Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-politika Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju


It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew jinvolvi t-taħriġ tal-ġuristi fil-leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tal-UE u t-titjib tal-għarfien tagħhom u l-għarfien tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fi Stati Membri oħra. Tingħata prijorità lill-imħallfin u l-prosekuturi responsabbli għall-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, iżda t-taħriġ ġudizzjarju Ewropew huwa wkoll essenzjali għal prattikanti legali oħra, bħall-persunal tal-qorti, l-avukati, is-solicitors (avukati li ma jipprattikawx il-qorti), il-bailiffs, in-nutara u l-medjaturi. Il-ġuristi kollha jridu jsiru kompetenti fir-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv Ewropew. Il-fiduċja u l-fehim reċiproċi huma wkoll essenzjali għall-iżgurar ta' ambjent legali sikur li jiddefendi d-drittijiet tal-individwi u l-kumpaniji b'mod ċar u konsistenti.


Naħdmu flimkien biex intejbu t-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

Fid-dawl tar-responsabilitajiet il-ġodda mgħoddija lill-Unjoni Ewropea mit-Trattat ta’ Lisbona u sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet stabbiliti mill-Programm ta’ Stokkolma fil-qasam tat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni jisimha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida“Inkattru l-fiduċja fil-ġustizzja Ewropea, dimensjoni ġdida għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew” f'Settembru 2011. L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni kien li jagħti dimensjoni ġdida lit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew u biex ikun possibbli li għadd ikbar ta’ persuni li jeżerċitaw il-professjoni legali jkollhom aċċess għal taħriġ ta’ kwalità għolja fil-liġi tal-Unjoni Ewropea.

Tliet kwarti tal-imħallfin u l-prosekuturi li wieġbu kienu tal-opinjoni li l-għadd ta’ kawżi li jinvolvu l-liġi tal-UE żdied matul is-snin. Għalhekk huwa neċessarju li jitjieb u jiġi estiż it-taħriġ offrut fil-livell tal-UE. Madwar nofs l-imħallfin u l-prosekuturi li wieġbu jittrattaw kwistjonijiet marbuta mal-liġi tal-UE mill-inqas darba kull tliet xhur. B’konsegwenza ta’ dan, 65% tal-imħallfin u l-prosekuturi jqisu li l-għarfien dwar il-liġi tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha huwa rilevanti fil-qadi ta' dmirijiethom (riżultati ta' stħarriġ fost l-imħallfin, il-prosekuturi u l-persunal tal-qorti fl-Istati Membri tal-UE dwar l-esperjenzi individwali tagħhom fit-taħriġ ġudizzjarju: Studju tal-Parlament Ewropew" Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJudicial training in the EU Member States", 2011).

L-għan tal-Kummissjoni Ewropea huwa li jkun possibbli li 700 000 ġurist , jiġifieri nofs il-ġuristi kollha fl-Unjoni Ewropea, jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ taħriġ ġudizzjarju Ewropew sal-2020 permezz tal-użu tar-riżorsi disponibbli  fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew, skont l-għanijiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Programm ta’ Stokkolma.

Il-kisba ta’ dan l-għan hija r-responsabbiltà konġunta tal-partijiet konċernati kollha. Jeħtieġ illi l-Istati Membri, il-Kunsilli għall-ġudikatura, il-korpi ta’ taħriġ nazzjonali u Ewropej, u l-professjonijiet legali fuq livell nazzjonali u Ewropew jieħdu mpenn biex jintegraw il-liġi tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fit-taħriġ nazzjonali u lokali u biex iżidu n-numru ta’ attivitajiet ta’ taħriġ fil-liġi tal-UE u n-numru ta’ parteċipanti li jattendu għal dawn is-sessjonijiet.

Teħid ta' azzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea ssejjaħ lill-Istati Membri u lill-professjonijiet legali biex jiżguraw li l-ġuristi jibbenefikaw minn tal-inqas ġimgħa taħriġ dwar l-acquis tal-UE u l-istrumenti tagħha tul il-karriera tagħhom.

Il-Kummissjoni ħadet impenn biex iżżid il-fondi disponibbli għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew sabiex tappoġġa proġetti ta’ kwalità għolja b’impatt Ewropew ikbar. L-iskop tal-proġetti se jkun li jħarreġ lill-ġuristi fil-liġi tal-UE, inkluż l-iżvilupp tat-tagħlim elettroniku. Skont il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2014-2020, it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew sar prijorità ewlenija, sabiex jiġi appoġġat it-taħriġ ta' aktar minn 20 000 ġurist fis-sena sal-2020

Aktar informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja Ewropea għall-proġetti ta' taħriġ ġudizzjarju Ewropew tinsab fis-siti elettroniċi tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Sa mill-2013, il-Kummissjoni tappoġġa AIAKOS, rogramm ta’ skambju ta’ ġimagħtejn għall-imħallfin u l-prosekuturi ġodda ġestit min-netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) Il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll xi miżuri ta’ akkumpanjament, billi tiżviluppa r-rwol ta’ appoġġ tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika upermezz ta' abbozzi ta' linji gwida prattiċi, pereżempju dwar il-metodoloġiji ta' taħriġ u l-proċess ta' evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll sħubijiet pubbliċi-privati bħala mod kif tiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi dwar it-taħriġ. B’mod partikolari, dawn jistgħu jgħinu biex jespandi t-taħriġ ġudizzjarju Ewropew f’termini ta’ għadd ta’ attivitajiet offruti u l-għadd ta’ parteċipanti li jistgħu jibbenefikaw.

Il-Kummissjoni żviluppat moduli ta’ taħriġ dwar l-implimentazzjoni ta’ strumenti leġiżlattivi Ewropej speċifiċi. Dawn huma disponibbli bla ħlas u jistgħu jiġu adattati għal kuntesti nazzjonali u gruppi fil-mira differenti mill-ħarrieġa ta' korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzati. Dawn jinsabu fit-taqsima materjal ta’ taħriġ tal-Portal.

Evalwazzjoni tal-qagħda attwali

Il-Kummissjoni tippubblika rapport annwali bl-Ingliż dwar il-parteċipazzjoni tal-ġuristi f’taħriġ fil-liġi tal-UE fl-Unjoni Ewropea:

Fl-2013-2014, il-Kummissjoni wettqet roġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew ppropost mill-Parlament Ewropew biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki rigward it-taħriġ tal-ġuristi fil-liġi tal-UE. Ir-riżultati ġew ippubblikati hawnhekk:

  • Studju dwar l-aħjar prattiki għat-taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi, imwettaq min-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN):
    Ir-rapport huwa disponibbli bl- IngliżPDF(1619 Kb)en. Is-sommarju eżekuttiv huwa disponibbli bl-IngliżPDF(593 Kb)en u bil- FranċiżPDF(589 Kb)fr.
    L-iskedi informattivi dwar prattiki tajbin ta’ taħriġ huma disponibbli fit-taqsima "prattiki tajba tal-Portal. Dawn se jgħinu lill-ħarrieġa u dawk li jipprovdu t-taħriġ tal-professjonijiet legali kollha jtejbu l-prattika tagħhom dwar kwistjonijiet bħall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tat-taħriġ, il-metodoloġija ta’ taħriġ jew l-evalwazzjoni.
  • Studju dwar is-sitwazzjoni attwali tat-taħriġ tal-persunal tal-qorti fil-liġi tal-UE u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri tat-taħriġ għall-persunal tal-Qorti fil-livell tal-UE, assenjat lil konsorzju taċ-Ċentru Ewropew tal-EIPA għall-Imħallfin u għall-Avukati, Justice Coopération Internationale (JCI, Franza), is-servizzi tal-Qorti Skoċċiża (ir-Renju Unit), Centro de Estudios Juridicos (Spanja), il-Krajowa Szkoła Sądownictwa i Prokuratury (il-Polonja) u Sachsen Staatsministerium der Justiz und für Europa (il-Ġermanja):
    L-istudju huwa disponibbli bl-IngliżPDF(1379 Kb)en. Is-sommarju eżekuttiv huwa disponibbli bl-IngliżPDF(909 Kb)en u bil- FranċiżPDF(893 Kb)fr. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-istudju biex jitjieb it-taħriġ tal-persunal tal-qorti huma disponibbli bl-IngliżPDF(938 Kb)en u bil-FranċiżPDF(950 Kb)fr.
    Sommarju tal-persunal tal-Qorti tal-UE kompiti u rwoli ewlenin jistgħu jinstabu f’din it-tabellaPDF(383 Kb)en.  Id-deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti tal-persunal tal-qorti f’kull Stat Membru se tiġi ppubblikata dalwaqt fil-paġni tal-Istati Membri tal-portal.
    Id-deskrizzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ tal-persunal tal-qorti fl-Istati Membri se tiġi ppubblikata fit-taqsima Taħriġ tal-ġuristi fil-livell nazzjonali tal-Portal.
  • Proġett biex jippromwovi l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati kkonċernati mit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, assenjat lill-EJTN:
    Ir-rapport huwa disponibbli bl- IngliżPDF(1499 Kb)en. Is-sommarju eżekuttiv huwa disponibbli bl-IngliżPDF(631 Kb)en u bil- FranċiżPDF(630 Kb)fr.
    L-iskedi informattivi dwar ir-rwol tan-netwerks ġudizzjarji fit-taħriġ fuq livell Ewropew huma disponibbli fit-taqsima "Netwerks u strutturi ta' taħriġ Ewropew"tal-Portal.

F’Ġunju 2014, il-Kummissjoni organizzat sessjoni ta’ ħidma dwar prattiki tajba f’taħriġ ġudizzjarju Ewropew biex ixerred ir-riżultati tal-proġett pilota, sabiex il-ħarrieġa jkunu jistgħu jaqsmu prattiki tajba u ideat. Is-sit web tas-sessjoni ta' ħidma huwa aċċessibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Kuntest

Fl-2006, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKomunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-taħriġ ġudizzjarju fl-Unjoni Ewropea.

Fl-2008 ġiet adottata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri waqt laqgħa fil-Kunsill, dwar it-taħriġ tal-imħallfin, tal-prosekuturi u tal-persunal ġudizzjarju fl-Unjoni Ewropea.

Fl-2009, il-Parlament Ewropew ippubblika studju dwar it-tisħiħ tat-taħriġ ġudizzjarju fl-Unjoni EwropeaPDF(553 Kb)fr,bil-Franċiż.

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona f’Diċembru 2009 ipprovda bażi legali għall-attivitajiet marbuta mat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew. L-Artikoli 81 u 82 iniżżlu "l-appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju" fost il-miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u kriminali.

Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport ta' Mario Monti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaStrateġija ġdida għas-suq uniku jinkludu t-titjib fit-taħriġ fil-liġi tal-UE għall-imħallfin u l-ġuristi, sabiex jinkoraġġixxi liċ-ċittadini u lin-negozji biex jieqfu għad-drittijiet tagħhom u biex jiżgura l-effettività tas-Suq Uniku.

F’Diċembru 2009, il-Kunsill adotta l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProgramm ta' Stokkolma li jikkonċentra fuq il-kwistjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju Ewropew għall-ġuristi kollha.

Fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPjan ta' Azzjoni tal-Programm ta’ Stokkolma u r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarapport dwar iċ-ċittadinanza tal-UE il-Kummissjoni ddikjarat it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew bħala prijorità. Il-Parlament Ewropew saħaq ukoll b'mod konsistenti li taħriġ ġudizzjarju xieraq jikkontribwixxi b'mod sinifikanti fit-titjib tat-tħaddim tas-suq intern u jagħmilha iktar faċli għaċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadrittijiet tagħhom.

Fl-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-partijiet konċernati kif ukoll mal-Istati Membri, il-membri tal-Forum tal-Ġustizzja, u n-netwerks u strutturi Ewropej ta' taħriġ u l-membri tagħhom. Tista' ssib sommarju tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjoni hawnhekkPDF(192 Kb)en.

Fit-13 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Komunikazzjoni "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNibnu l-fiduċja fil-Ġustizzja madwar l-Unjoni Ewropea, dimensjoni ġdida għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew".

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 u t-28 ta' Ottubru 2011 dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadisponibbli bl-Ingliż), il-Kunsill dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ħeġġeġ li ta' kull sena tinqasam informazzjoni mal-Kummissjoni dwar taħriġ disponibbli fil-liġi tal-UE u n-numru ta' ġuristi mħarrġa, u talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra tippreżenta rapport annwali dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew.

Fl-2012, il-Parlament Ewropew ippropona li jitnieda proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, bil-għan li jikkontribwixxi għal:

  • l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fit-taħriġ tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja fis-sistemi u t-tradizzjonijiet ġuridiċi nazzjonali kif ukoll fil-liġi tal-Unjoni,
  • l-identifikazzjoni tal-aktar modi effettivi fl-għoti ta’ taħriġ fil-liġi tal-UE u s-sistemi ġuridiċi nazzjonali lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja f’livell lokali u l-promozzjoni tad-djalogu u l-koordinament bejn l-imħallfin u l-prosekuturi tal-Unjoni,
  • iħeġġeġ lill-fornituri tat-taħriġ ġudizzjarju tal-UE biex jaqsmu l-ideat dwar l-aħjar prattiki u jxxerduhom madwar l-UE, u
  • t-titjib tal-kooperazzjoni bejn in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju. Dan se jinvolvi fornituri tat-taħriġ bħalma hi l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, u organizzazzjonijiet professjonali ta’ livell Ewropew bħan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi u n-Netwerk tal-Prosekuturi Ġenerali tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE.

F’April 2013, il-Kummissjoni Ewropea organizzat konferenza biex jiġi stimulat it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew. Is-sit web tal-konferenza hwua disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

F'Novembru 2013, il-Viċi President Reding tat diskors bl-Ingliż waqt is-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament Ewropew dwar "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-taħriġ ġudizzjarju::Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida .għodda essenzjali għall-eċċellenza ġudizzjarja Ewropea".

F’Ġunju 2016, in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) adotta disa’ prinċipji ta’ taħriġ ġudizzjarju, kemm bħala bażi għall-ġudikatura biex jiġġestixxu l-ħtiġijiet tat-taħriġ tagħhom u bħala qafas għall-fornituri tat-taħriġ biex jippjanaw u jagħtu taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi. Il-prinċipji jindirizzaw kwistjonijiet bħad-dritt għat-taħriġ ġudizzjarju matul il-ħin tax-xogħol, responsabbiltà biex jiġu provduti r-riżorsi meħtieġa, taħriġ inizjali obbligatorju fil-bidu tal-karriera, l-użu ta’ metodi moderni ta’ taħriġ u l-inklużjoni ta’ kwistjonijiet tekniċi u mhux legali fost is-suġġetti tat-taħriġ. It-test tal-prinċipji u l-informazzjoni ta’ sfond jistgħu jinkisbu hawnhekk bl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż u bil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż.

Studji relatati

Insaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Unjoni EwropeaPDF(1694 Kb)fr, 2009, bil-Franċiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-UE, 2011, bl-Ingliż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMenu għall-Ġustizzja,2012, bl-Ingliż

Sessjoni ta' ħidma tal-Parlament Ewropew dwar “it-taħriġ tal-ġuristi: it-tagħlim tal-liġi tal-UE u s-sengħa tal-imħallef”: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSessjoni I - It-Tagħlim ta' u l-Aċċess għal-Liġi tal-UE: Uħud mill-Aħjar Prattiki u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSessjoni II – Intejbu l-Fiduċja Reċiproka (bl-Ingliż), 2013


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 09/01/2017