ID-DRITTIJIET U
L-OBBLIGI TIEGĦEK
META TINVESTI FLUSEK
L-OBJETTIV
L-iskop ta’ dan iċ-charter hu li tingħata importanza lil
prinċipji fundamentali li għandhom iservu biex investituri
żgħar jagħmlu għażliet tajba. Dan iċ-charter jipprovdi
informazzjoni lill-investituri żgħar fuq id-drittiiet tagħhom
meta jixtru strumenti finanzjarji biex ikunu ppreparati aħjar
fl-għażliet tagħhom meta jinvestu.
Dan iċ-charter għandu jservi biex
l-intermedjarji finanzjarji li joffru
servizzi ta’ investiment jidentifikaw
l-aspettattivi leġittimi tal-investituri
ż-żgħar.
Dan iċ-charter japplika għal
investituri u/jew investituri
prospettivi fi strumenti finanzjarji
bħal pereżempju, ishma, bonds,
units fi skemi ta’ investiment kollettiv
u ma japplikax fir-rigward ta’ xiri
jew investiment fi prodotti talassikurazzjoni jew prodotti bankarji.
Għal servizzi bankarji, irreferi għaċcharter dwar Servizzi Bankarji.
Dan iċ-charter ġie żviluppat
b’kollaborazzjoni mal-Awtorità ta’
Malta għas-Servizzi Finanzjarji.
SERVIZZI U
INFORMAZZ JONI LI
GĦANDHOM JIĠU
PPROVDUTI
L-investitur jista’ jistenna li jingħata wieħed minn dawn
iż-żewġ servizzi minn intermedjarju finanzjarju:
APARIR FINANZJARJU
(RAKKOMANDAZZJONI PERSONALI)
Meta jiġi pprovdut dan is-servizz, l-intermedjarju finanzjarju
jagħmel rakkomandazzjoni personalizzata lill-investitur, jiġifieri,
l-intermedjarju jindika prodotti finanzjarji li huma tajbin għallinvestitur partikolari fiċ-ċirkostanzi tiegħu.
Biex jagħmel din ir-rakkomandazzjoni, l-intermedjarju finanzjarju
huwa obbligat li jistaqsi lill-investitur il-mistoqsijiet kollha neċessarji
sabiex jifhem aħjar x’jixtieq l-investitur mill-investiment li jkun qed
jikkonsidra, x’inhi s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu u x’inhu l-għarfien
tal-investitur dwar prodotti u strumenti finanzjarji.
BBEJGĦ TA’ PRODOTT FINANZJARJU
MINGĦAJR PARIR
Permezz ta’ dan is-servizz l-intermedjarju ma jagħti l-ebda
rakkomandazzjoni lill-investitur.
Madanakollu fil-każ ta’ strumenti finanzjarji kumplessi 1
l-intermedjarju
hu obbligat li jistaqsi lill-investitur mistoqsijiet sabiex jara jekk dan
għandux biżżejjed għarfien u esperjenza t’investimenti fi prodotti simili
sabiex ikun jista’ jifhem ir-riskji assoċjati ma’ dan it-tip ta’ prodotti.
F’każ fejn l-investitur ma jissodisfax lill-intermedjarju li għandu biżżejjed
għarfien u esperjenza sabiex jixtri prodotti kumplessi, l-intermedjarju
għandu javża b’mod ċar lill-investitur li t-tali prodotti ma jgħoddux
għalih.
L-intermedjarju mhux obbligat li jagħmel il-mistoqsijiet fuq imsemmija
u jkun jista’ jaffettwa l-ordni tal-klijent biex jixtri prodotti partikolari,
jekk dawn tal-aħħar ma jkunux kumplessi u li ċerti kundizzjonijiet
oħra (li joħorġu mir-regolamenti li jorbtu lill-intermedjarju finanzjarju)
ikunu sodisfatti. F’dan il-każ, l-investitur għandu jiġi mgħarraf illi biex
jingħatalu dan is-servizz, l-intermedjarju mhux obbligat li jara li l-prodott
in kwistjoni hu tajjeb għall-klijent fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom.
1 Strumenti jew prodotti finanzjarji kumplessi huma dawk li jkollhom struttura kumplessa li klijent
mhux dejjem ikun jista’ jifhem faċilment. Hu obbligu tal-intermedjarju li jikklassifika l-prodotti
li joffri bejn dawk kumplessi u dawk li mhumiex skont regoli u kriterji oħra applikabbli u li huma
obbligati li jsegwu.
1 F’KULL KAŻ, U IRRISPETTIVAMENT MIL-LIEMA SERVIZZ QED
JINGĦATA, L-INVESTITUR GĦANDU:
• Jiġi mgħarraf mill-intermedjarju, bil-miktub, b’mod ċar u fi kliem
sempliċi, liema tip ta’ servizz qed jingħata. Din id-dikjarazzjoni
għandha ġġib il-firma tal-intermedjarju u għalkemm l-investitur jista’
jiġi rikjest li jiffirma wkoll, għandha tkun ifformulata b’mod tali li jkun
l-intermedjarju li qed jiddikjara liema servizz qed jagħti.
• Jistenna li jingħata informazzjoni sħiħa, jiġifieri li tkun ċara, ġusta u
mhux qarrieqa dwar l-investiment li jkun qed jiġi propost lilu/qed juri
interess fih. id-dritt li jiċċekkja r-reputazzjoni tal-kumpanija li magħha
ser jinvesti billi jitlob aktar informazzjoni dwar il-kumpanija mingħand
l-intermedjarju finanzjarju. Din l-informazzjoni tista’ tingħata billi,
pereżempju, issir referenza għal dokumentazzjoni maħruġa (i) millkumpanija li magħha ser isir l-investiment jew (ii) minn ‘Credit Rating
Agencies’.
• Ikun infurmat dwar ir-riskji marbuta mal-investiment li jkun qed
jagħmel, jew li qed jiġi offrut li jagħmel, inkluż ir-riskju li jista’ ma
jirċevix lura l-ammont ta’ kapital, l-imgħax jew dħul ieħor fuq dak
l-investiment. Għandu jiġi spjegat bl-aktar mod ċar li akbar ma jkun
il-potenzjal ta’qligħ jew imgħax, akbar huwa r-riskju li l-investitur jitlef
parti mill-flus li jkun qed jinvesti jew saħansitra l-kapital kollu.
• Ikun infurmat dwar il-fatt li s-suċċessi tal-passat tal-investiment li
jkun qed jiġi rrakkomandat lilu/qed juri interess fih, mhumiex garantiti
fil-futur.
• Jingħata informazzjoni b’mod ċar, dwar tariffi jew ħlasijiet – skont
kif japplikaw għall-investiment li jkun qed jidħol għalih. L-investitur
għandu jiġi avżat kull meta t-tariffi jinbidlu. Dawn jinkludu tariffi
applikabbli meta:
• Jinfetaħ, jingħalaq jew jiġi trasferit xi investiment;
• Meta l-investitur iżid fuq/inaqqas minn investiment li diġà jeżisti;
• Meta s-servizz ta’ parir finanzjarju qed jiġi pprovdut b’tariffa li tista’
tkun marbuta (i) mas-somma li qed tiġi investita (ii) mal-ħin iddedikat
sabiex jingħata l-parir finanzjarju jew (iii) għal xi raġuni oħra hekk kif
miftiehem minn qabel bejn l-investitur u l-intermedjarju finanzjarju;
• Meta jkun hemm ftehim ċar sabiex l-intermedjarju finanzjarju jieħu
ħsieb ta’ portafoll ta’ investimenti għall-istess investitur – skont linji
gwida maqbula minn qabel u li jkunu jirriflettu wkoll ix-xewqat talinvestitur fejn għandu x’jaqsam rendiment mill-investiment.
• Ikun infurmat dwar il-possibilità li jinvesti flusu f’isem il-kumpanija
li qed taqdi l-funzjoni ta’ intermedjarju finanzjarju għan-nom
tiegħu. Dan is-servizz huwa magħruf bħala ‘Nominee Services’. Fejn
l-intermedjarju joffri dan is-servizz, l-investitur għandu jingħata
spjegazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi li ser ikunu qed jaffettwaw
l-investiment tiegħu jekk jinvesti bħala ‘Nominee’ u kif ukoll it-tariffi
relatati. Jekk isir ftehim f’dan is-sens fil-bidu tal-kuntratt, l-investitur
għandu jistenna li l-intermedjarju jgħaddilu tagħrif aġġornat u
realistiku dwar l-andament tal-investiment.
• Jistenna li l-informazzjoni kollha marbuta ma’ xi prodott ta’
investiment, għandha tingħatalu bil-miktub. Dan għandu jinkludi
sew karta stampata, posta elettronika jew referenza ċara fejn l-aktar
informazzjoni aġġornata tista’ tinstab fuq l-internet. Il-mezz li permezz
tiegħu għandha tingħata l-informazzjoni għandu jiġi maqbul bejn
l-investitur u l-intermedjarju.
• F’każ ta’ investiment fit-tul, jiġi infurmat x’jiġri mill-flus li jkun investa
jekk ma jkunx jista’ jkompli bl-investiment. Xi tariffi li jistgħu jkunu
applikabbli f’każijiet bħal dawn, għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni
mogħtija lill-investitur.
• Jingħata kopja tal-kuntratt tal-investiment, ladarba dan jiġi ffirmat.
Qabel ma jkun konkluż il-kuntratt għandu jkun hemm qbil bejn
l-investitur u l-intermedjarju finanzjarju x’dokumenti jistgħu jintbagħtu
permezz ta’ posta elettronika. 2META QED JINGĦATA PARIR FINANZJARJU PERMEZZ TA’
RAKKOMANDAZZJONI PERSONALIZZATA:
• L-intermedjarju hu obbligat li jagħmel analiżi dettaljata li twasslu
sabiex jirrakkomanda l-prodotti li jkunu jgħoddu għall-investitur fiċċirkostanzi partikolari tiegħu. Għaldaqstant l-investitur m’għandux
ikun mitlub jiffirma dikjarazzjonijiet li b’xi mod jeżonaraw lillintermedjarju minn dan l-obbligu;
• L-investitur għandu jistenna li l-intermedjarju jiggwidah jinvesti
dawk il-flejjes li m’għandux bżonn għall-ħtiġijiet ta’ kuljum u jiftaħlu
għajnejh sabiex ma jitfax kollox f’investiment wieħed għax f’kull
investiment hemm element ta’ riskju.
3Meta jkun qed jingħata servizz ta’ Nominee jew tal-immaniġġjar talportafoll (portfolio management service), l-investitur għandu jistenna
li jirċievi, perjodikament, mingħand l-intermedjarju, rendikont dwar ilvalur tal-investimenti miżmuma jew imħaddmin mill-intermedjarju.
Fil-każ tas-servizz tal-immaniġġjar tal-portafoll (portfolio management
service) dan ir-rendikont għandu jintbagħat lill-investitur mill-anqas kull
sitt xhur.
OBBLIGI TAL-INVESTITUR
L-investitur min-naħa tiegħu għandu wkoll diversi obbligi meta
jikkunsidra jew jixtri investiment. Dawn jinkludu li:
• Jikseb informazzjoni dwar investimenti differenti mingħand diversi
intermedjarji liċenzjati mill-MFSA sabiex jinforma ruħu dwar x’hemm
offrut fis-suq;
• Jistaqsi lill-intermedjarju għal aktar dettalji jew spjegazzjoni kif
meħtieġ. L-investitur m’għandux jieħu deċiżjonijiet marbuta ma’
investimenti b’xi għaġla żejda. Għandu jitlob l-ispjegazzjonijiet kollha
li għandu bżonn, għandu jirrifletti fuq l-informazzjoni kollha mogħtija,
għandu jistaqsi aktar sabiex ineħħi kull dubju u għandu jiddeċiedi bilkalma kollha;
• Jirrispondi b’mod veritier il-mistoqsijiet kollha li jagħmillu
l-intermedjarju sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jikseb biżżejjed
informazzjoni sabiex ikun jista’ jagħti lill-investitur rakkomandazzjoni
personalizzata (parir) dwar l-investimenti li jgħoddu għalih fiċ-ċirkostanzi
tiegħu;
• Isegwi l-andament tal-investiment tiegħu, mhux l-anqas billi jagħmel
appuntament minn żmien għal żmien kif maqbul mal-intermedjarju
sabiex jirrevedi l-investiment tiegħu.
Jekk l-investitur iħoss li s-servizz li jkun ingħata ma laħaqx l-aspettattivi
tiegħu jew li d-drittijiet tiegħu ma ġewx rispettati, għandu d-dritt li
jagħmel ilment ma’ min ikun tah is-servizz finanzjarju. Jekk l-investitur
jibqa’ ma jkunx sodisfatt bir-risposta li jkun ingħata, għandu d-dritt li
jagħmel ilment mal-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.