Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili) ipproduċa ġabra ta’ skedi informattivi li jipprovdu informazzjoni prattika dwar ir-regoli, il-proċeduri u l-faċilitajiet tekniċi għall-videoconferencing bejn il-qrati f’pajjiżi tal-UE differenti.


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNru 1206/2001, li jkopri l-kooperazzjoni bejn il-qrati f’pajjiżi differenti tal-UE dwar il-ġbir tal-provi f’każijiet ċivili u kummerċjali, jipprovdi qafas legali ġenerali għall-ġbir tal-provi f’pajjiż ieħor li mhux dak tal-qorti. Madankollu, kull pajjiż tal-UE għandu l-liġijiet proċedurali tiegħu stess f’dan il-qasam, għalhekk id-dettalji tal-proċess ivarjaw skont il-liġi tal-pajjiż li jirċievi talba għall-kooperazzjoni.

Sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji f’pajjiżi differenti tal-UE jsibuha aktar faċli biex jaħdmu flimkien u jagħmlu użu sħiħ mill-vidjokonferenzi għall-ġbir tal-provi f’pajjiż ieħor tal-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali (NĠE ċivili) ipproduċa sett ta’ skedi informattivi. Dawn jipprovdu informazzjoni prattika dwar ir-regoli, il-proċeduri u faċilitajiet tekniċi f’pajjiżi differenti tal-UE.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 21/02/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Belġju

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iva, l-kumpilazzjoni tal-provi tista' ssir b'dan iż-żewġ modi. Il-proċeduri ġew żviluppati ad hoc; il-leġiżlazzjoni Belġjana ma għandhiex dispożizzjonijiet dwar il-vidjokonferenza, iżda tippermettiha.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Kemm ix-xhieda u kemm l-esperti jistgħu jagħtu provi. Fil-prattika, il-provi jkunu ġa ttieħdu mill-partijiet skont l-Artikolu 17.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Trid tiġi applikata l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-qorti rikjedenti f'dan il-każ. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba ma tridx tikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi nazzjonali Belġjana (l-Artikolu 17(5)(c)).

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

L-eżami permezz ta' vidjokonferenza ma hemmx bżonn li jsir il-qorti.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Il-qorti rikjedenti tiddetermina skont ir-regoli tagħha stess jekk is-seduta għandhiex tiġi rekordjata u tagħmel l-arranġamenti neċessarji.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

a) bl-Olandiż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż biss (il-liġi Belġjana).

b) l-ebda rekwiżiti tal-lingwa.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Il-qorti rikjedenti tqabbad interpretu u tieħu ħsieb l-ispejjeż tal-interpretazzjoni. Normalment, l-interpretu jipprovdi s-servizzi tiegħu fil-qorti rikjedenti dakinhar tal-vidjokonferenza. Madankollu, ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-interpretu ma għandux ikun fiżikament preżenti max-xhud.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Dan jiġi determinat skont il-liġi nazzjonali tal-qorti rikjedenti.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż normalment jitħallsu mill-qorti rikjedenti.

Il-konnessjoni bit-telefown tinbeda mill-qorti rikjedenti. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar iridu jitħallsu wkoll mill-qorti rikjedenti. Il-korp ċentrali jindika dan il-fatt lill-qorti rikjedenti meta jikkonferma li rċieva t-talba.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-qorti barranija tinforma lix-xhieda bl-ittra ta' stedina, li tispeċifika n-natura volontarja tal-kooperazzjoni tagħha.

Il-korp ċentrali jitlob lill-qorti rikjedenti biex jibgħat l-ittra ta' stedina qabel tintbagħat il-Formola J. Din l-ittra trid turi b'mod ċar illi l-persuna ġiet infurmata li l-attendenza għas-seduta hija fuq bażi volontarja.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Permezz ta' dokumenti tal-identità.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Dan jiġi determinat skont il-liġi nazzjonali tal-istat rikjedenti.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Membru tal-persunal tal-korp ċentrali jassumi temporanjament ir-rwol ta' koordinatur sabiex jiġu miftiehma kwistjonijiet prattiċi bħad-data u l-ħin ta' seduta ta' prova u s-seduta propja.

Skrivan/amministratur ikun responsabbli biex jixgħel u jitfi s-sistema.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jiġu sottomessi lill-qorti rikjedenti mill-korp ċentrali qabel is-seduta.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Repubblika Ċeka

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Il-proċedura hija regolata kemm mill-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat) kif ukoll - primarjament - mill-Istruzzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja Nru 505/2001 li joħroġ regoli interni u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, reġjonali u supremi.

Skont l-Artikolu 10a tal-Istruzzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja Nru 505/2001, il-president tal-bord ta' mħallfin (imħallef uniku) jista' juża t-tagħmir tekniku għat-trażmissjoni bil-vidjow jew bl-awdjo ("vidjofown") sabiex jisma' lil xhud jew espert jekk dan ikun xieraq għall-fini ta' protezzjoni tad-drittijiet jew l-assigurazzjoni tas-sigurtà tal-persuni jew ikun meħtieġ minħabba s-sigurtà jew raġunijiet importanti oħra, u jekk ikun teknikament possibbli.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Skont l-Artikolu 11a tal-Istruzzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja Nru 505/2001, l-esperti u x-xhieda jistgħu jiġu mismugħa bil-vidjofown.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Il-vidjofown jista' jintuża biss għas-smigħ tax-xhieda u l-esperti.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Jekk il-president ta' bord ta' mħallfin (imħallef uniku) jaqbel illi jisma' xhud jew espert bil-vidjofown, il-post fejn għandhom imorru x-xhud jew espert għas-seduta jkun indikat fiċ-ċitazzjoni. Fi kliem ieħor, jista' jintuża bini ieħor li jkun adattat għal seduta ta' smigħ (pereżempju il-post fejn ikunu preżenti x-xhud u l-esperti, pereżempju sptar jew laboratorju).

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Tiġi rekordjata l-parti essenzjali mix-xhieda tax-xhud. Xi partijiet ikollhom jiġu rekordjati kelma b'kelma. Metodi alternattivi oħra huma li x-xhieda kollha tiġi rekordjata minn uffiċjal jew li jinkiseb rekording awdjo jew awdjo bil-vidjow jekk ikum hemm dispożizzjoni legali għal dan il-għan jew jekk il-president ta' bord ta' mħallfin (imħallef uniku) jiddeċiedi illi jistgħu jintużaw dawn il-metodi.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Jekk ix-xhud ma jifhimx bil-lingwa użata fis-seduta, għandu dritt għal interpretu skont l-Artikolu 37(4) tal-Att Kostituzzjonali Nru 2/1993 (il-Karta tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali). Skont l-Artikolu 18(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-qorti taħtar interpretu għal parti li ma jkollhiex il-lingwa Ċeka bħala lingwa materna malli dan il-bżonn ikun ċar mill-andament tal-proċedimenti.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, qorti trid tagħti lill-partijiet l-istess opportunitajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u taħtar interpretu għal kull parti li ma jkollhiex il-lingwa Ċeka bħala l-lingwa materna malli jkun jidher ċar waqt il-proċedimenti.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Meta tinnotifika persuna biċ-ċitazzjoni, il-qorti tipproċedi skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Sakemm xi liġi jew regolament speċjali ma jistipulax rekwiżiti oħra għaċ-ċitazzjoni, hija għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja: il-kawża li għaliha trid tidher il-persuna mħarrka, is-suġġett, il-post u fi xħin se tibda l-kawża, ir-raġunijiet għaċ-ċitazzjoni, l-istatus tal-persuna mħarrka fil-proċedimenti, l-obbligi tal-persuna mħarrka matul il-kawża u, fejn xieraq, id-dewmien mistenni ta' dik il-kawża. Ċitazzjoni tista' tiġi nnotifikata bil-miktub jew b'mod elettroniku u, f'każijiet urġenti, bit-telefown jew faks. Jekk is-seduta ta' smigħ ta' xhud jew espert se sseħħ bil-vidjofown u l-persuna li trid tinstema' trid tidher għas-seduta fid-distrett ta' qorti oħra, il-qorti tad-distrett fejn trid tidher il-persuna mħarrka għas-seduta tinnotifika ċ-ċitazzjoni u l-qorti rikjedenti ssaqsi lill-qorti l-oħra biex tikkoopera fit-twettiq ta' dan l-att (ittra ta' rikjesta). Skont l-Artikolu 115(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, iċ-ċitazzjoni trid tiġi notifikata lill-partijiet b'mod illi jkollhom biżżejjed ħin biex jippreparaw (normalment mill-inqas 10 ijiem qabel id-data tas-seduta) sakemm ma jkunx hemm seduta preliminari.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-użu tal-vidjokonferenzi jġib miegħu l-ispejjeż għat-trażmissjoni. It-trażmissjoni tal-informazzjoni għandha titħallas mill-qorti rikjedenti li bdiet il-vidjokonferenza.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Skont l-Artikolu 126(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kull persuna fiżika li mhux parti fil-proċedimenti trid tidher il-qorti meta tiġi msejħa u tagħti x-xhieda tagħha bħala xhud. Persuna tista' tirrifjuta li tagħti x-xhieda tagħha biss f'każ illi jekk tixhed tkun tesponi ruħha għar-riskju ta' prosekuzzjoni kriminali. Qabel ma tibda s-seduta, ix-xhieda jiġu infurmati dejjem bl-importanza tat-testimonjanza tagħhom, bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom u bil-konsegwenzi kriminali f'każ ta' xhieda falza.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Fil-bidu tas-seduta, il-qorti hija mitluba skont l-Artikolu 126(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tivverifika l-identità tax-xhud. Dan isir normalment billi jintalbu l-karta tal-identità jew il-passaport tax-xhud.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikolu 104(1) tal-Att Nru 91/2012 dwar id-dritt internazzjonali privat, ix-xhieda, l-esperti u l-partijiet jistgħu - jekk hekk titlob awtorità f'pajjiż ieħor - jinstemgħu bil-ġurament. Għax-xhieda u l-partijiet fil-proċedimenti, il-ġurament jgħid hekk: "Naħlef fuq l-unur tiegħi illi nwieġeb għal kull mistoqsija li ssirli mill-qorti bis-sħiħ, ngħid il-verità u ma nżommx informazzjoni għalija". Għall-esperti, il-ġurament jgħid hekk: "Naħlef fuq l-unur tiegħi illi l-opinjoni li jiena nagħti tkun skont l-aħjar għarfien u twemmin tiegħi". Jekk ikun hemm ġurament sussegwenti, it-test tal-ġurament jiġi modifikat kif xieraq.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Fit-tħejjija għal vidjokonferenza jiġu miftiehma arranġamenti speċifiċi li jkunu bbażati fuq il-bżonnijiet tal-qrati rikjesti u rikjedenti.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Fit-tħejjija għal vidjokonferenza jiġu miftiehma arranġamenti speċifiċi li jkunu bbażati fuq il-bżonnijiet tal-qrati rikjesti u rikjedenti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/02/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Ġermanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Il-kumpilazzjoni tal-provi bil-vidjokonferenza hija permessa fil-proċedimenti ċivili fil-Ġermanja skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 128a(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (ZPO - Zivilprozessordnung) bil-ftehim tal-partijiet. L-eżami jrid jiġi trażmess b'mod simultanju bil-vidjo u l-awdjo lejn il-post fejn qiegħed ix-xhud jew l-espert matul l-eżami u fl-awla tal-qorti. Meta l-partijiet, ir-rappreżentanti legali jew il-konsulenti jkunu ġew awtorizzati jkunu f'post ieħor, l-eżami jrid jiġi trażmess simultanjament bil-vidjo u l-awdjo fejn ikunu qegħdin. Għall-eżamijiet bil-vidjo minn qorti Ġermaniża abbażi tar-rikjesta minn barra skont ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 (assistenza ġudizzjarja "attiva"), l-Artikolu 128a taz-ZPO jista' jkun jiġi applikat b'ċerti modifiki, għaliex il-qorti li qed tikkumpila l-provi mhix l-istess qorti li qed tisma' l-kawża, li hija interessata fl-impressjoni mogħtija direttament. Meta l-qorti rikjedenti titlob illi tiġbor il-provi direttament skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (assistenza ġudizzarja "passiva"), fil-prinċipju it-talbiet kollha għall-kumpilazzjoni diretta tal-provi bl-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom jintlaqgħu, u hija possibbli wkoll il-kumpilazzjoni tal-provi lil hinn mill-Artikolu 128a taz-ZPO. Ir-rikjesti jistgħu jiġu rifjutati biss għar-raġunijiet imniżżla fl-Artikolu 17(5). Madankollu, il-korp ċentrali jista' jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-kumpilazzjoni diretta tal-provi skont il-liġi Ġermaniża.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ix-xhieda, l-esperti u l-partijiet jistgħu jiġu eżaminati bil-vidjokonferenza (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 128a(2) ZPO).

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Skont il-liġi proċedurali Ġermaniża, il-provi jistgħu jiġu miġbura bl-eżaminazzjoni tax-xhieda, esperti u partijiet bit-teknoloġija tal-vidjokonferenza (l-Artikolu 128a(2) taz-ZPO). Il-kumpilazzjoni ta' provi oħra (dokumenti u spezzjoni viżwali) bil-vidjokonferenza mhix permessa b'mod speċifiku.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Il-liġi ma tispeċifikax fejn trid tkun il-persuna li se tiġi eżaminata. Madankollu, skont il-liġi proċedurali tal-Ġermanja l-post minn fejn issir it-trażmissjoni lejn l-awla tal-qorti jrid ikun fil-Ġermanja.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 128a(3) ZPO ma tipprevedix l-irrekordjar tas-seduti bil-vidjokonferenza. Madanakollu, jista' jsir rekording tal-provi miġbura bl-assistenza ġudizzjarja bil-kumpilazzjoni tal-provi diretta skont l-Artikolu 17 tar-Regolament.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

a) Għal talbiet skont l-Artikoli 10 u 12 is-seduta trid issir bil-Ġermaniż. Fejn il-proċedimenti jinvolvu nies li ma jifhmux bil-Ġermaniż, jeħtieġ interpretu. Is-servizzi ta' interpretu ma jinħtiġux meta l-persuni kollha involuti jkollhom ħakma tajba tal-lingwa barranija konċernata.

b) F'każ ta' assistenza ġudizzjarja bil-kumpilazzjoni diretta tal-provi, il-qorti rikjedenti tagħżel il-lingwa tal-eżaminazzjoni. Madankollu, l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 17(4) tista' tintuża mill-korp ċentrali biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kumpilazzjoni diretta tal-provi bħal-lingwa tas-seduta jew tal-eżaminazzjoni.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

F'każ ta' assistenza ġudizzjarja "attiva", il-qorti Ġermaniża li tkun qed tagħti l-assistenza hija responsabbli mit-tmexxija tal-proċedimenti u l-kumpilazzjoni tal-provi. Jinħtieġ interpretu għall-kumpilazzjoni tal-provi mill-qrati Ġermaniżi anke meta persuna waħda biss minn dawk involuti ma tkunx tifhem bil-Ġermaniż. Il-fatt jekk dik il-persuna għandhiex l-għarfien rikjest fil-Ġermaniż irid jiġi vverifikat mill-qorti irrispettivament mill-partijiet. Il-qorti hija ħielsa li tagħżel l-interpretu. Fil-każ ta' kumpilazzjoni tal-provi "passiva" skont l-Artikolu 17, il-bżonn ta' interpreti u liema interpreti għandhom jintgħażlu hija deċiżjoni tal-qorti rikjedenti. Skont l-Artikolu 17(4) il-korp ċentrali jista' jagħti l-awtorizzazzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet: tista' pereżempju teħtieġ l-użu ta' interpreti. Bħala parti minn dawk il-kundizzjonijiet, il-korp ċentrali jista' jordna wkoll illi l-provi jiġu kkumpilati l-Ġermanja.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Fil-każ ta' assistenza ġudizzjarja attiva, ix-xhieda u l-esperti jiġu msejħa b'mod informali mill-uffiċċju amministrattiv tal-qorti rikjedenti sakemm il-qorti rikjesta ma tiddeċidix illi għandha ssir notifika formali. Fejn il-qorti tordna illi l-eżami għandu jsir bil-vidjokonferenza, il-persuni b'testimonjanza li se tiġi trażmessa jridu jiġu mħarrka biex jidhru fil-post minn fejn tkun ser issir it-trażmissjoni. It-taħrika trid tispeċifika l-partijiet, is-suġġett tal-eżaminazzjoni, id-data tal-eżami u l-konsegwenzi f'każ li ma jidhrux. It-taħrika trid tinkludi d-dettalji preċiżi tal-post u l-ħin għall-eżaminazzjoni. Mhux stabbilit perjodu speċifiku ta' avviż bil-quddiem.

Meta l-provi jridu jinġabru direttament mill-qorti rikjedenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, il-persuna li tkun se tiġi eżaminata trid tiġi infurmata dwar il-ħin u l-post fejn ikun se jsir l-eżami mill-qorti rikjedenti. Il-post u l-ħin ġeneralment jiddependu mis-sitwazzjoni fil-qrati Ġermaniżi (fejn tinsab is-sistema u meta tista' tiġi użata). Il-post u l-ħin tal-eżaminazzjoni għalhekk huma marbuta mill-qrib mal-awtorizzazzjoni mill-korp ċentrali. Fil-prinċipju ma hemmx skadenza fissa; madankollu wieħed għandu jżomm f'moħħu illi l-konsenji internazzjonali bil-posta jdumu aktar.

Ma hemmx dispożizzjoni għal proċedura speċjali marbuta mal-ippjanar tal-vidjokonferenza nnifisha. Fil-prattika, il-korp ċentrali ta' spiss jinnomina persuna ta' kuntatt fil-qorti fejn se ssir il-vidjokonferenza. Din il-persuna tkun tista' mbagħad twieġeb għal domandi prattiċi.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-użu tat-teknoloġija ta' vidjokonferenza jfisser spejjeż għax-xiri, manteniment u operat tal-faċilitajiet. Dawn l-ispejjeż ma jistgħux jitħallsu minn dawk involuti fil-proċedimenti ċivili. Hemm ukoll l-ispejjeż tat-tariffi tat-telekomunikazzjonijiet. Il-qorti rikjedenti tista' titlob ir-rimborż tat-tariffi ta' telekomunikazzjoni skont l-Artikolu 10(4) flimkien mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament dwar l-Assistenza Ġudizzjarja fil-Kawżi Ċivili (ZRHO- Rechtshilfeordnung für Zivilsachen) il-qorti rikjedenti trid tinforma lill-persuna li se tiġi eżaminata illi din issir fuq bażi volontarja.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tal-persuna li tkun se tiġi eżaminata, il-qorti għandha l-obbligu tivverifikaha f'kull stadju tal-proċedimenti.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Meta qorti Ġermaniża trid tiġbor il-provi għall-qorti rikjedenti bil-vidjokonferenza u għalhekk anke l-għoti tal-ġurament, dawn isiru skont ir-regoli proċedurali tal-qorti rikjedenti. Minħabba li l-kooperazzjoni tal-persuna li qed tagħti informazzjoni fil-kumpilazzjoni diretta tal-provi u għalhekk il-kooperazzjoni tagħha fl-għoti ta' ġurament hija volontarja (u għalhekk il-persuna trid tiġi avżata formalment), mhux possibbli għall-Istat rikjest li jistabbilixxi aktar rekwiżiti għall-għoti tal-ġurament. Madankollu, il-korp ċentrali għandu f'kull każ jara li jkun hemm konformità mal-projbizzjoni mill-għoti tat-testimonjanza jew mill-eżaminazzjoni li l-persuna li trid tagħti informazzjoni ma għandhiex dritt tirrinunzja għaliha (skont il-liġi Ġermaniża). Eżempji ta' dan huma l-projbizzjonijiet mill-eżaminazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil Ġermaniżi mingħajr il-kunsens minn qabel tal-awtorità fejn jaħdmu, jew l-eżaminazzjoni tat-tobba mingħajr ma jkunu ħielsa mill-obbligu tal-kunfidenzjalità tagħhom.

Il-kwistjoni dwar jekk hux possibbli jittieħed il-ġurament u liema informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti rikjedenti tiġi deċiża mill-korp ċentrali rilevanti. Fid-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni, il-korp ċentrali jrid jassigura illi kull projbizzjoni fuq l-għoti ta' testimonjanza imposta fuq il-persuna li trid tagħti informazzjoni ma tiġix evitata. Għal dik ir-raġuni, il-korp ċentrali jista' pereżempju jivverifika ċ-ċirkostanzi li fihom il-persuna li qed tagħti l-informazzjoni allegatament kisbet din l-informazzjoni. Il-liġi Ġermaniża pereżempju tissoġġetta t-testimonjanza tal-impjegati fiċ-ċivil Ġermaniżi għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità fejn jaħdmu.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Is-sistema ġudizzjarja hija organizzata federalment u hija r-responsabbiltà tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Land rilevanti. Dan ifisser illi ma hemmx regoli standard fuq din il-kwistjoni fuq livell nazzjonali u l-proċedura ta' kumpilazzjoni tal-provi titmexxa u tiġi implimentata mill-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-Land rilevanti. Għalhekk il-proċeduri jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn il-Lander. Fil-prattika, ir-regoli proċedurali jitfasslu mill-Qorti Reġjonali Superjuri li l-qorti rikjedenti tinsab taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

It-talbiet għall-kumpilazzjoni tal-provi ġejjin minn barra u l-komunikazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 jridu jsiru bil-Ġermaniż jew ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni għall-Ġermaniż (Artikolu 1075 ZPO).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/06/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Estonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iva, il-provi jistgħu jinġabru bil-vidjokonferenza. L-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali jipprovdi għad-dritt li jintalab l-użu tal-vidjokonferenza. Il-vidjokonferenza tista' tintuża wkoll fil-kumpilazzjoni tal-provi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament; il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti jridu jħeġġu l-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, bħal vidjokonferenzi u telekonferenzi. Il-qrati fl-Estonja għandhom il-faċilitajiet meħtieġa għall-vidjokonferenzi. Skont l-Artikolu 15(6) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (disponibbli onlajn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk), id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi japplikaw għall-għajnuna fil-kumpilazzjoni tal-provi fl-Estonja abbażi tat-talbiet mill-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea sa fejn mhux provdut mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali. Skont l-Artikolu 15(5) tal-Kodiċi, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi jew minn ftehim internazzjonali, qorti Estonjana tipprovdi għajnuna proċedurali fit-twettiq ta' att proċedurali fuq talba minn qorti barranija jekk, skont il-liġi Estonjana, l-att proċedurali mitlub jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti Estonjana u mhux projbita mil-liġi. L-att proċedurali jista' jitwettaq ukoll skont il-liġi ta' stat barrani jekk huwa meħtieġ għat-tmexxija tal-proċedimenti fi stat barrani u mingħajr preġudizzju għall-interessi tal-parteċipanti fil-proċedimenti. Is-sessjonijiet tal-qorti li jsiru permezz ta' konferenza proċedurali huma regolati mill-Artikolu 350 tal-Kodiċi. Ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi dwar it-twettiq ta' vidjokonferenza skont ir-Regolament Nru 1206/2001, inkluża konferenza proċedurali mwettqa direttament mill-qorti rikjedenti ta' Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 17 tar-Regolament.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Skont l-Artikolu 350(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, parteċipant f'sessjoni l-qorti f'forma ta' konferenza proċedurali għandu ċ-ċans iwettaq l-atti proċedurali f'ħin reali, jiġifieri jista' jagħmel dikjarazzjoni ġuramentata jew dikjarazzjoni mingħajr il-ġurament waqt proċediment b'rikors; skont l-Artikolu 350(2), xhud jew espert jistgħu jinstemgħu wkoll permezz ta' konferenza proċedurali.

Għalhekk, parteċipant fi proċediment jista' jagħmel dikjarazzjoni ġuramentata jew, fi proċediment b'rikors, dikjarazzjoni mingħajr ġurament b'konferenza proċedurali, u x-xhud jew l-espert jistgħu jinstemgħu permezz ta' konferenza proċedurali.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Skont l-Artikolu 350(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, qorti tista' torganizza sessjoni fil-forma ta' konferenza proċedurali sabiex il-parteċipant fil-proċediment jew ir-rappreżentant jew konsulent tiegħu jkollu ċ-ċans ikun f'post ieħor dakinhar tas-seduta l-qorti u jwettaq l-atti proċedurali f'ħin reali hemmhekk.

Għalhekk, il-qorti tista' torganizza konferenza proċedurali b'mod illi dik il-persuna ma jkollhiex għalfejn tkun preżenti l-qorti għall-eżami.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Iva, s-seduti tal-qorti jistgħu jiġu rekordjati. Ir-rekordings għandhom isiru skont il-proċedura prevista mill-Artikolu 52 jew 42 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. It-teknoloġija għas-sessjonijet mill-bogħod użata fil-qrati tippermetti r-rekordjar tas-seduti skont l-Artikolu 52 tal-Kodiċi; madankollu, il-mezzi meħtieġa għall-ħażna, l-ipproċessar u l-arkivjar ta' dawn ir-rekordings għadhom ma ġewx introdotti fil-qrati. Għalhekk fil-prattika s-seduti mill-bogħod ma jiġux irrekordjati.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikolu 32(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-lingwa tal-proċedimenti ġudizzjarji u l-proċedura tal-qorti hija l-Estonjan. Skont l-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-minuti tas-seduti tal-qorti u l-atti proċedurali l-oħra jiġu ppreparati bl-Estonjan. Qorti tista' tirrekordja kull testimonjanza jew dikjarazzjoni mogħtija waqt seduta l-qorti b'lingwa barranija fil-minuti fil-lingwa li fiha tkun ingħatat flimkien mat-traduzzjoni tagħha bl-Estonjan jekk ikun meħtieġ għal preżentazzjoni akkurata tat-testimonjanza jew dikjarazzjoni. Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tal-Estonja ma għandux dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-reġim tal-lingwa għat-testimonjanzi jew dikjarazzjonijiet fuq talba ta' qorti minn Stat Membru ieħor skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali, inkluż ir-reġim tal-lingwa għall-kumpilazzjoni tal-provi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Skont l-Artikolu 34(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, jekk parteċipant fi proċediment ma jkunx jifhem bl-Estonjan u jekk ma jkollux rappreżentant waqt il-proċediment, il-qorti tqabbad, fejn ikun possibbli, interpretu jew traduttur fuq talba tal-parteċipant jew ex officio. Interpretu jew traduttur mhux meħtieġ jekk id-dikjarazzjonijiet tal-parteċipant fil-proċedimenti jinftiehmu mill-qorti u mill-parteċipanti l-oħra. Jekk il-qorti ma tkunx tista' tqabbad interpretu jew traduttur mill-ewwel, il-qorti tagħti deċiżjoni fejn il-parteċipant fil-proċediment li jkollu bżonn l-għajnuna ta' interpretu jew traduttur ikollu jsib interpretu, traduttur jew rappreżentant li jaf bl-Estonjan għalih innifsu f'perjodu ta' żmien li tistabbilixxi l-qorti (l-Artikolu 34(2) tal-Kodiċi). Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tal-Estonja ma għandux dispożizzjonijiet speċifiċi dwar fejn ikun l-interpretu jew traduttur għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tal-provi skont ir-Regolament.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Skont l-Artikolu 343(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, sabiex tinnotifika l-ħin u l-post fejn tkun se ssir is-seduta tal-qorti, il-qorti tinnotifika lill-parteċipanti fil-proċedimenti u lill-persuni l-oħra mistiedna għas-seduta tal-qorti. Skont l-Artikolu 343(2) tal-Kodiċi, l-intervall bejn id-data ta' notifika u d-data tas-seduta tal-qorti għandu jkun mill-inqas ta' għaxart ijiem. L-intervall jista' jkun iqsar jekk il-parteċipanti jaqblu dwaru.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż involuti għall-kumpilazzjoni tal-provi skont ir-Regolament Nru 1206/2001 huma speċifikati fl-Artikolu 18 tar-Regolament. Skont l-Artikolu 15(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-qorti rikjedenti ma tkoprix l-ispejjeż tal-att proċedurali. Il-qorti li twettaq l-att proċedurali tinforma lill-qorti rikjedenti bl-ispejjeż, u dawn jitqiesu bħala spejjeż marbuta mal-kwistjoni li qed tinstema'. Bħala spejjeż meqjusa essenzjali għall-proċediment, l-ispejjeż għall-kumpilazzjoni tal-provi jridu jitħallsu skont l-Artikolu 148(1) tal-Kodiċi, li jgħid illi sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor, l-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti jitħallsu bil-quddiem, sa fejn jiġi ordnat mill-qorti, mill-parteċipant fil-proċedimenti li ppreżenta r-rikors li l-ispejjeż huma marbuta miegħu. Jekk iż-żewġ partijiet ikunu daħħlu rikors jew jekk xhud jew espert jiġu msejħa jew spezzjoni ssir ex officio mill-qorti, l-ispejjeż jinqasmu bejn il-partijiet b'mod indaqs. Peress illi l-qrati għandhom faċilitajiet għall-vidjokonferenzi, ma għandux ikun hemm spejjeż għall-użu tagħhom.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

L-Artikolu 17(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jipprevedi illi l-persuni jiġu infurmati illi l-eżami direttament mill-qorti rikjedenti huwa volontarju.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Skont l-Artikolu 347(2)(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, fil-bidu ta' seduta tal-qorti, il-qorti tivverifika liema mill-persuni msejħa huma preżenti għas-seduta u l-identitajiet tagħhom. Il-Kodiċi ma jipprovdix proċedura speċifika għall-verifika tal-identità waqt seduta tal-qorti. Il-qorti trid tivverifika l-identità tal-persuni msejħa. Għal dan il-għan, hija tivverifika, pereżempju, dokument ta' identifikazzjoni b'ritratt ta' dik il-persuna.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikolu 269(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, parteċipant fil-proċedimenti jrid jieħu l-ġurament li ġej qabel jagħti x-xhieda tiegħu:

"Jien (isem) naħlef fuq l-unur u l-kuxjenza tiegħi illi ngħid il-verità kollha dwar il-fatt mingħajr ma naħbi, inżid jew inbiddel xi ħaġa". Il-parteċipant jieħu l-ġurament oralment u jiffirma t-test tal-ġurament.

Skont l-Artikolu 36(1) tal-Kodiċi, persuna li ma tifhimx bl-Estonjan trid tieħu l-ġurament b'lingwa li tifhem; skont l-Artikolu 36(2), il-firma ssir fuq it-test bl-Estonjan tal-ġurament, li jiġi tradott direttament lilha qabel ma tiffirmah.

It-tieni sentenza tal-Artikolu 262(1) tal-Kodiċi jistipula illi qabel ma jagħti x-xhieda tiegħu, il-qorti trid tispjega lix-xhud l-obbligu tiegħu li jgħid il-verità kif ukoll il-kontenut tal-Artikoli 256-259 tal-Kodiċi. Skont l-Artikolu 303(5) tal-Kodiċi, id-dispożizzjonijiet dwar is-smigħ tax-xhieda japplika wkoll għall-esperti. Espert li mhuwiex espert forensiku jew espert uffiċjalment ċertifikat jiġi mwissi, qabel ma jippreżenta l-opinjoni esperta tiegħu, illi ma jistax jipprovdi intenzjonalment opinjoni esperta inkorretta, u l-espert jiffirma dan billi jiffirma l-minuti tal-qorti jew it-test tat-twissija. It-twissija ffirmata tiġi ppreżentata lill-qorti flimkien mal-opinjoni tal-espert.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Skont l-Artikolu 350(3) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, matul seduta l-qorti organizzata fil-forma ta' konferenza proċedurali, id-dritt ta' kull parteċipant li jippreżenta rikorsi u talbiet u biex ifassal pożizzjoni dwar it-talbiet u r-rikorsi tal-parteċipanti l-oħra tal-proċedimenti jrid jiġi garantit u l-kundizzjonijiet l-oħra tas-seduta tal-qorti ssodisfati b'mod teknikament sigur matul it-trażmissjoni f'ħin reali lill-qorti tal-awdjo u l-vidjo mill-parteċipant fil-proċediment li ma jkunx preżenti fil-bini tal-qorti u viċe versa.

Kull qorti għandha ħaddiem miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi ta' Informazzjoni li jaħdem bħala speċjalist intern‑ tal-IT, li jassigura illi l-faċilitajiet tal-vidjokonferenza jkunu qed jaħdmu u jsolvi kull problema teknika.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

L-informazzjoni rikjesta tkun fil-formola ta' applikazzjoni. Kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa tiddependi miċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull kawża.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/07/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Irlanda

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar permezz ta’ vidjokonferenza fil-qrati tal-Irlanda jew bil-parteċipazzjoni ta’ qorti fi Stat Membru ieħor jew direttament f’qorti ta’ dak l-Istat Membru. Il-proċeduri jinkludu l-High Court Practice Direction (Gwida dwar il-Prattika tal-Qorti Superjuri) “HC45 - Use of video conferencing link for taking evidence in civil cases” (L-użu ta’ kollegament b’vidjokonferenza għall-ġbir ta’ evidenza f’kawżi ċivili).

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemm l-ebda restrizzjoni tat-tip issuġġerit dwar it-tip ta’ persuna li tista’ tiġi eżaminata.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Le, ma hemm l-ebda restrizzjoni dwar it-tip ta’ evidenza li tista’ tinkiseb.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Ma hemm l-ebda restrizzjoni, soġġett għall-kunsens tal-imħallef.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Fl-Irlanda hemm faċilità għar-reġistrazzjoni ta’ seduti ta’ smigħ b’vidjokonferenza. L-aċċess għal tali reġistrazzjoni għandu jiġi ordnat mill-qorti.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Is-seduta ta’ smigħ għandha ssir bl-Ingliż jew bl-Irlandiż jekk issir fl-Irlanda. Madankollu, fil-każ li s-seduta ta’ smigħ issir barra mill-Irlanda ma hemm l-ebda restrizzjoni dwar il-lingwa.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Jekk il-qorti tkun fl-Irlanda l-interpretu jiġi pprovdut mill-awtoritajiet tal-qorti fl-Irlanda jekk il-kwistjoni tkun relatata ma’ materja tal-Liġi tal-Familja jew waħda kriminali. F’materji ċivili hija r-responsabbiltà tal-partijiet li jqabbdu interpretu.

Jekk il-qorti rikjedenti ma tifhimx l-Ingliż jew l-Irlandiż hija r-responsabbiltà ta’ dik il-qorti li tipprovdi l-interpretazzjoni tagħha.

Ma hemm l-ebda restrizzjoni dwar fejn għandu jkun jinsab l-interpretu.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

L-arranġamenti kollha jiġu miftiehma bejn iż-żewġ qrati. Huwa rakkomandat li l-link tiġi ttestjata qabel is-seduta ta’ smigħ sabiex jiġi żgurat li taħdem sew.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż ivarjaw u jiddependu fuq għadd ta’ ċirkostanzi fosthom il-post tal-vidjokonferenza (jiġifieri jekk issirx f’qorti jew f’bini ieħor); il-ħin tas-seduta (jiġifieri jekk issir barra mill-ħinijiet normali tal-qorti l-persunal ikun meħtieġ idum aktar); jekk hemmx bżonn ta’ xi proċeduri speċjali; u jekk jinqalgħux xi spejjeż minħabba l-użu tat-tagħmir. Il-qorti rikjesta għandha tgħarraf lill-qorti rikjedenti dwar l-ispejjeż involuti. Il-ħlas għandu jsir f’Euro.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Hija r-responsabbiltà tal-qorti rikjedenti li tgħarraf lix-xhieda.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Huwa d-dmir tal-qorti li tivverifika l-identità tal-persuna li qed tiġi eżaminata.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Il-ġurament għandu jittieħed skont il-proċeduri normali għall-qrati fl-Irlanda.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Din hija kwistjoni li trid tiġi miftiehma bejn iż-żewġ qrati.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Xejn ħlief jekk ikun hemm xi talbiet speċjali (eż. lingwa tas-sinjali, aċċess għal siġġu tar-roti, rekwiżiti reliġjużi speċjali għall-ġurament, eċċ.).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 09/09/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Greċja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iva, imma (għalissa) fil-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Ateni biss.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemm l-ebda restrizzjoni. Il-parteċipanti kollha fil-proċedimenti jistgħu jiġu eżaminati b'vidjokonferenza.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-eżami orali ta' xhieda, partijiet, esperti, eċċ.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

L-eżami jista' jsir fi kmamar apposta f'qorti jew awtorità konsulari Griega barra l-pajjiż.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Seduti b'vidjokonferenza jistgħu jiġu rrekordjati, u r-reġistratur tal-qorti jew is-segretarju tal-awtorità konsulari Griega barra l-pajjiż jistgħu jżommu l-minuti.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Is-seduta trid issir bil-Grieg; jekk ikun hemm bżonn, jista' jkun hemm interpretu preżenti.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Jekk parti fil-proċedimenti titlob lill-qorti teżamina xhud, parti jew perit li jkun se jixhed b'vidjokonferenza imma li ma jkunx jitkellem bil-Grieg, dik l-istess parti tkun responsabbli biex issib l-interpreti u biex tħallashom. L-interpreti jridu jkunu fl-istess kamra fejn ikun hemm l-imħallef li jmexxi l-vidjokonferenza jew fejn ikun hemm is-segretarju tal-aworità konsulari Griega barra l-pajjiż.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Skont l-Artikolu 3 tad-Digriet Presidenzjali 142/2013: "Il-Qorti għandha tiddeċiedi ex officio jew wara talba ta' parti jekk għandhiex issir vidjokonferenza għal kawża speċifika. Hija s-setgħa tal-qorti li tiddeċiedi tilqax talba ta' dan it-tip jew le, wara li tiddetermina jekk l-użu ta' din it-teknoloġija hux neċessarju għall-kondotta effikaċi tal-proċedimenti. Wara li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi ta' kull kawża, il-qorti tista' tapprova t-talba għal vidjokonferenza filwaqt li titlob garanziji addizzjonali għall-kondotta xierqa tal-proċedimenti. (a) Wara talba minn parti: Il-parti kkonċernata trid tippreżenta talba għal seduta b'vidjokonferenza mar-reġistratur tal-qorti fejn tkun qed tinstema' l-kawża (l-Artikolu 270(7) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) jew għal eżami b'vidjokonferenza jew għal testimonjanza li trid tingħata b'vidjokonferenza (l-Artikolu 270(8) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). It-talba għandha tindika l-qorti jew l-awtorità konsulari tal-post imbiegħed, isem il-persuni li se jieħdu sehem fil-vidjokonferenza, l-indirizz tagħhom (inklużi l-indirizzi elettroniċi) u n-numru tat-telefown u tal-faks fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, il-pass proċedurali li l-vidjokonferenza qed tintalab għalih, id-dewmien ippjanat, u kull tagħmir speċjali meħtieġ. Hija għandha tinkludi wkoll kull kundizzjoni speċjali stabbilita mill-partijiet għall-kondotta tal-vidjokonferenza. It-talba tista' ssir fi kwalunkwe ħin u fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, bil-kundizzjoni li jekk tintlaqa' din ma taqbiżx il-limiti taż-żmien għall-pass proċedurali stabbilit fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. It-talba u d-dokumenti ta' prova relatati kollha jistgħu jintbagħtu wkoll elettronikament b'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli. Il-komunikazzjoni relatata mal-ippjanar u l-kondotta tal-vidjokonferenza huma r-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-qorti u tal-post imbiegħed, u jsiru bi kwalunkwe mezz xieraq, bħat-telefown, il-posta elettronika jew il-faks. It-talba għandha tkun approvata jew miċħuda b'deċiżjoni tal-qorti. Id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata mir-reġistratur lill-parti rikjedenti bi kwalunkwe mezz xieraq. Jekk it-talba tintlaqa', il-parti rikjedenti għandha tinforma lill-partijiet l-oħrajn li l-pass proċedurali jkun se jseħħ b'vidjokonferenza. (b) Mill-Qorti ex officio: Id-deċiżjoni biex issir vidjokonferenza tista' tittieħed mill-qorti li tkun qed tisma' l-kawża u tiġi kkomunikata lill-partijiet ex officio".

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Jekk parti fil-proċedimenti titlob lill-qorti teżamina xhud, parti jew perit li jkun se jixhed b'vidjokonferenza imma li ma jkunx jitkellem bil-Grieg, dik l-istess parti tkun responsabbli biex issib l-interpreti u biex tħallashom. Il-parti tħallas lill-interpretu direttament.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-persuna tkun informata mill-qorti.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

L-imħallef li jmexxi l-proċedimenti jrid jivverifika l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata. Biex persuna li tidher fil-kamra mbiegħda tiġi identifikata, l-imħallef jiġi assistit mir-reġistratur jew mis-segretarju tal-post imbiegħed, jew minn persuna oħra hemmhekk li tkun ġiet awtorizzata mill-konslu.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Ix-xhud, perit eċċ eżaminat jintalab mill-imħallef li jmexxi l-proċedimenti jekk ikunx jippreferi jaħlef ġurament reliġjuż jew ċivili. L-istess japplika għall-interpreti qabel ma jibdew jaqdu dmirijiethom.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

L-uffiċjali tal-qorti responsabbli jridu jkunu preżenti qabel il-vidjokonferenza u waqtha.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Xejn.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/09/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Spanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Jistgħu jinkisbu b'żewġ modi.

Regoli u regolamenti:

l-Artikolu 177 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil (LEC) skont il-Liġi 29/2015 tat-30 ta’ April 2015 dwar il-kooperazzjoni internazzjonali legali f’materji ċivili;

l-Artikolu 229 tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura (Ley Orgánica del Poder Judicial) (LOPJ) f’dak li jikkonċerna l-vidjokonferenzi; L-Artikolu 229(3) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura jippermetti li jittieħdu dikjarazzjonijiet, li jsiru mistoqsijiet, li ssir il-kumpilazzjoni tal-provi, mistoqsijiet lix-xhieda, eżamijiet, rapporti, ratifika tal-opinjonijiet esperti u proċedimenti permezz tal-vidjokonferenza, fil-preżenza ta’ mħallef jew fil-qorti, u fil-preżenza jew bl-involviment ta’, fejn ikunu meħtieġa, il-partijiet. Huwa jassigura li f’kull każ ikun possibbli għal kull parti biex tistaqsi dwar u tikkonfronta l-provi tal-parti l-oħra u tissalvagwardja d-dritt ta’ difiża. Dawn huma proċedimenti pubbliċi, minbarra l-każijiet eċċezzjonali.

-il-Kapitolu II tat-Titolu IV tal-Ftehim tal-15 ta’ Settembru 2005 tas-Sessjoni Plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Pleno del Consejo General del Poder Judicial) li approvat ir-Regolament 1/2005 dwar l-aspetti anċillari tal-proċedimenti ġudizzjarji (l-Artikoli 74 sa 80).

Il-każijiet fejn Spanja teħtieġ il-kooperazzjoni ta’ awtorità barranija

F'dawn il-każijiet, il-Liġi Nru 29/2015 hija sussidjarja skont il-prinċipju tas-supremazija tal-liġi tal-UE, li tagħti prijorità f'dan il-qasam lill-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea u lit-trattati u ftehimiet internazzjonali li Spanja hija parti tagħhom. Fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili, l-awtoritajiet Spanjoli jistgħu jikkooperaw ma' awtoritajiet barranin. Għalkemm ir-reċiproċità mhix rikjesta, il-Gvern jista', b'Digriet Irjali, jistipula illi l-awtoritajiet ma jistgħux jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' stat barrani jekk ikun hemm rifjut ripetut għall-kooperazzjoni jew projbizzjoni legali dwar il-kooperazzjoni mill-awtoritajiet ta' dak l-Istat.

Jekk l-awtoritajiet Spanjoli jkunu jistgħu jistabbilixxu komunikazzjoni ġudizzjarja diretta:

Il-liġijiet fis-seħħ f’kull Stat dejjem jiġu rispettati. Il-komunikazzjonijiet ġudizzjarji diretti huma dawk li jsiru bejn il-qrati nazzjonali u l-qrati barranin mingħajr ebda intermedjarju. Dawn il-komunikazzjonijiet la jaffetwaw u lanqas ma huma ta' preġudizzju għall-indipendenza tal-qrati involuti jew tad-drittijiet ta' difiża tal-partijiet.

Il-qrati Spanjoli jirrifjutaw talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili jekk:

a) l-oġġett jew l-għan tal-kooperazzjoni mitluba jmur kontra l-ordni pubblika;

b) il-proċess li ta bidu għat-talba għal kooperazzjoni jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-qorti Spanjola;

c) il-kontenut tal-att previst ma jaqax taħt il-poteri tal-qorti Spanjola rikjesta. Fejn xieraq, hija tista' tibgħat it-talba lill-awtorità kompetenti u tinforma lill-awtorità rikjedenti biha;

d) it-talba għall-kooperazzjoni internazzjonali ma tissodisfax il-kontenut u r-rekwiżiti minimi meħtieġa mil-Liġi Nru 29/2015 sabiex tiġi proċessata;

e) meta l-Gvern b'Digriet Irjali jistipula illi l-awtoritajiet Spanjoli ma jistgħux jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' stat barrani illi jkun irrifjuta ripetutament talbiet għal kooperazzjoni jew jipprojbixxi bil-liġi l-kooperazzjoni mill-awtoritajiet ta' dak l-Istat.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemmx restrizzjonijiet rigward l-involviment tal-partijiet għall-proċedimenti jew ta’ kull persuna oħra li qiegħda tixhed, kemm jekk tkun xhud jew espert. Il-valutazzjoni tal-idoneità tal-provi u tal-informazzjoni mogħtija lill-esperti hija fid-diskrezzjoni tal-qorti.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Il-limitazzjonijiet, li huma dejjem eċċezzjonali u jridu jiġu stabbiliti minn deċiżjoni ġudizzjarja motivata li tieħu inkunsiderazzjoni l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, jaffettwaw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jew il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minorenni.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Irid iseħħ fil-qorti fejn qed isiru l-proċedimenti u l-kumpilazzjoni tax-xhieda f'seduta pubblika jew, f'każijiet eċċezzjonali, f'seduta bil-bibien magħluqa. Ma hemmx restrizzjonijiet dwar il-post fejn qiegħda l-persuna involuta fil-proċedimenti permezz ta' vidjokonferenza. Il-konsulent tal-qorti (Letrado de la administración de justicia) li qed tisma' l-proċedimenti jrid jistabbilixxi, fil-qorti stess, l-identità tal-persuni involuti bil-vidjokonferenza, permezz tal-konsenja minn qabel jew preżentata dirett ta' dokumenti jew minn informazzjoni personali.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Iva. Barra minn hekk, iridu jiġu rekordjati.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 147 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, il-proċedimenti orali, is-seduti ta' smigħ u d-dehriet il-qorti jridu jiġu rekordjati fuq mezz addattat għar-rekordjar u r-riproduzzjoni tal-vidjo u l-awdjo. Il-qrati kollha ta’ Spanja għandhom tagħmir awdjoviżiv biex jirrekordja l-proċessi u s-seduti. Ir-rekordings jiġu arkivjati f’format DVD mir-reġistratur tal-qorti. Tista’ tinħareġ kopja lill-partijiet, bi spejjeż tagħhom.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Fejn ikollha x'taqsam qorti Spanjola, jidher illi l-proċedimenti u d-dokumenti relatati jridu jkunu bl-Ispanjol, sakemm ma tkunx aċċettata wkoll waħda mil-lingwi uffiċċjali l-oħra ta' ċerti reġjuni tal-pajjiż (il-Galizjan, il-Katalan, il-Valenzjan u l-Bask) f'każ illi l-persuni taħt eżami permezz tal-vidjokonferenza jifhmu u jridu jużaw dawn il-lingwi.

Fil-każ tal-Artikolu 17, ma hemmx oġġezzjoni kontra l-użu tal-lingwa tal-pajjiż rikjedenti għaliex il-kumpilazzjoni tal-provi ssir fuq bażi volontarja.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Fil-kawżi ċivili, jistgħu jitqabbdu interpreti kemm għal waqt il-proċedimenti kif ukoll wara sabiex issir nota tal-proċedimenti; Jekk ma jitqabbdux mill-parti li għandha bżonn l-interpretarjat, jiġu pprovduti mis-servizzi tal-qorti, li huma diċentralizzati fil-każ ta’ ċerti komunitajiet awtonomi. F'każijiet oħra, dawn is-servizzi jiġu provduti mill-Ministeru tal-Ġustizzja. L-ispejjeż assoċjati ma' dawn is-servizzi jistgħu jitħallsu mill-parti li ġiet ordnata tħallashom, tenut kont tal-każijiet ta' dritt għall-għajnuna legali.

Sabiex tkun garantita l-possibiltà li jsiru aktar mistoqsijiet u konfront tal-provi matul il-proċedimenti, l-interpretu jista' jkun jinstab jew il-qorti jew mal-persuna li se titkellem waqt is-seduta ta' smigħ permezz tal-vidjokonferenza.

F'kull każ, l-interpretu jrid jieħu l-ġurament jew iwiegħed illi jgħid il-verità u jaġixxi bl-aktar mod oġġettiv fil-qadi ta' dmirijietu.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Il-proċedura interna għall-mistoqsijiet, fil-każ previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament, hija stipulata fl-Artikoli 301 et seq tal-LEC f'dak li jikkonċerna l-mistoqsijiet magħmula lill-partijiet; fl-Artikoli 36 et seq f'dak li jikkonċerna l-mistoqsijiet magħmula lix-xhieda; u fl-Artikoli 335 et seq f'dak li jikkonċerna l-ħruġ ta' rapporti u s-sottomissjoni ta' dawk ir-rapporti tal-esperti għall-eżami u l-kontroeżami f'seduti pubbliċi.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Fil-prinċipju, il-vidjokonferenza ssir mingħajr ħlas, iżda jekk xi parti interessata tkun tixtieq tikseb kopja tar-rekording, hija trid tipprovdi l-mezz adattat jew tħallas l-ammont korrispondenti.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Dan isir taħt is-superviżjoni tal-qorti Spanjola.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 4 hawn fuq.

Il-konsulent tal-qorti li qed tisma' l-proċedimenti jrid jistabbilixxi, fil-qorti stess, l-identità tal-persuni involuti bil-vidjokonferenza, permezz tal-konsenja minn qabel jew preżentata diretta ta' dokumenti jew minn informazzjoni personali.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Trid issir distinzjoni bejn il-każijiet li ġejjin:

a) Il-partijiet ma hemmx għalfejn jieħdu l-ġurament jew jagħtu kelmthom waqt l-eżami, għalkemm fin-notifika għall-verifika, il-parti konċernata trid tiġi infurmata illi f'każ illi tonqos milli tidher il-qorti mingħajr ġustifikazzjoni, il-qorti tista' tikkunsidra bħala rikonoxxuti l-fatti illi fihom din il-parti interveniet b'mod personali; ir-rikonoxximent ta' dawn il-fatti bħala ċerti huwa ta' żvantaġġ kbir għal dik il-parti.

b) Xhieda: qabel jixhed, kull xhud jrid jieħu ġurament jew jagħti kelmtu illi jgħid il-verità, jew inkella jeħel il-pieni stabbiliti għar-reat ta' sperġur f'kawżi ċivili. Il-qorti tinforma lix-xhud dwar dawn il-pieni jekk ma jkunx jaf bihom.

Ix-xhieda taħt l-età stabbilita għar-responsabbiltà kriminali mhemmx għalfejn jieħdu l-ġurament jew jaħilfu li jgħidu l-verità.

c) Esperti: meta jippreżentaw l-opinjoni tagħhom, l-esperti jridu jiddikjaraw bil-ġurament jew jagħtu kelmthom illi jgħidu l-verità u jiddikjaraw illi huma aġixxew u, fejn xieraq, se jimxu bl-aktar mod oġġettiv possibbli, kif ukoll jikkunsidraw kemm il-fatturi li jistgħu jiffavurixxu u dawk illi x'aktarx se jkunu ta' żvantaġġ għall-partijiet, u li huma konxji mis-sanzjonijiet kriminali li jistgħu jeħlu jekk ma jaqdux dmirhom bħala esperti. Dan il-ġurament jew wegħda jerġgħu jiġu ripetuti matul is-seduta meta l-opinjoni tiġi preżentata fil-proċedimenti kontenzjużi bejn il-partijiet u l-qorti.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

L-arranġamenti għat-tagħmir awdjoviżiv isiru bil-quddiem. L-uffiċċju tal-Prim Imħallef (Secretaría del Decanato) jew tar-reġistru tal-qorti jagħżel data, ħin u post fejn issir il-vidjokonferenza u jiżgura illi jkun hemm numru suffiċjenti ta' persunal biex imexxiha. It-testijiet normalment isiru bil-quddiem biex jiġi żgurat li l-konnessjonijiet u t-tagħmir qiegħdin jaħdmu kif suppost.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Kull informazzjoni li titqies adattata għall-ġbir tal-provi b’mod xieraq u mingħajr problemi kemm jista’ jkun.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 26/01/2018

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - il-Kroazja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-kumpilazzjoni ta’ xhieda, billi jiġi eżaminat xi xhud, parti jew espert, tista’ sseħħ permezz ta’ vidjokonferenza skont l-Artikoli minn 10 sa 12 u l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (minn hawn ’l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”) b’tali mod li meta l-kumpilazzjoni ta’ xhieda trid isseħħ skont ir-Regolament, il-Qorti tal-Kroazja tista’:

1. titlob il-kumpilazzjoni ta’ xhieda direttament minn qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, jew

2. skont l-asserzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament, titlob il-kumpilazzjoni diretta ta’ xhieda fi Stat Membru ieħor.

Il-kumpilazzjoni ta’ xhieda skont ir-Regolament imsemmi hawn fuq hija stabbilita fl-Artikoli minn 507d sa 507h tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (“Narodne novine” (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 53/91, 91/92, 112/99, 88/01, 117/03, 88/05, 02/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 148/11, 25/13, 89/14; minn hawn ’l quddiem imsemmi bħala “ZPP”).

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Il-vidjokonferenzi jistgħu jintużaw sabiex jiġu eżaminati xhieda, kif ukoll għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda minn speċjalisti / esperti u partijiet.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ir-Repubblika tal-Kroazja ma għandha l-ebda restrizzjoni speċjali dwar it-tip ta’ xhieda li tista’ tinġabar permezz ta’ vidjokonferenza. Il-qorti li tmexxi l-proċedimenti tiddeċiedi x’tip ta’ xhieda tittieħed u kif għandha tittieħed, sabiex tistabbilixxi ċertu fatt. Il-qorti tiddeċiedi skont id-diskrezzjoni tagħha liema mill-fatti hija tikkunsidra bħala prova abbażi tal-eżitu tal-proċess kollu, wara li tevalwa bir-reqqa u b’mod kuxjenzjuż kull evidenza partikolari u l-evidenzi kollha f’daqqa. Madankollu, il-vidjokonferenzi ġeneralment jintużaw għall-kumpilazzjoni tax-xhieda billi jinstemgħu l-partijiet u x-xhieda, peress li jeżistu ostakli fattwali u tekniċi għall-kumpilazjoni tax-xhieda permezz ta’ dokument li jiġi analizzat jew ta’ inkjesta fuq il-post.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Bħala regola, is-smigħ isseħħ il-qorti, iżda ma hemm l-ebda restrizzjoni legali speċjali dwar il-post fejn il-parti għandha tiġi eżaminata permezz ta’ vidjokonferenza.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tirrikjedi speċifikament l-irrekordjar tas-smigħ bil-vidjokonferenza, iżda l-Artikoli minn 126a sa 126c taz-ZPP jipprevedu bażi legali għall-irrekordjar tal-vuċi waqt smigħ. L-irrekordjar tal-vuċi jiġi ddeterminat mill-qorti permezz ta’ deċiżjoni formali ex officio jew fuq talba tal-partijiet. Il-metodi ta’ ħżin u ta’ trażmissjoni tar-rikordings tal-vuċijiet, ir-rekwiżiti tekniċi u l-mezzi tal-irrekordjar huma stipulati fir-Regoli tal-Qorti (Sudski poslovnik) (NN Nri 37/14, 49/14, 08/15, 35/15, 123/15 u 45/16).

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Jekk issir talba skont l-Artikoli minn 10 sa 12 tar-Regolament, is-smigħ isir tipikament bil-Kroat, filwaqt li l-użu ta’ lingwi minoritarji fi proċeduri ta' qorti ċivili huwa rregolat minn liġi speċjali (il-proċeduri ta' qorti ċivili għandhom jitwettqu bil-lingwa Kroata, dment li xi lingwa oħra ma tkunx stipulata fil-liġi għal qrati speċifiċi). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 102 taz-ZPP, jekk il-proċedimenti ma jitmexxewx bil-lingwa tal-parti jew tal-parteċipanti l-oħra fil-proċedimenti, tiġi pprovduta interpretazzjoni fil-lingwa tagħhom ta’ dak li jiġi ppreżentat fis-smigħ u tad-dokumenti użati fis-smigħ sabiex jiġu ppreżentati l-provi.

Jekk tiġi kkumpilata x-xhieda skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, il-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz ta’ smigħ tista’ titwettaq b’lingwa barranija peress li din titwettaq direttament mill-qorti li tkun talbet is-smigħ, għalkemm trid tiġi żgurata traduzzjoni adegwata f’lingwa li l-partijiet jew il-parteċipanti l-oħra fil-proċedimenti jifhmu.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Fil-prinċipju, il-qorti li ssirilha t-talba tipprovdi interpretu tal-qorti ċċertifikat għall-ħtiġijiet tas-smigħ skont l-Artikoli minn 10 sa 12 tar-Regolament. Taħt ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 251 li jirreferi għall-Artikolu 263 taz-ZPP), il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-interpretazzjoni ssir mill-interpreti tal-qorti ssuġġeriti mill-parti.

Bl-istess mod, jista’ jkun hemm qbil dwar l-użu tas-servizz ta’ interpretazzjoni bejn qorti li talbet il-kumpilazzjoni tax-xhieda u l-qorti rikjesta, u l-interpretu jista’ jiġi pprovdut jew minn qorti jew minn oħra. Fil-prattika, l-interpreti tal-qorti jiġu assenjati fil-post tal-persuna li għandha bżonn l-interpretazzjoni jew tal-qorti rikjesta, jekk il-qorti rikjedenti tmexxi s-smigħ bil-lingwa tagħha skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, jew jiġu assenjati fil-post tal-qorti rikjedenti jekk is-smigħ jitwettaq mill-qorti rikjesta skont l-Artikoli minn 10 sa 12 tar-Regolament.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Skont l-Artikolu 242 taz-ZPP, ix-xhieda jirċievu ċitazzjoni bil-miktub li tispeċifika fost affarijiet oħra l-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Iċ-ċitazzjoni għas-smigħ li fih tittieħed evidenza billi tiġi eżaminata l-parti, trid tingħata lil din il-parti skont ir-regoli tat-twassil personali. Jekk il-parti għandha rappreżentant, dan tal-aħħar jagħti ċ-ċitazzjoni għas-smigħ, li fih se tittieħed l-evidenza billi jiġu eżaminati l-partijiet, lill-parti jew lill-persuna li għandha tiġi eżaminata fir-rigward tal-parti (l-Artikolu 268 li jirreferi għall-Artikoli 138 u 142 taz-ZPP). Ix-xhieda li ma humiex f’pożizzjoni li jidhru l-qorti minħabba età avvanzata, mard jew diżabilità fiżika serja jistgħu jiġu eżaminati fi djarhom. Iz-ZPP ma jistipulax minn kemm żmien qabel ix-xhieda jridu jiġu mħarrka; madankollu, il-partijiet iridu jingħataw ħin biżżejjed biex jippreparaw għas-smigħ (mill-inqas tmint ijiem qabel is-smigħ).

Fil-każ ta’ smigħ skont l-Artikoli minn 10 sa 12 tar-Regolament, il-qorti rikjesta tinnotifika lix-xhieda / lill-parti dwar il-ħin u l-post tas-smigħ, filwaqt li għas-smigħ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, il-ħruġ taċ-ċitazzjonijiet jitwettaq mill-qorti rikjedenti.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Skont l-Artikolu 153 taz-ZPP, il-parti li titlob il-kumpilazzjoni ta’ xhieda hija obbligata mill-qorti biex tiddepożita minn qabel l-ammont meħtieġ sabiex jiġu koperti l-iżpejjeż mistennija għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda. Jekk il-kumpilazzjoni ta’ xhieda tkun proposta miż-żewġ partijiet jew ordnata mill-qorti ex officio, il-qorti tilob li ż-żewġ partijiet jiddepożitaw sehem ugwali għall-ammont meħtieġ.

Rigward l-ispejjeż relatati mal-vidjokonferenzi, l-Artikolu 18 tar-Regolament japplika.

Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-kumpilazzjoni ta’ xhieda permezz tal-vidjokonferenzi huwa bla ħlas.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-persuna tkun infurmata dwar dan fiċ-ċitazzjoni, iżda z-ZPP ma jistipulax rekwiżiti oħra.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Qabel max-xhieda jiġu eżaminati huma jintalbu isimhom u kunjomhom, in-numru personali ta’ identifikazzjoni, isem missierhom, l-impjieg, l-indirizz, il-post tat-twelid, l-età u r-relazzjoni tagħhom mal-partijiet (l-Artikolu 243(3) taz-ZPP).

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikolu 246 taz-ZPP, il-qorti tista’ tiddeċiedi li x-xhieda jieħdu ġurament dwar id-dikjarazjonijiet mogħtija, iżda fil-każ tal-Artikolu 17 tar-Regolament, ir-regoli tal-istat rikjedenti jistgħu japplikaw taħt ċerti kundizzjonijiet, anki jekk, qabel is-smigħ, dan l-istat jinforma lill-awtorità kompetenti jew lill-korp ċentrali tal-istat rikjest dwar l-intenzjoni tiegħu li jieħu t-testimonjanza tax-xhieda taħt ġurament.

Skont l-Artikolu 270 taz-ZPP, l-eżaminazzjoni tal-partijiet titwettaq mingħajr ma jittieħed ġurament.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Iz-ZPP ma fih l-ebda dispożizzjoni dwar dan, iżda fil-prattika l-persunal tekniku u l-persunal ġudizzjarju meħtieġ iridu jkunu preżenti qabel u waqt il-vidjokonferenza sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tekniċi biex tkun tista’ ssir il-vidjokonferenza.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Ma hemm l-ebda regola stabbilita li għandha tiġi segwita meta tintalab informazzjoni addizzjonali, iżda waqt li tkun qed tiġi miftiehma d-data tas-smigħ, il-qorti rikjedenti u l-qorti rikjesta jistgħu jindunaw li huwa meħtieġ li tinstab soluzzjoni għal xi kwistjonijiet tekniċi sabiex is-smigħ jitwettaq b’suċċess. Fil-prattika, dawn il-kwistjonijiet ġeneralment jiġu indirizzati mill-imħallfin permezz tal-posta elettronika.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Italja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Ma hemm ebda referenza speċifika fis-sistema ġuridika Taljana u b’mod partikolari, fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Codice di Procedura Civile) għat-teħid ta’ evidenza bil-vidjokonferenza.

Madankollu, il-vidjokonferenza hija fattur tas-sistema ġuridika tagħna.

L-Artikolu 202 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li l-imħallef inkwirenti, meta jkun qed jipprovdi għall-kumpilazzjoni ta' xhieda, jinħtieġ li “jistabbilixxi l-ħin, il-post u l-metodu ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda”. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, il-metodi ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda li l-imħallef jista’ juża jinkludi l-vidjokonferenza.

L-Artikolu 261 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li l-imħallef jista’ juża’ materjal iffilmjat li jeżiġi l-użu ta’ mezzi, għodda jew proċeduri mekkaniċi.

Il-vidjokonferenza hija espliċitament prevista fil-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali (Codice di Procedura Penale) (pereżempju l-Artikolu 205c).

B’hekk, fir-rigward tal-proċedura rregolata mill-Artikoli 10 et seq. tar-Regolament, il-limitazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4), li tikkonsisti f’“inkompatibilità” fis-sistema ġuridika tagħna, tista’ tiġi mwarrba.

L-unika limitazzjoni li tista’ tapplika għal talba ta’ vidjokonferenza tkun li kieku jeżistu diffikultajiet sinifikanti prattiċi.

Fir-rigward tal-metodu tad-diversi metodi ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda, ir-regolament tal-UE u l-Kodiċi Taljan tal-Proċedura Ċivili huma applikabbli, kif ukoll il-leġiżlazzjoni korrispondenti ta’ implimentazzjoni.

Fir-rigward tal-proċedura rregolata mill-Artikolu 17, wara li jiġi vverifikat li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 jkunu ġew issodisfati u wara li tiġi awtorizzata l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda, l-Istat Membru kkonċernat jinħtieġ li “jinkoraġixxi” l-użu ta’ vidjokonferenza li, sempliċement bħala metodu ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda, jinħtieġ li jiġi vverifikat mal-awtorità ġudizzjarja kkonċernata fuq bażi ta’ każ każ.

Għalhekk, ħlief fil-każ ta’ diffikultajiet prattiċi li jqumu meta l-awtorità ġudizzjarja kkonċernata ma tistax tuża’ dan il-mezzi ta’ komunikazzjoni, jista’ ikun hemm il-kumpilazzjoni tax-xhieda kollha bil-vidjokonferenza abbażi ta’ talba leġittima skont l-Artikolu 10 et seq. jew abbażi ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 17.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Il-vidjokonferenza hija għodda utli għall-interrogatorju tax-xhieda u l-partijiet involuti fil-proċedimenti. F’dan ir-rigward, ma hemm ebda problema ta’ kompatibbiltà mal-liġi Taljana li, għall-kuntrarju, tipprevedi għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda, l-interrogazzjoni informali tal-partijiet u l-interrogazzjoni tal-partijiet fuq ġurament.

Fir-rigward tal-interrogazzjoni tal-esperti, il-kawża ewlenija tal-problema dwar l-ammissibbiltà ta’ opinjoni esperta jinħtieġ li tiġi indirizzata, b’mod partikolari f’relazzjoni mal-kumpilazzjoni diretta ta’ xhieda (l-Artikolu 17).

Fil-liġi Taljana, ix-xhieda esperta hija rregolata permezz tal-Artikolu 61 u l-Artikoli 191-201 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-esperti ġeneralment ifasslu opinjoni bil-miktub (l-Artikolu 195(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) iżda l-qorti tista’ wkoll titlob kjarifika. Għalhekk, ladarba l-opinjoni tkun ġiet ammessa ma għandu jkun hemm ebda ostakolu għall-interrogatorju tal-esperti bil-vidjokonferenza. Tabilħaqq, il-Kodiċi Taljan tal-Proċedura Ċivili jipprevedi li “meta l-President jidhirlu li huwa xieraq li jistieden l-espert biex ikollu sehem fid-diskussjoni fil-preżenza tal-panel ta’ mħallfin u biex jesprimi l-opinjoni tiegħu f’seduta in camera fil-preżenza tal-partijiet, li jistgħu jiċċaraw u jispjegaw il-każ tagħhom permezz tal-avukat tad-difiża”.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

F’termini prattiċi, jidher li l-vidjokonferenza hija għodda effettiva għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, l-interrogatorju tax-xhieda wiċċ imb' wiċċ, u l-kumpilazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet mill-partijiet.

Madankollu, ir-regoli ma jittrattawx direttament il-kwistjoni tat-tip jew tan-natura obbligatorja tax-xhieda u l-problemi prattiċi li jistgħu jqumu fir-rigward ta’ parir minn esperti, pereżempju x-xhieda bil-miktub, id-dejta ġenetika jew ix-xhieda bit-telefown.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir ġeneralment fi struttura territorjali ġudizzjarja kompetenti jew f’għassa tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat, meta kemm it-tagħmir meħtieġ u l-persunal ta’ appoġġ għar-reġistru huma disponibbli. Kif inhuma l-affarijiet illum, madankollu, ma hemm ebda “kronoloġija tal-każ” tal-użu ta’ vidjokonferenza fi proċedimenti ċivili.

Meta tintuża l-vidjokonferenza fi proċedimenti kriminali, wieħed mill-postijiet disponibbli bil-faċilitajiet xierqa li jinsab fid-distrett tal-Qorti tal-Appell tal-awtorità ġudizzjarja kkonċernata jiġi ġeneralment użat (awli tal-qorti, qorti protetta bil-gwardjani tas-sigurtà jew kamra f’bini ta’ ħabs).

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Ma hemm ebda ostaklu leġiżlattiv għall-irrekordjar ta’ seduti ta' smigħ, meta dan huwa permess mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat.

Madankollu, għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 4 et seq., jiġu applikati l-Artikolu 126 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u l-Artikolu 46 tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-istess Kodiċi dwar l-abbozz tal-irrekordjar tal-proċedimenti.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Dan l-aspett mhuwiex irregolat direttament permezz tar-regoli.

L-Artikolu 5, li jistipula li t-talbiet u l-komunikazzjonijiet jinħtieġ li jiġu mfassla fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat, jista’ jipprovdi indikazzjoni għal lingwa li fiha għandhom jitmexxew is-seduti ta' smigħ.

Fil-każ ta’ talbiet ippreżentati skont l-Artikolu 10 et seq., meta tapplika l-liġi interna s-seduta ta' smigħ trid tinżamm fil-lingwa Taljana.

L-Artikolu 122 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li “matul il-proċess, l-użu tal-lingwa Taljana huwa obbligatorju. Meta persuna li ma titkellimx bit-Taljan għandha tiġi interrogata, l-imħallef jista’ jaħtar interpretu”.

Fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 17, madankollu, tapplika l-liġi tal-Istat ikkonċernat. Din id-dispożizzjoni jista’ jkollha wkoll xi konsegwenzi dwar il-lingwa li fiha ssir il-kumpilazzjoni ta’ xhieda. Il-lingwa jinħtieġ li għal darb’oħra tkun dik tal-Istat ikkonċernat. F’dan il-każ, jista’ jkun hemm bżonn ta’ interpreti.

L-awtorità bil-kompetenza li tawtorizza l-kompilazzjoni diretta tax-xhieda tista’ tipprovdi wkoll gwida rigward il-kundizzjonijiet għall-kompilazzjoni tax-xhieda; dawn jistgħu jinkludu l-lingwa li għandha tiġi użata.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Ir-regoli ma jinkludu ebda dispożizzjoni partikolari dawn dan l-aspett.

Fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 10 et seq., madankollu, tapplika l-liġi tal-Istat ikkonċernat.

F’kull każ, japplika l-Artikolu 122(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-Kodiċi jipprevedi l-ħatra ta’ interpretu meta persuna li ma titkellimx it-Taljan tiġi interrogata. Il-preżunzjoni, għalhekk, hija li l-lingwa tal-proċess (u tal-imħallef tal-kawża) hija t-Taljan.

L-ispejjeż għat-tariffi tal-interpreti jinħtieġ li jiġu rimborżati u jiġu ddebitati lill-awtorità ġudizzjarja kkonċernata (ara l-Artikolu 18).

Rigward il-proċedura skont l-Artikolu 17, ara l-punt 6. Il-lingwa tas-seduta ta' smigħ jinħtieġ li tkun dik tal-Istat ikkonċernat. Għalhekk, jinħtieġ li ssir referenza għal-liġi tal-Istat ikkonċernat biex jiġi stabbilit min huwa responsabbli għall-ħatra tal-interpretu / interpreti. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti li tawtorizza l-kompilazzjoni tax-xhieda tista’ tistaqsi għal informazzjoni dwar il-ħatra tal-interpretu.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

L-Artikolu 250 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li l-uffiċjal tal-qorti, bit-talba tal-parti interessata, jinħtieġ li jinforma lix-xhieda li huma jridu jikkomparixxu f’ċertu post, f’ċerta data u f’ċertu ħin u jinforma bihom lill-imħallef li jkun qed jagħmel il-kompilazzjoni tax-xhieda u l-proċess li fih huma se jiġu interrogati. L-Artikolu 103 tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li x-xhieda jridu jiġu informati tal-inqas sebat ijiem qabel is-seduta ta' smigħ li huma jkunu ġew imħarrka sabiex jikkomparixxu għaliha.

Ir-regoli li jirregolaw l-interrogatarju tax-xhieda huma stipulati fl-Artikoli 244-257a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u fl-Artikoli 102-108 tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż ta’ vidjokonferenzi mġarrba skont l-Artikolu 4 (evidenza indiretta), kif previst mill-Artikolu 10(4), huma rimborżati fuq it-talba tal-awtorità li ssirilha t-talba, kif stipulat fl-Artikolu 18(2).

Dan l-obbligu dwar ir-rimborż mhuwiex previst għall-kompilazzjoni diretta ta’ xhieda permezz ta’ vidjokonferenza mill-awtorità barranija, skont l-Artikolu 17.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

L-awtorità rikjedenti hija responsabbli sabiex tinforma l-persuna li qed tiġi interrogata li l-evidenza se tinġabar fuq bażi volontarja; skont l-Artikolu 17, din il-kundizzjoni hija waħda mill-fatturi li fuqhom hija bbażata l-awtorizzazzjoni għall-kompilazzjoni diretta ta’ xhieda.

Madankollu, ir-regoli ma jippevedux għal xi obbligu simili minn naħa tal-awtorità ġudizzjarja li ssirilha t-talba.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

B’mod ġenerali, l-awtorità rikjedenti li twettaq il-vidjokonferenza hija responsabbli mill-verifika tal-identità tax-xhieda skont l-Artikolu 17. Fil-każ ta’ evidenza indiretta, meta s-seduta ta' smigħ ta’ xhieda hija kkonċernata, il-verifika tal-identità tax-xhieda tkun irregolata mill-Artikolu 252 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jipprovdi li: “L-imħallef inkwirenti għandu jitlob lix-xhud sabiex igħid ismu, kunjomu, isem missieru, l-età u l-impjieg tiegħu u għandu jistieden lix-xhud sabiex jiddikjara jekk għandux xi relazzjoni familjali […] mal-partijiet, jew interess fil-proċess”. L-identifikazzjoni jkollha lok wara l-għoti tal-ġurament, kif stipulat fl-Artikolu 251 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Fil-prattika, l-imħallef inkwirenti jitlob ukoll ix-xhud għal dokument tal-identità u jordna li d-dettalji jiddaħħlu fir-reġistru tal-proċedimenti.

Fir-rigward tal-partijiet li għandhom jiġu interrogati, jekk ikun involut avukat f’dan il-każ tkun tinħtieġ prokura speċjali.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Fir-rigward tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17, ma teżisti ebda regola speċifika. Jista’ jkun utli li tiġi rċevuta informazzjoni dwar ir-rilevanza kriminali (għas-sistema legali tal-Istat rikjedenti) tal-isperġur jew omissjoni, li tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istat rikjedenti li tirregola l-proċedimenti tal-qorti.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Id-Dipartiment Amministrattiv Korrettiv Taljan, li huwa responsabbli mil-link tal-vidjokonferenza, jagħmel kontrolli tal-kompatibbiltà mal-persunal tekniku barrani fil-ġranet li jiġu eżatt qabel il-vidjokonferenza.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Flimkien mar-rikors għal għajnuna legali internazzjonali, l-awtorità ġudizzjarja rikjedenti jinħtieġ ukoll li tipprovdi - jekk għandha dan - informazzjoni teknika dwar is-sistema ta’ vidjokonferenzi użata f’pajjiżhom u l-isem u n-numru tat-telefown ta’ persuna ta’ kuntatt, preferibbilment tekniku speċjalizzat, u l-lingwa li għandha tkun użata matul dawn l-attivitajiet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/02/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Ċipru

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Ix-xhieda tista’ tiġi kkumpilata permezz ta’ kollegament bil-vidjo bil-parteċipazzjoni ta’ qorti fl-Istat rikjedenti jew inkella direttament. Il-bażi ġuridika għal dan hija pprovduta taħt il-liġi nazzjonali permezz tal-Artikolu 36A tal-Kapitolu 9 tal-Att dwar ix-Xhieda, kif emendat mill-Att 122(I)/2010. Skont l-Artikolu 36A, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, timponi kwalunkwe termini li tqis li huma meħtieġa għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, diment li dawn it-termini ma jkunux inkompatibbli mal-impenji internazzjonali tar-Repubblika ta’ Ċipru.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemmx restrizzjonijiet bħal dawn. Kwalunkwe persuna li x-xhieda tagħha titqies bħala meħtieġa tista’ tiġi eżaminata, diment li t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 u ma tkunx inkompatibbli mal-liġi nazzjonali.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ma hemmx restrizzjonijiet fuq it-tip ta’ xhieda li tista’ tiġi kkumpilata permezz ta’ kollegament bil-vidjo, diment li t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tkunx inkompatibbli mal-liġi nazzjonali u l-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba tkun prattikament fattibbli.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Ma hemmx restrizzjonijiet.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Huma biss il-minuti tal-proċedimenti li jiġu rreġistrati.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Ix-xhieda tiġi kkumpilata bil-lingwa materna tal-persuna li tkun qed tixhed u mbagħad tiġi tradotta minn interpretu fil-lingwa uffiċjali tal-qorti, jiġifieri l-Grieg.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

L-uffiċċju tar-reġistrar tal-qorti li tisma’ l-kawża li għaliha trid tiġi eżaminata l-persuna kkonċernata huwa responsabbli sabiex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-użu ta’ interpreti.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Għandha tinħareġ taħrika ta’ xhud lill-persuna li trid tiġi eżaminata u d-data stabbilita għas-smigħ tal-kawża tkun tali li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tiġi nnotifikata fil-ħin.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż imġarrba b’konnessjoni mal-interpreti jitħallsu mill-Istat fejn tkun tinsab il-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti u l-ispejjeż imġarrba għall-għoti ta’ appoġġ tekniku dakinhar tal-eżaminazzjoni jitħallsu mill-Istat fejn ikun jinsab ix-xhud.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Taħrika ta’ xhud tinħareġ għal dak l-għan.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Jittieħed ġurament jew issir affermazzjoni u jiġu ddikjarati d-dettalji tal-persuna li trid tiġi eżaminata.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Il-qorti rikjedenti għandha tipprovdi d-dettalji tal-persuna li trid tiġi eżaminata. Waqt it-teħid tal-ġurament, il-persuna li trid tiġi eżaminata taħlef fuq il-Bibbja jew il-Kuran, skont l-affiljazzjoni reliġjuża tagħha, jew inkella tagħmel affermazzjoni.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Konnessjoni ta’ prova ssir f’data qabel il-jum tal-eżaminazzjoni, wara koordinazzjoni minn qabel bejn l-awtoritajiet kompetenti (id-dipartimenti tar-reġistrazzjoni tal-Qorti).

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Ma hija meħtieġa ebda informazzjoni addizzjonali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Lussemburgu

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iva, iż-żewġ proċedimenti huma possibbli. Il-maġġoranza tat-talbiet indirizzati lil-Lussemburgu jikkonċernaw l-interrogazzjoni ta' xhud minn qorti fl-Istat Membru rikjedent permezz ta' vidjokonferenza.

Ma jeżistux dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-vidjokonferenzi, għalhekk japplikaw l-artikolu tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid dwar is-seduti ta' smigħ tax-xhud, il-verifika personali mill-imħallef u d-dehra personalment il-qorti tal-partijiet. Attwalment, ma hemmx ġurisprudenza dwar il-vidjokonferenzji.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Jistgħu jkunu soġġetti għal seduta ta' għoti ta' xhieda, ix-xhieda, f'ċerti każijiet il-partijiet u l-esperti ġudizzjarji. Madankollu, s'issa, it-talbiet kienu biss dwar is-smigħ tax-xhieda.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

L-unika restrizzjoni li għandha tiġu nnutata hija illi s-seduta ta' smigħ tax-xhud issir fuq bażi volontarja. Jekk xhud jirrifjuta li jixhed, l-awtoritajiet Lussemburgiżi m'għandhom l-ebda dritt jobbligawh.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Iridu jkunu provi li jistgħu jinkisbu f'postijiet fil-qrati mgħammra bit-tagħmir tekniku neċessarju.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Jekk l-Istat rikjedenti jixtieq jirrekordja l-vidjokonferenza, irid ikollu l-kunsens espliċitu tax-xhud mismugħ ġewwa l-Lussemburgu. Il-Lussemburgu bħala Stat rikjest ma jirrekordjax il-vidjokonferenza minħabba li l-irrekordjar mhux permess skont il-liġi Lussemburgiża.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

a) bil-Franċiż, bil-Ġermaniż

b) bil-lingwi kollha

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Il-qorti Lussemburgiża bħala Stat rikjest tieħu ħsieb li jkun hemm interpretu kull darba li jkun meħtieġ biex tikkomunika b'mod utli kemm mal-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti u kemm mal-persuna li trid tinstema'.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

L-awtoritajiet Lussemburgiżi, u b'mod aktar preċiż il-qorti inkarigata mill-miżura struttorja, jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti biex jaslu għal ftehim dwar ħin u data għall-vidjokonferenza. Iż-żmien mogħti għaċ-ċitazzjoni huwa ta' mill-inqas 15-il jum. L-awtoritajiet Lussemburgiżi huma inkarigati jsejħu l-persuni għall-vidjokonferenza.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Skont ir-Regolament, l-Istat rikjest jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-vidjokonferenza u l-Istat rikjedenti jieħu ħsieb il-kwistjonijiet formali, organizzattivi u tekniċi kollha kif ukoll id-dettalji tal-persuni konċernati.

L-użu tal-vidjokonferenza u t-taxxi jieħu ħsiebhom l-Istat Lussemburgiż. L-ispejjez tal-interpretu jitħallsu a priori mill-Istat rikjedent.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-persuna tiġi infurmata fl-ittra ta' stedina u mill-imħallef jew inkella mir-reġistratur qabel tibda l-vidjokonferenza.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Il-qorti Lussemburgiża, fil-kwalità ta' Stat rikjest, twettaq proċess ta' kontroll tal-identità billi tivverifika l-karti tal-identità fil-bidu tal-vidjokonferenza.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Ix-xhieda u l-esperti jridu jieħdu ġurament li jgħidu l-verità. Huma jiġu infurmati li jistgħu jeħlu multi u priġunerija f'każ ta' xhieda falza.

Il-ġurament jittieħed quddiem il-qorti rikjedenti.

Fil-każ tal-Artikolu 17, l-Istat rikjedenti japplika l-kundizzjonijiet tiegħu stess. L-imħallef Lussemburgiż li jkun preżenti dakinhar tal-vidjokonferenza, fil-kwalità tiegħu ta' Stat rikjest, ma jintervjenix ħlief f'każ ta' problema.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Fid-data u l-ħin iffissati għall-vidjokonferenza, ikunu preżenti l-imħallef, ir-reġistratur, persuna teknika u, f'każ ta' bżonn, interpretu.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Sabiex issir il-vidjokonferenza jridu jiġu kkjarifikati ċertu numru ta' kwistjonijiet ta' natura teknika. Għalhekk is-suċċess ta' seduta ta' smigħ permezz ta' vidjokonferenza jiddependi minn preparazzjoni tajba minn qabel u kollaborazzjoni effikaċi bejn il-punti ta' kuntatt.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/09/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Ungerija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

L-Att III tal-1952 dwar il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jipprovdi l-għażla għall-qorti, kemm fuq proposta ta' parti u kemm ex officio, illi tintervista lil parti, lil parteċipanti oħra fil-proċedimenti tal-qorti jew lil espert, jew li teżamina xhud, permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq. Intervista permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq hija partikolarment adattata f'każijiet fejn din l-intervista tista' tħaffef il-proċedimenti jew fejn intervista f'post fejn qed jinstema' l-każ tkun diffiċli biex wieħed jorganizzaha jew tqum wisq flus.

Ir-regoli dwar l-intervisti permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq jinsabu fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Mhemmx restrizzjonijiet fir-rigward tal-persuni li jistgħu jiġu eżaminati permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq. Dan il-metodu jista' jintuża għall-eżaminazzjoni tal-partijiet u l-parteċipanti l-oħra fil-proċedimenti tal-qorti, kif ukoll għax-xhieda u l-esperti.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq jista' jintuża biex jinstemgħu il-partijiet u l-parteċipanti l-oħra fil-proċedimenti tal-qorti, biex jiġu intervistati l-esperti jew għall-eżami tax-xhieda.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

L-intervisti permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq jistgħu jsiru fil-bini tal-qorti jew ta' korp ieħor, fi kmamar mgħammra apposta.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma fihx dispożizzjonijiet dwar ir-rekordings bil-vidjo u l-awdjo ta' intervisti li jkunu saru permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq. Madankollu, l-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jipprovdi illi, f'każ ta' intervisti permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq, ir-rapport tas-seduta jrid ikun fih ukoll iċ-ċirkostanzi li fih tmexxiet l-intervista, u jindika l-persuni preżenti fil-kamra wżata għall-intervista.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

F'każ ta' talbiet magħmula skont l-Artikoli 10 sa 12, japplika l-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-proċedimenti tal-qorti jsiru bl-Ungeriż, iżda ħadd ma jista jitqiegħed f'sitwazzjoni żvantaġġata minħabba li ma jkunx jifhem bil-lingwa Ungeriża. Matul il-proċedimenti tal-qorti, kulħadd għandu dritt juża l-lingwa materna jew lingwa minoritarja jew reġjonali tiegħu, kif previst fil-ftehimiet internazzjonali. Fejn ikun meħtieġ, il-qorti għandha l-obbligu tqabbad interpretu.

Fil-każ tat-talbiet magħmula skont l-Artikolu 17, is-seduta ta' smigħ issir mill-qorti rikjedenti skont l-Artikolu 17(6) u skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Fil-każ tat-talbiet magħmula skont l-Artikoli 10 sa 12, jekk ikun meħtieġ sabiex tintuża l-lingwa materna, reġjonali jew minoritarja, l-qorti għandha l-obbligu tqabbad interpretu.

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma fihx dispożizzjonijiet dwar fejn għandu jkun l-interpretu f'każ ta' intervista permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq.

Fil-każ tat-talbiet magħmula skont l-Artikolu 17, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17(4) u (6).

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma fihx dispożizzjonijiet speċjali dwar ċitazzjonijiet għas-seduti li jsiru permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq. Iċ-ċitazzjoni għas-seduta ta' smigħ trid tintbagħat bil-quddiem sabiex ikun hemm ħin għall-irċevuta li tikkonferma li ġiet notifikata skont il-liġi u biex tiġi ritornata lill-qorti qabel is-seduta.

Jekk il-konvenut irid jiġi nnotifikat ukoll bl-ilment minbarra ċ-ċitazzjoni, is-seduta ta' smigħ trid ssir b'mod illi jkun hemm żmien biżżejjed biex l-ilment jiġi nnotifikat lill-konvenut, bħala regola ġenerali, tal-inqas ħmistax qabel id-data tas-seduta. Il-president tal-qorti jista' jqassar dan il-perjodu f'każijiet urġenti.

Fil-każ tat-talbiet magħmula skont l-Artikolu 17, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17(4) u (6).

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż ivarjaw, u jridu jitħallsu mill-qorti rikjedenti.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Skont l-Artikolu 17(2), il-qorti rikjedenti trid tinforma lill-persuna konċernata illi s-seduta ta' smigħ mhix obbligatorja.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

L-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq tiġi vverfikata abbażi ta' dan li ġej:

- l-informazzjoni mogħtija mill-persuna konċernata sabiex jiġu vverifikati l-identità u l-indirizz tagħha;

- il-preżentazzjoni, permezz tat-trażmissjoni ta' dejta b'immaġni ta' dokument uffiċċjali xieraq għall-indentifikazzjoni jew ta' dokument tar-residenza.

Il-qorti tuża wkoll mezzi elettroniċi jew mistoqsijiet diretti f'bażi tad-dejta biex tikkonferma li:

- l-informazzjoni mogħtija mill-persuna konċernata li se tiġi eżaminata permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq sabiex jiġu vverifikati l-identità u l-indirizz tagħha jaqblu mar-rekords;

- id-dokument uffiċċjali xieraq għall-identifikazzjoni u d-dokument ta' residenza ppreżentati mill-persuna li se tiġi eżaminata permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq jaqblu mar-rekords u għadhom validi.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma jipprovdix għall-għoti tal-ġurament waqt il-proċedimenti tal-qorti.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Mhemmx dispożizzjonijiet legali speċjali ta' dan it-tip. Għandu jsir ftehim bejn il-qorti rikjedenti u dik rikjesta. Madankollu, il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jipprovdi għall-preżenza ta' persuna responsabbli għat-tħaddim u l-operat tat-tagħmir tekniku meħtieġ għall-intervisti permezz ta' netwerk tat-telekomunikazzjonijiet b'ċirkuwitu magħluq fil-kamra wżata għal dan il-għan.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Ġeneralment, l-ebda informazzjoni oħra mhi meħtieġa.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Malta

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Jekk Malta hija l-Istat rikjedenti, il-vidjokonferenzjar jista’ jintuża biss bħala l-aħħar għażla.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Le, m'hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata; ix-xhieda, l-esperti u l-partijiet kollha jistgħu jiġu eżaminati.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Huwa f’idejn il-qorti li tiddeċiedi x'inhu ammissibbli bħala evidenza.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Jekk Malta hija l-Istat rikjest il-persuna għandha tiġi eżaminata fil-qorti.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Iva s-seduti bil-vidjokonferenza jistgħu jiġu rrekordjati u teżisti l-faċilità.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

(a) Jekk Malta hi l-Istat rikjest, it-talbiet għal seduti ta' smigħ skont l-Artikoli 10 sa 12 isiru bil-Malti jew bl-Ingliż;

(b) Jekk Malta hi l-Istat rikjedent, it-talbiet skont l-Artikolu 17 isiru bil-Malti jew bl-Ingliż.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Jekk Malta hi l-Istat rikjest u għalhekk se tisma’ x-xhieda, l-Artikolu 596(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta jgħid illi "Jekk il-qorti ma tkunx tifhem l-ilsien li bih tingħata x-xiehda, hija taħtar interpretu kwalifikat bi spejjeż provviżorji tal-parti li ġġib ix-xhud". L-interpretu, f’dan il-każ għandu jkun fil-post fejn ikun jinsab ix-xhud.

Jekk Malta hi l-Istat rikjedenti skont l-Artikolu 17 u fejn ikun hemm kumpilazzjoni diretta tal-provi, il-post fejn ikun l-interpretu jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Meta ssir kumpilazzjoni tal-provi skont l-Artikoli 10 u 12 u jekk Malta tkun l-Istat rikjest, l-Artikolu 568(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jsostni li "Ix-xhieda jiġu mħarrkin biex jidhru bil-mezz ta’
mandat maħruġ fuq rikors tal-parti li trid iġgibhom".
Għandu jitħalla xahar bejn seduta u oħra b’tali mod li jkun hemm biżżejjed ħin għan-notifika tax-xhud.

Skont l-Artikolu 17 meta Malta tkun l-Istat rikjedenti, hija l-Qorti li trid tiddeċiedi liema mezzi għandhom jintużaw sabiex jinnotifikaw lill-persuna li se tiġi eżaminata bil-post u l-ħin. Għandu jitħalla xahar bejn seduta u oħra b’tali mod li jkun hemm biżżejjed ħin għan-notifika tax-xhud.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Għandha titħallas tariffa ta’ EUR 100 li tkopri l-ewwel sagħtejn tal-konferenza;

Imbagħad titħallas tariffa ta' EUR 50 għal kull siegħa sussegwenti;

Japplikaw wkoll il-ħlas tat-tekniku ta’ EUR 58 fis-siegħa.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Qabel ma jagħti x-xhieda tiegħu, ix-xhud jiġi mwissi mill-qorti illi jekk ma jħossux komdu jixhed huwa għandu jgħarraf lill-qorti rikjesta b'dan il-fatt.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Il-persuna li se tiġi eżaminata tista’ tiġi mitluba mill-qorti biex turi l-passaport jew il-karta tal-identità tagħha qabel ma tagħti x-xhieda tagħha. Ix-xhud jiġi mgħarraf qabel is-seduta li għandu jġib miegħu wieħed minn dawn id-dokumenti.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikolu 111 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili "Ix-xhud li jistqarr ir-reliġjon Kattolika Rumana għandu jaħlef kif hi d-drawwa ta’ dawk li huma ta’ dik ir-reliġjon; u x-xhud li ma jistqarrx dik ir-reliġjon għandu jaħlef bil-mod li huwa jidhirlu illi hu l-akbar rabta għall-kuxjenza tiegħu.”

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Dawn li ġejjin huma l-persuni ta’ kuntatt:

Charles Calleja, Uffiċċju Tekniku Superjuri Awdjo Viżiv

Din il-persuna hija responsabbli biex tqabbad, tittestja u tgħin mil-lat tekniku matul il-vidjokonferenza.

Ikkuntattja + 356 25902375 — Uffiċċju fir-Raba' Sular, il-Qrati fil-Belt Valletta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacharles-george.calleja@gov.mt

Maria Ruth Ciantar, Disponibbltà tal-faċilità ta' VidjoKonferenza

Ikkuntattja + 356 25902391 — Uffiċċju fir-Raba' Sular, il-Qrati fil-Belt Valletta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamaria.a.ciantar@gov.mt

Alan J. Darmanin, Skrivan

Ikkuntattja + 356 25902211 — Uffiċċju fir-Raba' Sular, il-Qrati fil-Belt Valletta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaalan.a.darmanin@gov.mt

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ il-qorti rikjedenti trid:

a. Żona ta’ ħin

b. Appuntament għall-ittestjar (data u ħin)

c. IP fiss

d. Dettalji tal-persuna teknika ta' kuntatt tagħha


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 09/03/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Olanda

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Ma hemm ebda regolament ġenerali dwar dan is-suġġett skont il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża. Madankollu, il-vidjokonferenza mhijiex prekluża u konsegwentement hija possibbli f’dawn il-każijiet skont il-liġi.

Skont il-liġi ċivili, il-vidjokonferenza hija użata regolament bħala alternattiv għal ittri rogatorji.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Jekk persuna tista’ tiġi eżaminata skont il-liġi proċedurali ċivili, dan huwa possibbli wkoll bħala regola permezz ta’ vidjokonferenza. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika skont il-liġi proċedurali ċivili.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ma hemm ebda regola dwar restrizzjonijiet speċifiċi. Huma applikabbli r-regoli nazzjonali ta’ proċedura ċivili.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Ebda regola speċifika ma tapplika għall-eżami permezz ta’ vidjokonferenza. Huma applikabbli r-regoli nazzjonali ta’ proċedura ċivili. Ir-regola hija li l-persuni jridu jiġu eżaminati fil-qorti. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet jekk xhud ikun marid jew inkella ma jkunx jistax jivvjaġġa lejn il-qorti (l-Artikolu 175 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Rv)).

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

L-eżami ta’ xhud minn qorti Netherlandiża permezz ta’ vidjokonferenza huwa meqjus bħala ekwivalenti għal trażmissjoni diretta ta’ seduta ta' smigħ ordinarja. Bil-liġi, issir traskrizzjoni tal-qorti ta’ smigħ ta’ xhud minn maġistrat inkwirenti. L-istess regoli japplikaw għal seduti ta' smigħ permezz ta’ vidjokonferenza u għalhekk dawn iridu wkoll jiġu reġistrati permezz ta’ traskrizzjoni tal-qorti. Il-liġi ma tipprojbixxix immaġni jew ħoss irrekordjat apparti mit-traskrizzjoni tal-qorti, iżda din ir-reġistrazzjoni ma għandhiex titqies bħala ekwivalenti għal traskrizzjoni tal-qorti.

Skont il-liġi li għadha trid tiġi stabbilita, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jagħmel reġistrazzjoni ta' smigħ tas-smigħ orali biex jissostitwixxi t-traskrizzjoni bil-miktub tal-qorti. Fuq din il-bażi, tista’ ukoll issir reġistrazzjoni, jekk meħtieġ, tat-traskrizzjoni tal-qorti ta’ smigħ ta’ xhud.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Jekk il-qorti rikjesta tinsab fin-Netherlands, is-smigħ isir bin-Netherlandiż. Ebda regola speċjali ma tapplika f’dan ir-rigward.

Il-leġiżlazzjoni implementattiva Netherlandiża ma tippermettix lil awtorità kompetenti li timponi kundizzjonijiet għall-ġbir dirett ta’ evidenza li hija tikkunsidra bħala utli jew meħtieġa għal raġunijiet ta’ proċess ġust.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża ma tagħmel ebda provvediment għal arranġamenti speċjali għal interpreti. F’każijiet ċivili fin-Netherlands, il-partijiet iridu bħala regola jipprovdu l-interpreti tagħhom.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Skont il-liġi implementattiva Netherlandiża l-qorti rikjesta tista’ tiddetermina liema parti hija responsabbli għat-taħrik li jirriżulta minn talba għall-evidenza.

It-taħrik li ma jsirx minn waħda mill-partijiet jiġi mwettaq mir-reġistratur tal-qorti rikjesta. Skont il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża, ix-xhieda jrid jiġu mħarrka tal-inqas ġimgħa (skont il-liġi li għad trid tiġi stabbilita, tal-inqas għaxart ijiem) qabel is-smigħ.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż għall-forma speċjali u t-teknoloġija ta’ komunikazzjoni mhumiex imħallsa mill-partijiet. Skont il-liġi Netherlandiża dawn l-ispejjeż ma jiġux ittrasferiti. Dawn jiġu mħallsa mill-Istat, li jista’ jintalab ir-rimborż tagħhom skont l-Artikolu 18(2), moqri flimkien mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament, meta l-ġbir dirett ta’ evidenza jimplika li persuna nstemgħet, il-qorti rikjesta tinforma lil dik il-persuna li l-prestazzjoni saret fuq bażi volontarja. Ebda rekwiżit ulterjuri ma huwa applikabbli.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Skont il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża, huwa għall-imħallef li jiċċekkja l-identità (l-Artikolu 177 Rv).

L-imħallef jistaqsi x-xhieda sabiex jgħidu kunjomhom, isimhom, l-età, il-professjoni u l-posta tar-residenza tagħhom. Huma jiġu mistoqsija wkoll dwar kull relazzjoni tagħhom mal-partijiet (parentela jew affinità, impjieg).

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża, il-ġurament jew l-affermazzjoni jingħataw quddiem l-imħallef qabel is-seduta ta' smigħ. Ix-xhud jiddikjara li x-xhieda tiegħu hija l-verità u xejn ħlief il-verità. Ix-xhieda li intenzjonalment ma jgħidux il-verità jkunu qegħdin iwettqu sperġur. Il-ġbir dirett ta’ evidenza jsir f’konformità mal-liġi tal-Istat rikjest.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Talba internazzjonali għall-assistenza legali li fiha tintuża l-vidjokonferenza tiġi eżegwita bl-għajnuna tal-persunal tal-ICT tal-ġuriżdizzjoni (SPIRIT). Huma jimplimentaw l-arranġamenti tekniċi u loġistiċi.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

L-awtorità kompetenti se tkun tista’ titlob din l-informazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Awstrija

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iż-żewġ tipi ta' smigħ ta' xhieda huma possibbli u permessi fl-Awstrija. Il-liġi dwar il-proċedura ċivili Awstrijaka hija rregolata mill-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (ZPO – Zivilprozessordnung) għall-proċedimenti kontenzjużi u l-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi (AußStrG – Außerstreitgesetz) għall-proċedimenti mhux kontenzjużi. Id-dispożizzjonijiet relatati mas-smigħ tax-xhieda jinstabu fiz-ZPO (l-Artikoli 266 sa 389), u l-AußStrG (l-Artikoli 16, 20 u 31 sa 35, b'referenza parzjali għaz-ZPO) kif ukoll fid-dispożizzjonijiet individwali li jirregolaw it-tipi speċifiċi ta' proċedimenti, bħall-Artikolu 85 dwar id-dmir tal-parteċipazzjoni fi proċedimenti dwar il-paternità. Il-proċeduri nazzjonali rilevanti u n-normi ġuridiċi huma deskritti fid-dettall fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin u fl-iskeda informattiva "Smigħ ta' Xhieda – L-Awstrija".

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Skont l-Artikolu 277 taz-ZPO (proċedimenti kontenzjużi) u l-Artikolu 35 tal-AußStrG flimkien mal-Artikolu 277 taz-ZPO (proċedimenti mhux kontenzjużi), il-vidjokonferenzi jistgħu jintużaw għas-smigħ ta' xhieda u għalhekk ukoll għall-eżami tal-partijiet u x-xhieda u għat-testimonjanza ta' periti.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Skont l-Artikolu 277 taz-ZPO (proċedimenti kontenzjużi) u l-Artikolu 35 tal-AußStrG flimkien mal-Artikolu 277 taz-ZPO (proċedimenti mhux kontenzjużi), il-vidjokonferenzi jistgħu jintużaw għas-smigħ ta' xhieda. Madankollu, impedimenti fattwali jistgħu jipprekluduhom, pereżempju meta jkunu jridu jintużaw ċertifikati jew spezzjoni viżiva waqt is-smigħ tax-xhieda.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Kull persuna tista' tiġi mħarrka fil-qorti lokali tagħha u eżaminati hemmhekk b'vidjokonferenza. Il-qrati, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku u l-ħabsijiet kollha fl-Awstrija huma mgħammra b'tal-inqas sistema waħda ta' vidjokonferenzi. Ma hemm l-ebda regola fil-liġi Awstrijaka li tgħid li vidjokonferenza għas-smigħ tax-xhieda tista' ssir biss f'binjiet tal-qorti.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

F'materji ċivili ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta fil-Liġi Awstrijaka għar-reġistrazzjoni tal-eżamijiet b'vidjokonferenza. Għalhekk jinħtieġ il-qbil tal-persuni kollha involuti fil-vidjokonferenza. Dan japplika għas-smigħ indirett tax-xhieda, li, skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ("ir-Regolament"), irid isir skont il-liġi tal-Istat rikjest.

Talba għas-smigħ dirett tax-xhieda, madankollu, issir skont il-liġi tal-Istat rikjedenti (l-Artikolu 17(6) tar-Regolament). Jekk il-liġi tkun tipprevedi r-reġistrazzjoni ta' vidjokonferenzi mingħajr il-qbil tal-persuni kkonċernati, dan ikun ammissibbli min-naħa tal-Awstrija.

Fil-prinċipju, l-eżamijiet b'vidjokonferenza jistgħu jiġu rreġistrati fuq is-sistemi kollha ta' vidjokonferenzi. F'postijiet fejn il-proċedimenti tal-qorti jkunu ġeneralment irreġistrati (f'ħafna qrati kriminali) it-tagħmir tekniku eżistenti jistgħu jintuża għar-reġistrazzjoni tal-eżami b'vidjokonferenza. L-eżami jista' jiġi rreġistrat fil-postijiet l-oħra kollha sempliċement billi jiġi installat medium ta’ memorja rilevanti.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

(a) Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament, ix-xhieda trid tinstema' skont il-liġi tal-Istat rikjest. Għalhekk l-eżami jrid isir bil-Ġermaniż (f'xi qrati Awstrijaċi il-Kroat, is-Sloven u l-Ungeriż huma permessi wkoll). Il-qorti rikjedenti tista' titlob li tuża l-lingwa uffiċjali tagħha (jew kwalunkwe lingwa oħra) bħala parti minn proċedura speċjali għall-eżekuzzjoni tat-talba tagħha għas-smigħ tax-xhieda. Madankollu, il-qorti rikjesta tista' tiċħad din it-talba jekk ma jkunx possibbli minħabba diffikultajiet prattiċi maġġuri (l-Artikolu 10(3) tar-Regolament).

(b) Skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament, il-qorti rikjedenti trid tagħmel is-smigħ dirett tax-xhieda b'konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħha, u b'hekk f'waħda mil-lingwi uffiċjali permessi. Madankollu, bħala l-Istat Membru rikjest, l-Awstrija hija intitolata, skont l-Artikolu 17(4) li teħtieġ l-użu tal-lingwa tagħha bħala kundizzjoni għas-smigħ tax-xhieda.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Fir-rigward tas-smigħ indirett tax-xhieda, irrispettivament minn kull rimborż li jkun sar skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament, ir-responsabilità għall-forniment ta' interpreti hija primarjament tal-qorti rikjesta. Il-qrati involuti għandhom, madankollu, jikkooperaw b'mod kostruttiv (kemm hawn u kemm f'oqsma oħra).

Fir-rigward tas-smigħ dirett tax-xhieda, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, ir-responsabilità għall-forniment ta' interpreti hija primarjament tal-qorti rikjedenti. L-Artikolu 17 ma jirrikjedix li l-Istat Membru rikjest jipprovdi assistenza għal dan, imma lanqas ma tipprekludi assistenza ta' dan it-tip. L-Artikolu 39a(4) tal-Att dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qorti (JN - Jurisdiktionsnorm) jitlob li qorti tipprovdi assistenza ġudizzjarja biex tagħti għajnuna prattika bis-smigħ tax-xhieda wara talba mill-qorti barranija. Dan ikun jinkludi s-sejbien ta' interpretu xieraq, pereżempju.

Id-deċiżjoni dwar minn liema Stat iridu jkunu ġejjin l-interpreti trid issir fuq il-bażi ta' xi jkun xieraq fil-każ individwali.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Il-persuna li trid tiġi eżaminata titħarrek għal eżami b'vidjokonferenza fl-Awstrija bl-istess mod u suġġetta għall-istess perjodi ta' notifika li japplikaw li kieku tħarrket quddiem il-qorti li qed tisma' l-kawża.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Ma hemm l-ebda ħlasijiet għat-telefonati bl-użu ta' vidjokonferenza permezz tal-Protokoll tal-Internet (IP). Għall-vidjokonferenzi permezz tal-ISDN, min iċempel ikollu jħallas l-istess bħal f'telefonata normali. Dawn il-ħlasijiet ivarjaw skont il-post tal-installazzjoni lejn fejn qed issir it-telefonata.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Dan hu qabel kollox ir-responsabbiltà tal-qorti rikjedenti, li hija marbuta mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament u li f'ħafna każijiet tistieden hi stess lill-persuni kkonċernati jattendu l-vidjokonferenza. Jekk l-awtorità ċentrali Awstrijaka jew qorti Awstrijaka tinnota li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament jista' jkun li ma ġiex osservat waqt it-tħejjija jew it-twettiq tas-smigħ dirett tax-xhieda, l-awtorità jew il-qorti trid, b'kooperazzjoni mal-qorti rikjedenti, tiżgura konformità ma' din id-dispożizzjoni b'mod xieraq. L-impjegati tal-qorti fl-Awstrija huma mħarrġa fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, u għandhom ukoll aċċess għall-"Gwida dwar l-użu tal-vidjokonferenzi fi proċedimenti transfruntieri" Ewropea permezz tal-intranet tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

L-identifikazzjoni fotografika tintuża biex tiġi vverifikata l-identità ta' persuna. L-identità ta' persuna tiġi vverifikata wkoll bħala parti mill-eżami (l-Artikolu 340(1) ZPO).

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-ġuramenti tal-partijiet jinsabu fl-Artikoli 377 u 379 taz-ZPO u dawk għax-xhieda jinsabu fl-Artikoli 336 sa 338 taz-ZPO.

Il-partijiet u x-xhieda huma t-tnejn obbligati li jieħdu ġurament. Filwaqt li l-partijiet ma jistgħux jiġu mġiegħla legalment jieħdu l-ġurament, ix-xhieda jistgħu jiġu kkastigati jekk jirrifjutaw illegalment li jieħdu l-ġurament (l-Artikoli 325 u 326 taz-ZPO; il-pieni huma l-istess bħallikieku jkunu irrifjutaw li jixhdu u jinkludu multi jew sa 6 ġimgħat priġunerija).

Skont l-Artikolu 288(2) tal-Kodiċi Kriminali (StGB – Strafgesetzbuch), l-għoti jew il-konferma ta' xhieda falza taħt ġurament jew it-teħid ta' ġurament falz stipulat fil-leġiżlazzjoni rilevanti jġorru piena ta' perjodu ta' priġunerija ta' bejn sitt xhur u ħames snin.

Xhieda falza mogħtija minn parti fi proċedimenti li ma tkunx ħadet ġurament ma titqiesx bħala reat punibbli. Imma xhud li ma jkunx ħa ġurament u jkun xehed falz jista' jeħel sa tliet snin priġunerija (l-Artikolu 288(1) tal-StGB).

Skont l-Artikolu XL tal-Att Introduttorju tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (EGZPO – Einführungsgesetz zur Zivilprozessordnung) id-dispożizzjonijiet tal-Att tat-3 ta' Mejju 1868, il-Gazzetta tad-Dritt Imperjali (RGBl.) Nru 33 (Il-kliem tal-ġurament u formalitajiet oħra) iridu jkunu osservati (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://alex.onb.ac.at/cgi-content/alex?aid=rgb&datum=18680004&seite=00000067).

Skont l-Artikolu 336(1) u l-Artikolu 377(1) taz-ZPO, persuni li jkunu ġew preċedentement ikkundannati minħabba xhieda falza, jew li jkollhom inqas minn erbatax-il sena, jew li ma jkunux jifhmu n-natura jew it-tifsira tal-ġurament minħabba nuqqas ta' maturità jew minħabba diżabilità intellettwali, ma jistgħux jixhdu, u għalhekk ma jistgħux jieħdu l-ġurament.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq relatati mal-eżami ta' xhud jew parti taħt ġurament ma jistgħux jiġu applikati f'kawżi skont l-Att dwar Proċedimenti Mhux Kontenzjużi (l-Artikolu 35 AußStrG).

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Fil-postijiet kollha b'faċilitajiet għall-vidjokonferenzi li huma proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja hemm impjegat inkarigat li jieħu ħsieb it-tagħmir għall-vidjokonferenzi. Din il-persuna tista' topera t-tagħmir għall-vidjokonferenzi u tagħmel aġġustamenti minuri għall-konfigurazzjoni. It-tagħmir għall-vidjokonferenzi kollu huwa kollegat mal-unità ċentrali fid-dipartiment tal-informatika tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (BMJ – Bundesministerium für Justiz). Minn hemm, l-amministraturi tal-informatika jistgħu jirregolaw is-sistemi tal-vidjokonferenzi li jinsabu madwar l-Awstrija.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

L-informazzjoni li ġejja hija meħtieġa mill-qorti rikjedenti:

  • L-indirizz tal-IP u/jew in-numru tal-ISDN bil-kodiċi tat-telefonati
  • L-isem, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email ta' impjegat fil-qorti rikjedenti li jkun responsabbli għall-aspetti tekniċi tat-tagħmir għall-konnessjoni mill-bogħod.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/06/2018

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Polonja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Fil-Polonja, ix-xhieda tista' tinstema' b'vidjokonferenza, b'konformità mal-Artikolu 10-12 u l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali, kif ukoll b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta' Marzu 1970 dwar is-Smigħ ta' Xhieda minn Barra l-pajjiż f'Materji Ċivili jew Kummerċjali [Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) tal-2000, Nru 50, partita 582] għall-pajjiżi l-oħrajn (li mhumiex suġġetti għar-Regolament).

Il-vidjokonferenzi huma regolati bl-Artikolu 235(2) u (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u r-Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-24 ta' Frar 2010 dwar it-tagħmir tekniku u r-riżorsi li jippermettu li fi proċedimenti ċivili x-xhieda tinstema' minn postijiet imbiegħda.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Il-liġi Pollakka ma timponi ebda restrizzjoni ta' dan it-tip: periti, partijiet u xhieda jistgħu jiġu eżaminati b'vidjokonferenza.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Il-liġi Pollakka ma timponi ebda restrizzjoni partikolari fuq it-tip ta' xhieda li tista' tinstema' b'vidjokonferenza.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Il-liġi Pollakka ma timponi ebda restrizzjoni partikolari fuq fejn il-persuna għandha tiġi eżaminata b'vidjokonferenza. Bħala regola, l-eżami jsir il-qorti, suġġett għall-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1206/2001 li skontu l-post tal-eżami jiġi ddeterminat mill-qorti rikjedenti.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Il-liġi Pollakka ma tistipulax dispożizzjonijiet dettaljati għall-irrekordjar tas-seduti b'vidjokonferenza; id-deċiżjoni jekk jiġux irrekordjati s-seduti b'vidjokonferenza hija f'idejn l-imħallef li jkun qed jisma' x-xhieda.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Bħala regola, is-smigħ isir bil-Pollakk. Jekk il-persuna li tkun qed tiġi eżaminata ma tifhimx bil-Pollakk, irid ikun preżenti interpretu.

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċjali dwar seduti skont l-Artikolu 17, imma meta l-korp ċentrali jaqbel mas-smigħ dirett tax-xhieda, huwa jkun jista' jitlob lill-qorti rikjedenti tipprovdi interpretu.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Bħala prinċipju, għas-seduti skont l-Artikoli 10-12, il-qorti rikjesta trid tipprovdi l-interpretu hi (bħala regola mil-lista ta' interpreti approvati). F'ċirkostanzi eċċezzjonali, madanakollu, il-qorti tista' taċċetta interpretu propost minn parti.

F'seduti skont l-Artikolu 17, meta korp ċentrali jitlob lill-qorti rikjedenti tipprovdi interpretu, il-qorti rikjesta tiżgura li jkun preżenti interpretu.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Għal seduti skont l-Artikolu 10-12, il-qorti rikjesta tinnotifika lix-xhud/parti bil-ħin u l-post tas-seduta mill-anqas 7 ijiem qabel id-data tas-seduta. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-qorti rikjesta tinnotifika lix-xhud/parti bil-ħin u l-post tas-seduta mill-anqas 3 ijiem qabel id-data tas-seduta.

Għal seduti skont l-Artikolu 17, il-korp ċentrali jinnotifika lix-xhud/parti li tkun qablet dwar is-seduta u li s-seduta tista' ssir biss fuq bażi volontarja, mingħajr l-użu ta' miżuri koerċittivi. Hija r-responsabbiltà tal-qorti rikjedenti li tipprovdi notifika tal-ħin u l-post tas-seduta.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Meta s-smigħ tax-xhieda bl-użu ta' teknoloġiji moderni jiġġenera spejjeż għall-qorti rikjesta, il-qorti tapplika l-Artikolu 1135¹(3) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li jistipula li jekk l-eżekuzzjoni ta' talba minn qorti jew minn awtorità oħra ta' pajjiż barrani tista' toħloq spejjeż assoċjati mal-użu ta' metodu li mhux dak preskritt fil-liġi Pollakka, il-qorti ma teżegwix it-talba sakemm il-qorti jew awtorità oħra ta' pajjiż barrani ma tħallasx bil-quddiem kif xieraq qabel l-iskadenza speċifikata.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-korp ċentrali jinnotifika lix-xhud/parti li tkun qablet dwar is-seduta u li s-seduta tista' ssir biss fuq bażi volontarja, mingħajr l-użu ta' miżuri koerċittivi.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Il-qorti tivverifika l-identità tal-persuna billi tobbligaha tippreżenta dokument xieraq, bħal kartà tal-identità, passaport jew liċenzja tas-sewqan.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Għal seduti skont l-Artikolu 17, jekk il-qorti rikjedenti tinforma lill-korp ċentrali bl-intenzjoni tagħha li tisma' x-xhieda mingħand xhud taħt ġurament, il-korp ċentrali jista' jitlob it-test tal-ġurament. Jekk il-ġurament imur kontra l-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-pajjiż rikjest, il-korp ċentrali jkun intitolat jirrifjuta li jaqbel mas-seduta jew jitlob li jintuża t-test tal-ġurament li jintuża fil-liġi Pollakka.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Bħala regola, kull qorti timpjega lil xi ħadd biex jopera t-tagħmir tekniku. Jekk ikun hemm xi problemi, jista' jiġi kkuntattjat il-punt ta' kuntatt tan-NĠE Pollakk.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

B'mod ġenerali, mhi meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali ta' dan it-tip skont il-liġi Pollakka. Madankollu, f'ċerti każijiet jaf tkun meħtieġa.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Portugall

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Skont il-liġi Portugiża, l-imħallef tal-qorti rikjedenti jisma' x-xhieda ta' persuni b'vidjokonferenza direttament, mingħajr l-intervent ta' mħallef tal-qorti rikjesta. Din hija r-regola għal każijiet interni fejn ikun hemm eżami b'vidjokonferenza. L-istess proċedura tapplika f'kawżi transfruntieri fejn il-qorti tal-Istat Membru rikjedenti titlob li l-eżami jsir b'vidjokonferenza skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001.

Alternattivament, f'kawżi transfruntieri, il-qorti tal-Istat Membru rikjedenti tista' titlob li l-eżami jsir b'vidjokonferenza skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001.

Ir-regoli proċedurali nazzjonali ewlenin li jirregolaw is-smigħ ta' xhieda b'vidjokonferenza mingħand periti, xhieda u partijiet huma kif ġej:

Il-Periti

L-Artikolu 486 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil)

Id-dehra tal-periti fis-seduta finali

1 - Meta jintalbu minn waħda mill-partijiet jew ikunu ordnati mill-imħallef, il-periti għandhom jidhru fis-seduta finali biex jipprovdu, b'ġurament, kwalunkwe kjarifika mitluba lilhom.

2 - Il-periti minn stabbilimenti, laboratorji jew servizzi uffiċjali għandhom jinstemgħu b'telekonferenza mill-post tax-xogħol tagħhom.

Ix-Xhieda

L-Artikolu 502 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili

Eżami b'telekonferenza

1 - Xhieda li jirrisjedu barra mid-distrett jew, fil-każ ta' Reġjuni Awtonomi, barra mill-gżira kkonċernata, għandhom ikunu ppreżentati mill-partijiet skont l-Artikolu 507(2), fejn ikunu għamlu dikjarazzjoni bl-effett li joffru ruħhom bħala xhieda, jew għandhom jinstemgħu b'telekonferenza waqt seduta speċjali u mill-qorti distrettwali fiż-żona fejn jirrisjedu.

2 - Il-qorti li tisma' l-kawża għandha tiffissa d-data tas-seduta wara li tikkonsulta l-qorti ta' fejn ikun se jixhed ix-xhud u għandha tħarrek lix-xhud.

3 - Fid-data tal-eżami, ix-xhieda għandhom jidentifikaw ruħhom lill-uffiċċjal tal-qorti fejn tkun ingħatat ix-xhieda, imma minn hemm 'il quddiem, l-eżami għandu jsir mill-qorti li tisma' l-kawża u mill-avukat taż-żewġ partijiet, permezz ta' telekonferenza, mingħajr il-bżonn għal intervent mill-imħallef tal-qorti fejn tkun qed tingħata x-xhieda.

4 - Ix-xhieda li jgħixu barra l-pajjiż għandhom jiġu eżaminati b'telekonferenza kull meta fil-post fejn jirrisjedu jkun hemm il-mezzi tekniċi neċessarji.

5 - F'każijiet li jkunu qed jinstemgħu fil-qrati fiż-żoni metropolitani ta' Liżbona u Porto, ma għandu jkun hemm l-ebda eżami b'telekonferenza jekk ix-xhud ikun residenti tad-distrett rispettiv, bl-eċċezzjoni ta' każijiet previsti fl-Artikolu 520.

L-Artikolu 520 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili

Komunikazzjoni diretta bejn il-qorti u l-persuna li tkun qed tixhed

1 – Meta jkun impossibbli jew estremament diffiċli għall-persuna li tkun trid tixhed biex tidher il-qorti fil-ħin, l-imħallef jista' jiddetermina, wara ftehim mal-partijiet, li kull kjarifika meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni tajba dwar il-każ tingħata bit-telefown jew b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni diretta bejn il-qorti u x-xhud, sakemm in-natura tal-fatti li jridu jiġu investigati jew iċċarati jkunu kompatibbli mal-proċedura.

2 - Il-qorti trid tiżgura, bil-mezzi li għandha, li x-xhieda tingħata b'mod veritier u liberu, b'mod partikolari billi jiġi ddeterminat li x-xhud ikun akkumpanjat minn uffiċjal tal-qorti waqt l-għoti tax-xhieda u li l-kontenut tax-xhieda u ċ-ċirkostanzi li tkun ingħatat fih ikunu rreġistrati.

3 - Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 513 [ġurament u interrogatorju preliminari mill-imħallef] u l-ewwel parti tal-paragrafu 4 tal-artikolu preċedenti [l-imħallef jista' jordna li x-xhieda terġa' tingħata quddiemu personalment] għandhom japplikaw għall-każijiet koperti minn dan l-artikolu.

Il-Partijiet

L-Artikolu 456 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili

Il-ħin u l-post għall-għoti tax-xhieda

1 - Bħala regola, ix-xhieda trid tingħata fl-aħħar seduta, sakemm ma tkunx urġenti jew ix-xhud ma jkunx jista' jidher il-qorti.

2 - Ir-regoli għall-għoti tax-xhieda b'telekonferenza stipulati fl-Artikolu 502 għandhom japplikaw lill-partijiet li jirrisjedu barra mid-distrett jew, fil-każ tar-Reġjuni Awtonomi, barra mill-gżira kkonċernata.

3 - Ix-xhieda tista' tingħata wkoll fis-seduta preliminari, u f'dak il-każ id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti għandhom japplikaw bl-aġġustamenti neċessarji.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemm stipulata l-ebda restrizzjoni. Il-liġi Portugiża tippermetti x-xhieda, il-partijiet u l-periti jinstemgħu b'vidjokonferenza, kif stipulat mir-regoli ġuridiċi kkwotati fuq.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ara t-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija preċedenti.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Ir-regola ġenerali hija li l-persuna trid tinstema' b'vidjokonferenza fil-qorti. Madankollu, il-periti minn servizzi uffiċjali jridu jinstemgħu b'vidjokonferenza fil-post tax-xogħol tagħhom. B'mod eċċezzjonali, fiċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 520 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (ikkwotat fit-tweġiba għall-mistoqsija 1), il-qorti tista' tisma' persuna b'vidjokonferenza li tkun xi mkien li mhux qorti.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Iva, seduti b'vidjokonferenza dejjem jiġu rreġistrati bis-sistema awdjoreġistratriċi tal-qorti, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 155 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Meta l-Portugall ikun l-Istat Membru rikjest, il-lingwa tas-seduta tvarja skont iċ-ċirkostanzi:

(a) Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001, tintuża l-lingwa Portugiża. Jekk ikun hemm bżonn li jinstemgħu ċittadini barranin, huma jkunu jistgħu jitkellmu lingwa differenti jekk ma jkunux jafu bil-Portugiż. F'dan il-każ, il-qorti rikjedenti trid tinforma lill-qorti rikjesta b'dan il-fatt, sabiex din tkun tista' ssejjaħ interpretu biex ikun preżenti fil-qorti rikjesta.

(b) Meta jsiru talbiet skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001, il-lingwa użata tkun dik stipulata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn hemm il-qorti rikjedenti. Jekk ikun hemm bżonn li jinstemgħu persuni li ma jitkellmux il-lingwa, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-qorti rikjedenti tista' ssejjaħ interpretu biex ikun preżenti fil-qorti rikjedenti. Alternattivament, il-qorti rikjedenti tista' titlob lill-qorti Portugiża (rikjesta) biex issejjaħ interpretu biex ikun preżenti fil-qorti rikjesta.

Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmija f'(a) u (b) fejn ikun hemm bżonn li jissejjaħ interpretu biex ikun preżenti l-qorti tal-Istat Membru rikjest, il-qorti rikjesta titlob lill-qorti tal-Istat Membru rikjedenti tħallas lill-interpretu, kif stipulat fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Din l-informazzjoni diġà ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija 6.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Fil-liġi Portugiża, il-proċedura applikabbli għall-proċess tas-seduta u għat-taħrik ta' persuna biex tidher il-qorti hija essenzjalment stipulata fl-Artikoli 7(3), 172(5) u (6), 220, 247(2), 251(1), 417, 507, 508 u 603 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż.

B'mod ġenerali, hija r-responsabbiltà tar-reġistru tal-qorti li jinnotifika, ex officio, lix-xhieda, lill-periti, lill-partijiet u lir-rappreżentanti tagħhom meta jkunu meħtieġa jidhru fi proċedimenti ġudizzjarji wara ordni tal-qorti. Speċifikament, meta l-parti tkun teħtieġ l-eżami ta' xhud b'vidjokonferenza, ir-reġistru tal-qorti jkun responsabbli għat-taħrik tax-xhud.

Notifiki għall-fini ta' taħrik ta' xhieda, periti u persuni inċidentali oħrajn (eż. interpretu jew konsulent tekniku) jintbagħtu bil-posta rreġistrata, bid-data, il-post u l-fini tad-dehra l-qorti. In-notifiki jitqiesu li jkunu ġew innotifikati anke jekk ir-riċevitur jirrifjuta li jaċċetta l-ittra; id-distributur tas-servizz postali jrid iżomm reġistru dwar dan.

Notifiki għall-fini ta' taħrik ta' parti biex tidher fi proċedimenti ġudizzjarji jew biex tixhed jintbagħtu bil-posta rreġistrata u jkunu indirizzati lill-parti kkonċernata, bid-data, il-post u l-fini tad-dehra l-qorti. F'dan il-każ, jekk il-parti tkun qabbdet avukat, jew jekk tkun rappreżentata simultanjament minn avukat u prokuratur legali, kemm l-avukat u kemm il-prokuratur legali jridu jiġu nnotifikati.

Ir-rappreżentanti tal-partijiet jiġu nnotifikati elettronikament skont l-Artikolu 25 tal-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 280/2013 tas-26 ta' Awwissu 2013. Is-sistema tal-IT tiċċertifika d-data ta' meta ħarġet in-notifika.

Il-liġi ma tindikax espressament f'liema mument tas-seduta trid issir in-notifika. F'kull każ ta' hawn fuq, in-notifika titqies li tkun saret fit-tielet jum wara r-reġistrazzjoni tagħha jew minn meta tinħareġ elettronikament. Jekk it-tielet jum ma jkunx jum tax-xogħol, in-notifika titqies li tkun saret fl-ewwel jum tax-xogħol sussegwenti. Għal raġunijiet prattiċi, huwa għalhekk neċessarju li wieħed iżomm tal-anqas ma' dan il-perjodu ta' notifika f'relazzjoni mad-data tas-seduta, ħalli n-notifika tkun tista' titqies li saret.

F'każijiet urġenti, ix-xhieda, il-periti, persuni inċidentali oħrajn, il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jitħarrku (jew it-taħrika tagħhom titħassar) b'telegramma, bit-telefown jew b'mezzi simili ta' komunikazzjoni oħrajn. Kuntatt bit-telefown dejjem jiġi ddokumentat fl-atti tal-kawża u jiġi segwit minn konferma bil-miktub.

Jekk persuna li kellha tkun preżenti tonqos milli tidher, dik il-persuna trid tiġġustifika l-assenza tagħha fis-seduta stess jew fi żmien perjodu ta' ħamest ijiem (jiem kalendarji, imma jekk l-aħħar jum ma jkunx jum tax-xogħol, id-data ta' skadenza tiġi estiża sal-jum tax-xogħol ta' wara).

Il-liġi Portugiża tistipula l-miżuri ripressivi li ġejjin għall-każijiet ta' assenza. Meta xhud ma jidhirx, wara li jkun ġie nnotifikat kif xieraq u mingħajr ma jkun iġġustifika l-assenza tiegħu fil-ħin, huwa jiġi mmultat u l-imħallef jista' jordna li jidher taħt kustodja. Dawn il-pieni ma japplikawx jekk il-kawża tiġi aġġornata għal raġunijiet li mhumiex l-assenza tax-xhud. Meta perit jew persuna inċidentali oħra ma tidhirx, wara li tkun ġiet innotifikata kif xieraq u mingħajr ma tkun iġġustifikat l-assenza tagħha fil-ħin, hija tiġi mmultata. Meta waħda mill-partijiet ma tidhirx, wara li tkun ġiet innotifikata kif xieraq u mingħajr ma tkun iġġustifikat l-assenza tagħha fil-ħin, hija tiġi mmultata u r-rifjut tagħha jista' jiġi interpretat liberament mill-qorti għall-finijiet ta' evidenza. Barra minn hekk, jekk il-qorti tqis li r-rifjut tal-parti li tidher ma tagħmilhiex possibbli li l-oneru tal-provi jiġi eliminat, hija tista' tinverti l-oneru tal-provi.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Ma hemm l-ebda spejjeż għall-użu tal-vidjokonferenzi.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Meta qorti Portugiża tkun il-parti rikjedenti ta' talba skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001, hija tħarrek lill-persuna li trid tinstema' biex tidher fil-qorti nnominata fl-Istat Membru (rikjest) l-ieħor bil-posta, bl-użu ta' wieħed mill-metodi msemmija bi tweġiba għall-mistoqsija 8, skont il-każ. Din il-possibilità ta' notifika bil-posta hija stipulata fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tat-13 ta' Novembru 2007. Il-persuna li trid tinstema' tkun infurmata fin-notifika li d-dehra tagħha hija fuq bażi volontarja.

Meta l-qorti Portugiża tkun il-parti rikjesta, hija r-responsabbiltà tal-qorti rikjedenti li tinnotifika l-persuni li jridu jinstemgħu u tinformahom li d-dehra tkun fuq bażi volontarja.

Bi ftehim reċiproku bejn il-qrati rikjedenti u l-qrati rikjesti, in-notifika tal-persuna li trid tinstema' u l-informazzjoni li dan hu fuq bażi volontarja jista' jsir mill-qorti tal-Istat Membru rikjest. Dan jista' jsir fil-prattika irrispettivament minn jekk il-qorti Portugiża tkunx il-parti rikjedenti jew il-parti rikjesta.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Fil-ħin appuntat għall-eżami, l-uffiċjal tal-qorti jara li l-persuna li trid tiġi eżaminata tkun preżenti u tinforma lill-imħallef li jkun se jmexxi l-eżami jew lill-qorti rikjedenti jekk tkun se tmexxi l-eżami direttament hi.

Meta l-eżami jsir minn imħallef Portugiż, ladarba jkunu bdew il-proċedimenti u qabel ma l-persuna tibda tixhed, jittieħdu l-passi li ġejjin: (i) il-persuna li tixhed, ix-xhud jew il-perit jieħdu ġurament quddiem l-imħallef; (ii) l-imħallef jagħmel l-interrogatorju preliminari biex jidentifika lill-persuna li tkun se tinstema'.

Huwa l-imħallef li jrid imexxi l-interrogatorju preliminari, biex jidentifika lill-persuna li tkun se tinstema', billi jistaqsiha isimha, il-professjoni, l-indirizz u l-istat ċivili tagħha u dettalji oħrajn li l-imħallef iqis li jkun hemm bżonn għal finijiet ta' identifikazzjoni.

L-imħallef jistaqsi wkoll lill-persuna li tkun qed tinstema' jekk tkun qariba, ħabiba jew għadu ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet u jekk ikollhiex interess dirett jew indirett fil-kawża, sabiex jivvaluta l-kredibilità tax-xhieda.

Jekk waqt l-interrogatorju preliminari, l-imħallef jistabbilixxi li xhud ma jkunx adatt jew ma jkunx il-persuna t-tajba li trid tiġi eżaminata, huwa ma jippermettilhomx jixhdu. Xhud ma jkunx adatt jekk, minkejja li ma jkunx interdett minħabba anomalija psikoloġika, ma jkollux il-kapaċità naturali (il-kapaċità fiżika jew mentali) biex jixhed.

L-interrogatorju preliminari jippermetti wkoll lill-imħallef jara jekk hux każ li, skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż, ix-xhieda jistgħu jirrifjutaw li jixhdu.

Il-persuni li ġejjin jistgħu jirrifjutaw li jixhdu bħala xhieda (ħlief f'kawżi maħsuba biex jivverifikaw it-twelid u l-mewt ta' tfal):

a)         Axxendenti f'kawżi li jinvolvu d-dixxendenti tagħhom, lill-ġenituri adottivi f'kawżi li jinvolvu tfal adottati u vice versa;

b)         Kunjati f'kawża li tinvolvi l-iben tar-rispett jew il-bint tar-rispett u vice versa;

c)         Miżżewġin jew eksmiżżewġin f'kawżi li jinvolvu lill-konjuġi jew ekskonjuġi l-ieħor;

d)         Kull min ikun qed jikkoabita, jew ikun ikkoabita b'mod simili għall-koppji miżżewġin, ma' kwalunkwe waħda mill-partijiet fil-kawża.

Huwa d-dmir tal-imħallef li javża lill-persuni msemmija fil-punti ta' hawn fuq li huma intitolati jirrifjutaw li jixhdu.

Persuni li jkunu marbuta bis-segretezza professjonali, is-segretezza bħala uffiċjali pubbliċi jew is-sigrieti Statali jridu jiġu skużati milli jixhdu fir-rigward tal-fatti koperti minn dik is-segretezza. F'dawk il-każijiet, l-imħallef jivverifika l-leġittimità tal-iskuża u, jekk iħoss li jkun hemm bżonn, jidderogahom mid-dmir tas-segretezza.

Il-partijiet jistgħu jixhdu biss fir-rigward ta' fatti personali. F'kawża ċivili mhix ammissibbli xhieda ta' parti li tiffoka fuq atti kriminali jew ħżiena li parti hija akkużata bihom f'kawża kriminali.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont il-liġi Portugiża:

  • Qabel ma tinstema' x-xhieda, l-imħallef javża lill-persuna eżaminata bl-importanza morali tal-ġurament li tkun ħadet, bid-dmir tal-fedeltà lejn is-sewwa u tal-pieni għal xhieda falza.
  • L-imħallef imbagħad jistaqsi lix-xhud jieħu l-ġurament li ġej: "Naħlef fuq l-unur li se ngħid is-sewwa kollha u xejn ħlief is-sewwa."
  • Rifjut li tieħu ġurament huwa l-istess bħal rifjut li tixhed; it-tnejn li huma huma punibbli bħala disprezz tal-qorti sakemm ma jkunux iġġustifikati, jekk l-imħallef jakkuża lill-persuna b'dan.

Meta qorti fi Stat Membru ieħor tisma' xhieda direttament mill-Portugall b'vidjokonferenza skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001, il-qorti tal-Istat Membru rikjedenti jrid jinforma lill-qorti Portugiża (rikjesta) bid-dettalji ta' identifikazzjoni li ġejjin tal-persuna li tkun se tixhed: l-isem, il-professjoni, l-indirizz, l-istat ċivili u informazzjoni oħra li tqis bħala neċessarji għall-finijiet ta' identifikazzjoni, kif ukoll il-kapaċità li l-persuna tinstema' (eż. bħala parti, xhud, perit, konsulent tekniku), il-lingwa li l-persuna titkellem biha u hux neċessarju li jissejjaħ interpretu għall-qorti rikjesta.

Dawn id-dettalji huma neċessarji biex il-qorti Portugiża (rikjesta) tkun tista', minn naħa, tieħu l-passi biex issejjaħ interpretu u, min-naħa l-oħra, tivverifika l-preżenza tal-persuna li trid tiġi eżaminata fil-ħin appuntat għall-vidjokonferenza.

Madankollu, peress li l-imħallef Portugiż ma jintervjenix fil-proċedimenti, il-ġurament irid jittieħed bil-vidjokonferenza quddiem l-imħallef tal-Istat Membru rikjedenti. L-istess japplika għall-interrogatorju preliminari, jekk dan iseħħ, u għal raġunijiet ta' adegwatezza jew rifjut li tingħata xhieda jew l-iskużar ta' xhieda milli jixhdu, li huma ttrattati mill-awtorità tal-imħallef tal-qorti rikjedenti, b'konformità mal-liġi proċedurali ċivili tal-Istati Membru rikjedenti, kif stipulat fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Il-qrati rikjedenti u l-qrati rikjesti (ladarba dawn tal-aħħar ikunu ġew identifikati mill-awtorità ċentrali) għandhom jistabbilixxu kuntatt dirett ma' xulxin biex jiskedaw vidjokonferenza u għandhom ukoll jiftiehmu data għal test minn qabel.

Għal raġunijiet prattiċi, kull meta jkun possibbli, ikun preferibbli li t-test isir qabel ma jiġi nnotifikat ix-xhud; għal dik il-fini, id-data tat-test għandha tkun skedata biżżejjed bil-quddiem biex ix-xhud ikun jista' jiġi nnotifikat fil-ħin.

Dakinhar tat-test u fid-data tas-seduta tal-vidjokonferenza, għandu jkun preżenti f'kull waħda mill-qrati speċjalist tal-informatika, speċjalist tat-telekomunikazzjonijiet jew uffiċjal tal-qorti b'għarfien xieraq.

Fil-Portugall, l-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura tal-Ġustizzja (Instituto de Gestão Financeira e Estruturas da Justiça jew "IGFEJ") kellu tim iddedikat disponibbli għall-vidjokonferenzi fil-qrati.

Għal raġunijiet organizzattivi, kull fejn ikun possibbli, l-IGFEJ għandu jkun innotifikat bid-data tat-test u bis-seduta tlett ijiem bil-quddiem. Dan jippermetti lill-IGFEJ jara li jkunu f'posthom li-kundizzjonijiet tekniċi neċessarji għall-vidjokonferenza, biex jintervjenu minnufih f'każ ta' kwalunkwe diffikultà komunikattiva bejn il-qrati u jimmonitorizzaw it-testijiet tal-vidjokonferenza.

L-iskedar ta' vidjokonferenza fi Stat Membru ieħor wara talba minn qorti Portugiża

Il-qorti Portugiża (rikjedenti) trid l-ewwel nett titlob lill-IGFEJ joħloq il-kundizzjonijiet tekniċi neċessarji għall-vidjokonferenza, jintervjeni biex tingħeleb kull diffikultà komunikattiva bejn il-qrati u jimmonitorizza it-testijiet tal-vidjokonferenza.

Biex jingħelbu d-diffikultajiet tekniċi, il-qorti Portugiża titlob lill-qorti tal-Istat Membru rikjest biex hija wkoll tqabbad lil xi ħadd responsabbli fis-servizz tal-vidjokonferenzi tagħhom biex jimmonitorizza t-test u/jew jipprovdi l-assistenza teknika neċessarja b'kollaborazzjoni mat-tekniċi Portugiżi.

Meta l-qrati Portugiżi jkunu l-parti rikjedenti, spiss jitolbu l-għajnuna tal-punt ta' kuntatt tan-NĠE-Ċivil (In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali) fil-Portugall, li jikkuntattja lill-qrati rikjesti sabiex jiskedaw it-test u l-vidjokonferenza. Meta jkun hemm diffikultajiet tekniċi, il-punt ta' kuntatt jikkuntattja direttament lit-timijiet responsabbli għall-vidjokonferenza f'kull Stat Membru involut, u jitlob il-konnessjonijiet neċessarji, l-informazzjoni jew l-aġġustamenti tekniċi u jinforma lill-qrati involuti b'dan. Dan jippermetti li jingħeleb kull ostaklu lingwistiku u l-vidjokonferenza tkun tista' ssir sew.

L-iskedar ta' vidjokonferenza f'qorti Portugiża fuq talba mingħand Stat Membru ieħor

Fil-Portugall, id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Administração da Justiça, jew DGAJ) huwa l-awtorità ċentrali responsabbli biex jirċievi u jaċċetta talbiet mingħand Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001. Ladarba t-talba tiġi aċċettata, id-DGAJ jindika lill-qorti tal-Istat Membru rikjedenti f'liema qorti Portugiża (rikjesta) tkun se ssir il-vidjokonferenza. Ladarba dan ikun sar, il-qorti rikjedenti u dik rikjesta jridu jaqblu ma' xulxin direttament dwar id-dati biex l-ewwel jagħmlu t-test u mbagħad għas-seduta bil-vidjokonferenza.

Id-DGAJ, bħala awtorità ċentrali, tiffaċilita l-kuntatt dirett bejn il-qorti rikjedenti u dik rikjesta, kif ukoll tikkuntattja lit-tim ta' appoġġ għall-vidjokonferenza tal-IGFEJ, biex tingħeleb kull diffikultà teknika. Barra minn hekk, il-punt ta' kuntatt tan-NĠE-ċivil fil-Portugall jista' jiffaċilita wkoll il-kuntatt neċessarji, jekk jintalab jagħmel hekk.

Permezz ta' kuntatti diretti, il-qorti tipprenota l-kamra tal-vidjokonferenza u tappunta l-persunal biex iħejji l-konnessjonijiet tekniċi u jimmonitorizza l-vidjokonferenza fil-qrati rikjedenti u dik rikjesta, rispettivament. Fil-Portugall, bħala regola, jintgħażel uffiċjal tal-qorti b'għarfien xieraq, preferibbilment akkumpanjat minn speċjalist tal-informatika tal-Qorti Portugiża.

Meta l-vidjokonferenza ssir b'IP, ikollha ssir bilfors mill-Portugall. Għal dak il-għan, il-qorti Portugiża titlob lill-IGFEJ bil-quddiem għall-ftuħ ta' konnessjoni esterna.

Meta l-vidjokonferenza ssir b'linja telefonika (ISDN), il-konnessjoni mal-qrati Portugiżi tista' ssir minn qrati ta' Stati Membri oħrajn.

Kull meta jkun hemm diffikultajiet tekniċi, l-ispeċjalist tal-informatika tal-qorti Portugiża jew l-ispeċjalist tal-IGFEJ ikun jista' jipprovdi l-assistenza meħtieġa.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Meta ssir talba għal vidjokonferenza, id-dettalji li ġejjin iridu jiddaħħlu fil-kaxxa 12 tal-formola I fl-anness tar-Regolament Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001, jew bħala anness ma' dik il-formola.

1. Id-dettalji tekniċi tat-tagħmir tal-vidjokonferenza użati mill-qorti rikjedenti, jiġifieri:

  • Il-protokoll tal-komunikazzjoni użat (eż. H.323, H.320)
  • Il-vidjoprotokolli (eż. H.261, H.263 u H.264)
  • L-awdjoprotokolli (eż. G.711a, G.711u, G.722, G.729)
  • Il-protokoll għall-qsim tal-kontenut, jekk ikun hemm bżonn [eż. H.239 jew BFCP (SIP)]
  • Sigurtà: H.235 u l-kriptaġġ rispettiv issupportat
  • Il-wisa' tal-banda massima ssupportata
  • Tagħmir standalone, MCU jew Gateway
  • Fil-każ ta' MCU jew Gateway, ikollux IVR.

2. Id-dettalji ta' konnessjoni tal-ISDN u/jew tal-IP tal-qorti.

3. Talba għall-iskedar ta' test ta' vidjokonferenza qabel is-smigħ tax-xhieda.

4. L-isem u d-dettalji ta' kuntatt dirett (telefown, faks u email) tal-persuna li tkun se tipprovdi l-appoġġ għall-vidjokonferenza (preferibbilment uffiċjal tal-qorti flimkien ma' speċjalist tal-informatika jew tat-telekomunikazzjonijiet li jipprovdi appoġġ għall-qorti).

NB:

L-informazzjoni f'din il-formola mhix vinkolanti fuq il-punt ta' kuntatt tan-NĠE-ċivil, il-qrati jew l-entitajiet u l-awtoritajiet l-oħrajn. Lanqas ma tissostitwixxi l-bżonn ta' konsultazzjoni tat-testi ġuridiċi applikabbli. L-informazzjoni hija suġġetta għal aġġornament regolari u għan-natura dejjem tevolvi tal-ġurisprudenza.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 05/07/2018

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Rumanija

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iva. F'dan il-każ, hija applikabbli l-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza legali internazzjonali fil-materji ċivili u kummerċjali, speċifikament l-Artikolu 25(1) u (3) u l-Artikolu 35(3).

L-awtorità ġudizzjarja Rumena rikjesta tista' tikkunsidra li tuża proċedura speċjali, wara talba mill-awtorità ġudizzjarja rikjedenti, bil-kundizzjoni li ma tmurx kontra l-liġi Rumena. Il-qorti Rumena tinforma lill-awtorità ġudizzjarja bid-data u l-post tal-proċedura tal-ittri rogatorji u tista' tippermetti l-parteċipazzjoni ta' maġistrati barranin. Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001, il-Ministeru tal-Ġustizzja jissodisfa d-dmirijiet relatati mad-deċiżjonijiet dwar talbiet mibgħuta skont l-Artikolu 17 tal-istess Regolament.

Il-vidjokonferenza għandha ssir fil-preżenza tal-imħallef mill-Qorti Distrettwali li jkollha l-ġuriżdizzjoni fejn tkun se tinstema' x-xhieda, megħjun minn interpretu, meta jkun hemm bżonn. Dan irid jivverifika l-identità tal-persuna li tkun se tiġi eżaminata u jrid jiżgura konformità mal-prinċipji fundamentali tal-liġi Rumena.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Le. Il-proċedura tal-ittri rogatorji tippermetti s-smigħ tax-xhieda jew persuni oħra involuti (l-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza legali internazzjonali fil-materji ċivili u kummerċjali).

Madankollu, skont l-Artikolu 26(2) tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza legali internazzjonali fil-materji ċivili u kummerċjali, il-proċedura tal-ittri rogatorji tista' tiġi miċħuda jekk il-persuna li tkun se tiġi eżaminata ma tkunx tista' tixhed minħabba xi interdizzjonijiet skont il-liġi Rumena jew meta d-dokumenti li jkunu jridu jintbagħtu jew jiġu eżaminati ma jkunux jistgħu jiġu ċċirkolati.

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 315, 316 u 317 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid, dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu eżaminati bħala xhieda: qraba u qraba tar-rispett sat-tielet grad, konjuġi, ekskonjuġi, għarajjes jew koabitanti, persuni f'relazzjoni ostili jew li għandhom interess partikolari fir-rigward ta' waħda mill-partijiet, persuni meqjusa bħala li ma għandhomx kapaċità ġuridika, u persuni ħatja ta' sperġur. Madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu, jew espressament jew taċitament, li dawn li ġejjin jistgħu wkoll jiġu eżaminati bħala xhieda: qraba u qraba tar-rispett sat-tielet grad, konjuġi, ekskonjuġi, għarajjes jew koabitanti u persuni f'relazzjoni ostili jew li għandhom interess partikolari fir-rigward ta' waħda mill-partijiet.

F'kawżi tal-qorti li jikkonċernaw il-filjazzjoni, id-divorzju jew relazzjonijiet familjari oħrajn, il-qraba u l-qraba tar-rispett sat-tielet grad jistgħu jiġu eżaminati wkoll, ħlief għad-dixxendenti.

Il-persuni li ġejjin huma eżenti milli jixhdu:
1. membri tal-kleru, spiżjara, avukati, nutara pubbliċi, marixxalli, medjaturi, qwiebel u infermiera, u kwalunkwe professjonist ieħor marbut bil-liġi għall-kunfidenzjalità jew is-segretezza professjonali dwar il-fatti li saru jafu bihom permezz ta' xogħolhom jew fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tagħhom, anke wara li jkunu temmew l-attività tagħhom;
2. imħallfin, prosekuturi u uffiċjali pubbliċi, anke wara li jkunu temmew dmirijiethom, rigward ċirkostanzi sigrieti li saru jafu bihom waqt il-mandat tagħhom;
3. dawk li, permezz tat-tweġibiet tagħhom, x'aktarx li jesponu ruħhom jew lill-qraba jew qraba tar-rispett tagħhom sat-tielet grad, jew lill-konjuġi, ekskonjuġi, għarajjes jew koabitanti tagħhom, għal piena kriminali jew għal disprezz pubbliku.
Madankollu, dawn il-persuni, ħlief il-membri tal-kleru, jistgħu jixhdu jekk il-parti interessata li żżomm is-sigriet tirrilaxxahom mill-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, ħlief fejn il-liġi tistipula mod ieħor. Imħallfin, prosekuturi u uffiċjali pubbliċi jistgħu jixhdu wkoll jekk l-awtorità jew l-istituzzjoni li jaħdmu magħha jew kienu jaħdmu magħha, skont il-każ, toħroġ approvazzjoni dwar dan.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Le, ma hemm l-ebda restrizzjoni. Skont l-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza legali fil-materji ċivili u kummerċjali, il-proċedura tal-ittri rogatorji tippermetti s-smigħ tax-xhieda jew ta' persuni oħra involuti, il-ksib ta' dokumenti, perizji, u t-twettiq ta' investigazzjoni jew il-ksib ta' dokumenti jew informazzjoni oħra neċessarji biex tissolva kawża speċifika.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Le, ma hemm l-ebda restrizzjoni. Madankollu, skont l-Artikoli 16, 261(1) u 314 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid, il-provi jinġabru mill-qorti li tkun qed tisma' l-kawża. Jekk, għal raġunijiet oġġettivi, il-provi jkunu jistgħu jinġabru biss barra mil-lokalità fejn il-qorti għandha s-sede tagħha, il-provi jistgħu jinkisbu permezz tal-proċedura tal-ittri rogatorji minn qorti tal-istess livell jew anke minn qorti inferjuri jekk ma jkun hemm l-ebda qorti tal-istess livell f'dik il-lokalità. Il-qorti inkarigata skont il-proċedura tal-ittri rogatorji tiġbor il-provi fil-preżenza tal-partijiet, jew anke fin-nuqqas tagħhom, jekk ikunu tħarrku legalment, u jkollha l-istess dmirijiet bħall-qorti tar-rinviju, fir-rigward tal-proċedura li trid tiġi segwita. Fl-istess ħin, ix-xhud li, minħabba mard jew problema serja oħra, ma jistax jidher quddiem il-qorti jista' jinstema' mil-lokalità tiegħu, bil-kundizzjoni tal-proċedura ta' taħrik tal-partijiet.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Iva, dan hu permess skont l-Artikolu 13 tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja, kif ippubblikat mill-ġdid.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

a) bir-Rumen.

b) bir-Rumen, minħabba li l-qorti rikjesta Rumena jkollha tfassal rapport tas-seduta fejn jitniżżlu d-data u l-post tas-seduta, l-identità tal-persuna mismugħa, informazzjoni dwar it-teħid tal-ġurament, il-kundizzjonijiet tekniċi tas-seduta, eċċ.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Il-qorti rikjedenti hi responsabbli biex tipprovdi interpreti skont l-Artikolu 27 tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza legali internazzjonali fil-materji ċivili u kummerċjali. Il-qorti rikjesta Rumena tista' tiffaċilita, meta jkun applikabbli, aċċess għal interpretu mir-Rumanija, billi tipprovdi lista ta’ interpreti għall-qorti rikjedenti.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Tal-anqas xahar u mhux aktar minn tliet xhur.

F'dan il-każ, hija applikabbli l-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza legali internazzjonali fil-materji ċivili u kummerċjali, speċifikament l-Artikolu 25(3). Il-qorti Rumena tinforma lill-awtorità ġudizzjarja rikjedenti bid-data u l-post tal-proċedura tal-ittri rogatorji. Skont l-Artikolu 261(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid, il-qorti inkarigata skont il-proċedura tal-ittri rogatorji tiġbor il-provi fil-preżenza tal-partijiet, jew anke fin-nuqqas tagħhom, jekk ikunu tħarrku legalment, u jkollha l-istess dmirijiet bħall-qorti tar-rinviju, fir-rigward tal-proċedura li trid tiġi segwita.

Madankollu, peress li hemm żewġ proċeduri b'korpi barranin (il-proċedura ta' komunikazzjoni waqt il-ġbir tal-provi), inqisu li t-terminu għandu jkun, fil-prattika, tal-inqas xahar u mhux aktar minn 3 xhur u jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar:

- l-issodisfar tat-talba għal notifika stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, speċifikament għandu jinkludi tal-anqas il-perjodu ta’ xahar meħtieġ għall-issodisfar effettiv tat-talba għal notifika bil-posta b'konferma tal-irċevuta;

- l-obbligi tal-qorti rikjedenti jissodisfaw it-talbiet tal-qorti rikjesta li jikkonċernaw l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali jew il-ħlas ta' ħlas bil-quddiem/depożitu, eċċ., kif indikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali.

Ir-raġunijiet ikunu dawk relatati mal-ħin allokat għal kwalunkwe traduzzjoni tal-korrispondenza mal-qorti rikjedenti jew max-xhud u l-ħin allokat biex tintbagħat posta barra mill-pajjiż, il-volum għoli ta’ xogħol u finalment l-iskeda tal-vidjokonferenzji.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

L-ispejjeż ma jistgħux jiġu stmati minħabba li jvarjaw skont il-ħin u l-pajjiż. Dawn għandhom jitħallsu bi trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti tal-appell, bħala l-korp ta' awtorizzazzjoni sekondarju, jew fil-kont tal-qorti distrettwali, bħala t-tielet korp ta’ awtorizzazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-vidjokonnessjoni, biex tkun tista' ssir il-konnessjoni fl-Istat rikjedenti, ir-rimunerazzjoni tal-interpreti u l-ammonti mħallsa lix-xhieda u lill-esperti, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba fl-ivvjaġġar lejn l-Istat rikjest jiġu rrimborżati mill-qorti rikjedenti barranija lill-qorti rikjesta Rumena.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-persuna li trid tiġi eżaminata għandha titħarrek ukoll skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Rumen il-ġdid. Din il-persuna għandha tiġi infurmata li s-seduta tkun se sseħħ fuq bażi volontarja fit-taħrika maħruġa mill-qorti rikjesta Rumena, permezz tad-deċiżjoni li tapprova l-ġbir tal-provi mill-qorti rikjesta jew fi kwalunkwe dokument ieħor.

Skont l-Artikolu 261(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid, il-qorti inkarigata skont il-proċedura tal-ittri rogatorji tiġbor il-provi fil-preżenza tal-partijiet, jew anke fin-nuqqas tagħhom, jekk ikunu tħarrku legalment, u jkollha l-istess dmirijiet bħall-qorti tar-rinviju, fir-rigward tal-proċedura li trid tiġi segwita.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Skont l-Artikolu 318 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid, qabel ma jieħu dikjarazzjoni, il-President jistaqsi lix-xhud jiddikjara kunjomu, ismu, xogħlu, id-domiċilju tiegħu u l-età tiegħu, jekk jiġi minn waħda mill-partijiet bid-demm jew biż-żwieġ u f'liema grad, u jekk hux impjegat ta' waħda mill-partijiet. Imbagħad, il-President jiġbed l-attenzjoni tax-xhud għad-dmir li jieħu ġurament u s-sinifikat tal-ġurament.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikoli 319 u 320 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Rumen il-Ġdid, qabel ma jinstemgħu, ix-xhieda jieħdu l-ġurament li ġej: "Naħlef li ngħid is-sew u li ma naħbi xejn milli naf. Hekk Alla jgħini!"

Ix-xhud jieħu l-ġurament waqt li jżomm idu fuq is-salib jew fuq il-Bibbja. Fir-rigward tad-divinità invokata fil-kliem tal-ġurament, din tinbidel skont it-twemmin reliġjuż tax-xhud. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq mhumiex applikabbli għal xhud li jkun ta' reliġjon mhux Nisranija.

Xhud li ma jkollux twemmin reliġjuż jieħu l-ġurament li ġej: "Naħlef fuq l-unur u l-kuxjenza tiegħi li ngħid is-sew u li ma naħbi xejn milli naf."

Xhieda li ma jiħdux ġurament, għal raġunijiet ta' kuxjenza jew fidi, ilissnu l-kliem li ġej quddiem il-qorti: "Norbot ruħi li ngħid is-sew u li ma naħbi xejn milli naf."

Persuni muti u muti torox li jkunu jafu jaqraw jieħdu l-ġurament billi jittraskrivu t-test tal-ġurament u jiffirmawh, persuni nieqsa mis-smigħ ilissnu l-ġurament, u persuni illitterati jieħdu l-ġurament bl-użu tas-sinjali bl-għajnuna ta’ interpretu.

Wara li x-xhud ikun ħa l-ġurament, il-President jiġbidlu l-attenzjoni għall-fatt li, jekk ma jgħidx is-sew, ikun qed jikkommetti r-reat ta' sperġur.

Dawn huma kollha mniżżla fid-dikjarazzjoni bil-miktub.

Tfal li ma jkunux laħqu l-età ta’ 14-il sena u li ma jkollhomx il-kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet fil-mument tas-seduta, jistgħu jinstemgħu mingħajr ġurament u mingħajr ma jkunu pprojbiti milli jagħmlu dan, imma l-qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom jgħidu s-sew, u tqis il-pożizzjoni speċjali tagħhom meta tiġġudika x-xhieda tagħhom.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Il-persuni ta’ kuntatt jistgħu jkunu speċjalisti tal-IT minn qrati tal-appell, l-iskrivan tal-qorti jew l-imħallef. Madwar 144 mill-244 qorti għandhom faċilitajiet għall-vidjokonferenzi. Kull waħda minn dawk il-144 qorti għandha 2 faċilitajiet għall-vidjokonferenzi.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/05/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Slovenja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Huwa possibbli li l-provi jinġabru b'vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru rikjedenti jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru. Fil-materji ċivili u kummerċjali kollha, japplika l-Artikolu 114a tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku; minn hawn 'il quddiem: ZPP), li jistipula li, bil-kunsens tal-partijiet, qorti tista' tippermetti lill-partijiet u lir-rappreżentanti legali tagħhom ikunu f'postijiet differenti waqt is-seduta u l-attivitajiet proċedurali jsiru hemmhekk, sakemm ikun hemm trasferiment tal-ħoss u l-immaġni mill-post ta' fejn qed issir is-seduta u l-post jew postijiet fejn jinsabu l-partijiet jew ir-rappreżentanti u viċi versa (vidjokonferenza). B'dawn il-kundizzjonijiet, qorti tista’ tiddeċiedi wkoll li tiġbor il-provi billi teżamina l-partijiet u x-xhieda, u billi tisma' l-periti.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Il-vidjokonferenzi jistgħu jintużaw biex jiġu eżaminati l-partijiet u x-xhieda, kif ukoll għas-smigħ tal-periti. Il-partijiet u r-rappreżentanti (pereżempju l-avukati) jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet proċedurali kollha b'vidjokonferenza.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ġeneralment, il-partijiet u r-rappreżentanti legali jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet proċedurali kollha minn post imbiegħed. Iz-ZPP jirrestrinġi l-possibbiltà għall-ġbir ta’ provi b'vidjokonferenza għal lista eżawrjenti ta' provi (eżami tal-partijiet u x-xhieda, is-smigħ tal-periti). Għalhekk, mhux possibbli li vidjokonferenza tintuża għall-ġbir ta' provi billi jiġi spezzjonat post jew jinġabru provi bl-eżami ta' dokumenti.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Ġeneralment, il-partijiet u r-rappreżentanti legali jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet proċedurali kollha minn post imbiegħed. Ma hemm l-ebda restrizzjoni dwar fejn tkun tinstab il-parti l-oħra barra mill-qorti.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

L-Artikolu 125a taz-ZPP jistipula l-bażi ġuridika għar-reġistrazzjoni tal-ħoss u tal-immaġni waqt seduta. Skont din id-dispożizzjoni, president tas-senat jista’ jordna reġistrazzjoni tal-ħoss jew tal-immaġni ta' seduta. Dan ifisser li l-President tas-Senat, li l-proċedimenti jsiru quddiemu, għandu dritt diskrezzjonali biex jiddeċiedi jekk issirx reġistrazzjoni ta' ħoss u immaġni waqt is-seduta. Skont l-Artikolu 114a, parti ma għandhiex id-dritt li titlob li l-qorti tippermetti vidjokonferenza. It-talba għal vidjokonferenza tista' ssir b'inizjattiva tal-qorti, u f'dak il-każ ikun meħtieġ il-kunsens tal-partijiet. Deċiżjoni li permezz tagħha l-qorti tordna vidjokonferenza trid tinħareġ b'biżżejjed żmien qabel is-seduta, filwaqt li jitqies iż-żmien għat-tħejjija teknika, u l-partijiet iridu jkunu infurmati biżżejjed bil-quddiem dwar iridux jidhru l-qorti.

Mill-2011 'l hawn, tal-inqas awla waħda tal-qorti f'kull qorti distrettwali (11-il post) fis-Slovenja ġew fornuti bit-tagħmir kollu meħtieġ għall-vidjokonferenzi u għar-reġistrazzjoni ta' dawn il-konnessjonijiet. Huwa possibbli li jiġi rreġistrat il-ħoss biss jew l-immaġni biss jew it-tnejn f'daqqa. Hemm ukoll tliet settijiet ta’ tagħmir mobbli għall-vidjokonferenzi li l-qorti jistgħu jużaw fi qrati lokali jew qrati oħrajn. Peress li vidjokonferenza tiġi stabbilita permezz ta' punt aċċessibbli ċentralment, kull vidjokonferenza tista’ tiġi rreġistrata wara ordni minn imħallef.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament, l-eżamijiet jistgħu jsiru minn qorti rikjesta, speċifikament fil-lingwa uffiċjali tal-qorti (bis-Sloven u bil-lingwi tal-komunitajiet nazzjonali li jintużaw uffiċjalment mill-qrati fiż-żoni ta' dawn il-komunitajiet nazzjonali, jiġifieri t-Taljan jew l-Ungeriż) u, meta jkun hemm bżonn, permezz ta' traduzzjoni għal-lingwa li tkun tinftiehem minn parti jew parteċipant ieħor fil-proċediment, meta jkunu ssuġġerewha, jew meta l-qorti tiddetermina li parti jew parteċipant ieħor fil-proċedimenti ma jkunx jaf is-Sloven.

Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, l-eżami jsir direttament mill-qorti rikjedenti. F'dak il-każ, eżami jista' jsir b’lingwa barranija jekk tiġi pprovduta traduzzjoni xierqa għal-lingwa mifhuma mill-parti jew mill-partiċipanti l-oħra fil-proċediment.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Meta jintużaw l-interpreti tal-qorti, dan jista' jkun organizzat jew mill-qorti rikjedenti jew mill-qorti rikjesta (skont il-ftehim bejn il-qrati). Barra minn hekk, l-interpreti tal-qorti jistgħu jkunu fil-post tal-qorti rikjedenti jew tal-qorti rikjesta, jew post ieħor.

Fil-prattika, l-interpreti tal-qorti jkunu fil-post fejn ikun hemm il-persuna li teħtieġ interpretazzjoni, jiġifieri fil-post tal-qorti rikjesta, jekk il-qorti li tkun qed titlob l-eżami tkun qed tagħmel dan bil-lingwa tagħha, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, jew fil-post tal-qorti rikjedenti jekk l-eżami jkun qed isir mill-qorti rikjesta, skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Persuna li tkun se tiġi eżaminata trid tiġi mħarrka personalment jew bil-miktub biex tidher il-qorti. Fost affarijiet oħra, it-taħrika tindika l-ħin u l-post fejn il-persuna tkun se tiġi eżaminata. Ċerti xhieda jistgħu jiġu eżaminati f'darhom f'każ ta' età avvanzata, mard jew diżabbiltà fiżika serja. L-Att dwar il-Proċedura Ċivili ma jistipulax kemm iridu jkunu mħarrka bil-quddiem ix-xhieda; madankollu, il-partijiet iridu jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom għas-seduta - tal-inqas 15-il jum mill-mument tan-notifika tat-taħrika għas-seduta. Dan it-terminu ma japplikax meta persuna tiġi mħarrka bħala xhud.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Skont l-Artikolu 153 taz-ZPP, parti li titlob li jinġabru provi, tiddepożita ammont ta' flus biex ikopri l-ispejjeż imġarrba mill-ġbir tal-provi. Jekk il-provi li jridu jinġabru jkunu proposti miż-żewġ partijiet, il-qorti tista' tiddeċiedi li ż-żewġ partijiet jiddepożitaw partijiet ugwali tal-ammont. L-ispejjeż jiġu rimborżati skont l-eżitu tal-kwistjoni.

Fir-Repubblika tas-Slovenja, il-vidjokonferenzi huma bla ħlas.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Iz-ZPP ma jistabbilix kundizzjonijiet addizzjonali.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Qabel ma x-xhieda jiġu eżaminati, jintalbu jagħtu isimhom u kunjomhom, isem missierhom, xogħolhom, l-indirizz tagħhom, il-post ta’ twelid, l-età u r-relazzjoni tagħhom mal-partijiet (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 238 taz-ZPP).

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Iz-ZPP ma tistipulax it-teħid ta' ġurament. Skont l-Artikolu 238, qorti tavża lix-xhieda qabel il-bidu tal-eżami li jridu jgħidu s-sew u ma jaħbu xejn, u wara jkunu avżati bil-konsegwenzi jekk jixhdu l-falz.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Iz-ZPP ma fihx dispożizzjoni ta' dan it-tip.

Fil-prattika, tal-inqas ġimgħa qabel vidjokonferenza, il-konnessjoni tiġi ttestjata biex jaraw li taħdem u li tkun ta' kwalità sodisfaċenti u biex kull nuqqas jitranġa. Dan jiżgura li t-teknixin li jkun preżenti waqt is-seduta jkun jista' jopera t-tagħmir għall-vidjokonferenzi bla diffikultajiet, peress li l-ittestjar ikun diġà sar qabel. Il-qrati, jew waqt it-talba stess jew wara, jiskambjaw id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni li jkunu se jkunu responsabbli mill-aspetti tekniċi tal-vidjokonferenza.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Iz-ZPP ma fihx dispożizzjoni ta' dan it-tip.

Fil-prattika, il-qorti rikjedenti tibgħat lill-qorti rikjesta, flimkien mat-talba, formola bl-informazzjoni teknika kollha dwar is-sistema għall-vidjokonferenzi u d-dettalji ta' kuntatt tal-espert li jkun se jkun responsabbli għall-aspetti tekniċi tal-vidjokonferenza. Iż-żewġ qrati ikollhom bżonn informazzjoni dwar is-sistemi għall-vidjokonferenzi, it-tip ta' konnessjoni (ISDN, IP), il-veloċità tal-konnessjoni, l-indirizz (numru tat-telefown), il-lingwa li tkun se tintuża għall-ittestjar, id-data u l-ħin tal-ittestjar, kwalunkwe differenza fil-ħin u d-dettalji ta' kuntatt tat-teknixin responsabbli għall-kwistjonijiet tekniċi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/03/2017

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Slovakkja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Għalkemm il-liġi Slovakka ma fihiex regoli speċifiċi li jippermettu li l-provi jinġabru mill-qorti fl-Istat Membru parteċipanti, ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet li dan jipprevjenuh. Skont ir-regoli proċedurali, il-qrati jiġbru l-provi waqt seduta, kif ukoll, meta jkun prattiku, barra minn seduta (l-Artikolu 122 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Občianský súdny poriadok)). Bil-kunsens tal-partijiet, il-qorti tista' tagħmel seduta orali b'vidjokonferenza jew teknoloġija ta' komunikazzjoni oħra (l-Artikolu 116(6) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Fil-prinċipju, il-partijiet għandhom id-dritt li jkunu preżenti waqt li jinġabru l-provi.

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għall-ġbir tal-provi b'vidjokonferenza (apparti dawk deskritti fuq). Għalhekk, japplikaw biss ir-Regolament dwar il-Ġbir tal-Provi (Nariadenie o výkone dôkazu), il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u r-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati (Spravovací a kancelársky poriadok pre súdy) (fl-2015, id-Digriet tal-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk Nru 543 tal-11 ta' Novembru 2005 dwar ir-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati Distrettwali (okresné súdy), il-Qrati Reġjonali (krajské súdy), il-Qorti Speċjali (Špeciálny súd) u l-Qrati Militari (vojenské súdy)).

Il-kwistjonijiet l-oħra kollha jridu jiġu solvuti bi ftehim bejn il-qrati kkonċernati u bl-għajnuna tal-EJN.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemm l-ebda restrizzjoni fil-liġi Slovakka fuq it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata permezz ta' vidjokonferenza. Skont l-Artikolu 125 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-mezzi kollha li jistgħu jintużaw biex jiġu stabbiliti l-fatti ta' kawża jistgħu jintużaw bħala provi. B'mod partikolari jistgħu jkunu eżaminati partijiet, xhieda u periti.

Skont l-Artikolu 124 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, waqt il-ġbir tal-provi jrid jiġi osservat l-obbligu li informazzjoni klassifikata tibqa' kunfidenzjali.

Skont l-Artikolu 100(3), jekk qorti tiddeċiedi li tqis l-opinjoni ta' minuri, l-opinjoni tiġi aċċertata permezz tar-rappreżentat tal-minuri jew tal-awtorità rilevanti inkarigata mill-benessri u l-protezzjoni legali tat-tfal u l-kura soċjali, jew billi teżamina l-minuri anke mingħajr ma jkunu preżenti l-ġenituri tiegħu. Restrizzjonijiet speċifiċi jiddependu kjarament mill-età tal-minuri u mill-metodu magħżul mill-qorti għall-eżami.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

L-ebda, ħlief dawk ir-restrizzjonijiet marbuta man-natura proprja tal-vidjokonferenzi (il-fatt li huwa impossibbli li ssir tiftixa fl-istabbiliment permezz ta' vidjokonferenza, eċċ.).

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Il-provi normalment jinġabru waqt seduta (l-Artikolu 122 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) u s-seduti normalment isiru fil-bini tal-qorti (l-Artikolu 25 flimkien mal-Artikolu 35 tar-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati). Għal raġunijiet tekniċi ikun diffiċli li ssir intervista banda oħra.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

It-tagħmir għall-vidjokonferenzi jista' wkoll jirreġistra l-vidjokonferenzi. Madankollu, skont it-termini tal-Artikolu 116(6) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, seduta orali permezz ta' vidjokonferenza tista' ssir biss bil-kunsens tal-partijiet. Mingħajr il-kunsens tal-partijiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Artikolu 44a tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li skonthom seduta tista' tiġi rreġistrata wkoll bl-użu ta' tagħmir ta' awdjoreġistrazzjoni. Dik l-awdjoreġistrazzjoni tinzamm fuq data carrier, li jkun parti mill-atti tal-kawża.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Din il-mistoqsija mhix speċifika għall-ġbir ta' provi minn barra l-pajjiż jew b'vidjokonferenza. Skont ir-regoli ġenerali, is-seduti tal-qorti Slovakka isiru dejjem bil-lingwa uffiċjali u jekk ikun hemm bżonn ikunu pprovduti l-interpreti.

Jekk qorti tkun involuta fil-ġbir tal-provi, wieħed jistenna li l-qorti li tirċievi t-talba tmexxi s-seduta u li għalhekk il-provi jinġabru fil-lingwa ta' dik il-qorti. Jekk il-qorti tiġbor il-provi skont l-Artikolu 17, dan tagħmlu fil-lingwa tagħha stess.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar din il-kwistjoni. L-interpreti jiġu pprovduti fuq bażi ad hoc bi qbil bejn il-qrati kkonċernati.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirregola dawn il-kwistjonijiet. Japplikaw ir-regoli ġenerali dwar is-smigħ tas-seduti u t-taħrik tax-xhieda u l-partijiet. Il-qrati normalment jiġbru l-provi waqt is-seduti (l-Artikolu 122 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) u taħrika mill-qorti trid tiġi nnotifikata bil-quddiem biżżejjed biex tkun konformi mad-dati ta' skadenza għat-tħejjija ta' seduta tal-qorti (l-Artikolu 46/3 tar-Regoli Amministrattivi u Segretarjali għall-Qrati), li "normalment ikunu ħamest ijiem qabel id-data meta tkun ħa ssir is-seduta" (l-Artikolu 115(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Il-qrati Slovakki ma jżommux flus għall-vidjokonferenzi.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirregola dawn il-kwistjonijiet. B'mod ġenerali, qorti suppost li tinforma persuna bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħha fil-bidu ta' seduta. Dan ma japplikax meta dawn il-persuni jkunu rappreżentati minn avukat (advokát). (l-Artikolu 5 tar-Regoli ta' Proċedura Ċivili).

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirregola dawn il-kwistjonijiet. Il-proċedura speċifika se tkun deċiża bi ftehim ad hoc bejn il-qrati kkonċernati. Evidentement japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali li jivverifikaw l-identità tal-persuna. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu li fil-bidu ta' seduta, l-identità ta' xhud tkun trid tiġi stabbilita flimkien ma' kull ċirkostanza li tista' taffettwa l-kredibilità tax-xhud (relazzjonijiet familjari eċċ., l-Artikolu 126(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Il-liġi Slovakka fiha biss dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet fi proċedimenti kriminali, mhux fi proċedimenti ċivili.

Madankollu, skont l-Artikolu 126(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-qrati jinfurmaw lix-xhieda fil-bidu ta' kull seduta dwar is-sinifikat tad-dikjarazzjonijiet tax-xhieda u dwar id-drittijiet u l-obbligi tax-xhieda (li jgħidu s-sew u ma jaħbu xejn) u dwar il-konsegwenzi penali ta' sperġur. Ta' min jinnota li din id-dispożizzjoni ġuridika (sperġur) ma tapplikax għall-partijiet fil-proċedimenti.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Il-qrati Slovakki kollha għandhom amministratur li jista' jiġi avviċinat biex jippjana l-ittestjar tal-vidjokonnessjoni, id-data tas-seduta eċċ. L-amministratur huwa mħarreġ fl-operat tal-faċilitajiet għall-vidjokonferenzi. F'każ ta' kwalunkwe problema, l-amministratur jista' jikkuntattja lit-teknixin tal-qorti u jista' jara li t-teknixin ikun preżenti dakinhar tas-seduta.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Tkun meħtieġa l-informazzjoni teknika neċessarja biex tiġi stabbilita konnessjoni mat-tagħmir tal-qorti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Finlandja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iż-żewġ proċeduri huma possibbli. Talba għandha tiddikjara biċ-ċar għal liem proċedura qed tirreferi l-qorti rikjedenti.

Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja relatati mal-preżentazzjoni tal-provi japplikaw għas-seduta.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Ma hemm l-ebda restrizzjoni f'kawżi skont id-dritt ċivili jew kummerċjali. Il-periti u l-partijiet jistgħu jiġu eżaminati wkoll b'vidjokonferenza.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Xejn.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Le.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Ir-reġistrazzjoni ta' seduti b'vidjokonferenza mhix ipprojbita, imma t-tagħmir meħtieġ ma jinsabx fil-qrati kollha. Trid issir talba separata għaliha meta tiġi ppreżentata t-talba għall-vidjokonferenza.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 10 sa 12, is-seduta ssir bil-Finlandiż jew bl-Iżvediż. Fil-każ ta' smigħ dirett tax-xhieda skont l-Artikolu 17, il-qorti rikjedenti tagħżel il-lingwa li trid tintuża.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 10 sa 12, il-forniment u l-lok tal-interpreti jridu jiġu maqbula bejn il-qorti rikjedenti u l-qorti rikjesta. Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 17, il-qorti rikjedenti tkun responsabbli għall-ingaġġar tal-interpreti u biex tiddeċiedi fejn ikunu.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 10 sa 12, il-qorti rikjedenti tħarrek lill-persuna li trid tiġi eżaminata b'ċitazzjoni miktuba. Idealment, għandu jkun hemm tal-inqas bejn ġimagħtejn u tliet ġimgħat bejn in-notifika u d-data tas-seduta. Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 17, il-qorti rikjedenti tkun responsabbli għan-notifika u għall-arranġament neċessarji.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Meta persuna tiġi eżaminata skont l-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament f'qorti mgħammra għall-vidjokonferenzi, l-użu tat-tagħmir għall-vidjokonferenzi normalment ma jiġġenerax spejjeż separati. Meta persuna tiġi eżaminata skont l-Artikolu 17 xi mkien li mhux f'qorti, il-qorti rikjedenti tieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż tal-vidjokonferenza.

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Qorti li tkun bagħtet talba skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament trid tinforma lill-persuna kkonċernata li x-xhieda tinstema' fuq bażi volontarja.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 10 sa 12, il-qorti rikjesta tistabbilixxi l-identità tal-persuna li trid tiġi eżaminata u tiċċekkjaha, jekk ikun hemm bżonn, permezz tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħha. Meta jsiru talbiet skont l-Artikoli 17, il-qorti rikjedenti tkun meħtieġa tivverifika l-identità tal-persuna li tkun se tiġi eżaminata.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Ma japplika l-ebda rekwiżit għall-ġuramenti f'każ ta' smigħ dirett tax-xhieda skont l-Artikolu 17. Ġurament isir skont il-leġiżlazzjoni li tirregola l-qorti li tkun qed teżamina x-xhud.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

Il-qorti rikjedenti tipprovdi l-isem ta' dik il-persuna ta' kuntatt.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

– Idealment, il-qorti rikjedenti għandha tipprovdi l-ismijiet tal-persuni ta' kuntatt kemm għall-arranġamenti tekniċi u kemm għal kwistjonijiet (ġuridiċi) speċifiċi għall-kawża.

– It-talba għandu jkun fiha d-dettalji ta' kuntatt (l-indirizzi tal-posta elettronika u/jew in-numru tat-telefown) tal-persuni ta' kuntatt biex ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati waqt is-seduta tal-qorti f'każ li jkun hemm problemi bil-vidjokollegament jew problemi oħra simili.

– Jekk l-Istati jkunu jinsabu f'żoni tal-ħin differenti, it-talba għandha tispeċifika jekk il-ħinijiet imsemmija humiex tal-istat rikjedenti jew tal-istat rikjest.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/08/2019

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing - Svezja

LISTA TAL- KONTENUT


1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?

Iva, is-smigħ tax-xhieda jista' jsir b'vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru rikjedenti jew direttament minn qorti ta' dak l-Istat Membru.

Skont l-Artikolu 5 tal-Att (2003:493) dwar ir-Regolament KE dwar il-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ("Ir-Regolament tal-Kumpilazzjoni ta' Xhieda"), ix-xhieda jinstemgħu mill-qrati distrettwali (tingsrätter). Il-qorti tapplika r-regoli għas-smigħ tax-xhieda barra mis-seduta prinċipali li huma stipulati fil-Kapitolu 35, fl-Artikoli 8-11 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken), ħlief meta jkun stipulat mod ieħor fir-Regolament.

Ta' min jinnota li f'kawżi fejn ma japplikax ir-Regolament tal-Kumpilazzjoni tax-Xhieda, hemm dispożizzjonijiet f'atti oħrajn, pereżempju l-Att (1946:816) dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda għal qorti barranija.

2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?

Kull parti li tkun trid tiġi eżaminata f'kawża tista' tiġi eżaminata b'vidjokonferenza.

3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?

Ma ġiet imposta l-ebda restrizzjoni partikolari.

4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?

Is-smigħ tax-xhieda jsir mill-qrati distrettwali. Minbarra dan, ma ġiet imposta l-ebda restrizzjoni partikolari.

5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?

Iva, huwa permess u hemm il-faċilitajiet għalih.

6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?

(a) Is-seduta trid issir bl-Iżvediż imma l-qorti tista' tqabbad interpretu.

(b) Dan jiddependi mir-regoli tal-istat rikjedenti.

7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?

Jekk l-eżami jsir l-Iżvezja, il-qorti Żvediża tiddeċiedi dwar l-interpreti.

8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?

Il-qorti rikjesta tħarrek lill-persuna li tkun trid tiġi eżaminata. It-taħrika tispeċifika l-ħin u l-post. Ma hemm l-ebda rekwiżit regolatorju dwar l-ammont ta' ħin li jrid jitħalla biex tiġi deċiża d-data tas-seduta.

9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?

Jekk il-qorti Żvediża titlob li jsir hekk, il-qorti rikjedenti trid tħallas l-ispejjeż tal-periti u l-interpreti, flimkien mal-ispejjeż li jiġu mit-talba għal eżekuzzjoni b'konformità ma' proċedura speċjali, u l-ispejjeż tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni bħal tal-vidjokonferenzi u tat-telekonferenzi (cf. l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament tal-Kumpilazzjoni ta' Xhieda).

10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?

Hija l-qorti rikjedenti li trid tinforma l-persuna kkonċernata li s-smigħ tax-xhieda skont l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta' Xhieda jsir fuq bażi volontarja.

11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?

Ma hemm l-ebda proċedura regolata speċifikament biex tiġi vverifikata l-identità waqt din il-konnessjoni.

12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?

Bħala regola ġenerali, japplikaw ir-regoli nazzjonali dwar il-ġuramenti, u ma ġiet stipulata l-ebda kundizzjoni jew informazzjoni speċifika għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17.

13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?

F'kull qorti hemm persunal li jkun jista' jopera faċilitajiet tal-vidjokonferenzi.

14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?

Normalment ma tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/06/2017