Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Interess statutorju - Greċja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi Griega ma tipprevedix imgħax statutorju. L-imgħax statutorju hija r-rata tal-imgħax, jiġifieri l-perċentwali tal-kapital għal perjodu taż-żmien iddikjarat, preskritt direttament mil-liġi. L-iktar forma komuni ta' mgħax statutorju huwa l-imgħax fuq l-arretrati, jiġifieri l-imgħax li d-debitur irid jagħti minn meta jiġi f'sitwazzjoni ta' inadempjenza. L-Artikoli 301, 346 529, 720, eċċ tal-Kodiċi Ċivili jipprevedu wkoll każijiet oħra ta' mgħax statutorju.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

Ir-rata tal-imgħax statutorja dovuta għal ħlas tardiv hija ġeneralment stabbilita għal żewġ punti perċentwali 'l fuq mir-rata kuntrattwali massima tal-imgħax, li kienet preċedentement iddeterminata permezz ta' deċiżjoni mill-Gvernatur tal-Bank tal-Greċja, u kienet armonizzata fl-2001 bir-rata tal-imgħax korrispettiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Att 47/2000 tal-Kunsill tal-Politika Monetarja, l-Artikolu 3(2) tal-Liġi 2842/2000). Bħala indikazzjoni, ir-rata tal-penali mhux mill-bank kienet tvarja minn 12% (li kienet applikabbli b'mod konsistenti mill-1946 sal-1979) sa 44% (fl-1992, meta din bdiet gradwalment tonqos). Attwalment, din tammonta għal 7,30%.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Hemm tabella ta' rati ta' mgħax mhux mill-bank (sa mill-1946) fuq is-sit web tal-Bank tal-Greċja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bankofgreece.gr/Pages/el/Statistics/rates_markets/monetary/exotrapezika.aspx), għalkemm dan is-sit web ma jagħtix metodu awtomatiku għall-ikkalkolar tar-rata tal-imgħax statutorju, kif jagħmlu siti oħra bħal NOMOS jew ISOKRATIS (dsanet).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Għall-Bank tal-Greċja iva, iżda mhux għall-oħrajn, billi dawn huma servizzi bbażati fuq abbonament.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2017