Qrati speċjalizzati - Italja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: it-Taljan diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Italja.


Qrati speċjalizzati

L-Artikolu 102 tal-Kostituzzjoni jipprojbixxi l-istabbiliment ta’ qrati ġodda ‘straordinarji jew speċjali’. Madankollu, fl-ambitu tal-entitajiet ġurisdizzjonali ordinarji, diviżjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti li jkunu jispeċjalizzaw f’setturi speċifiċi – jiġifieri, fil-preżenza tal-istess ġudikanti u ċ-ċittadini kwalifikati li ma jkunux membri tal-ġudikatura (pereżempju, id-diviżjonijiet agrarji speċjalizzati).

Ċerti qrati speċjali huma, fi kwalunkwe eventwalità, stabbiliti bl-Artikolu 103 tal-Kostituzzjoni. Dawn jinkludu l-qrati amministrattivi, il-qorti tal-Awdituri tal-Istat u l-qrati militari, li ġew stabbiliti qabel ma l-Kostituzzjoni daħlet fis-seħħ.

Il-Qrati Militari (tribunali militari), li għandhom il-ġurisdizzjoni biex quddiemhom jinstemgħu reati militari mwettqa minn membri tal-forzi armati, huma separati mill-ġudikatura ordinarja, u huma amministrati minn entità li tirregola lilha nfisha li jissejjaħ il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura Militari (Consiglio Superiore della Magistratura Militare).

Il-qrati amministrattivi

Il-qrati amminsitrattivi jittrattaw tilwim bejn partijiet privati u l-awtoritajiet pubbliċi rigward deċiżjonijiet li jittieħdu mill-amministrazzjoni pubblika

Il-qrati amminsitrattivi jikkunsidraw jekk miżura amminsitrattiva itteħditx kif suppost; huma ma jidħlux fil-meritu ta' jekk il-miżura hix opportuna. Rikors quddiem qorti amministrattiva titlob lill-qorti biex tirrevoka miżura amministrattiva abbażi tal-fatt li hija vizzjata minħabba nuqqas ta' ġurisdizzjoni (incompetenza), ksur tal-liġi (violazione di legge), jew abbuż ta' poter (eccesso di potere).

Bħala regola ġenerali, it-test li jiddistingwi l-ġurisdizzjoni ta' qrati ordinarji mill-ġurisdizzjoni tal-qrati amminsitrattivi hija n-natura tad-dannu invokat, jiġifieri jekk il-miżura amministrattiva tiksirx dritt (diritto soggettivo) jew biss interess leġittimu (interesse legittimo): il-qrati amministrattivi jisimgħu kawżi li jinvolvu interessi leġittimi, għalkemm hemm ukoll xi oqsma oħra fejn dawn għandhom ġurisdizzjoni esklussiva.

Il-korp ta’ ġudikanti amministrattivi li jirregola lilu nnifsu huwa l-Kunsill tal-Presidenza tal-Ġudikatura Amministrattiva (Consiglio di Presidenza della Magistratura Amministrativa).

  • Il-Qrati amministrattivi reġjonali (tribunali amministrativi regionali) huma qrati tal-ewwel istanza;
  • il-Kunsill tal-Istat (Consiglio di Stato) huwa qorti tat-tien’istanza.

Il-Qorti tal-Awdituri u l-awtoritajiet fiskali għandhom il-ġurisdizzjoni fil-każi amminsitrattivi f'ċerti materji speċifiċi

Il-Qorti tal-Awdituri (Corte dei Conti) tikkonsisti minn imħallfin u prosekuturi.li huma speċjalizzati fil-kontabbiltà. Ġie stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Ufficio del procuratore generale) b’funzjonijiet investigattivi u dan ġie marbut ma’ din il-qorti. Dan l-aħħar saret riformata, u l-Qorti issa għandha diviżjonijiet reġjonali indipendenti (sezioni regionali) li jwettqu funzjonijiet ta' ġudizzju u ta' awditjar fl-oqsma tagħhom.

Il-korp tal-Qorti li jirregola lilu nnifsu huwa l-Kunsill tal-Presidenza (Consiglio di Presidenza).

Il-Qorti tal-Awdituri għandha l-kompetenza sabiex:

  • tirrevedi bil-quddiem il-konsistenza mal-liġi fir-rigward ta’ sensiela wiesgħa ta’ miżuri meħuda mill-gvern u entitajiet pubbliċi oħra
  • teżamina l-ġestjoni finanzjarja u l-assi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi
  • tiddeċiedi dwar kwistjonijiet bħal kontijiet pubbliċi, pensjonijiet u r-responsabbiltà tal-impjegati tal-gvern u tal-uffiċjali tal-Istat jew ta’ entitajiet pubbliċi oħra.

L-awtoritajiet fiskali (commissioni tributarie) għandhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jirrigwardaw it-taxxi.

Bażijiet tad-dejta legali

Fuq il-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati militari, tista' ssib notamenti storiċi u informazzjoni dwar il-proċedimenti. Huwa wkoll possibbli li ssib rekords dwar il-każijiet kriminali ewlenin tal-gwerra (proċedimenti storiċi biss).

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati amministrattivi reġjonali u l-Kunsill tal-Istat joffri aċċess bla ħlas għall-kalendarju tas-seduti, kif ukoll għat-test integrat ta’ sentenzi, deċiżjonijiet u digrieti f'tilwim bejn l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet privati rigward miżuri li jittieħdu mill-amministrazzjoni pubblika.

Għal finijiet ta’ protezzjoni tad-dejta, ir-riċerka dwar appelli attwali hija ristretta b’ċerti rekwiżiti.

Is-sit elettroniku tal-Qorti tal-Awdituri jippubblika d-deċiżjonijiet u s-sentenzi ewlenin tagħha. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku bla ħlas

Is-sit elettroniku tal-Qorti tal-Awdituri jiffunzjona wkoll bħala portal għat-taqsimiet territorjali tal-Qorti, u fiha ħafna informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-funzjonijiet ta’ dawn l-organi

Isem u URL tal-bażi tad-dejta


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2019