Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili) ipproduċa ġabra ta’ skedi informattivi li jipprovdu informazzjoni prattika dwar ir-regoli, il-proċeduri u l-faċilitajiet tekniċi għall-videoconferencing bejn il-qrati f’pajjiżi tal-UE differenti.


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNru 1206/2001, li jkopri l-kooperazzjoni bejn il-qrati f’pajjiżi differenti tal-UE dwar il-ġbir tal-provi f’każijiet ċivili u kummerċjali, jipprovdi qafas legali ġenerali għall-ġbir tal-provi f’pajjiż ieħor li mhux dak tal-qorti. Madankollu, kull pajjiż tal-UE għandu l-liġijiet proċedurali tiegħu stess f’dan il-qasam, għalhekk id-dettalji tal-proċess ivarjaw skont il-liġi tal-pajjiż li jirċievi talba għall-kooperazzjoni.

Sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji f’pajjiżi differenti tal-UE jsibuha aktar faċli biex jaħdmu flimkien u jagħmlu użu sħiħ mill-vidjokonferenzi għall-ġbir tal-provi f’pajjiż ieħor tal-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali(NĠE ċivili) ipproduċa sett ta’ skedi informattivi. Dawn jipprovdu informazzjoni prattika dwar ir-regoli, il-proċeduri u faċilitajiet tekniċi f’pajjiżi differenti tal-UE.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 14/11/2017