menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Videjokonferenzi


F'termini tal-użu ta' vidjokonferenzi f'każijiet transkonfinali, studji urew li minn perspettiva teknika sistemi ta' vidjokonferenzi użati minn Stati Membri differenti huma interoperattivi.  F'bosta Stati Membri tagħmir għall-vidjokonferenzi hu disponibbli fuq firxa wiesa' fl-awli tal-qorti. Fl-assenza ta' ostakli tekniċi għandha tingħata aktar attenzjoni sabiex ikun hemm żieda ta' għarfien dwar użu potenzjali ta' vidjokonferenzi u sabiex jinħolqu għodda prattiċi biex tiġi ffaċilitata l-vidjokonferenza.


Videjokonferenzi

Għal dan il-għan, f'din it-taqsima tista' ssib l-informazzjoni li jmiss:

  • Informazzjoni dwar politika ġenerali ta' vidjokonferenzi;
  • fuljett preparat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li fih informazzjoni ġenerali dwar il-qafas legali, kwistjonijiet tekniċi u prattiċi tajba fil-vidjokonferenzi transkonfinali – ara d-dokument mehmuż;
  • manwal li  jipprovdi aktar informazzjoni dettaljata għal dawk li jipprattikaw fil-qasam legali (e.ż. imħallfin, skrivani tal-qrati, u tekniċi tal-qrati);
  • Ġbir ta' evidenza permezz ta' videoconferencing;
  • informazzjoni dwar faċilitajiet nazzjonali li tippermetti lil dawk li jipprattikaw fil-qasam legali sabiex jiskopru jekk tagħmir ta' vidjokonferenzi hux disponibbli f'qorti speċifika fi Stat Membru ieħor (informazzjoni f'din it-taqsima hi bbażata fuq input provdut mill-Ministeri tal-Ġustizzja fl-Istati Membri kollha);
  • formoli dinamiċi attwalment jikkonċernaw biss lill-proċedimenti transkonfinali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali skont ir-Regolament tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 (ara l-qafas leġiżlattiv). Dawn il-fatturi jippermettu lill-qorti li qed tagħmel it-talba sabiex timla' r-rikjesti onlajn, sabiex tiċċekkja jekk rikjesta hix kompluta, sabiex tipprintja, biex issalva, biex tittraduċi fil-lingwa tal-qorti li qed tagħmel it-talba u sabiex tibgħat dawn id-dokumenti b'imejl.

Dokumenti relatati

FuljettPDF(3083 Kb)mt

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida“Promozzjoni tal-użu u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-vidjokonferenzi transkonfinali fil-qasam tal-ġustizzja fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE”

Rapport FinaliPDF(1210 KB)en mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Leġislazzjoni elettronika (Ġustizzja elettronika) – Grupp ta' Esperti dwar il-vidjow konferenza (Annessi hawn taħt).

Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar is-Smigħ ta’ XhiedaPDF(308 Kb)mt


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/07/2016