menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Suċċessjonijiet


Informazzjoni ġenerali

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kunsill (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi għandu l-għan li jiffaċilita l-ittrattar tas-suċċessjonijiet internazzjonali għaċ-ċittadini.

Ir-Regolament japplika fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit.

Ir-Regolament, li japplika għas-suċċessjoni ta' persuni li jmutu fis-17 ta’ Awwissu 2015 jew wara, se jiżgura li suċċessjoni partikulari tiġi trattata b'mod koerenti, skont liġi unika u minn awtorità waħda, filwaqt li tippermetti wkoll li ċ-ċittadini jagħżlu l-liġi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom sabiex tapplika għas-suċċessjoni tagħhom.

Ir-Regolament jintroduċi wkoll Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (European Certificate of Succession, ECS), li huwa dokument maħruġ mill-awtorità li tittratta s-suċċessjoni li jintuża mill-werrieta, mil-legatarji, mill-eżekuturi testamentarji u mill-amministraturi tal-patrimonju li jipprova l-istatus tagħhom u jeżerċita d-drittijiet jew is-setgħat tagħhom fi Stati Membri oħrajn, mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda proċedura speċjali.

Fid-9 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament ta' Implimentazzjoni li jistabbilixxi erba' formoli li għandhom jintużaw skont ir-Regolament tas-Suċċessjoni.

Dawn il-formoli jistgħu jintużaw mis-17 ta’ Awwissu 2015.

Il-Portal tal-e-Justice dalwaqt se jkun qed joffri l-possibilità li dawn il-formoli jimtlew onlajn.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 24/08/2017