Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Qrati speċjalizzati - Lussemburgu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

F’din is-sezzjoni ssibu deskrizzjoni qasira tal-qrati speċjalizzati fil-Lussemburgu.


Qrati speċjalizzati

Qrati ordinarji

Il-Kunsill tal-Arbitraġġ u l-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali

Il-kontestazzjonijiet kollha fil-qasam tas-sigurtà soċjali dwar l-isħubija jew ir-rekwiżiti, il-kontribuzzjonijiet, il-multi amministrattivi u l-benefiċċji, ħlief dawk koperti mill-Artikolu 317 jew marbuta mal-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali, jinstemgħu mill-Kunsill tal-Arbitraġġ tas-Sigurtà Soċjali u, fl-appell, mill-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali. Id-deċiżjonijiet mogħtija fl-aħħar istanza mill-Kunsill tal-Arbitraġġ kif ukoll is-sentenzi tal-Kunsill Superjuri jistgħu jiġu appellati fil-kassazzjoni.

Il-Qrati Amministrattivi

Il-Qorti Amministrattiva

Sakemm mhux stabbilit xort'oħra mil-liġi, jista' jitressaq appell quddiem il-Qorti Amministrattiva, li qiegħda l-Lussemburgu, mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal amministrattiv li jħassar id-deċiżjonijiet, mid-deċiżjonijiet amministrattivi individwali kif ukoll id-deċiżjonijiet mogħtija fir-rigward ta' natura regolatorja. Il-Qorti Amministrattiva tiddeċiedi wkoll fl-appell fuq kwistonijiet ta' sustanza fi proċedimenti li jattakkaw id-deċiżjonijiet ta' qrati amministrattivi oħra li jkunu semgħu talbiet għat-tħassir meta' l-liġijiet speċjali jagħtuhom din il-ġuriżdizzjoni.

L-avukati kollha li jistgħu jidhru quddiem it-Tribunali tal-Gran Dukat jistgħu jidhru wkoll quddiem il-Qorti Amministrattiva; madanakollu, l-"avukati mniżżla fil-lista I" tat-tabelli mħejjija kull sena mill-kunsilli tal-kmamar tal-avukati biss għandhom id-dritt li jmexxu proċedimenti preparatorji u proċedurali (rappreżentanza legali).

L-Istat huwa rappreżentat quddiem il-Qorti Amministrattiva minn uffiċjal tal-Gvern jew minn avukat.

It-Tribunal Amministrattiv

It-Tribunal Amministrattiv, li qiegħed il-Lussemburgu, jiddeċiedi dwar azzjonijiet imressqa minħabba inkompetenza, awtorità ultra vires, u abbuż ta' poter, ksur tal-liġi jew proċeduri maħsuba biex jipproteġu l-interessi privati, kontra kull deċiżjonijiet amministrattivi li għalihom ma hemmx aktar rimedji u kontra d-deċiżjonijiet amministrattivi ta' natura regolamentarja, tkun xi tkun l-awtorità li tkun ħarġithom. Bħala regola ġenerali huwa jisma' wkoll kwistjonijiet relatati ma' taxxi diretti u taxxi tal-komun oħra.

Jista' jsir appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal Amministrattiv quddiem il-Qorti Amministrattiva.

It-Tribunal Amministrattiv jiddeċiedi l-mertu ta' rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tad-Direttur tad-Dipartiment tat-taxxa diretta fejn il-liġi tippermetti rikors.

Qrati speċjalizzati oħra

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi, permezz ta' sentenza, dwar il-konformità tal-liġijiet mal-Kostituzzjoni, ħlief dawk il-liġijiet li jirratifikaw it-trattati.

Meta waħda mill-partijiet tqajjem domanda relatata mal-konformità ta' liġi mal-Kostituzzjoni quddiem qorti ordinarja jew qorti amministrattiva, din l-istess qorti trid tirreferi d-domanda lill-Qorti Kostituzzjonali, sakemm ma tkunx tal-fehma illi: (a) mhix meħtieġa deċiżjoni dwar id-domanda mqajma sabiex tagħti s-sentenza tagħha; b) id-domanda m'ghandhiex bażi ġuridika; c) il-Qorti Kostituzzjonali diġà tat sentenza fuq domanda bl-istess għan.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija ffurmata mill-President tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, il-Presdient tal-Qorti Amministrattiva, żewġ imħallfin mill-Qorti tal-Kassazzjoni u ħames maġistrati maħtura mill-Gran Dukat, fuq il-parir konġunt tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja u l-Qorti Amministrattiva. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha diviżjoni waħda b'ħames maġistrati.

Il-bażijiet tad-dejta ġuridiċi f'dawn l-oqsma

Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-taqsima fuq il-qrati tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta hija mingħajr ħlas?

Iva l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

Ara s-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Arbitraġġ u l-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali.

Ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati Amministrattivi.

Ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2015