LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?
- 2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?
- 3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?
- 4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?
- 5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?
- 6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?
- 7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?
- 8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?
- 9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?
- 10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?
- 11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?
- 12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?
- 13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?
- 14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?
1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?
Iva, l-kumpilazzjoni tal-provi tista' ssir b'dan iż-żewġ modi. Il-proċeduri ġew żviluppati ad hoc; il-leġiżlazzjoni Belġjana ma għandhiex dispożizzjonijiet dwar il-vidjokonferenza, iżda tippermettiha.
2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?
Kemm ix-xhieda u kemm l-esperti jistgħu jagħtu provi. Fil-prattika, il-provi jkunu ġa ttieħdu mill-partijiet skont l-Artikolu 17.
3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?
Trid tiġi applikata l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-qorti rikjedenti f'dan il-każ. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba ma tridx tikser il-prinċipji fundamentali tal-liġi nazzjonali Belġjana (l-Artikolu 17(5)(c)).
4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?
L-eżami permezz ta' vidjokonferenza ma hemmx bżonn li jsir il-qorti.
5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?
Il-qorti rikjedenti tiddetermina skont ir-regoli tagħha stess jekk is-seduta għandhiex tiġi rekordjata u tagħmel l-arranġamenti neċessarji.
6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?
a) bl-Olandiż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż biss (il-liġi Belġjana).
b) l-ebda rekwiżiti tal-lingwa.
7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?
Il-qorti rikjedenti tqabbad interpretu u tieħu ħsieb l-ispejjeż tal-interpretazzjoni. Normalment, l-interpretu jipprovdi s-servizzi tiegħu fil-qorti rikjedenti dakinhar tal-vidjokonferenza. Madankollu, ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-interpretu ma għandux ikun fiżikament preżenti max-xhud.
8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?
Dan jiġi determinat skont il-liġi nazzjonali tal-qorti rikjedenti.
9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?
L-ispejjeż normalment jitħallsu mill-qorti rikjedenti.
Il-konnessjoni bit-telefown tinbeda mill-qorti rikjedenti. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar iridu jitħallsu wkoll mill-qorti rikjedenti. Il-korp ċentrali jindika dan il-fatt lill-qorti rikjedenti meta jikkonferma li rċieva t-talba.
10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?
Il-qorti barranija tinforma lix-xhieda bl-ittra ta' stedina, li tispeċifika n-natura volontarja tal-kooperazzjoni tagħha.
Il-korp ċentrali jitlob lill-qorti rikjedenti biex jibgħat l-ittra ta' stedina qabel tintbagħat il-Formola J. Din l-ittra trid turi b'mod ċar illi l-persuna ġiet infurmata li l-attendenza għas-seduta hija fuq bażi volontarja.
11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?
Permezz ta' dokumenti tal-identità.
12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?
Dan jiġi determinat skont il-liġi nazzjonali tal-istat rikjedenti.
13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?
Membru tal-persunal tal-korp ċentrali jassumi temporanjament ir-rwol ta' koordinatur sabiex jiġu miftiehma kwistjonijiet prattiċi bħad-data u l-ħin ta' seduta ta' prova u s-seduta propja.
Skrivan/amministratur ikun responsabbli biex jixgħel u jitfi s-sistema.
14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?
It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jiġu sottomessi lill-qorti rikjedenti mill-korp ċentrali qabel is-seduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 27/02/2017