Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Interess statutorju - Slovenja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

1 Huwa permess “mgħax statutorju” fl-Istat Membru? Jekk iva, kif inhu definit “mgħax statutorju” f’dan l-Istat Membru?

Il-kunċett ta' mgħax huwa ddefinit fl-Artikolu 374 tal-Kodiċi ta' Obbligazzjonijiet (Obligacijski zakonik) (Uradni list RS (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja); UL RS Nri 83/01, 28/06, 40/07; minn hawn 'il quddiem: OZ), li jistipula li debitur, barra mill-kapital, irid iħallas l-imgħax meta dan ikun previst mil-liġi jew miftiehem bejn kreditur u debitur.

Jekk debitur ikun tard fit-twettiq ta' obbligu pekunjarju, imbagħad id-debitur, skont l-Artikolu 378(1) tal-OZ, irid iħallas ukoll l-imgħax apparti l-kapital.

L-imgħax kuntrattwali huwa rregolat mill-Artikolu 382 tal-OZ, li jistipula li l-partijiet kontraenti jistgħu jiftiehmu biex debitur iħallas imgħax kuntrattwali apparti l-kapital għall-perjodu li jibda miż-żmien meta skatta l-obbligu pekunjarju sakemm dan ikun dovut għall-ħlas.

Fis-Slovenja, l-imgħax kompost huwa pprojbit, li jfisser li mgħax dovut iżda li għadu ma tħallasx ma jinkorrix imgħax sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor mil-liġi. Konsegwentement, dispożizzjoni kuntrattwali li tistipula l-imgħax miżjud mal-imgħax dovut mhux imħallas hija nulla u bla effett. Madankollu, jista' jiġi miftiehem f'kuntratt li r-rata tal-imgħax tista' togħla jekk debitur ma jħallasx l-imgħax dovut fil-ħin.

Madankollu, l-Artikolu 27a tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Zakon o varstvu potrošnikov) UL RS Nri 98/04 - test uffiċjali konsolidat, 114/06 - ZUE, 126/07, 86/09, 78/11, 38/14 u 19/15) jistipula li, minkejja d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-obbligazzjonijiet, fil-każ ta' dewmien fi ħlas mill-konsumatur, il-partijiet kontraenti ma jistgħux jiftiehmu li japplikaw rati tal-imgħax ogħla minn dawk stabbiliti fl-OZ.

F'konformità mal-OZ, jekk ir-rata tal-imgħax miftiehma għall-inadempjenza jew ir-rata tal-imgħax kuntrattwali tkun ogħla minn 50 % mir-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza, it-tali ftehim huwa meqjus bħala kuntratt bl-użura sakemm kreditur ma jkunx jista' juri li ma jkunx ħa vantaġġ minn diffikultà jew sitwazzjoni pekunjarja diffiċli ta' debitur, l-esperjenza insuffiċjenti tiegħu, traskuraġni jew vizzju, jew li dak il-benefiċċju li huwa kiseb għalih jew għal xi ħaddieħor ma jkunx sproporzjonat b'mod evidenti għal dak li huwa ta jew impenja ruħu li jagħti. Din il-preżunzjoni ma tapplikax għal kuntratti kummerċjali, jiġifieri għal kuntratti konklużi bejn intrapriżi ekonomiċi (kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħra li jeżegwixxu attività ekonomika jew kummerċjanti waħdiena).

2 Jekk iva, x’inhu/x'inhi l-ammont / ir-rata u x’inhi l-bażi ġuridika għalih/a? Jekk huma permessi rati differenti ta’ mgħax statutorju, liema ċirkustanzi u kundizzjonijiet japplikaw?

L-Artikolu 378(2) tal-OZ jistipula li r-rata tal-imgħax għall-inadempjenza hija ta' tmienja fil-mija (8 %) sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mil-liġi. F'konformità mal-Artikolu 379 tal-OZ, kreditur u debitur jistgħu jaqblu fuq rata tal-imgħax għall-inadempjenza li tkun ogħla jew anqas mir-rata tal-imgħax għall-inadempjenza stipulata mil-liġi (rata tal-imgħax miftiehma b'mod kuntrattwali). Kif diġà enfasizzat, ma jistax ikun hemm ftehim dwar rata tal-imgħax ogħla għall-inadempjenza f'każ ta' dewmien fil-ħlas minn konsumatur li jkun parti kontraenti.

Il-liġi speċjali li tirregola r-rata tal-imgħax hija l-Att dwar ir-Rata tal-Imgħax Statutorju għall-Inadempjenza (Zakon o predpisani obrestni meri zamudnih obresti) (UL RS Nru 11/07 - test uffiċjali konsolidat; minn hawn 'il quddiem: ZPOMZO-1). L-Artikolu 2 ta' dan l-Att jistipula li r-rata tal-imgħax statutorju għall-inadempjenza, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (GU L 200, 8.8.2000, p. 35), hija r-rata tal-imgħax prinċipali miżjuda bi tmien (8) punti perċentwali. Ir-rata tal-imgħax statutorju tapplika għal perjodu ta' sitt xhur, u tibda fl-1 ta' Jannar jew fl-1 ta' Lulju. Ir-rata tal-imgħax prinċipali hija r-rata tal-imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament li wettaq qabel l-ewwel jum kalendarju tal-perjodu rilevanti ta' sitt xhur. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jippubblika r-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza u t-tibdiliet tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja. Ir-rata tal-imgħax statutorja għall-inadempjenza, applikabbli mill-1 ta' Lulju 2015 u valida għal perjodu ta' sitt xhur hija ta' 8,05 %.

Ir-rata tal-imgħax kuntrattwali hija stabbilita fl-Artikolu 382 tal-OZ. B'mod speċifiku, f'każijiet meta l-imgħax kuntrattwali kien miftiehem iżda mhux ir-rata tal-imgħax effettiva u d-data ta' maturità, ir-rata tal-imgħax annwali tkun ta' sitta fil-mija (6 %) u dak l-imgħax ikun dovut għal ħlas simultanjament mal-kapital. L-imgħax kuntrattwali jieqaf milli jibqa' jgħodd meta s-somma tal-imgħax dovut li ma tkunx għadha tħallset teċċedi l-kapital.

3 Jekk meħtieġ, hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar kif jiġi kkalkulat l-imgħax statutorju?

L-informazzjoni dwar r-rati tal-imgħax bażiċi u r-rati tal-imgħax għall-inadempjenza hija wkoll aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Bank tas-Slovenja.

Il-kalkolu provviżorju tal-imgħax jista' jinkiseb fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

4 Hemm aċċess onlajn disponibbli bla ħlas għall-bażi ġuridika msemmija hawn fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Obbligazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Rata tal-Imgħax Statutorju għall-Inadempjenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2017