tagħhom. Ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Federali Kostituzzjonali jistgħu jakkwistaw forza legali. Il-qorti tikkonsisti f’żewġ senati, magħmula f’kull każ minn tmint imħallfin. Il-qorti tiddeċiedi fl-uffiċċji tal-imħallfin, b’kull wieħed ikun magħmul minn tlitt imħallfin, jew minn senat; fil-parti l-kbira mingħajr seduti orali.

Qrati Kostituzzjonali tal-Istat (Landesverfassungsgerichte)/Qrati Superjuri tal-Istat (Staatsgerichtshof)

Il-qrati kostituzzjonali tal-Istat jew il-qrati superjuri tal-Istat huma qrati kostituzzjonali tal-Istati Federali rispettivi (Länder). Huma jiddeċiedu prinċipalment dwar it-tilwim kostituzzjonali taħt il-liġi tal-Istat (Landesrecht), b’din tal-aħħar tirregola anki l-istabbiliment, l-amministrazzjoni u l-kompetenza tagħhom.

Ħoloq Relatati mas-Suġġett

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tax-Xogħol

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Amministrattiva

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Soċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Finanzjarja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Kostituzzjonali


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 29/08/2019