Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Interess statutorju - Finlandja

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

“L-imgħax statutorju” fil-leġiżlazzjoni Finlandiża jfisser kemm ir-rata tal-imgħax li tapplika għal dejn pendenti qabel id-data ta’ maturità u kif ukoll imgħax penali għal ħlasijiet tardivi. Id-dispożizzjonijiet dwar iż-żewġ tipi ta’ imgħax statutorju huma stipulati fl-Att dwar l-Imgħax (633/1982). L-obbligu li jitħallas l-imgħax jew imgħax penali għal ħlasijiet tardivi huwa stabbilit taħt l-Att dwar l-Imgħax, sakemm ma jirriżultax mod ieħor mill-obbligu tad-debitur jew minn prattika tan-negozju jew sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Imgħax).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-imgħax pagabbli fuq id-dejn: Id-debitur mhuwiex obbligat li jħallas l-imgħax fuq il-perjodu li jippreċedi d-data ta’ maturità ta’ dejn (is-subartikolu 1 tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Imgħax). Madankollu, huwa possibbli li jiġi miftiehem li l-imgħax għandu jitħallas. Jekk l-obbligu li jitħallas l-imgħax ikun ġie miftiehem mingħajr ma tkun ġiet stabbilita r-rata tal-imgħax, id-debitur irid iħallas l-imgħax annwali f’konformità mar-rata referenzjali msemmija fl-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax (is-subartikolu 2 tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Imgħax).

Għal kuntratti ta’ kreditu magħmula mill-konsumaturi dwar ġbid ta’ flus, għandha tapplika wkoll id-dispożizzjoni tal-Artikolu 17a tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi (38/1978), li tistipula li jekk l-ammont tal-kreditu jew il-limitu ta’ kreditu jkun anqas minn EUR 2 000, ir-Rata Perċentwali Annwali (RPA) tal-kreditu ma tistax teċċedi r-rata referenzjali fl-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax miżjuda b’50 punti perċentwali.

Imgħax penali fuq ħlasijiet tardivi: Għal kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-Att dwar it-termini ta’ ħlas għal kuntratti kummerċjali (30/2013), l-imgħax statutorju fuq ħlasijiet tardivi huwa ta’ tmien punti perċentwali ogħla mir-rata referenzjali fis-seħħ fiż-żmien inkwistjoni (il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4a tal-Att dwar l-Imgħax), jiġifieri attwalment ir-rata hija ta’ 8,0 % (ċifra għall-ħarifa tal-2017). Għal kuntratti oħra, l-imgħax penali statutorju fuq il-ħlasijiet tardivi huwa ta’ sebgħa punti perċentwali ogħla mir-rata referenzjali fis-seħħ fiż-żmien inkwistjoni (l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Imgħax), jiġifieri attwalment 7,0 % (ċifra għall-ħarifa tal-2017).

Rigward id-dejn tal-konsumatur, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-imgħax penali fuq il-ħlasijiet tardivi jaqgħu taħt leġiżlazzjoni obbligatorja, u mhuwiex possibbli li jiġi miftiehem fuq rata tal-imgħax ogħla għall-ħlasijiet tardivi (is-subartikolu 2 tal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Imgħax). Għal dejn ieħor, huwa possibbli li jkun hemm ftehim dwar ir-rata ta’ imgħax għall-ħlasijiet tardivi. Madankollu, f’kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-Att dwar it-termini ta’ ħlas għal kuntratti kummerċjali, mhuwiex possibbli li jiġi miftiehem li l-kreditur ma jkollux d-dritt li jżomm imgħax penali għal ħlasijiet tardivi, u jekk il-parti debitriċi kun entità kontraenti, mhuwiex possibbli li jkun hemm ftehim dwar rata tal-imgħax aktar baxxa għal ħlasijiet tardivi minn dik stabbilità skont is-subartikolu 1 tal-Artikolu 4a tal-Att dwar l-Imgħax (l-Artikolu 8 tal-Att dwar it-termini ta’ ħlas għal kuntratti kummerċjali).

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

Ir-rata referenzjali msemmija fl-Att dwar l-Imgħax hija r-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid prinċipali mwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju ta’ kull nofs tas-sena aġġustata ’l fuq għall-eqreb nofs punt perċentwali (l-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Imgħax).

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

It-traduzzjoni Ingliża mhux uffiċjali tal-Att dwar l-Imgħax tista’ tinsab hawnhekk:Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/kaannokset/1982/en19820633.pdf

Il-verżjonijiet Finlandiżi u Żvediżi tal-Att jistgħu jinsabu hawnhekk:   Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1982/19820633?search%5btype%5d=pika&search%5bpika%5d=Korkolaki

L-Att dwar it-termini ta' ħlas għal kuntratti kummerċjali jista' jinsab fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/2013/20130030?se

L-Att dwar il-Ħarsien tal-Konsumaturi jista’ jinsab hawnhekk:Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1978/19780038?se


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2020