Suċċessjonijiet

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Rumanija

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Fir-Rumanija, ir-rikorsi għar-rikonoxximent u dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà (exequatur) jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati (l-Artikoli 95(1) u 1098 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). L-appelli kontra d-deċiżjonijiet rigward ir-rikonoxximent u dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà (exequatur) jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-appell (curţi de apel) (l-Artikolu 96(2) tal-Liġi Nru 134/2010 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

It-tieni appell quddiem il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie) (l-Artikolu 97(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-indirizz tal-Qorti Superjuri huwa: Strada Batiștei No 25, Sector 2, Bucharest (postal code: 020934).

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Nutar pubbliku jew qorti.

Skont l-Artikolu I(6) tal-Liġi Nru 206/2016 li tissupplimenta l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar ċerti miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, u li temenda u tissupplimenta l-Liġi Nru 36/1995 dwar in-nutara pubbliċi u l-attività notarili:

“Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, skont il-Kapitolu VI tar-Regolament Nru 650/2012, jinħareġ b’talba ta’ kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament, min-nutar pubbliku li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat jew li fl-arkivji tiegħu jkun jinsab iċ-Ċertifikat. Jekk l-arkivju tan-nutar pubbliku li joħroġ iċ-ċertifikat tas-suċċessjoni skont il-liġi Rumena jkun jinżamm mill-Kamra tan-Nutara Pubbliċi, iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni għandu jinħareġ min-nutar pubbliku maħtur għal dan il-għan mill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Kamra.” [L-Artikolu 3(1) tal-Liġi Nru 206/2016].

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji tan-nutara pubbliċi jistgħu jinstabu fil-link pubblikata fis-sit web tal-Union Nazzjonali tan-Nutara Pubbliċi fir-Rumanija http://www.uniuneanotarilor.ro/?p=2.2.3&lang=ro.

Jekk il-werriet, il-firxa tal-patrimonju u/jew il-firxa tad-drittijiet u l-obbligi tas-suċċessjoni tal-werrieta jkunu ġew stabbiliti minn ordni tal-qorti, iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni għandu jinħareġ mill-qorti li tkun tat is-sentenza.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Il-kontestazzjonijiet ifformulati skont l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 650/2012 għandhom jiġu trattati mill-qorti li tkun ħarġet, irrettifikat, emendat jew irtirat iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jew li ssospendiet l-effetti taċ-Ċertifikat jew, fejn applikabbli, mill-qorti fid-distrett fejn ikun jinsab l-uffiċċju tan-nutar pubbliku ta’ attestazzjoni. Is-sentenza li tiddeċiedi dwar il-kontestazzjoni hija soġġetta biss għal appell. [L-Artikolu 5(1) tal-Liġi Nru 206/2016].

Ir-rikorsi relatati mar-rettifika, l-emenda u l-irtirar taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jaqgħu taħt il-kompetenza tal-emittent — in-nutar pubbliku jew il-qorti, skont il-każ (Art. I ^ 6, Art. 5(1) tal-Liġi Nru 206/2016).

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 16/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.