Interess statutorju

Informazzjoni nazzjonali dwar kif kull pajjiż tal-UE jikkalkula r-rati tal-imgħax statutorji.


Il-kalkolu tal-imgħax statutorju fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali jista' jkun rilevanti skont diversi strumenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, dawn l-istrumenti ma jirregolawx id-dettalji dwar l-imgħax statutorju u għalhekk huwa d-dritt nazzjonali li jistipula kif u fuq liema bażi għandhom jiġu kkalkulati r-rati tal-imgħax statutorju.

F'każ transfruntier, din l-informazzjoni tista' tkun rilevanti u l-aċċess għaliha jkun neċessarju. Għalhekk, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali stabbilixxa skeda informattiva li tagħti informazzjoni dwar kif l-imgħax statutorju huwa ddefinit mill-Istati Membri, jekk il-liġi nazzjonali tistipulax imgħax statutorju u jekk iva, fuq liema bażi ġuridika u b'liema rata/ammont. Tista' ssib ukoll informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet li dawn ir-rati japplikaw fihom u kif jiġu kkalkulati.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Interess statutorju - Belġju


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa l-perċentwali użat biex jiġi kkalkulat l-ammont addizzjonali li jrid jitħallas mid-debitur li ma jkunx ħallas lill-kreditur fil-ħin.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax statutorju fil-kawżi ċivili (bejn individwi jew bejn individwu u kummerċjant) jiġi kalkolat biż-żieda ta' 2% mar-rata ta' tnax-il xahar ta' EURIBOR (Rata Interbankarja Offruta f’Euro).s

It-tranżazzjonijiet kummerċjali (pereżempju t-tranżazzjonijiet bejn il-kummerċjanti u/jew l-impriżi) huma regolati mil-Liġi tat-2 ta' Awwissu 2002 dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti li jsiru tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali ((Wet van 2/08/2002 betreffende de bestrijding van de betalingsachterstand bij handelstransacties). Dik ir-rata ta' imgħax tiġi applikata sakemm il-partijiet għat-tranżazzjoni ma jkunux ftiehmu mod ieħor (interess kuntrattwali).

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-aġġustament kull sitt xhur tar-rata ta' interess għat-tranżazzjonijiet kummerċjali jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Belġju (sit elettroniku Belgisch staatsblad - Moniteur belge: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ejustice.just.fgov.be/)

Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija (http://economie.fgov.be/)

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Għal aktar informazzjoni mingħajr ħlas ara s-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija (http://economie.fgov.be/)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/02/2017

Interess statutorju - Bulgarija


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Fir-Repubblika tal-Bulgarija, l-imgħax statutorju huwa rregolat, imma s'issa t-terminu għadu mhux definit fil-liġi.

Skont it-teorija ġuridika, "l-imgħax statutorju" huwa mgħax li mhux bi qbil imma previst mil-liġi. L-imgħax statutorju għal ħlas tardiv (inadempjenza, imgħax fuq ħlas tardiv) ikun dovut fuq il-ħlas tardiv ta' obbligu monetarju. Fil-każ ta’ inadempjenza ta' dejn monetarju, il-kreditur ikun dejjem intitolat għal kumpens skont ir-rata tal-imgħax statutorju mid-data tal-inadempjenza (ara l-ewwel sentenza tal-Artikolu 86(1) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti (ZZD)).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 86(1) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, debitur li ma jonorax obbligu monetarju jkun responsabbli għall-kumpens fir-rata tal-imgħax statutorju minn dakinhar tal-inadempjenza. Ir-rata tal-imgħax statutorju tiġi stabbilita mill-Kunsill tal-Ministri.

L-Artikolu 294(1) tal-Att dwar il-Kummerċ (TZ) jipprevedi li l-imgħax ikun dovut bejn il-kummerċjanti, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor.

Skont l-Artikolu 86(2) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti u għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU, L 48 tat-23 ta' Frar 2011, p. 1), il-Kunsill tal-Ministri adotta d-Digriet Nru 426 tat-18 ta' Diċembru 2014 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015) li jistabbilixxi r-rata tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati. Ir-rata annwali tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati hija r-rata bażi tal-Bank Nazzjonali Bulgaru applikabbli mill-1 ta’ Jannar jew mill-1 ta' Lulju tas-sena attwali miżjuda b'10 punti perċentwali. Ir-rata ta’ kuljum tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati hija ta' 1/360 tar-rata annwali. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ fl-1 ta' Jannar tas-sena attwali tapplika għall-ewwel nofs tas-sena u dik fis-seħħ fl-1 ta' Lulju tapplika għat-tieni nofs.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-Bank Nazzjonali Bulgaru jippubblika r-rata bażi għall-perjodu rilevanti bl-użu ta' metodoloġija stabbilita mill-Bord Maniġerjali u jippubblikaha fil-Gazzetta tal-Istat. Ir-rata bażi u l-bidliet fiha jiġu ppubblikati fis-sit tal-Bank Nazzjonali Bulgaru: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnb.bg/. Is-sit fih ukoll il-metodoloġija biex tiġi stabbilita r-rata bażi.

L-Artikolu 10(3) tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti jipprevedi li mgħax fuq imgħax dovut (anatoċiżmu) jitħallas skont ir-regoli tal-Bank Nazzjonali Bulgaru. Madankollu, ma ġew ippubblikati l-ebda regoli ta' dan it-tip.

L-Artikolu 294(2) tal-Att dwar il-Kummerċ jipprevedi li l-imgħax fuq l-imgħax ikun dovut biss meta jkun hemm qbil fuq hekk.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Informazzjoni dwar ir-rata bażi u bidliet fiha tingħata bl-Ingliż u bil-Bulgaru fis-sit tal-Bank Nazzjonali Bulgaru: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnb.bg/.

L-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, l-Att dwar il-Kummerċ u atti legali oħrajn imsemmija fuq tista' ssibhom bil-Bulgaru fis-sit: www.lex.bg.

L-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, l-Att dwar il-Kummerċ u d-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 426 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi r-rata tal-imgħax statutorju fuq pagamenti arretrati tista' wkoll issibhom bil-Bulgaru fis-sit: www.tita.bg.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/05/2018

Interess statutorju - Repubblika Ċeka


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. L-imgħax normalment huwa regolat mill-Artikoli 1802 sa 1806 tal-Att Nru 89/2012 (il-Kodiċi Ċivili) u huwa deskritt bħala penali finanzjarja li sseħħ awtomatikament ex lege fil-forma ta' mgħax jekk id-debitur jonqos milli jħallas dak li hu dovut. L-ammont ta' mgħax statutorju jiġi determinat skont il-leġiżlazzjoni sekondarja (attwalment ir-Regolament tal-Gvern Nru 351/2013).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont ta' mgħax statutorju jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni effettiva fl-ewwel ġurnata ta' nuqqas ta' ħlas tad-debitur.

Ir-Regolament tal-Gvern Ċek Nru 351/2013 tas-16 ta' Ottubru 2013 ilu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014. Ir-Regolament jiddetermina l-ammont ta' mgħax ta' inadempjenza u l-ispejjeż assoċjati mal-irkupru tad-dejn, il-kumpens tal-istralċjarju, l-amministratur tal-istralċ u membru maħtur mill-qorti tal-korp li jirrappreżenta entità ġuridika, u jirregola wkoll ċerti kwistjonijiet marbuta mal-Gazzetta Kummerċjali u r-reġistri pubbliċi tal-entitajiet ġuridiċi u l-persuni fiżiċi. Skont ir-Regolament, l-ammont annwali ta' mgħax ta' inadempjenza huwa bbażat fuq ir-rata ta’ ftehim ta’ riakkwist mill-Bank Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka għall-ewwel jum tal-perjodu tal-kalendarju li fih seħħet l-inadempjenza, b'żieda ta' tmien punti perċentwali. Dan l-ammont ta' mgħax jibqa' l-istess matul il-perjodu ta' inadempjenza.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-imgħax ta' inadempjenza li beda jgħaddi qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Gvern Nru 351/2013 huwa regolat mil-leġiżlazzjoni li kienet diġà fis-seħħ, jiġifieri r-Regolament tal-Gvern Nru 142/1994; għandha ssir referenza dejjem għall-verżjoni fis-seħħ fl-ewwel ġurnata ta' inadempjenza.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.psp.cz/sqw/sbirka.sqw?cz=351&r=2013


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2019

Interess statutorju - Ġermanja

Please note that the original language version of this page German has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. Ir-rata tal-imgħax statutorja hija stipulata fl-Artikolu 246 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (Bürgerliches Gesetzbuch, BGB). Jekk l-imgħax fuq dejn ikun pagabbli legalment jew fi tranżazzjoni legali, ir-rata tal-imgħax tkun ta' erba' fil-mija sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont / Ir-rata tal-imgħax statutorju

Kriterji għall-applikazzjoni tar-rata tal-imgħax statutorju

(jekk meħtieġ)

Bażi ġuridika

4 %

Rata standard, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċjali li jeħtieġu mod ieħor jew isir ftehim għad-devjazzjoni minn din ir-rata

L-Artikolu 246 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

5 %

Għal tranżazzjonijiet kummerċjali bilaterali (bl-eċċezzjoni ta' mgħax ta' inadempjenza), sakemm ma tapplikax waħda mid-dispożizzjonijiet speċjali jeħtieġu mod ieħor

L-Artikolu 352 tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch, HGB)

ħames (5) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża(*)

Jekk il-mutwatarju jonqos milli jħallas id-dejn

L-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

disa' (9) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Jekk il-mutwatarju jonqos fuq talba ta' ħlas u ma jkunx parti mit-tranżazzjoni legali sottostanti.

L-Artikolu 288(2) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

ħames (5) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Jekk il-konsumatur jonqos milli josserva ftehim ta' kreditu għall-konsumatur, sakemm ma jkunx hemm ftehim ta' mutwu ipotekarju

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 497(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

ħames (5) punti perċentwali jew disa' (9) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Id-dejn tal-flus mid-data li fiha l-litigazzjoni tkun pendenti (notifika tar-rikors / taċ-ċitazzjoni), mid-data tal-maturità mill-aktar fis possibbli.

L-Artikolu 291 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż

ħames (5) punti perċentwali iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*)

Għal kostijiet legali, mid-data li fiha tiġi riċevuta l-valutazzjoni tal-kostijiet u mid-data ta' maturità, sakemm ma jkunx meħtieġ rikors mid-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza.

It-tieni sentenza tal-Artikolu 104(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Ġermaniż (Zivilprozessordnung, ZPO)

tnejn fil-mija (2%) iżjed mir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża (*), iżda tal-inqas sitta fil-mija (6 %)

Għal tranżazzjonijiet li jinvolvu ċekkijiet jew rati tal-kambju, fejn rata tal-imgħax statutorju ta' aktar minn 6% tapplika biss għal fatturi domestiċi jew ċekkijiet

L-Artikoli 45 u 46 tal-Att Ġermaniż dwar iċ-Ċekkijiet (Scheckgesetz);

L-Artikoli 28, 48 u 49 tal-Att Ġermaniż dwar ir-Rati tal-Kambju (Wechselgesetz)

(*) Ir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża MHIJIEX l-istess bħal dik tal-BĊE. Għal dettalji dwar kif din hija kkalkolata, jekk jogħġbok ara d-domanda 3.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata tal-imgħax bażika stipulata mil-liġi Ġermaniża mhijiex l-istess bħar-rata tal-imgħax bażika tal-BĊE. Din hija kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 247 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż u tinbidel fl-1 ta' Jannar u fl-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ħarsa ġenerali tar-rata tal-imgħax bażika skont il-perjodu ta' żmien f'konformità mal-Artikolu 247 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż hija disponibbli bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bundesbank.de/Navigation/EN/Statistics/Money_and_capital_markets/money_and_capital_markets.html?https=1

F'konformità mal-Artikolu 289 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż, ma jinżamm ebda mgħax fuq l-imgħax ta' inadempjenza (projbizzjoni ta' interess kompost).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż jista' jiġi aċċessat bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/bgb/index.html

Il-liġijiet u r-regolamenti l-oħra msemmija hawn fuq jistgħu jiġu aċċessati bil-Ġermaniż fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/zpo/index.html (Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, bl-Ingliż ukoll)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/hgb/index.html (Il-Kodiċi Kummerċjali, parzjalment ukoll bl-Ingliż)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/scheckg/index.html (Att dwar iċ-Ċekkijiet)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/wg/index.html (Att dwar ir-Rati tal-Kambju)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/03/2017

Interess statutorju - Estonja

Please note that the original language version of this page Estonian has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 113 tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet, meta t-twettiq ta' obbligu monetarju jiġi mdewwem, il-kreditur jista' jitlob lid-debitur sabiex iħallas l-imgħax fuq l-arretrati (penali għal ħlas tardiv) għall-perjodu miż-żmien li l-obbligu jkun dovut sakemm l-obbligu jiġi debitament issodisfat.

Meta r-rata tal-imgħax fuq l-arretrati ma tkunx ġiet miftiehma b'mod kuntrattwali, il-kreditur jista' jitlob l-imgħax fuq l-ammont speċifikat mil-liġi. Skont l-Artikolu 113(1) tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet, ir-rata tal-imgħax statutorju hija dik speċifikata fl-Artikolu 94 tal-Att miżjuda bi tmienja (8) fil-mija għal kull sena. Skont l-Artikolu 94(1) tal-Att, ir-rata tal-imgħax tiġi applikata fuq bażi ta' nofs sena u hija ugwali għar-rata tal-imgħax l-iktar reċenti applikabbli għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta' Jannar jew l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax prevista fl-Artikolu 94 tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet hija ppubblikata darbtejn fis-sena minn Eesti Pank (il-Bank tal-Estonja) fuq is-sit web tiegħu u fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded. Fl-ikkalkolar tal-ammont tal-imgħax statutorju, tmienja (8) fil-mija jiġi miżjud ma' din ir-rata f'konformità mal-Artikolu 113(1) ta' dan l-Att.

Għat-tieni nofs tal-2015, ir-rata prevista fl-Artikolu 94 kienet ta' 0,05 % u r-rata tal-imgħax statutorju kienet għalhekk 0,05 %+8 %=8,05 %.

Rati varji ta' mgħax statutorju mhumiex previsti fl-Estonja. L-Artikolu 113 tal-Att dwar l-Obbligazzjonijiet huwa applikat uniformement għal kull dewmien fit-twettiq ta' obbligu monetarju.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Informazzjoni ulterjuri dwar kif jiġi kkalkolat l-imgħax statutorju huwa disponibbli bl-Estonjan, pereżempju, fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTarbijaveeb tal-konsumatur u s-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJurist Aitab tal-għajnuna legali.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-Att dwar l-Obbligazzjonijiet huwa ppubblikat fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Gazzetta tal-Gvern u t-traduzzjoni għall-Ingliż hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax l-aktar reċenti tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Bank tal-Estonja.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2018

Interess statutorju - Irlanda


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-applikazzjoni ta’ rata tal-imgħax f’ċirkustanzi varji pereż. pagamenti tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, titoli eżekuttivi jew taxxi mhux imħallsa jew dovuti.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rati tal-imgħax statutorji stabbiliti fit-tabella hawn taħt huma ta’ rilevanza għal talbiet f’materji ċivili u kummerċjali:

L-ammont / ir-rata tal-imgħax statutorju

Kriterji għall-applikazzjoni ta’ mgħax statutorju

(jekk ikun meħtieġ, pereżempju dewmien, kuntratti mal-konsumatur, eċċ.)

Bażi ġuridika

8 %

L-imgħax applikabbli għal titolu eżekuttiv mid-data tad-dħul tas-sentenza

l-Art. 26 tad-Debtors (Ireland) Act 1840

u

l-Art. 20 tal-Courts Act 1981

u

S.I. 12/1989 — Courts Act 1981 (Interest on Judgments Debts) Order, 1989

8 %

Meta qorti tordna l-ħlas minn kwalunkwe persuna ta’ somma ta’ flus, il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tordna l-ħlas tal-imgħax fuq it-totalità jew parti ta’ somma ta’ flus dovuta għal perjodu kollu jew kwalunkwe parti tal-perjodu bejn il-causa petendi u d-data ta’ sentenza

l-Art. 22(1) tal-Courts Act 1981

u

l-Art. 50 tal-Courts and Courts Officers Act 1995

u

S.I. 12/1989 — Courts Act 1981 (Interest on Judgments Debts) Order, 1989

8 %

L-imgħax huwa applikabbli għal spejjeż konċessi mill-qorti mid-data li fiha l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż ikun żgurat (kemm jekk bi ftehim bejn il-partijiet jew b’kejl ta’ dawk l-ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti).

L-Art. 30 tal-Courts and Courts Officers Act 2002 kif emendat mill-Art. 41 tas-Civil Liability and Courts Act 2004

u

S.I 544/2004 (ordni ta’ bidu)

Ir-rata ta’ rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew (fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena), b’żieda ta’ tmien (8) punti perċentwali

Id-dritt ta’ kreditur li jitlob il-ħlas ta’ mgħax statutorju jekk il-ħlas isir tard fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali magħmula wara s-16 ta’ Marzu 2013

Statutory Instrument (S.I.) Nru 580/2012 – European Communities (Late Payments in Commercial Transactions) Regulations 2012

Ir-rata ta’ rifinanzjament prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew (fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena), b’żieda ta’ seba’ (7) punti perċentwali

L-intitolament minn kreditur li jitlob imgħax fuq ħlas tardiv meta l-ħlas isir tard fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali li saru bejn is-7 ta’ Awwissu 2002 u l-15 ta’ Marzu 2013 u meta l-imgħax fuq il-ħlas tardiv mitlub ikun ogħla minn EUR 5

S.I. Nru 388/2002 – European Communities (Late Payment in Commercial Transactions) Regulations 2002

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Mhux applikabbli Ara t-tabella hawn fuq.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-leġiżlazzjoni hija disponibbli online f’dan l-indirizz: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.irishstatutebook.ie/eli/1996/act/33/enacted/en/html?q=Divorce


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/12/2017

Interess statutorju - Greċja


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi Griega ma tipprevedix imgħax statutorju. L-imgħax statutorju hija r-rata tal-imgħax, jiġifieri l-perċentwali tal-kapital għal perjodu taż-żmien iddikjarat, preskritt direttament mil-liġi. L-iktar forma komuni ta' mgħax statutorju huwa l-imgħax fuq l-arretrati, jiġifieri l-imgħax li d-debitur irid jagħti minn meta jiġi f'sitwazzjoni ta' inadempjenza. L-Artikoli 301, 346 529, 720, eċċ tal-Kodiċi Ċivili jipprevedu wkoll każijiet oħra ta' mgħax statutorju.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax statutorja dovuta għal ħlas tardiv hija ġeneralment stabbilita għal żewġ punti perċentwali 'l fuq mir-rata kuntrattwali massima tal-imgħax, li kienet preċedentement iddeterminata permezz ta' deċiżjoni mill-Gvernatur tal-Bank tal-Greċja, u kienet armonizzata fl-2001 bir-rata tal-imgħax korrispettiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Att 47/2000 tal-Kunsill tal-Politika Monetarja, l-Artikolu 3(2) tal-Liġi 2842/2000). Bħala indikazzjoni, ir-rata tal-penali mhux mill-bank kienet tvarja minn 12% (li kienet applikabbli b'mod konsistenti mill-1946 sal-1979) sa 44% (fl-1992, meta din bdiet gradwalment tonqos). Attwalment, din tammonta għal 7,30%.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Hemm tabella ta' rati ta' mgħax mhux mill-bank (sa mill-1946) fuq is-sit web tal-Bank tal-Greċja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bankofgreece.gr/Pages/el/Statistics/rates_markets/monetary/exotrapezika.aspx), għalkemm dan is-sit web ma jagħtix metodu awtomatiku għall-ikkalkolar tar-rata tal-imgħax statutorju, kif jagħmlu siti oħra bħal NOMOS jew ISOKRATIS (dsanet).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Għall-Bank tal-Greċja iva, iżda mhux għall-oħrajn, billi dawn huma servizzi bbażati fuq abbonament.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2017

Interess statutorju - Spanja

Please note that the original language version of this page Spanish has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax statutorju huwa previst fi Spanja bħala rimedju sussidjarju biex ifassal kumpens għad-danni fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet, jekk id-debitur ikun inadempjenti fil-ħlas. Dan huwa stipulat fl-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili (Código Civil), li jeħtieġ li d-dejn mhux imħallas ikun fi flus jew li jiġi kkonvertit fi flus.

Ma hemm ebda definizzjoni espliċita ta' mgħax statutorju.

Madankollu, hemm tipi differenti ta' mgħax statutorju. It-tip l-iktar komuni huwa dak imsemmi aktar 'il fuq, imsemmi fil-Kodiċi Ċivili. Madankollu, fi kwistjonijiet oħra, il-liġi tistabbilixxi rati tal-imgħax speċifiċi, li f'ħafna każijiet jirriżultaw fl-applikazzjoni ta' ċertu perċentwali tal-imgħax statutorju. F'każijiet fejn dawn ir-rati tal-imgħax huma applikabbli, dawn jistgħu wkoll jiġu meqjusa bħala "mgħax statutorju" fis-sens li dawn huma stabbiliti mil-liġi. Dawn jinkludu:

- fir-rigward ta' mutwi ipotekarji, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta' Mejju 2013 temenda l-Artikolu 114 tal-Liġi dwar il-Mutwi Ipotekarji (Ley Hipotecaria) u tistabbilixxi l-limitu ta' rata tal-imgħax għal ħlas tardiv fil-każ ta' self għax-xiri tar-residenza prinċipali meta l-mutwu ipotekarju jkun fuq ir-residenza nfisha għal tliet darbiet l-imgħax statutorju, jiġifieri, attwalment 11,5 %;

- L-Artikolu 20.4 tal-Liġi 16/2011 dwar Il-Ftehim ta' Kreditu għall-Konsumaturi (Contratos de Crédito al Consumo) jistabbilixxi limitu massimu ta' 2,5 darbiet l-imgħax statutorju għat-tali operazzjonijiet;

- L-Artikolu 7 tal-Liġi 3/2004 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (lucha contra la morosidad en las operaciones mercantiles) iżid differenzjal ta' tmien (8) punti (seba' (7) punti sal-2013) mar-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni ta' rifinanzjament prinċipali l-iktar reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum tat-trimestru kalendarju attwali (attwalment 0,250 %);

- fir-rigward ta' kuntratti tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 20.4 tal-Liġi 50/1980 tat-8 ta' Ottubru 1980 dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni (Ley 50/1980, de 8 de octubre, de Contrato de Seguro) jippenalizza dewmien mhux ġustifikat minn kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-ħlas ta' kumpens lil dawk milquta minn pretensjonijiet koperti minn kuntratti tal-assigurazzjoni ffirmati minnhom, bil-ħlas ta' rata tal-imgħax annwali ugwali għall-imgħax statutorju fis-seħħ meta l-ħlas ikun dovut, miżjud b'50%, għalkemm l-imħallef ma jistax jimponi mgħax annwali ta' inqas minn 20 % fuq l-assiguratur ladarba jkunu għaddew sentejn minn meta tqum il-pretensjoni mingħajr ma jkun tħallas il-kumpens.

- L-imgħax wara l-għoti ta' sentenza (interés procesal) imsemmi mill-Artikolu 576 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar 2000 dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), li jiddikjara li ladarba sentenza jew deċiżjoni tkun ingħatat fl-ewwel istanza li tordna ħlas fi flus, l-imgħax annwali jkun dovut lill-kreditur bir-rata tal-imgħax statutorju miżjuda b'żewġ punti, jew ir-rata tal-imgħax miftiehma mill-partijiet, jew ir-rata stipulata fid-dispożizzjoni legali speċjali.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax hija stipulata fil-liġijiet tal-baġit għal kull sena.

Għall-2016, ir-rata hija stipulata fl-Artikolu Addizzjonali Nru 34 tal-Liġi 48/2015 tad-29 ta' Ottubru dwar l-Istat Ġenerali tal-Baġit (Presupuestos Generales del Estado) għall-2016:

- 3,00 fil-mija sal-31 ta' Diċembru 2016.

L-evoluzzjoni tar-rati tal-imgħax tista' tinsab fuq is-sit segwenti ppubblikat mill-Bank ta' Spanja:

http://www.bde.es/clientebanca/es/areas/Tipos_de_Interes/Tipos_de_interes/Otros_tipos_de_i/otros-tipos/Tabla_tipos_de_interes_legal.html

Kif iddikjarat fir-risposta għad-domanda preċedenti, barra mill-imgħax statutorju stipulat fl-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili għall-iffissar tal-kumpens għal pretensjonijiet pekunjarji li għadhom ma tħallsux, japplikaw tipi varji ta' mgħax statutorju. Dawn jinkludu:

- fir-rigward ta' mutwi ipotekarji, il-Liġi 1/2013 tal-14 ta' Mejju 2013 temenda l-Artikolu 114 tal-Liġi dwar il-Mutwi Ipotekarji u tistabbilixxi il-limitu ta' rata tal-imgħax għal ħlas tardiv fil-każ ta' self għax-xiri tar-residenza prinċipali meta l-mutwu ipotekarju jkun fuq ir-residenza nfisha għal tliet darbiet l-imgħax statutorju, jiġifieri, attwalment 11,5 %;

- L-Artikolu 20.4 tal-Liġi 16/2011 dwar Il-Ftehim ta' Kreditu għall-Konsumaturi (Contratos de Crédito al Consumo) jistabbilixxi limitu massimu ta' 2,5 darbiet l-imgħax statutorju għat-tali operazzjonijiet;

- L-Artikolu 7 tal-Liġi 3/2004 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (lucha contra la morosidad en las operaciones mercantiles) iżid differenzjal ta' tmien (8) punti (seba' (7) punti sa 2013) mar-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni ta' rifinanzjament prinċipali l-iktar reċenti mwettqa qabel l-ewwel jum tat-trimestru kalendarju attwali (attwalment 0,250 %);

- fir-rigward ta' kuntratti tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 20.4 tal-Liġi 50/1980 tat-8 ta' Ottubru 1980 dwar il-Kuntratti tal-Assigurazzjoni (Ley 50/1980, de 8 de octubre, de Contrato de Seguro) jippenalizza dewmien mhux ġustifikat minn kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-ħlas ta' kumpens lil dawk milquta minn pretensjonijiet koperti minn kuntratti tal-assigurazzjoni ffirmati minnhom, bil-ħlas ta' rata tal-imgħax annwali ugwali għall-imgħax statutorju fis-seħħ meta l-ħlas ikun dovut, miżjud b'50%, għalkemm l-imħallef ma jistax jimponi mgħax annwali ta' inqas minn 20 % fuq l-assiguratur ladarba jkunu għaddew sentejn minn meta tqum il-pretensjoni mingħajr ma jkun tħallas il-kumpens;

- L-imgħax wara l-għoti ta' sentenza (interés procesal) imsemmi mill-Artikolu 576 tal-Liġi 1/2000 dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), li jiddikjara li ladarba sentenza jew deċiżjoni tkun ingħatat fl-ewwel istanza li tordna ħlas fi flus, l-imgħax annwali jkun dovut lill-kreditur bir-rata tal-imgħax statutorju miżjuda b'żewġ punti, jew ir-rata tal-imgħax miftiehma mill-partijiet, jew ir-rata stipulata fid-dispożizzjoni legali speċjali.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-evoluzzjoni tar-rati tal-imgħax tista' tinsab fuq is-sit web indikat fir-risposta preċedenti.

http://www.bde.es/clientebanca/es/areas/Tipos_de_Interes/Tipos_de_interes/Otros_tipos_de_i/otros-tipos/Tabla_tipos_de_interes_legal.html

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva, fuq is-sit web segwenti:

http://www.bde.es/clientebanca/es/areas/Tipos_de_Interes/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/04/2017

Interess statutorju - il-Kroazja


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. Imgħax statutorju (zakonska kamata) huwa r-rata tal-imgħax li d-debitur ta’ obbligu monetarju jrid iħallas fuq pretensjoni pendenti għal somma ta’ flus. Għalhekk, id-debitur li jonqos li jħallas obbligu monetarju jkun dovut li jħallas ukoll imgħax statutorju, minbarra l-ammont ta’ kapital.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-liġi ġenerali dwar l-imgħax statutorju hija l-Att dwar l-Obbligi Ċivili (Zakon o obveznim odnosima) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru. 35/05, 41/08, 125/11 u 78/15) - l-Artikoli 29-31. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, dan l-Att japplika għal persuni speċifiċi u relazzjonijiet speċifiċi permezz ta’ leġiżlazzjoni speċjali. Skont dan l-Att, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza fuq id-djun li jirriżultaw minn kuntratti kummerċjali u kuntratti bejn operatur tas-suq u persuna rregolata mid-dritt pubbliku għandha tiġi ddeterminata fuq bażi semiannwali billi r-rata tal-imgħax medja fuq is-self awtorizzat għal perjodu ta’ aktar minn sena għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u kkalkolata għall-perjodu referenzjarju qabel il-perjodu ta’ sitt xhur attwali tiżdied b’ħames punti perċentwali u bi tliet punti perċentwali f’relazzjonijiet oħrajn.

Ir-rata tal-imgħax medja għall-perjodu referenzjarju tiġi ddeterminata mill-Bank Nazzjonali Kroat (Hrvatska narodna banka), li jrid jippubblikaha fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju f’Narodne Novine, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

Ir-rata tal-imgħax medja użata sabiex jiġu kkalkolati r-rati tal-imgħax statutorji għall-perjodu ta’ sitt xhur attwali (mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2017) hija ta’ 4.68 %. Għalhekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2017, ir-rata tal-imgħax statutorja fuq id-djun li jirriżultaw minn kuntratti kummerċjali u kuntratti bejn operatur tas-suq u persuna rregolata mid-dritt pubbliku hija ta’ 9.68 %, filwaqt li dik għal relazzjonijiet oħrajn (eż. relazzjonijiet li jirriżultaw minn ftehimiet ta’ kreditu u kuntratti oħrajn tal-liġi ċivili, relazzjonijiet ekstrakuntrattwali - kumpens, arrikkiment indebitu) hija ta’ 7.68 %.

Ir-regolament speċjali li jippreskrivi r-rata tal-imgħax statutorja għal ċerti djun huwa l-Att dwar in-Negozju Finanzjarju u s-Soluzzjoni ta’ Prefalliment (Zakon o financijskom poslovanju i predstečajnoj nagodbi) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 108/12, 144/12, 81/13, 112/13, 71/15 u 78/15). Dan l-Att huwa applikat għal dewmien fil-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-imprendituri u bejn imprendituri u persuni rregolati mid-dritt pubbliku fejn il-persuna rregolata mid-dritt pubbliku tkun id-debitur, li jirriżultaw fil-provvista ta’ prodotti jew fil-forniment ta’ servizzi għal kontribuzzjoni finanzjarja. Skont dan l-Att, l-imgħax statutorju għal ħlasijiet imdewma huwa r-rata tal-imgħax ugwali għar-rata normattiva tal-imgħax miżjuda bi 8 punti perċentwali. Ir-rata normattiva tal-imgħax hija ugwali għar-rata tal-imgħax medja fuq is-self awtorizzat għal perjodu ta’ aktar minn sena għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u tiġi kkalkolata għall-perjodu referenzjarju qabel il-perjodu ta’ sitt xhur attwali u mnaqqsa bi tliet punti perċentwali.

Ir-rata tal-imgħax medja għall-perjodu referenzjarju tiġi ddeterminata mill-Bank Nazzjonali Kroat (Hrvatska narodna banka), li jrid jippubblikaha fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju f’Narodne Novine, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

Ir-rata normattiva tal-imgħax użata sabiex jiġu kkalkolati r-rati tal-imgħax statutorji għall-perjodu ta’ sitt xhur attwali (mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2017) hija ta’ 1.68 %. Għalhekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2017, ir-rata tal-imgħax statutorja għal dewmien fil-ħlasijiet fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-imprendituri u bejn imprendituri u persuni rregolati mid-dritt pubbliku, fejn il-persuna rregolata mid-dritt pubbliku tkun id-debitur, hija ta’ 9.68 %.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata tal-imgħax medja għall-perjodu referenzjarju tiġi ddeterminata mill-Bank Nazzjonali Kroat (Hrvatska narodna banka), li jrid jippubblikaha fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju f’Narodne novine, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja, Narodne novine, tista’ tiġi aċċessata billi tikklikkja fuq il-link li ġejja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja, Narodne novine, tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas billi tikklikkja fuq il-link li ġejja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2019

Interess statutorju - Italja

Please note that the original language version of this page Italian has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Fl-Italja, l-imgħax statutorju jiżdied ma’ obbligu finanzjarju.

Is-sors legali huwa l-Artikolu 1282 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (Codice Civile), li jistabbilixxi li t-talbiet likwidati u mħallsa jiġbru l-imgħax b’mod awtomatiku, ħlief jekk jiġi previst mod ieħor mil-liġi jew xi titolu.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont ta’ imgħax statutorju jiġi deċiż mit-Teżor Taljan fuq bażi annwali permezz ta’ digriet maħruġ sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Jekk il-partijiet ikunu qablu dwar ir-rata tal-imgħax, ir-rata tkun dik deċiża minnhom. Madankollu, irid ikun hemm qbil bil-miktub dwar ir-rata u ma tridx tkun ogħla mir-rata massima permessa skont il-liġi kontra l-liġi ta’ kontra l-użura (Il-Liġi Nru 108 tas-7 ta’ Marzu 1996), inkella l-imgħax se jitqies bħala wieħed ta’ użura u għalhekk null. F’dawn il-każijiet, ebda imgħax ma huwa dovut (l-Artikolu 1815 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk il-partijiet ikunu ftehmu biex japplikaw rata tal-imgħax iżda ma jkunux stabbilixxew l-ammont, tiġi applikata r-rata statutorja.

Fis-sistema legali Taljana, is-sitwazzjoni dwar l-imgħax għal ħlas tardiv tvarja parzjalment minn dik tal-imgħax statutorju. L-imgħax għal ħlas tardiv huwa intiż bħala penali (għad-debitur) u kumpens (għall-kreditur). Huma marbut mal-inadempjenza ta’ obbligu finanzjarju minħabba l-ħlas tard jew in-nuqqas ta’ ħlas għas-servizz ikkonċernat fil-perjodu msemmi mil-liġi jew abbażi tal-ftehimiet milħuqa mill-partijiet. Sabiex il-kreditur ikun jista’ jitlob l-imgħax għal ħlas tardiv id-debitur irid ma jkunx ħallas l-arretrati. “L-arretrati” jirreferu għal dewmien mid-debitur fl-adempjenza tal-obbligi tiegħu. Sabiex jiġu applikati l-arretrati, id-data debita trid tkun għaddiet u d-debitur irid ikun ingħata avviż għall-ħlas: dokument formali li bih il-kreditur jistieden lid-debitur sabiex jagħmel il-pagament debitu.

Skont il-Kodiċi Ċivili, l-imgħax għal ħlas tardiv huwa debitu bir-rata statutorja jew bir-rata stabbilita mil-liġi. Madankollu, jekk l-imgħax ogħla mir-rata statutorja jkun dovut qabel id-debitur ma jkun ingħata avviż biex iħallas, f’dan il-każ l-imgħax fuq l-arretrati se jkun tal-istess ammont (l-Artikolu 1224 tal-Kodiċi Ċivili).

Skont l-Artikolu 1284 tal-Kodiċi Ċivili, ir-rata tal-imgħax statutorja tiġi stabbilita fuq bażi annwali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Permezz ta’ ordni amministrattiv ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, il-Ministru jbiddel ir-rata abbażi tal-imgħax medju annwali tal-ishma tal-gvern b’duratura massima ta’ 12-il xahar, billi jieħu kont tar-rata ta’ inflazzjoni rreġistrata matul is-sena. Dan l-ammont jiġi stabbilit mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi qabel dik li fiha tapplika r-rata. Jekk, sal-15 ta’ Diċembru, ir-rata l-ġdida ma tkunx għada ġiet stabbilita, dik eżistenti tibqa’ ma tinbidilx għas-sena segwenti.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2017, ir-rata tal-imgħax statutorja kienet ta’ 0,1 %.

Tabella li turi t-tibdiliet fir-rata tal-imgħax matul iż-żmien, sa mill-2010:

1 %

Mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni Ministerjali (OM) tal-4 ta' Diċembru 2009

1,5 %

Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida,OM tas-7 ta’ Diċembru 2010

2,5 %

Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOM tat-12 ta’ Diċembru 2011

1 %

Mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014

OM tat-12 ta’ Diċembru 2013

0,5 %

Mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015

OM tal-11 ta’ Diċembru 2014

0,2 %

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016

OM tal-11 ta’ Diċembru 2015

0,1 %

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017

OM tas-7 ta’ Diċembru 2016

L-imgħax ogħla mir-rata statutorja jrid jiġi stabbilit bil-miktub, inkella r-rata statutorja tkun debita.

Jekk il-partijiet ma jkunux ddeċidew dwar xi rata, minn meta jkun ippreżentat id-dokument li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti, ir-rata tal-imgħax statutorja tkun ugwali għar-rata msemmija mil-liġi speċjali dwar ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ara aktar 'l isfel). Din ir-regola tapplika għall-Att li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti ta’ arbitraġġ.

Il-leġiżlazzjoni speċjali dwar il-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali

Għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, il-leġiżlatur Taljan ħareġ l-Ordni Amministrattiv Nru 231/2002 kif emendat. Dan isemmi espressament, bħala mgħax għal ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali, rata ogħla tal-imgħax mir-rata statutorja. Skont l-Ordni Amministrattiv Nru 231/2002, it-tranżazzjonijiet kummerċjali jfissru “kuntratti ta’ kull deskrizzjoni bejn l-impriżi jew bejn l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jinvolvu, waħedhom jew b’mod predominanti, l-konsenja ta’ prodotti jew il-prestazzjoni ta' servizzi bil-kontraparti tal-ħlas ta’ tariffa”. L-Ordni jipprevedi li, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, “kull min ikun suġġett b’mod inġust għal dewmien fil-ħlas tat-tariffa huwa intitolat għal ħlas awtomatiku tal-imgħax fuq arretrati li jidħol fis-seħħ, mingħajr bżonn ta’ avviż formali għall-ħlas, mill-jum li jiġi wara l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas”, sakemm id-debitur ma jkunx jista’ jipprova li n-nuqqas ta’ ħlas kien ir-riżultat ta’ kawżi li mhumiex imputabbli lilu.

Skont din il-liġi, l-imgħax fuq ħlasijiet tardivi fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa bbażat fuq ir-rata stabbilita kull sena mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-tabella hawn isfel, li tispeċifika: a) għall-ewwel sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena; b) għat-tieni sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Tabella li turi t-tibdiliet fir-rata tal-imgħax għall-ħlasijiet tardivi matul iż-żmien, sa mill-2010:

TABELLA ta’ RATI TAL-IMGĦAX GĦAL ĦLASIJIET TARDIVI skont l-Ordni Amministrattiv 231/2002

Bl-emendi introdotti bl-Ordni Amministrattiv 192/2012

It-tranżazzjonijiet imwettqa qabel il-31.12.12.

Minn

Sa

Ir-rata tal-BĊE

Ir-rata ta’ żieda

Total

Total tar-rati

01/01/2010

30/06/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2010

31/12/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2011

30/06/2011

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2011

31/12/2011

1,25 %

7,00 %

8,25 %

8,25 %

01/01/2012

30/06/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2012

31/12/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2013

30/06/2013

0,75 %

8,00 %

8,75 %

7,75 %

01/07/2013

31/12/2013

0,50 %

8,00 %

8,50 %

7,50 %

01/01/2014

30/06/2014

0,25 %

8,00 %

8,25 %

7,25 %

01/07/2014

31/12/2014

0,15 %

8,00 %

8,15 %

7,15 %

01/01/2015

31/12/2015

0,05 %

8,00 %

8,05 %

7,05 %

01/01/2016

30/06/2016

0,05 %

8,00 %

8,05 %

7,05 %

01/07/2016

31/12/2016

0,00 %

8,00 %

8,00 %

7,00 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Hemm diversi siti tal-web li jipprovdu softwer liberu biex jiġi kkalkolat l-imgħax statutorju u l-imgħax għal ħlasijiet tardivi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/01/2018

Interess statutorju - Ċipru


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi nazzjonali ta’ Ċipru ma tipprevedi ebda "rata tal-imgħax statutorja". Madankollu, meta titressaq azzjoni quddiem qorti, l-imħallef għandu s-setgħa li jordna li l-imgħax statutorju jitħallas b’rata definita minn qabel, mid-data tar-reġistrazzjoni tal-azzjoni sad-data tal-għoti tas-sentenza jekk il-leġiżlazzjoni rilevanti ma tkun ipprevediet ebda pagament tal-imgħax jew meta, fir-rigward tal-azzjonijiet imressqa għal ksur ta’ kuntratt jew ta’ ftehim, l-imsemmi kuntratt jew ftehim ma jinkludi ebda dispożizzjoni espliċita li tispeċifika r-rata tal-imgħax.

Bħalissa, ir-rata ġiet stabbilita għal 3.5 % permezz ta’ ordni speċjali tal-Ministru għall-Finanzi, li għandu s-setgħa li jaġġustaha.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ bħalissa hija ta’ 3.5 %.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Interess statutorju - Lussemburgu

Please note that the original language version of this page French has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-rata ta’ imgħax legali hija r-rata tal-imgħax stabbilita kull sena mil-liġi u li hija applikata f’każ ta’ dewmien fil-ħlas ta’ somma dovuta, jekk l-ebda rata oħra ma tkun ġiet iffissata minn qabel mill-partijiet.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Mindu għaddiet il-liġi tat-18 ta’ April 2004, li tittrasponi d-Direttiva 2000/35/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000, ir-rata ta’ mgħax tard għal tranżazzjonijiet kummerċjali (jiġifieri tranżazzjonijiet bejn l-intrapriżi jew bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jwasslu għall-forniment ta’ oġġetti jew servizzi [għal] remunerazzjoni) hija stabbilita b’mod separat b’referenza għal rata marġinali li tirriżulta minn proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid imwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur. Fil-każ ta’ ħlas tard, din ir-rata tiżdied minħabba l-marġini, (ħlief jekk ikun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji fil-kuntratt, skont l-Artikolu 5 tal-liġi tat-18 ta’ April 2004 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ perjodi ta’ ħlas u dewmien fil-ħlas tar-rati tal-imgħax.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

/

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.public.lu/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2018

Interess statutorju - Ungerija


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Iva. Ir-rata tal-imgħax statutorju hija stabbilita fl-Artikolu  6:47 tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili li torbotha mar-regoli dwar ir-rata tal-imgħax tal-bank ċentrali. Ir-rata tal-imgħax statutorju li tirriżulta mid-dejn espress f'HUF hija bbażata fuq ir-rata tal-imgħax bażika tal-bank ċentrali, li hija deċiża mill-Kunsill Monetarju tal-Bank Nazzjonali Ungeriż. Fil-każ ta' dejn espress f'munita barranija, ir-rata tal-imgħax statutorja hija r-rata tal-imgħax bażika deċiża mill-bank ċentrali emittent għall-munita inkwistjoni, jew fejn ma jkun hemm ebda tali rata tal-imgħax ir-rata tal-imgħax tas-suq monetarju.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-bażi ġuridika għall-imgħax statutorju hija l-Kodiċi Ċivili, li jqis l-imgħax bħala l-prezz tal-flus ta' persuna oħra li parti jkollha tħallas għal kull dejn sakemm ma jiġix maqbul mod ieħor. L-imgħax statutorju applikabbli fuq id-dejn jitħallas kull nofs sena kalendarja. Ir-rata tal-imgħax fis-seħħ fl-ewwel jum ta' nofs is-sena kalendarja inkwistjoni tapplika għall-perjodu sħiħ tan-nofs is-sena kalendarja inkwistjoni, irrispettivament minn kull tibdil fir-rata tal-imgħax bażika tal-bank ċentrali matul dik in-nofs sena.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Le.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva, il-Kodiċi Ċivili jista' jinsab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRepożitorju Legiżlattiv Nazzjonali [Nemzeti Jogszabálytár]. L-informazzjoni dwar ir-rata tal-imgħax bażika tal-bank ċentrali tista' tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Bank Nazzjonali Ungeriż.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2017

Interess statutorju - Malta


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont il-liġi Maltija, wieħed ma jarax li t-terminu “mgħax statutorju” iżda t-terminu użat minflok l-imgħax statutorju huwa dak ta’ “mgħax legali għal ħlas tardiv”. Din il-frażi tinstab fil-Kodiċi Kummerċjali ta' Malta li hija definita bħala “mgħax sempliċi għal ħlas tard b’rata li hija ekwivalenti għas-somma tar-rata ta’ referenza u mill-inqas tmienja fil-mija (8%)”.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Il-liġi Maltija tipprovdi biss għal rata tal-imgħax waħda u din hi ta’ tmienja fil-mija (8%). Il-bażi legali għal din ir-rata hija l-kodiċi kummerċjali, il-Kapitolu 13 tal-Liġijiet ta’ Malta, speċifikament skont it-Titolu II, is-sottotitlu IA tal-imsemmi kodiċi.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-kreditur huwa intitolat għal imgħax għall-ħlas tard mill-għada tad-data jew it-tmiem tal-perjodu għall-ħlas stabbilit fil-kuntratt. Madanakollu, fejn id-data jew il-perjodu għall-ħlas ma jkunux stabbiliti fil-kuntratt, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax għall-ħlas tard malli jiskadi kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti ta’ żmien:

  • tletin jum kalendarji wara d-data tal-wasla tal-fattura għand id-debitur;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta d-debitur jirċievi l-prodotti jew is-servizzi, fejn id-data meta tasal il-fattura mhijiex ċerta;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta d-debitur jirċievi l-prodotti jew is-servizzi, meta d-debitur jirċievi l-fattura qabel l-oġġetti jew servizzi;
  • tletin jum kalendarju wara d-data meta skont il-liġi kif miftiehem jew fil-kuntratt il-prodott irid jiġi aċċertat jew verifikat, u d-debitur jirċievi l-fattura qabel jew fid-data li fiha dik l-aċċettazzjoni jew verifika sseħħ.

Ir-rata ta’ referenza applikabbli għall-ewwel semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena u t-tieni semestru tas-sena kkonċernata għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-Kodiċi tal-Kummerċ ta' Malta, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKapitolu 13 tal-Liġijiet ta' Malta huwa disponibbli bla ħlas onlajn.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Interess statutorju - Olanda


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Fin-Netherlands jeżisti l-imgħax statutorju. Dan huwa l-imgħax li kreditur jista’ jitlob legalment f’każ ta’ ħlas tardiv.

Issir distinzjoni bejn l-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali (l-Artikolu 6:119 tal-Kodiċi Ċivili) u l-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali (l-Artikolu 6:119a tal-Kodiċi Ċivili).

L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali japplika għall-ftehimiet kollha mal-konsumaturi jew l-individwi privati.

L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali japplika għall-ftehimiet kollha man-negozji u l-organizzazzjonijiet tal-gvern.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet mhux kummerċjali huwa ta’ 2 %. L-imgħax statutorju għat-tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ta’ 8 %.

L-imgħax statutorju jista’ jkun soġġett għall-fluttwazzjonijiet.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/09/2018

Interess statutorju - Awstrija


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-rati tal-imgħax statutorju huma regolati mill-Artikolu 1000 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijakk (Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch, ABGB). Ir-rati tal-imgħax ta' inadempjenza huma regolati mill-Artikolu 1333 ABGB u l-Artikolu 456 tal-Kodiċi Kummerċjali Awstrijak (Unternehmensgesetzbuch, UGB) għal tranżazzjonijiet marbuta man-negozju bejn il-kumpaniji, u bejn il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi regolati mid-dritt pubbliku.

L-Artikolu 1000 tal-ABGB japplika għall-imgħax "li huwa meħtieġ bil-liġi jew li ma ġietx determinata rata għalih". Barra minn hekk, l-Artikolu 1000(2) tal-ABGB jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi fejn l-imgħax jista' jiġi impost fuq l-imgħax (imgħax kompost).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 1000(1) tal-ABGB, l-imgħax statutorju huwa ta' 4% fis-sena. L-istess japplika għall-imgħax statutorju ta' inadempjenza skont l-Artikolu 1333(1) tal-ABGB flimkien mal-Artikolu 1000(1) tal-ABGB. Din ir-rata ta' mgħax tapplika wkoll għat-tranżazzjonijiet tan-negozju unilaterali.

Għat-tranżazzjonijiet legali marbuta man-negozju bejn il-kumpaniji, u bejn il-kumpaniji u entitajiet ġuridiċi regolati mid-dritt pubbliku, tapplika rata ta' mgħax ta' inadempjenza ta' 9.2 punti perċentwali mar-rata ta' mgħax bażika għal pagament tard ta' dejn pendenti skont l-Artikolu 456 UGB. Ir-rata ta' mgħax bażiku għall-perjodu ta' sitt xhur rilevanti hija dik li kienet valida fl-ewwel jum ta' kalendarju ta' dak il-perjodu. Ir-rata ta' mgħax bażika tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Bank Nazzjonali Awstrijak fuq http://www.oenb.at taħt "Servizzi / Rati ta' mgħax u rati ta' skambju".

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Skont l-Artikolu 1000(2) tal-ABGB, kreditur jista' jitlob imgħax fuq talba monetarja jekk il-partijiet ikunu ftiehmu dwarha b'mod espliċitu. Anke mingħajr ftehim bejn il-partijiet, l-imgħax kompost ta' 4% fis-sena jista' jintalab mid-data li fiha l-litigazzjoni ġiet sospiża (meta t-talba tiġi notifikata lill-konvenut) jekk saret għall-imgħax dovut. Il-liġi Awstrijaka ma tipprojbix l-imgħax kompost.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-aċċess għad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn qabel tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak u l-Kodiċi Kummerċjali Awstrijak huwa mingħajr ħlas (bil-Ġermaniż) fuq is-sit elettroniku tal-Kanċellerija Federali Awstrijaka (Bundeskanzleramt) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ris.bka.gv.at/) taħt ‘Bundesrecht’/‘Bundesrecht konsolidiert’.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/03/2018

Interess statutorju - Polonja

Please note that the original language version of this page Polish has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 359(1) tal-Att tat-23 ta' April 1964 - Il-Kodiċi Ċivili [Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) tal-2014, kif emendat, minn hawn 'il quddiem: il-"KĊ"], l-imgħax fuq somma ta' flus tkun dovuta biss jekk tirriżulta minn tranżazzjoni legali jew liġi statutorja, deċiżjoni tal-qorti jew deċiżjoni ta' awtorità kompetenti oħra. Jekk il-livell tal-imgħax ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-imgħax statutorju jkun dovut b'rata li tikkorispondi għas-somma tar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-arretrati, skont l-Artikolu 481(2) tal-KĊ, jekk ir-rata tal-imgħax fuq l-arretrati ma tkunx ġiet speċifikata, l-imgħax statutorju fuq l-arretrati jkun dovut bir-rata li tikkorispondi għas-somma tar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda b'5,5 punti perċentwali. Madankollu, jekk ir-riċevibbli jagħti interessi b'rata ogħla, il-kreditur jista' jitlob l-interessi fuq l-arretrati b'dik ir-rata ogħla.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 359(2) tal-KĊ, l-imgħax statutorju huwa stabbilit b'rata li tikkorrispondi għas-somma tar-rata referenzjali tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja miżjuda bi 3,5 punti perċentwali. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jħabbar il-livell ta' mgħax statutorju permezz ta' avviż fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski). Attwalment, skont l-Avviż tal-Ministeru tal-Ġustizzja tas-7 ta' Jannar 2016, mill-1 ta' Jannar 2016 il-livell ta' mgħax statutorju huwa ta' ħamsa fil-mija (5 %) kull sena, u l-livell tal-imgħax statutorju fuq l-arretrati huwa ta' sebgħa fil-mija (7 %) kull sena.

L-imgħax fi tranżazzjonijiet kummerċjali, minn naħa, huwa rregolat permezz tal-Att tat-8 ta' Marzu 2013 dwar it-termini tal-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali (Ġurnal ta' Liġijiet tal-2013, numru 403, kif emendat), u l-livell tal-imgħax huwa dejjem stabbilit f'avviż maħruġ mill-Ministeru tal-Iżvilupp. Attwalment, skont l-Avviż tas-7 ta' Jannar 2016, mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2016, il-livell ta' mgħax statutorju għad-dewmien fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa ta' disgħa u nofs fil-mija (9,50 %) kull sena.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Għal dettalji dwar il-livelli attwali ta' rati tal-imgħax tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, inkluża r-rata referenzjali, ara s-sit web tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja (BNP) fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nbp.pl/home.aspx?f=/dzienne/stopy.htm

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-avviżi maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Iżvilupp fuq il-livell ta' mgħax statutorju (għal tranżazzjonijiet kummerċjali) huma disponibbli fuq is-sit web taċ-Ċentru ta' Leġiżlazzjoni tal-Gvern (Rządowe Centrum Legislacji RCL): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.monitorpolski.gov.pl/Wyszukiwanie/tabid/114/Title/odsetki/Default.aspx


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/01/2018

Interess statutorju - Portugall

Please note that the original language version of this page Portuguese has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Imgħax statutorju

Iva, il-liġi Portugiża tipprovdi għal rata tal-imgħax statutorju.

L-imgħax jista' jiġi stipulat mill-partijiet jew jirriżulta mil-liġi. Meta jiġi stipulat mill-partijiet, jissejjaħ imgħax kuntrattwali. Meta jirriżulta mil-liġi, jissejjaħ imgħax statutorju.

L-imgħax kuntrattwali u statutorju jista' ikun ċivili jew kummerċjali.

L-iskop tal-imgħax

F'termini ġenerali, hemm żewġ tipi ta' mgħax: imgħax rimuneratorju (pereż. imgħax pagabbli fuq self) u mgħax moratorju (pereż. imgħax għan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu).

Imgħax statutorju dovut għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu

Meta debitur jonqos milli jwettaq obbligu finanzjarju, ir-regola ġenerali hija li l-kumpens dovut għan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu jikkorrispondi għall-imgħax statutorju ikkalkolat mid-data li d-debitur ikun naqas milli jwettaq obbligu. Obbligu finanzjarju huwa obbligu li jsir ħlas lil parti oħra.

Żmien ta' inadempjenza

Id-debitur huwa meqjus li jkun naqas milli jwettaq obbligu ladarba jkun ġie nnotifikat permezz ta' kanali ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji sabiex iwettaq l-obbligu.

Madankollu, hemm tliet każijiet li fihom id-debitur ikun meqjus li jkun naqas milli jwettaq obbligu mingħajr ma neċessarjament ikun ġie nnotifikat:

  1. Jekk l-obbligu jkollu perjodu fiss;
  2. Jekk l-obbligu jkun irriżulta minn att illegali;
  3. Jekk id-debitur jevita n-notifika; f'dan il-każ, id-debitur ikun meqjus li jkun ġie nnotifikat fid-data li n-notifika tkun normalment ġiet innotifikata lilu.

Jekk il-kreditu jkun illikwidu, ma jkun hemm ebda nuqqas sakemm l-illikwidità ma tkunx l-iżball tad-debitur. Jekk id-debitur ikun responsabbli għal att illegali jew riskju, huwa jkun meqjus li jkun naqas mit-twettiq tal-obbligu mid-data tan-notifika ta' avviż formali, sakemm huwa ma jkunx diġà naqas mit-twettiq tal-obbligu skont it-termini tal-ewwel parti ta' dan il-paragrafu.

Eżawriment jew tmiem ta' mgħax fuq il-kreditu

Miż-żmien li dan ikun dovut, l-imgħax fuq il-kreditu mhuwiex neċessarjament dipendenti fuq il-kreditu prinċipali. Wieħed jista' jiġi ttrasferit jew ikkanċellat mingħajr l-ieħor.

Allokazzjoni fuq pagamenti parzjali

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi r-regoli segwenti f'relazzjoni ma' allokazzjoni ta' pagament:

(i) Meta, barra mill-kapital, id-debitur ikun irid iħallas il-kostijiet jew l-imgħax jew ikun irid jikkumpensa lill-kreditur bħala riżultat ta' inadempjenza, pagament li ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-ammont sħiħ jiġi applikat għal kostijiet, kumpens, imgħax u kapital, f'dak l-ordni;

(ii) L-allokazzjoni għall-kapital tista' issir biss fl-aħħar, sakemm il-kreditur ma jaqbilx mod ieħor.

Imgħax fuq l-imgħax

L-imgħax moratorju jista' jiżdied mal-imgħax ordinarju (imgħax kompost) sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti.

Biex l-imgħax ikompli jiżdied, trid isseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  1. Jew id-debitur irid jiġi nnotifikat b'mod ġudizzjarju biex jikkapitalizza l-imgħax miżjud, jew id-debitur irid iħallas l-imgħax taħt penali ta' kapitalizzazzjoni.

Biss l-imgħax li jikkorrispondi għal perjodu minimu ta' sena jista' jiġi kapitalizzat. Dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-imgħax kompost mhumiex applikabbli jekk jiksru r-regolamenti jew prattiċi speċifiċi tas-settur (pereż. bħal fil-każ ta' self mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji suġġett għal regolamenti speċifiċi).

Il-każistika nazzjonali stabbiliet li l-imgħax moratorju ma jistax jiżdied ma' mgħax moratorju. B'dan il-mod, l-imgħax statutorju li huwa dovut bħala riżultat tan-nuqqas tat-twettiq ta' obbligu finanzjarju ma jistax bħala regola jiġbor l-imgħax. Dan japplika mingħajr preġudizzju għal kull varjazzjoni għal din l-interpretazzjoni fil-każistika u l-possibbiltà prevista mil-liġi ta' applikazzjoni ta' penali finanzjarja obbligatorja meta l-pagament ta' ammont monetarju jiġi ordnat permezz ta' sentenza tal-qorti.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rati tal-imgħax statutorji jvarjaw skont jekk dawn jirrigwardawx imgħax ċivili jew kummerċjali.

Imgħax ċivili statutorju

L-imgħax ċivili statutorju huwa stabbilit permezz ta' ordni implimentattiva ministerjali konġunta (Portaria) tal-Ministeri tal-Ġustizzja u tal-Finanzi, f'konformità mal-Artikolu 449(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż (Código Civil). F'Diċembru 2015 (iż-żmien tal-kitba), ir-rati tal-imgħax ċivili huma stabbiliti permezz ta' Ordni Implimentattiv Ministerjali Nru 291/03 tat-8.4.2003.

Imgħax kummerċjali statutorju

L-imgħax kummerċjali statutorju normalment ikun dovut għal kreditu dovut minn kumpaniji kummerċjali, impriżi singoli jew persuni ġuridiċi u, b'mod partikolari, għat-tipi ta' kreditu msemmijin fid-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10.5.2013, imsemmi aktar 'l isfel.

L-imgħax kummerċjali statutorju jiġi stabbilit permezz ta' ordni implimentattiva ministerjali konġunta tal-Ministeri tal-Ġustizzja u tal-Finanzi, f'konformità mal-Artikolu 102(3) sa (5) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż (Código Comercial). F'Diċembru 2015 (iż-żmien tal-kitba), it-tfassil ta' mgħax kummerċjali kien regolat permezz tal-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26.8.2013, li skontu r-rati tal-imgħax kummerċjali jiġu stabbiliti fuq bażi biannwali.

L-ammont ta' kull rata tal-imgħax kummerċjali msemmi fl-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26.8.2013 jiġi stabbilit permezz ta' notifika tad-Direttorat-Ġenerali tat-Teżor u l-Finanzi (Direcção Geral do Tesouro e Finanças), ippubblikata fid-Djarju tar-Repubblika, it-tieni sensiela, sal-15 ta' Jannar u l-15 ta' Lulju ta' kull sena.

L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 277/13 tas-26.8.2013 tipprevedi t-tfassil ta' żewġ rati tal-penali kummerċjali tal-imgħax, li jvarjaw skont it-tranżazzjonijiet ikkonċernati:

  1. L-ewwel waħda hija r-rata tal-imgħax applikabbli għal dewmien fil-pagament relatat ma' tranżazzjonijiet kummerċjali bejn il-kumpaniji jew bejn il-kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi, prevista permezz tad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 tal-10.5.2013;
  2. It-tieni waħda hija r-rata addizzjonali ta' penali tal-imgħax applikabbli għal operazzjonijiet oħra u relatati ma' kreditu dovut minn kumpaniji kummerċjali, impriżi singoli jew persuni ġuridiċi, prevista permezz tal-Artikolu 102(3) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż.

Ir-rati tal-imgħax statutorji, kemm jekk ċivili jew kummerċjali, ivarjaw biż-żmien. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li l-kalkolu tal-imgħax jieħu kont tar-rati differenti applikabbli għal kull parti tal-perjodu ta' inadempjenza.

Għal raġunijiet prattiċi, semmejna biss hawnhekk ir-rati tal-imgħax statutorji għas-snin reċenti. Il-kontenut ta' din l-iskeda informattiva huwa għal skopijiet ta' informazzjoni biss u mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi l-konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal kull każ speċifiku.

Ħlas addizzjonali obbligatorju tal-imgħax ta' 5 % jiżdied mal-imgħax statutorju dovut jekk il-pagament ta' ammont monetarju jiġi ordnat permezz ta' sentenza mill-qorti. F'dan il-każ, l-imgħax b'rata ta' 5 % għal kull sena jkun dovut awtomatikament - mingħajr il-bżonn ta' ebda deċiżjoni ġudizzjarja oħra għal dan il-għan - u jibda jgħodd mid-data effettiva tas-sentenza. Din il-penali finanzjarja obbligatorja tiżdied mal-imgħax tal-penali, fejn applikabbli, jew mal-kumpens dovut, f'konformità mal-Artikolu 829a (4) tal-Kodiċi Kummerċjali Portugiż.

L-imgħax statutorju mill-5 ta' Awwissu 1980 s'issa huwa kif ġej:

Mill-05.08.1980 sat-22.05.1983
[(1 021 jum) -  Id-Digriet Amministrattiv Nru 200-C/80 tal-24.06.1980 u l-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 447/80 tal-31.07.1980]

15%

Mit-23.05.1983 sat-28.04.1987
[(1 437 jum) -  L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 581/83 tat-18.05.1983]

23 %

Mid-29.04.1987 sad-29.09.1995
[(3 076 jum) -  L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 339/87 tal-24.04.1987]

15 %

Mit-30.09.1995 sas-16.04.1999
[(1 295 jum) -  L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 1171/95 tal-25.09.1995]

10 %

Mis-17.04.1999 sat-30.04.2003
[(1 475 jum) -  L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 263/99 tat-12.04.1999]

7 %

Mill-01.05.2003
[(1 475 jum) -  L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 291/03 tat-08.04.2003]

4 %

Ir-rati tal-imgħax kummerċjali statutorju mit-28 ta' Settembru 1995 s'issa huma kif ġej:

Mit-28.09.1995 sas-16.04.1999
[L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 1167/95 tal-23.9.1995]

15 %

Mis-17.04.1999 sat-30.09.2004
[L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 262/99 tal-12.4.1999]

12 %

Mill-01.10.2004 sal-31.12.2004
[Direttorat Ġenerali għat-Teżor (Direcção-Geral do Tesouro jew "DĠT") Avviż Nru 10097/04 tat-30.10.2004]

9,01 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2005
[L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 597/2005 tad-19.07 u l-Avviż tad-DĠT 310/2005 tal-14.01.2005]

9,09 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2005
[L-Ordni Implimentattiva Ministerjali Nru 597/2005 tad-19.07 u l-Avviż tad-DĠT 6923/2005 tal-25.07.2005]

9.05 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2006
[L-Avviż tad-DĠT Nru 240/2006 tal-11.01.2006]

9,25 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2006
[L-Avviż tad-DĠT Nru 7706/2006 tal-10.07.2006]

9.83 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2007
[L-Avviż tad-DĠT Nru 191/2007 tal-05.01.2007]

10.58 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2007
[Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi (Direcção-Geral do Tesouro e Finanças jew "DĠTF") Avviż Nru 13665/2007 tat-30.07.2007]

11,07 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2008
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 2152/2008 tad-29.1.2008]

11,20 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2008
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 19995/2008 tal-14.07.2005]

11,07 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2009
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1261/2009 tal-14.01.2009]

9.50 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2009
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 12184/2009 tal-1.7.2009]

8 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2010
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 597/2010 tal-4.1.2010]

8 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2010
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 13746/2010 tat-12.7.2010]

8 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2011
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 2284/2011 tal-21.1.2011]

8 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2011
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 14190/2011 tal-14.7.2011]

8.25 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2012
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 692/2012 tas-17.1.2012]

8 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2012
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 9944/2012 tal-24.7.2012]

8 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2013
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 584/2013 tal-11.7.2013]

7.75 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2013
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv (Decreto-lei) Nru 62/2013
[Avviż tad-DGTF Nru 11617/2013 tas-17.9.2013]

8,50 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 10478/2013 tat-23.8.2013]

7,50 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2014
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8,25 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 1019/2014 tal-24.1.2014]

7.25 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2014
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.15 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 8266/2014 tas-16.7.2014]

7.15 %

L-ewwel nofs tas-sena tal-2015
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 563/2015 tad-19.1.2015]

7,05 %

It-tieni nofs tas-sena tal-2015
Operazzjonijiet suġġetti għad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013

8.05 %

Operazzjonijiet oħra
[L-Avviż tad-DĠTF Nru 7758/2015 tal-14.7.2015]

7.05 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Informazzjoni addizzjonali dwar kif tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax statutorja tista' tinstab fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għat-Teżor u l-Finanzi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgtf.pt/avisos-e-circulares/taxas-de-juros-moratorios

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

L-aċċess onlajn għas-sit web imsemmija fit-tweġiba għad-domanda nru 3 huwa b'xejn.

Twissija

L-informazzjoni li tinsab f'din l-iskeda informattiva hija ta' natura ġenerali u mhijiex eżawrenti. Mhijiex vinkolanti fuq il-punt ta' kuntatt, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-qrati u kull persuna oħra. Mhijiex intiża li tissostitwixxi konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/02/2017

Interess statutorju - Rumanija


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju jħejji l-arranġamenti legali għal:

- imgħax statutorju rimunerattiv (li jirrappreżenta l-imgħax dovut mid-debitur fuq l-ammont li huwa obbligat li jħallas sa skadenza partikolari, ikkalkolat għall-perjodu li jippreċedi d-data dovuta għall-ammont dovut) u

- il-penali fuq l-imgħax statutorju (li jirrappreżenta l-imgħax dovut mid-debitur fuq l-ammont li huwa obbligat li jħallas għan-nuqqas li jissodisfa dak l-obbligu sad-data ta' maturità).

Skont l-Artikolu 2 tal-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011, meta obbligazzjoni ta’ ħlas tkun suġġetta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew it-termini kuntrattwali, għal imgħax rimunerattiv u / jew penali fuq l-imgħax, kif ikun il-każ, u fin-nuqqas ta' dispożizzjoni espressa maqbula bejn il-partijiet fuq ir-rata tat-tali mgħax, ir-rata li għandha titħallas hija r-rata statutorja li tikkorrispondi għal kull wieħed minnhom.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Id-dispożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-arranġamenti legali għall-imgħax rimunerattiv / il-penali fuq l-imgħax statutorju / l-imgħax konvenzjonali huma l-Artikoli 3 sa 5 tal-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju:

Artikolu 3 - (1) Ir-rata tal-imgħax rimunerattiv statutorju għandha tkun ir-rata ta' mgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija (Banca Națională a României), li hija r-rata ta' mgħax tal-politika monetarja stabbilita permezz ta' deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija.

(2) Ir-rata tal-penali fuq ir-rata ta' mgħax statutorju għandha tkun ir-rata ta' mgħax referenzjali miżjuda b'erba' (4) punti perċentwali.

(21) Fi tranżazzjonijiet bejn il-professjonisti u bejn il-professjonisti u l-awtoritajiet kontraenti, ir-rata tal-penali fuq l-imgħax statutorju għandha tkun ir-rata ta' mgħax referenzjali miżjuda bi tmien (8) punti perċentwali.

(3) F'relazzjonijiet ġuridiċi li ma jirriżultawx mill-operazzjoni ta' intrapriża bi skop ta’ lukru, fil-kuntest tal-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 287/2009 dwar il-Kodiċi Ċivili, ippubblikat mill-ġdid, ir-rata tal-imgħax statutorju għandha tkun stabbilita f'konformità mal-paragrafi (1) u (2), imnaqqsa b'20 %.

(4) Ir-rata ta' imgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija għandha tkun ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, Parti I, mill-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, kull meta tinbidel ir-rata ta' mgħax tal-politika monetarja.

Artikolu 4 - F'relazzjonijiet ġuridiċi b'implikazzjonijiet transfruntiera, fejn il-liġi Rumena tkun applikabbli u l-ħlas għandu jsir f'munita barranija, l-imgħax statutorju għandu jkun ta' sitta fil-mija (6%) kull sena.

Artikolu 5 - (1) F'relazzjonijiet ġuridiċi li ma jirriżultawx mill-operazzjoni ta' intrapriża bi skop ta’ lukru, fil-kuntest tal-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 287/2009 dwar il-Kodiċi Ċivili, ippubblikat mill-ġdid, ir-rata tal-imgħax ma tistax taqbeż l-imgħax statutorju b'aktar minn 50 % kull sena.

(2) Kull klawżola li tikser id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandha tkun nulla u bla effett. F'dan il-każ, il-kreditur għandu jitlef id-dritt li jitlob l-imgħax statutorju.

(3) Il-validità tar-rata tal-imgħax konvenzjonali għandha tkun stabbilita b'referenza għall-imgħax statutorju fis-seħħ fid-data ta' stipulazzjoni."

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-Artikolu 3(1) tal-Ordni Amministrattiva Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju jistipula li r-rata tal-imgħax statutorju hija r-rata ta' mgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija, li hija r-rata ta' mgħax tal-politika monetarja permezz ta' deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija. Dan huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnr.ro/Monetary-Policy--3318.aspx

Għall-metodu ta' kkalkolar tar-rata tal-imgħax statutorju għal każijiet differenti, ara r-risposta hawn fuq.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Iva, bir-Rumen għall-Ordni Amministrattiv Nru 13/2011 dwar l-imgħax rimunerattiv u l-penali fuq l-imgħax statutorju fuq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas u dwar xi miżuri finanzjarji u fiskali fis-settur bankarju. Ara s-sit web tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnr.ro/apage.aspx?pid=404&actId=324573

Iva, bl-Ingliż għar-rata ta' mgħax referenzjali tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija (BNR). Ara s-sit web tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bnr.ro/Monetary-Policy--3318.aspx


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/02/2017

Interess statutorju - Slovenja

Please note that the original language version of this page Slovenian has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-kunċett ta' mgħax huwa ddefinit fl-Artikolu 374 tal-Kodiċi ta' Obbligazzjonijiet (Obligacijski zakonik) (Uradni list RS (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja); UL RS Nri 83/01, 28/06, 40/07; minn hawn 'il quddiem: OZ), li jistipula li debitur, barra mill-kapital, irid iħallas l-imgħax meta dan ikun previst mil-liġi jew miftiehem bejn kreditur u debitur.

Jekk debitur ikun tard fit-twettiq ta' obbligu pekunjarju, imbagħad id-debitur, skont l-Artikolu 378(1) tal-OZ, irid iħallas ukoll l-imgħax apparti l-kapital.

L-imgħax kuntrattwali huwa rregolat mill-Artikolu 382 tal-OZ, li jistipula li l-partijiet kontraenti jistgħu jiftiehmu biex debitur iħallas imgħax kuntrattwali apparti l-kapital għall-perjodu li jibda miż-żmien meta skatta l-obbligu pekunjarju sakemm dan ikun dovut għall-ħlas.

Fis-Slovenja, l-imgħax kompost huwa pprojbit, li jfisser li mgħax dovut iżda li għadu ma tħallasx ma jinkorrix imgħax sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor mil-liġi. Konsegwentement, dispożizzjoni kuntrattwali li tistipula l-imgħax miżjud mal-imgħax dovut mhux imħallas hija nulla u bla effett. Madankollu, jista' jiġi miftiehem f'kuntratt li r-rata tal-imgħax tista' togħla jekk debitur ma jħallasx l-imgħax dovut fil-ħin.

Madankollu, l-Artikolu 27a tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Zakon o varstvu potrošnikov) UL RS Nri 98/04 - test uffiċjali konsolidat, 114/06 - ZUE, 126/07, 86/09, 78/11, 38/14 u 19/15) jistipula li, minkejja d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-obbligazzjonijiet, fil-każ ta' dewmien fi ħlas mill-konsumatur, il-partijiet kontraenti ma jistgħux jiftiehmu li japplikaw rati tal-imgħax ogħla minn dawk stabbiliti fl-OZ.

F'konformità mal-OZ, jekk ir-rata tal-imgħax miftiehma għall-inadempjenza jew ir-rata tal-imgħax kuntrattwali tkun ogħla minn 50 % mir-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza, it-tali ftehim huwa meqjus bħala kuntratt bl-użura sakemm kreditur ma jkunx jista' juri li ma jkunx ħa vantaġġ minn diffikultà jew sitwazzjoni pekunjarja diffiċli ta' debitur, l-esperjenza insuffiċjenti tiegħu, traskuraġni jew vizzju, jew li dak il-benefiċċju li huwa kiseb għalih jew għal xi ħaddieħor ma jkunx sproporzjonat b'mod evidenti għal dak li huwa ta jew impenja ruħu li jagħti. Din il-preżunzjoni ma tapplikax għal kuntratti kummerċjali, jiġifieri għal kuntratti konklużi bejn intrapriżi ekonomiċi (kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra li jeżegwixxu attività ekonomika jew kummerċjanti waħdiena).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-Artikolu 378(2) tal-OZ jistipula li r-rata tal-imgħax għall-inadempjenza hija ta' tmienja fil-mija (8 %) sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mil-liġi. F'konformità mal-Artikolu 379 tal-OZ, kreditur u debitur jistgħu jaqblu fuq rata tal-imgħax għall-inadempjenza li tkun ogħla jew anqas mir-rata tal-imgħax għall-inadempjenza stipulata mil-liġi (rata tal-imgħax miftiehma b'mod kuntrattwali). Kif diġà enfasizzat, ma jistax ikun hemm ftehim dwar rata tal-imgħax ogħla għall-inadempjenza f'każ ta' dewmien fil-ħlas minn konsumatur li jkun parti kontraenti.

Il-liġi speċjali li tirregola r-rata tal-imgħax hija l-Att dwar ir-Rata tal-Imgħax Statutorju għall-Inadempjenza (Zakon o predpisani obrestni meri zamudnih obresti) (UL RS Nru 11/07 - test uffiċjali konsolidat; minn hawn 'il quddiem: ZPOMZO-1). L-Artikolu 2 ta' dan l-Att jistipula li r-rata tal-imgħax statutorju għall-inadempjenza, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (GU L 200, 8.8.2000, p. 35), hija r-rata tal-imgħax prinċipali miżjuda bi tmien (8) punti perċentwali. Ir-rata tal-imgħax statutorju tapplika għal perjodu ta' sitt xhur, u tibda fl-1 ta' Jannar jew fl-1 ta' Lulju. Ir-rata tal-imgħax prinċipali hija r-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament li wettaq qabel l-ewwel jum kalendarju tal-perjodu rilevanti ta' sitt xhur. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jippubblika r-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza u t-tibdiliet tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja. Ir-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza, applikabbli mill-1 ta' Lulju 2015 u valida għal perjodu ta' sitt xhur hija ta' 8,05 %.

Ir-rata tal-imgħax kuntrattwali hija stabbilita fl-Artikolu 382 tal-OZ. B'mod speċifiku, f'każijiet meta l-imgħax kuntrattwali kien miftiehem iżda mhux ir-rata tal-imgħax effettiva u d-data ta' maturità, ir-rata tal-imgħax annwali tkun ta' sitta fil-mija (6 %) u dak l-imgħax ikun dovut għal ħlas simultanjament mal-kapital. L-imgħax kuntrattwali jieqaf milli jibqa' jgħodd meta s-somma tal-imgħax dovut li ma tkunx għadha tħallset teċċedi l-kapital.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-informazzjoni dwar r-rati tal-imgħax bażiċi u r-rati tal-imgħax għall-inadempjenza hija wkoll aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Bank tas-Slovenja.

Il-kalkolu provviżorju tal-imgħax jista' jinkiseb fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Obbligazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Rata tal-Imgħax Statutorju għall-Inadempjenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2017

Interess statutorju - Slovakkja


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

L-imgħax ta’ inadempjenza huwa sanzjoni għall-inadempjenza fuq dejn. Jitħallas flimkien mad-dejn, u huwa stabbilit bħala persentaġġ tal-ammont pendenti. Bil-liġi, l-inadempjenza fuq dejn tibdel il-kontenut tad-drittijiet tal-kreditur u l-obbligi tad-debitur, billi tistabbilixxi drittijiet u obbligi ġodda flimkien mal-obbligu li jitħallas id-dejn, irrispettivament minn jekk id-debitur ikunx ikkawża l-inadempjenza jew le.

Għall-imgħax ta’ inadempjenza statutorju, id-dritt Slovakk jiddistingwi bejn imgħax ta’ inadempjenza skont l-Artikolu  517(2) tal-Att Nru 40/1964, il-Kodiċi Ċivili (Občianský zákonník), u mgħax ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 369 tal-Kodiċi Kummerċjali (Obchodný zákonník). Skont id-dritt ċivili r-rata ta’ mgħax ta’ inadempjenza ma tistax tiġi nnegozjata kuntrattwalment, jiġifieri l-partijiet kontraenti ma jistgħux jaqblu fuq rata ogħla minn dik stabbilita bil-liġi, b’kuntrast mad-dritt kummerċjali, li jiffavorixxi ftehim bejn in-negozji dwar ir-rata ta’ mgħax ta’ inadempjenza; jekk ma jintlaħaqx qbil dwar rata, il-kreditur huwa intitolat għal mgħax ta’ inadempjenza bir-rata statutorja.

Għaldaqstant, l-imgħax statutorju huwa mgħax ta’ inadempjenza sempliċi, u l-ammont tiegħu jkun definit bil-liġi skont jekk il-każ inkwistjoni jkunx kopert bid-dritt ċivili jew kummerċjali. Skont id-dritt ċivili l-imgħax ta’ inadempjenza ma jistax ikun ogħla mir-rata speċifikata bil-liġi (jiġifieri rata aktar baxxa milli miftiehem) u fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali, l-imgħax ta’ inadempjenza, jekk il-kreditur jitlobha, jiġi stabbilit awtomatikament bir-rata statutorja. Skont id-dritt kummerċjali l-imgħax ta’ inadempjenza jista’ jkun ogħla jew aktar baxx mill-imgħax statutorju, u l-imgħax statutorju huwa rilevanti biss fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Skont l-Artikolu 517(2) tal-Kodiċi Ċivili, ir-rata statutorja għall-imgħax ta’ inadempjenza hija stabbilita bir-Regolament Nru 87/1995 (nariadenie č. 87/1995 Z.z.) b’tali mod li r-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza tkun ħames punti perċentwali ogħla mir-rata bażi tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-ewwel jum tal-inadempjenza fuq dejn. Għaldaqstant, jiżdiedu ħames punti perċentwali mar-rata bażi tal-BĊE (jiġifieri r-rata għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament). Ir-rati ta’ mgħax tal-BĊE għall-perjodi individwali jinsabu hawn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.nbs.sk/en/statistics/financial-markets/interest-rates/interest-rates-of-the-ecb. Ir-rata ta’ mgħax ta’ inadempjenza fl-ewwel jum tal-inadempjenza tapplika għad-durata tal-inadempjenza, u kull aġġustament sussegwenti għar-rata bażi tal-BĊE ma għandhom l-ebda effett fuq ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza.

Skont id-dritt kummerċjali, l-imgħax statutorju huwa rregolat mill-Artikolu 369 tal-Kodiċi Kummerċjali, li skontu fil-każ ta’ inadempjenza l-kreditur, jekk ikun ħeles mill-obbligi statutorji u kuntrattwali tiegħu, huwa permess li jitlob mgħax ta’ inadempjenza bir-rata maqbula fil-kuntratt, bl-ebda rekwiżit għal xi notifika speċjali. Kif iddikjarat hawn fuq, ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza f’relazzjonijiet kummerċjali tista’ tiġi modifikata kuntrattwalment. Madankollu, anke meta jkun intlaħaq ftehim dwar l-imgħax ta’ inadempjenza, ir-rata trid tkun konformi mal-prinċipji tal-kummerċ ġust. Jekk le, ma jistax jiġi protett id-dritt skont dan il-ftehim, u dan ifisser li anke jekk ikun intlaħaq ftehim dwar ir-rata tal-imgħax, il-qorti ma tistax tagħti mgħax li jikser dawn il-prinċipji. Eċċezzjoni oħra tikkonċerna d-djun skont kuntratt konkluż mill-konsumatur meta l-konsumatur ikun id-debitur, meta l-imgħax ta’ inadempjenza maqbul ma jistax ikun ogħla mill-ammont speċifikat skont id-dritt ċivili.

Skont l-Artikolu 369 tal-Kodiċi Kummerjali, jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim dwar ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza, id-debitur ikun obbligat li jħallas l-imgħax ta’ inadempjenza bir-rata stabbilita mill-gvern Slovakk fir-Regolament Nru 21/2013(nariadenie č. 21/2013 Z.z.). Il-liġi tippermetti mgħax ta’ inadempjenza fiss u varjabbli. Ir-rata fissa tkun ugwali għar-rata bażi tal-BĊE fl-ewwel jum tal-inadempjenza flimkien ma’ disa’ punti perċentwali; din ir-rata tapplika għall-perjodu tal-inadempjenza fuq id-dejn, u kull aġġustament sussegwenti għar-rata bażi tal-BĊE ma jkollu l-ebda effett fuq ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza (u għaldaqstant ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza tissejjaħ ir-rata fissa). Madankollu, minflok l-imgħax fiss il-kreditur jista’ jitlob mgħax ta’ inadempjenza varjabbli mingħand id-debitur u għaldaqstant jista’ jitlob li d-debitur iħallas mgħax ta’ inadempjenza bir-rata bażi tal-BĊE li tkun valida fl-ewwel jum ta’ nofs is-sena kalendarja rilevanti flimkien ma’ tmien punti perċentwali. Jekk il-kreditur jagħżel imgħax ta’ inadempjenza varjabbli, dan il-metodu biex jiġi kkalkulat l-imgħax (mhux ir-rata stabbilita meta sseħħ l-inadempjenza, iżda l-metodu biex tiġi kkalkulata r-rata) japplika għall-perjodu ta’ inadempjenza fuq id-dejn. Għaldaqstant, l-imgħax ta’ inadempjenza varjabbli jfisser li r-rata ta’ mgħax ta’ inadempjenza tista’ tinbidel f’konformità mal-bidliet fir-rata bażi tal-BĊE li tkun valida fl-ewwel jum ta’ nofs is-sena kalendarja rilevanti, jiġifieri fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju. Ir-rati ta’ mgħax tal-BĊE għall-perjodi individwali jinsabu hawn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.nbs.sk/en/statistics/financial-markets/interest-rates/interest-rates-of-the-ecb.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Il-metodu biex jiġi kkalkulat l-imgħax ta’ inadempjenza huwa stabbilit b’mod ċar u komprensiv fil-liġi. Ir-rata tal-imgħax ta’ inadempjenza attwali hija ppubblikata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.gov.sk/Stranky/Nase-sluzby/Civilne-pravo/Aktualna-sadzba-zakonnych-urokov-z-omeskania/Uvod.aspx). Hija disponibbli wkoll informalment fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.najpravo.sk/, li ta’ spiss jintuża mill-kredituri u d-debituri Slovakki u l-avukati tagħhom. Dan is-sit jippermetti kalkoli faċli tal-imgħax ta’ inadempjenza bl-użu ta’ kalkolatur imfassal apposta għal din ir-raġuni.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Apparti l-links ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jsib il-formulazzjoni attwali tal-leġiżlazzjoni (il-Kodiċijiet Ċivili u Kummerċjali) u r-regoli rilevanti (ir-Regolamenti Nri 87/1995 u 21/2013) fis-siti web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.zbierka.sk/ u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.slov-lex.sk/domov.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Interess statutorju - Finlandja

Please note that the original language version of this page Finnish has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

"L-imgħax statutorju" fil-leġiżlazzjoni Finlandiża jfisser kemm ir-rata tal-imgħax li tapplika għal dejn pendenti qabel id-data ta' maturità u kif ukoll il-penali fuq l-imgħax għal ħlasijiet tardivi. Id-dispożizzjonijiet dwar iż-żewġ tipi ta' imgħax statutorju huma stipulati fl-Att dwar l-Imgħax (633/1982). L-obbligu li jitħallas l-imgħax jew il-penali fuq l-imgħax għal ħlasijiet tardivi huwa stabbilit taħt l-Att dwar l-Imgħax, sakemm ma jirriżultax mod ieħor mill-obbligu tad-debitur jew minn prattika tan-negozju jew sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Imgħax).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax pagabbli fuq id-dejn: Id-debitur mhuwiex obbligat li jħallas l-imgħax fuq il-perjodu li jippreċedi d-data ta' maturità ta' dejn (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Imgħax). Madankollu, huwa possibbli li jiġi miftiehem li l-imgħax għandu jitħallas. Jekk l-obbligu li jitħallas l-imgħax ikun ġie miftiehem mingħajr ma tkun ġiet stabbilita r-rata tal-imgħax, id-debitur irid iħallas l-imgħax annwali f'konformità mar-rata referenzjali msemmija fl-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax ((is-subartikolu 2 tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Imgħax).

Għal kuntratti ta' kreditu magħmula mill-konsumaturi dwar ġbid ta' flus, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 17a tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi (38/1978), li tistipula li jekk l-ammont tal-kreditu jew il-limitu ta’ kreditu jkun anqas minn EUR 2 000, ir-Rata Perċentwali Annwali (RPA) tal-kreditu ma tistax teċċedi r-rata referenzjali fl-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax miżjuda b'50%, għandha tapplika wkoll.

Penali fuq l-imgħax fuq ħlasijiet tardivi: Għal kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-Att dwar it-termini ta' ħlas għal kuntratti kummerċjali (30/2013), l-imgħax statutorju fuq ħlasijiet tardivi huwa ta' tmien punti perċentwali ogħla mir-rata referenzjali fis-seħħ fiż-żmien inkwistjoni (il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4a tal-Att dwar l-Imgħax), jiġifieri attwalment ir-rata hija ta' 8,5 %. Għal kuntratti oħra, il-penali fuq l-imgħax statutorju fuq il-ħlasijiet tardivi hija ta' sebgħa punti perċentwali ogħla mir-rata referenzjali fis-seħħ fiż-żmien inkwistjoni (l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Imgħax), jiġifieri attwalment 7,5 %.

Rigward id-dejn tal-konsumatur, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Imgħax fuq il-penali fuq l-imgħax għall-ħlasijiet tardivi jaqgħu taħt leġiżlazzjoni obbligatorja, u mhuwiex possibbli li jiġi miftiehem fuq rata tal-imgħax ogħla għall-ħlasijiet tardivi (is-subartikolu 2 tal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Imgħax). Għal dejn ieħor, huwa possibbli li jiġi miftiehem dwar ir-rata tal-imgħax għall-ħlasijiet tardivi. Madankollu, f'kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-Att dwar it-termini ta' ħlas għal kuntratti kummerċjali, mhuwiex possibbli li jiġi miftiehem li l-kreditur ma għandux ikollu d-dritt li jżomm penali fuq l-imgħax għal ħlasijiet tardivi, u jekk id-debitur ikun entità kontraenti, mhuwiex possibbli li jiġi miftiehem dwar rata tal-imgħax anqas għal ħlasijiet tardivi minn dik stabbilita skont is-subartikolu 1 tal-Artikolu 4a tal-Att dwar l-Imgħax (L-Att dwar it-termini ta' ħlas għal kuntratti kummerċjali, Artikolu 8).

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata referenzjali msemmija fl-Att dwar l-Imgħax hija r-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni l-iktar reċenti tiegħu ta' rifinanzjament prinċipali mwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju ta' kull nofs tas-sena aġġustata 'l fuq għall-eqreb punt perċentwali (L-Att dwar l-Imgħax, Artikolu 12).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

It-traduzzjoni Ingliża mhux uffiċjali tal-Att dwar l-Imgħax tista' tinsab fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/kaannokset/1982/en19820633.pdf

Il-verżjonijiet Finlandiżi u Żvediżi tal-Att jistgħu jinsabu fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/en/laki/kaannokset/1982/en19820633?search%5Btype%5D=pika&search%5Bpika%5D=Korkolaki

L-Att dwar it-termini ta' ħlas għal kuntratti kummerċjali jista' jinsab fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/2013/20130030?se

L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi jista' jinsab fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1978/19780038?se


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2017

Interess statutorju - Svezja


1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Ir-regoli dwar l-imgħax huma stipulati fl-Att dwar l-Imgħax (räntelagen, 1975:635). Dawn ir-regoli japplikaw salv fejn indikat mod ieħor f'kuntratt, wegħda jew dispożizzjoni speċifika. Madankollu, l-Att jiddikjara wħud mit-termini kuntrattwali nulli u bla effett.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Talbiet għal rifużjoni

Meta ssir talba għal rifużjoni ta' ħlas, pereżempju għal raġunijiet ta' ksur ta' kuntratt, ir-rata tal-imgħax hija r-rata referenzjali (li fi Frar 2016 kienet 0 %) miżjuda b'żewġ punti perċentwali. L-imgħax huwa pagabbli mid-data li fiha jsir il-ħlas, sa u inkluża d-data ta' ħlas lura, jew, jekk il-ħlas lura ma jsirx b'mod tempestiv, sa u inkluża d-data li fiha l-imgħax isir pagabbli skont ir-regoli dwar it-talbiet pendenti.

Talbiet pendenti

L-imgħax fuq it-talbiet pendenti huwa pagabbli bir-rata referenzjali (0 % fi Frar 2016) miżjuda bi tmien punti perċentwali. Ir-regoli ġenerali segwenti japplikaw.

(a) Meta d-data ta' maturità ġiet stabbilita bil-quddiem, l-imgħax huwa pagabbli fuq it-talba minn dik id-data.

(b) Meta t-talba tkun ibbażata fuq l-obbligu ta' persuna biex tirrendi kont tal-flus li hija rċeviet minn kapital jew parti terza, l-imgħax huwa pagabbli mid-data li fiha jingħata l-kont, jew, jekk ma jingħata ebda kont, mid-data li fiha kellu jingħata l-kont.

(c) Għal talbiet pendenti, ir-regola ġenerali hija li l-imgħax huwa pagabbli mit-tletin jum wara li l-kreditur jibgħat kont jew inkella jippreżenta talba għall-ħlas ta' somma partikolari, li jkunu jindikaw li l-inadempjenza ta' ħlas twassal għal obbligu biex jitħallas l-imgħax. Id-debitur mhuwiex meħtieġ li jħallas imgħax fir-rigward taż-żmien li jippreċedi l-kont jew it-talba.

F'negozjati kummerċjali bejn in-negozjanti, l-imgħax għandu jitħallas irrispettivament minn jekk it-talba għall-ħlas tindikax li l-inadempjenza ta' ħlas ser twassal għal obbligu li jiġi mħallas l-imgħax. L-istess japplika fejn fil-kors tan-negozjati kummerċjali tiegħu, negozjant ikollu pretensjoni kontra awtorità pubblika jew entità pubblika oħra għal prodotti jew servizzi fornuti.

Fil-każ ta' talba għad-danni (skadestånd) jew kumpens simili ieħor li ma jistax jiġi stabbilit mingħajr inkjesta ulterjuri, l-imgħax huwa pagabbli fuq is-somma dovuta mit-tletin jum wara li l-kreditur jitlob il-ħlas tagħha u jippreżenta rendikont ta' dak li huwa jista' raġonevolment jitlob. Id-debitur mhuwiex obbligat li jħallas imgħax fir-rigward taż-żmien li jippreċedi t-talba u r-rendikont.

Irrispettivament minn kull regola oħra, l-imgħax fuq talba pendenti huwa f'kull każ pagabbli minn data li ma tkunx aktar tard mid-data ta' notifika ta' rikors għal ordni ta' ħlas (betalningsföreläggande) jew ċitazzjoni (stämning i mål) f'azzjoni għall-ħlas ta' pretensjoni.

Jekk il-pretensjoni tirrigwarda danni li jirriżultaw minn ksur intenzjonali tal-liġi, u d-danni mitluba ma jiħdux is-sura ta' vitalizju (livränta), l-imgħax ikun pagabbli mid-data li fiha d-dannu ġie sofrut.

Il-pretensjonijiet li jinkludu l-imgħax qabel id-data ta' maturità

Jekk pretensjoni tinkludi mgħax fiż-żmien li dan ikun dovut, u l-ħlas ma jsirx b'mod tempestiv, tkompli tapplika r-rata tal-imgħax li applikat qabel id-data ta' maturità. Iżda r-rata tal-imgħax pagabbli ma tista' qatt tkun anqas minn dak li kien ikun pagabbli fuq pretensjoni pendenti li ma inkluditx imgħax qabel id-data ta' maturità.

L-aġġustament tar-rata tal-imgħax

Ir-rata tal-imgħax tista' tiġi aġġustata jekk id-debitur ikun ġie prekluż milli jħallas fi żmien tempestiv minħabba mard, qgħad jew xi ċirkostanza simili oħra barra mill-kontroll tiegħu u ma jkunx raġonevoli li jiġi meħtieġ iħallas l-imgħax sħiħ fir-rigward tad-dewmien inkwistjoni.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Le.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Din il-ħolqa tagħti aċċess għall-verżjoni mhux uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Imgħax (räntelagen).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/02/2017