menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Smigħ ta' xhieda

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Informazzjoni ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali jfittex li jtejjeb, jissimplifika u jaċċellera l-kooperazzjoni bejn il-qrati fil-kumpilazzjoni ta' xhieda.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra tapplika l-Konvenzjoni dwar it-Teħid ta’ Provi Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali tal-1970.

Ir-Regolament jipprovdi għal żewġ modi ta' kumpilazzjoni ta' xhieda bejn Stati Membri: il-kumpilazzjoni ta' xhieda permezz tal-qorti rikjesta u l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti.

Il-Qorti Rikjedenti hija l-qorti li quddiemha il-proċedimenti jinbdew jew jiġu kontemplati. Il-Qorti Rikjesta hija l-qorti kompetenti ta' Stat Membru ieħor għall-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli biex iforni l-informazzjoni u jfittex soluzzjoi għal kull diffikultà li tista' tinqala' fir-rigward ta' talba.

Ir-Regolament jipprovdi għal 10 formoli.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Teħid ta’ Evidenza

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 24/08/2017