Jekk sfajt vittma ta' att kriminali, għandek għadd ta' drittijiet. Dan jista' jkun fil-proċedimenti kontra t-trażgressur (proċedimenti kriminali) jew rigward kumpens, protezzjoni u assistenza. Dawn id-drittijiet ivarjaw fost l-Istati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea (UE).
F'dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u tal-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom irċevew attenzjoni ikbar kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll f'dak tal-Istati Membri tagħha. Permezz ta' din il-paġna tal-Portal, tista' ssib informazzjoni dwar il-liġi tal-UE kif ukoll dwar dik tal-Istati Membri.
Ikkonsulta s-sottopaġni rilevanti biex issib aktar informazzjoni dwar:
- kumpens bħala vittma tal-kriminalità u dwar proċeduri relatati, inklużi skemi nazzjonali ta' kumpens f'kull Stat Membru tal-UE
- Il-vittmi tal-kriminalità fil-proċedimenti kriminali
- id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità fil-procedimenti kriminali - skedi informattivi kompluti dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċedimenti kriminali, li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE
- Ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri protettivi - informazzjoni dwar id-dritt li wieħed ikompli jibbenefika minn miżuri protettivi meta jġorr lejn Stat Membru ieħor
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament: 06/10/2020