LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?
- 2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?
- 3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?
- 4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?
- 5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?
- 6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?
- 7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?
- 8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?
- 9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?
- 10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?
- 11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?
- 12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?
- 13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?
- 14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?
1 Huwa possibbli li l-evidenza tinġabar bil-vidjokonferenza jew bil-parteċipazzjoni ta' qorti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba jew direttament f'qorti ta' dak l-Istat Membru? Jekk iva, x'inhuma l-proċeduri nazzjonali relevanti jew il-liġijiet li japplikaw?
Iva, iż-żewġ proċedimenti huma possibbli. Il-maġġoranza tat-talbiet indirizzati lil-Lussemburgu jikkonċernaw l-interrogazzjoni ta' xhud minn qorti fl-Istat Membru rikjedent permezz ta' vidjokonferenza.
Ma jeżistux dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-vidjokonferenzi, għalhekk japplikaw l-artikolu tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid dwar is-seduti ta' smigħ tax-xhud, il-verifika personali mill-imħallef u d-dehra personalment il-qorti tal-partijiet. Attwalment, ma hemmx ġurisprudenza dwar il-vidjokonferenzji.
2 Hemm xi restrizzjonijiet dwar it-tip ta' persuna li tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – per eżempju, huma biss ix-xhieda li jistgħu jiġu eżaminati jew anke esperti jew partijiet oħra?
Jistgħu jkunu soġġetti għal seduta ta' għoti ta' xhieda, ix-xhieda, f'ċerti każijiet il-partijiet u l-esperti ġudizzjarji. Madankollu, s'issa, it-talbiet kienu biss dwar is-smigħ tax-xhieda.
3 Hemm xi restrizzjonijiet fuq it-tip ta' evidenza li tista' tinkiseb bil-vidjokonferenzi?
L-unika restrizzjoni li għandha tiġu nnutata hija illi s-seduta ta' smigħ tax-xhud issir fuq bażi volontarja. Jekk xhud jirrifjuta li jixhed, l-awtoritajiet Lussemburgiżi m'għandhom l-ebda dritt jobbligawh.
4 Hemm xi restrizzjonijiet fuq fejn persuna tista' tiġi eżaminata bil-vidjokonferenzi – i.e. trid tkun fil-qorti?
Iridu jkunu provi li jistgħu jinkisbu f'postijiet fil-qrati mgħammra bit-tagħmir tekniku neċessarju.
5 Huwa permess li s-seduti tal-vidjokonferenzi jiġu rekordjati u jekk iva, din il-faċilità hija disponibbli?
Jekk l-Istat rikjedenti jixtieq jirrekordja l-vidjokonferenza, irid ikollu l-kunsens espliċitu tax-xhud mismugħ ġewwa l-Lussemburgu. Il-Lussemburgu bħala Stat rikjest ma jirrekordjax il-vidjokonferenza minħabba li l-irrekordjar mhux permess skont il-liġi Lussemburgiża.
6 B'liema lingwa għandu jsir is-smigħ: (a) fejn it-talbiet isiru taħt l-Artikoli 10 sa 12; u (b) fejn ikun hemm ġbir ta' evidenza taħt l-Artikolu 17?
a) bil-Franċiż, bil-Ġermaniż
b) bil-lingwi kollha
7 Jekk ikunu meħtieġa interpreti, min hu responsabbli biex jipprovdihom taħt iż-żewġ tipi ta' smigħ u fejn għandhom ikunu?
Il-qorti Lussemburgiża bħala Stat rikjest tieħu ħsieb li jkun hemm interpretu kull darba li jkun meħtieġ biex tikkomunika b'mod utli kemm mal-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti u kemm mal-persuna li trid tinstema'.
8 Liema proċedura tapplika għall-arranġamenti tas-smigħ u biex il-persuni jiġu notifikati dwar il-post u l-ħin? Kemm għandu jitħalla żmien meta tiġi ffissata d-data tas-smigħ biex il-persuna jkollha biżżejjed żmien minn mindu tirċievi n-notifika?
L-awtoritajiet Lussemburgiżi, u b'mod aktar preċiż il-qorti inkarigata mill-miżura struttorja, jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti biex jaslu għal ftehim dwar ħin u data għall-vidjokonferenza. Iż-żmien mogħti għaċ-ċitazzjoni huwa ta' mill-inqas 15-il jum. L-awtoritajiet Lussemburgiżi huma inkarigati jsejħu l-persuni għall-vidjokonferenza.
9 Liema spejjeż japplikaw għall-użu tal-vidjokonferenzi u kif għandhom jitħallsu?
Skont ir-Regolament, l-Istat rikjest jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-vidjokonferenza u l-Istat rikjedenti jieħu ħsieb il-kwistjonijiet formali, organizzattivi u tekniċi kollha kif ukoll id-dettalji tal-persuni konċernati.
L-użu tal-vidjokonferenza u t-taxxi jieħu ħsiebhom l-Istat Lussemburgiż. L-ispejjez tal-interpretu jitħallsu a priori mill-Istat rikjedent.
10 Hemm xi kundizzjonijiet, u jekk iva, liema huma, biex jiġi żgurat li l-persuna eżaminata direttament mill-qorti li tagħmel it-talba tkun ġiet infurmata li s-smigħ isir fuq bażi volontarja?
Il-persuna tiġi infurmata fl-ittra ta' stedina u mill-imħallef jew inkella mir-reġistratur qabel tibda l-vidjokonferenza.
11 Liema proċeduri jeżistu biex jivverifikaw l-identità tal-persuna li se tiġi eżaminata?
Il-qorti Lussemburgiża, fil-kwalità ta' Stat rikjest, twettaq proċess ta' kontroll tal-identità billi tivverifika l-karti tal-identità fil-bidu tal-vidjokonferenza.
12 Liema kundizzjonijiet japplikaw biex jittieħdu l-ġuramenti u x'informazzjoni hija meħtieġa mill-qorti li tagħmel it-talba meta ġurament ikun meħtieġ waqt it-teħid dirett tal-evidenza taħt l-Artikolu 17?
Ix-xhieda u l-esperti jridu jieħdu ġurament li jgħidu l-verità. Huma jiġu infurmati li jistgħu jeħlu multi u priġunerija f'każ ta' xhieda falza.
Il-ġurament jittieħed quddiem il-qorti rikjedenti.
Fil-każ tal-Artikolu 17, l-Istat rikjedenti japplika l-kundizzjonijiet tiegħu stess. L-imħallef Lussemburgiż li jkun preżenti dakinhar tal-vidjokonferenza, fil-kwalità tiegħu ta' Stat rikjest, ma jintervjenix ħlief f'każ ta' problema.
13 Hemm xi arranġamenti biex jiżguraw li hemm persuna ta' kuntatt fil-post tal-vidjokonferenzi li l-qorti li tagħmel it-talba tista' tagħmel l-arranġamenti magħha u persuna li tkun disponibbli fil-jum tas-smigħ biex topera l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi u tindirizza xi problemi tekniċi?
Fid-data u l-ħin iffissati għall-vidjokonferenza, ikunu preżenti l-imħallef, ir-reġistratur, persuna teknika u, f'każ ta' bżonn, interpretu.
14 X'jiġri jekk ikun hemm bżonn ta' xi informazzjoni addizzjonali mill-qorti li tagħmel it-talba?
Sabiex issir il-vidjokonferenza jridu jiġu kkjarifikati ċertu numru ta' kwistjonijiet ta' natura teknika. Għalhekk is-suċċess ta' seduta ta' smigħ permezz ta' vidjokonferenza jiddependi minn preparazzjoni tajba minn qabel u kollaborazzjoni effikaċi bejn il-punti ta' kuntatt.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 18/09/2017