Interess statutorju - Italja

Stabilixxi mill-ġdid Issejvja bħala PDF

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Fl-Italja, l-imgħax statutorju jiżdied ma’ obbligu finanzjarju.

Is-sors legali huwa l-Artikolu 1282 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (Codice Civile), li jistabbilixxi li t-talbiet likwidati u mħallsa jiġbru l-imgħax b’mod awtomatiku, ħlief jekk jiġi previst mod ieħor mil-liġi jew xi titolu.

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-ammont ta’ imgħax statutorju jiġi deċiż mit-Teżor Taljan fuq bażi annwali permezz ta’ digriet maħruġ sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Jekk il-partijiet ikunu qablu dwar ir-rata tal-imgħax, ir-rata tkun dik deċiża minnhom. Madankollu, irid ikun hemm qbil bil-miktub dwar ir-rata u ma tridx tkun ogħla mir-rata massima permessa skont il-liġi kontra l-liġi ta’ kontra l-użura (Il-Liġi Nru 108 tas-7 ta’ Marzu 1996), inkella l-imgħax se jitqies bħala wieħed ta’ użura u għalhekk null. F’dawn il-każijiet, ebda imgħax ma huwa dovut (l-Artikolu 1815 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk il-partijiet ikunu ftehmu biex japplikaw rata tal-imgħax iżda ma jkunux stabbilixxew l-ammont, tiġi applikata r-rata statutorja.

Fis-sistema legali Taljana, is-sitwazzjoni dwar l-imgħax għal ħlas tardiv tvarja parzjalment minn dik tal-imgħax statutorju. L-imgħax għal ħlas tardiv huwa intiż bħala penali (għad-debitur) u kumpens (għall-kreditur). Huma marbut mal-inadempjenza ta’ obbligu finanzjarju minħabba l-ħlas tard jew in-nuqqas ta’ ħlas għas-servizz ikkonċernat fil-perjodu msemmi mil-liġi jew abbażi tal-ftehimiet milħuqa mill-partijiet. Sabiex il-kreditur ikun jista’ jitlob l-imgħax għal ħlas tardiv id-debitur irid ma jkunx ħallas l-arretrati. “L-arretrati” jirreferu għal dewmien mid-debitur fl-adempjenza tal-obbligi tiegħu. Sabiex jiġu applikati l-arretrati, id-data debita trid tkun għaddiet u d-debitur irid ikun ingħata avviż għall-ħlas: dokument formali li bih il-kreditur jistieden lid-debitur sabiex jagħmel il-pagament debitu.

Skont il-Kodiċi Ċivili, l-imgħax għal ħlas tardiv huwa debitu bir-rata statutorja jew bir-rata stabbilita mil-liġi. Madankollu, jekk l-imgħax ogħla mir-rata statutorja jkun dovut qabel id-debitur ma jkun ingħata avviż biex iħallas, f’dan il-każ l-imgħax fuq l-arretrati se jkun tal-istess ammont (l-Artikolu 1224 tal-Kodiċi Ċivili).

Skont l-Artikolu 1284 tal-Kodiċi Ċivili, ir-rata tal-imgħax statutorja tiġi stabbilita fuq bażi annwali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Permezz ta’ ordni amministrattiv ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, il-Ministru jbiddel ir-rata abbażi tal-imgħax medju annwali tal-ishma tal-gvern b’duratura massima ta’ 12-il xahar, billi jieħu kont tar-rata ta’ inflazzjoni rreġistrata matul is-sena. Dan l-ammont jiġi stabbilit mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi qabel dik li fiha tapplika r-rata. Jekk, sal-15 ta’ Diċembru, ir-rata l-ġdida ma tkunx għada ġiet stabbilita, dik eżistenti tibqa’ ma tinbidilx għas-sena segwenti.

Sa mill-1 ta’ Jannar 2017, ir-rata tal-imgħax statutorja kienet ta’ 0,1 %.

Tabella li turi t-tibdiliet fir-rata tal-imgħax matul iż-żmien, sa mill-2010:

1 %

Mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni Ministerjali (OM) tal-4 ta' Diċembru 2009

1,5 %

Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida,OM tas-7 ta’ Diċembru 2010

2,5 %

Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOM tat-12 ta’ Diċembru 2011

1 %

Mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014

OM tat-12 ta’ Diċembru 2013

0,5 %

Mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015

OM tal-11 ta’ Diċembru 2014

0,2 %

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016

OM tal-11 ta’ Diċembru 2015

0,1 %

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017

OM tas-7 ta’ Diċembru 2016

L-imgħax ogħla mir-rata statutorja jrid jiġi stabbilit bil-miktub, inkella r-rata statutorja tkun debita.

Jekk il-partijiet ma jkunux ddeċidew dwar xi rata, minn meta jkun ippreżentat id-dokument li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti, ir-rata tal-imgħax statutorja tkun ugwali għar-rata msemmija mil-liġi speċjali dwar ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ara aktar 'l isfel). Din ir-regola tapplika għall-Att li permezz tiegħu jinfetħu l-proċedimenti ta’ arbitraġġ.

Il-leġiżlazzjoni speċjali dwar il-ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali

Għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali, il-leġiżlatur Taljan ħareġ l-Ordni Amministrattiv Nru 231/2002 kif emendat. Dan isemmi espressament, bħala mgħax għal ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali, rata ogħla tal-imgħax mir-rata statutorja. Skont l-Ordni Amministrattiv Nru 231/2002, it-tranżazzjonijiet kummerċjali jfissru “kuntratti ta’ kull deskrizzjoni bejn l-impriżi jew bejn l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jinvolvu, waħedhom jew b’mod predominanti, l-konsenja ta’ prodotti jew il-prestazzjoni ta' servizzi bil-kontraparti tal-ħlas ta’ tariffa”. L-Ordni jipprevedi li, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, “kull min ikun suġġett b’mod inġust għal dewmien fil-ħlas tat-tariffa huwa intitolat għal ħlas awtomatiku tal-imgħax fuq arretrati li jidħol fis-seħħ, mingħajr bżonn ta’ avviż formali għall-ħlas, mill-jum li jiġi wara l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas”, sakemm id-debitur ma jkunx jista’ jipprova li n-nuqqas ta’ ħlas kien ir-riżultat ta’ kawżi li mhumiex imputabbli lilu.

Skont din il-liġi, l-imgħax fuq ħlasijiet tardivi fi tranżazzjonijiet kummerċjali huwa bbażat fuq ir-rata stabbilita kull sena mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-tabella hawn isfel, li tispeċifika: a) għall-ewwel sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena; b) għat-tieni sitt xhur tas-sena li kien hemm id-dewmien, ir-rata użata hija dik fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Tabella li turi t-tibdiliet fir-rata tal-imgħax għall-ħlasijiet tardivi matul iż-żmien, sa mill-2010:

TABELLA ta’ RATI TAL-IMGĦAX GĦAL ĦLASIJIET TARDIVI skont l-Ordni Amministrattiv 231/2002

Bl-emendi introdotti bl-Ordni Amministrattiv 192/2012

It-tranżazzjonijiet imwettqa qabel il-31.12.12.

Minn

Sa

Ir-rata tal-BĊE

Ir-rata ta’ żieda

Total

Total tar-rati

01/01/2010

30/06/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2010

31/12/2010

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2011

30/06/2011

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2011

31/12/2011

1,25 %

7,00 %

8,25 %

8,25 %

01/01/2012

30/06/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/07/2012

31/12/2012

1,00 %

7,00 %

8,00 %

8,00 %

01/01/2013

30/06/2013

0,75 %

8,00 %

8,75 %

7,75 %

01/07/2013

31/12/2013

0,50 %

8,00 %

8,50 %

7,50 %

01/01/2014

30/06/2014

0,25 %

8,00 %

8,25 %

7,25 %

01/07/2014

31/12/2014

0,15 %

8,00 %

8,15 %

7,15 %

01/01/2015

31/12/2015

0,05 %

8,00 %

8,05 %

7,05 %

01/01/2016

30/06/2016

0,05 %

8,00 %

8,05 %

7,05 %

01/07/2016

31/12/2016

0,00 %

8,00 %

8,00 %

7,00 %

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Hemm diversi siti tal-web li jipprovdu softwer liberu biex jiġi kkalkolat l-imgħax statutorju u l-imgħax għal ħlasijiet tardivi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/01/2018