Inti tista’ wkoll tikseb aċċess għal informazzjoni relatata ma’ reat billi tikkuntattja lill-organizzazzjonijiet rilevanti (Police Scotland, l-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali, is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi, is-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż u Parole Scotland). Għal aktar informazzjoni, tista’ żżur it-taqsima dwar il-kriminalità, il-ġustizzja u l-liġi tas-sit web tal-Gvern Skoċċiż.
Jekk tiddeċiedi li tirrapporta reat lill-pulizija, huma joħorġulek kard għall-ħarsien tal-vittmi. Din tirrikonoxxi l-kwerela tiegħek u tipprovdilek aktar informazzjoni.
Il-Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja jispjega wkoll għadd ta’ drittijiet li jista’ jinkiseb aċċess għalihom, skont f’liema stadju tkun tinsab fis-sistema tal-ġustizzja kriminali.
Anki jekk ir-reat ma jkunx ġie kommess fl-Iskozja, inti xorta tista’ tkun intitolat(a) għal protezzjoni meta tkun qed tgħix fl-Iskozja, bl-użu ta’ miżuri bħal:
L-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea (‘European Protection Order’ - EPO). L-EPO tippermetti li ordni magħmula minn qorti xi mkien ieħor fl-UE (pereżempju, il-projbizzjoni ta’ individwu partikolari milli jersaq lejk) tiġi rikonoxxuta u eżegwita fl-Iskozja. Inkella, jekk l-ordni tkun saret fl-Iskozja, din tkun tista’ tiġi ttrasferita lejn il-pajjiż fejn tgħix.
Aktar informazzjoni dwar l-EPO tista’ tinkiseb minn fuq is-sit web tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi.
Skont l-Att tal-2014 dwar il-Vittmi u x-Xhieda, inti tista’ tirrapporta reat kommess fi Stat Membru ieħor tal-UE lil Police Scotland, li għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-ilment jintbagħat mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn ġie kommess ir-reat jew l-allegat reat.
Jekk tagħżel li tirrapporta reat, inti ser tirċievi kard għall-ħarsien tal-vittmi. Inti għandek ukoll id-dritt li titlob informazzjoni speċifika għall-każ tiegħek mingħand l-awtoritajiet li ġejjin.
Matul il-proċess tal-ġustizzja kriminali, inti intitolat(a) li tifhem u tinftiehem waqt il-proċedimenti. Jekk għandek diffikultà sabiex tifhem jew titkellem bl-Ingliż, tista’ titlob għal interpretu sabiex jgħinek:
Inti tista’ titlob ukoll li tingħata traduzzjoni ta’ dokument, jekk dan ikun ġie pprovdut lilek bil-liġi, jew jekk ikun essenzjali għall-parteċipazzjoni tiegħek fl-investigazzjoni jew fil-proċedimenti.
L-informazzjoni hija disponibbli, fuq talba, f’varjetà ta’ formati, u dalwaqt ser tkun disponibbli verżjoni faċli biex tinqara tal-Kodiċi tal-Vittmi.
Appropriate Adults jgħinu sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-pulizija u vittmi ta’ 16-il sena u aktar li għandhom diffikultajiet ta’ komunikazzjoni bħala riżultat ta’ disturb mentali, inkluża diżabbiltà fit-tagħlim. Din isseħħ primarjament waqt l-interrogazzjonijiet tal-pulizija, iżda tista’ tinkludi wkoll l-eżamijiet forensiċi u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni.
Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ lill-vittmi, skont in-natura tar-reat.
Il-pulizija jistaqsuk jekk tixtieqx li tiġi riferut għal servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi u jgħaddulhom l-informazzjoni tiegħek biss jekk inti tkun tajt il-kunsens tiegħek sabiex isir dan.
Meta tirrapporta reat, il-pulizija jieħdu passi sabiex jagħtuk l-appoġġ u jipproteġuk minn vittimizzazzjoni, intimidazzjoni u ritaljazzjoni ripetuti. F’termini ta’ appoġġ, dawn il-passi jistgħu jinkludu:
Le, inti għandek id-dritt li tuża s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, anki jekk ir-reat ma jkunx ġie rrapportat lill-pulizija.
Meta tirrapporta reat, il-pulizija jieħdu passi sabiex jagħtuk l-appoġġ għal kontra vittimizzazzjoni, intimidazzjoni u ritaljazzjoni ripetuti.
F’termini ta’ appoġġ, dawn il-passi jistgħu jinkludu:
Il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, timponi restrizzjonijiet fuq ir-rapportar tal-mezzi tax-xandir dwar il-każ li tkun involut(a) fih inti. Il-qorti tista’ timponi wkoll kundizzjonijiet speċjali ta’ pleġġ għall-persuni akkużati, meta jkun xieraq.
Aktar informazzjoni dwar il-miżuri ta’ protezzjoni tista’ tinkiseb mingħand Police Scotland jew l-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prosekutur Fiskali.
Ara hawn fuq.
Ara hawn fuq.
Ara hawn fuq.
Ara hawn fuq.
Xi individwi jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli jew f’riskju minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tax-xhieda li jistgħu jintalbu jagħtu lill-qorti. Hemm għażliet differenti disponibbli maħsuba biex jgħinu lil xhud vulnerabbli jixhed fil-qorti, bħal permezz ta’ konnessjonijiet live bit-TV jew minn wara skrin sabiex ma tkunx tista’ tara lill-persuna akkużata. Dawn jissejħu “miżuri speċjali”.
Aktar informazzjoni dwar il-miżuri speċjali tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali u mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi. L-awtoritajiet rilevanti għandhom jistaqsuk ukoll jekk ikollokx xi tħassib dwar l-għoti tax-xhieda u jistgħu jgħinuk b’għażliet ta’ kif tixhed.
Skont il-liġi, it-tfal kollha (taħt it-18-il sena) huma kklassifikati bħala vulnerabbli u, flimkien mal-allegati vittmi ta’ abbuż domestiku, reati sesswali, traffikar tal-bnedmin u stalking, huma awtomatikament intitolati għall-użu ta’ ċerti miżuri speċjali standard. Xhud li jbati minn disturb mentali, diżabbiltà fit-tagħlim jew li qed isofri minn biża’ u diqa minħabba l-prospett li jrid jixhed jista’ jitqies ukoll bħala vulnerabbli. L-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali ser iwettqu valutazzjoni sabiex jistabbilixxu l-vulnerabbiltà.
Is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi għandu jiżgura wkoll li l-vittmi jkollhom żoni ta’ stennija separati mix-xhieda tad-difiża meta jkunu qegħdin jistennew sabiex jixhdu fil-qorti.
Il-qraba tal-vittmi ta’ reati jista’ jkollhom ukoll aċċess għall-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi, inkluża Victim Support Scotland.
Meta membru tal-familja jkun miet minħabba r-reat, inti jista’ jkollok drittijiet (bħad-dritt għal informazzjoni dwar każ) daqs li kieku inti kont il-vittma tar-reat. Pereżempju, jekk inti għandek qarib li miet, għandek dritt li tikseb aċċess għal informazzjoni mill-pulizija.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fil-Kodiċi tal-Vittmi, kif ukoll fl-Istandards tas-Servizz prodotti b’mod konġunt minn Police Scotland, mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali, mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi, mis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż u mill-Bord tal-Parole għall-Iskozja. (ara l-link hawn taħt)
Il-qraba tal-vittmi ta’ reati jista’ jkollhom ukoll aċċess għall-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi, inkluża Victim Support Scotland.
F’xi ċirkostanzi (pereżempju jekk il-vittma tmut), membru tal-familja jista’ jkollu drittijiet (bħad-dritt għal informazzjoni dwar każ) daqs li kieku kien(et) il-vittma tar-reat.
Pereżempju, jekk inti għandek qarib li miet, għandek dritt li tikseb aċċess għal informazzjoni mill-pulizija. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Kodiċi tal-Vittmi kif ukoll mill-Istandards tas-Servizz prodotti mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi.
Sacro hija l-Organizzazzjoni tal-Ġustizzja tal-Komunità Skoċċiża li taħdem sabiex toħloq komunitajiet aktar sikuri u koeżivi madwar l-Iskozja. Huma jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni. Aktar dettalji huma disponibbli fuq is-sit web tagħhom.
Sabiex issib l-aktar informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-vittmi, tista’ taqra l-Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja, li huwa disponibbli hawnhekk.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
F’każ ta’ emerġenza ċempel 999. Sabiex tirrapporta reat ċempel 101.
Jekk inti persuna truxa, tlift is-smigħ, nieqsa mis-smigħ jew għandek diffikultà biex titkellem, tista’ tikkomunika b’mod testwali fuq 18000.
Jekk irreġistrajt mas-servizz emergencySMS - u ma għandek ebda għażla oħra - tista’ tibgħat messaġġ testwali lejn in-numru 999.
F’każ ta’ emerġenza, ċempel 999 jekk:
Ċempel 101 sabiex tikkuntattja lill-pulizija jekk ir-reat ma jkunx emerġenza.
Jekk inti persuna truxa, tlift is-smigħ, nieqsa mis-smigħ jew għandek diffikultà biex titkellem, tista’ tikkomunika b’mod testwali fuq 18001 101.
Eżempji ta’ reati li ma għandhomx bżonn rispons ta’ emerġenza jinkludu:
F’każ mhux ta’ emerġenza, tista’ tirrapporta r-reati li ġejjin fuq is-sit web ta’ Police Scotland:
Tista’ wkoll timla l-formola ta’ Crimestoppers fuq l-internet jekk trid tirrapporta reat b’mod anonimu.
Bħala vittma, inti għandek id-dritt li titlob informazzjoni speċifika għall-każ tiegħek b’rabta ma’ reat. Jekk din ma tkunx ġiet ipprovduta lilek, inti tista’ tagħmel talba formali minn għadd ta’ korpi differenti:
Il-vittmi mhumiex partijiet fil-proċedimenti kriminali fl-Iskozja. Jekk vittma tkun teħtieġ pariri u assistenza legali, hija tista’ tikkuntattja avukat. Huma jistgħu jkunu intitolati għal għajnuna bl-ispejjeż tal-pariri u l-assistenza li jingħataw permezz tas-sistema ta’ għajnuna legali.
Il-Bord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali huwa l-korp responsabbli għat-tħaddim tas-sistema tal-għajnuna legali fl-Iskozja.
Jekk tkun ġejt ‘imħarrek/imħarrka’ sabiex tixhed fil-qorti, tista’ tkun intitolat(a) li titlob lura xi spejjeż.
Tiġi ‘mħarrek/imħarrka’ tfisser li tkun irċevejt ittra uffiċjali - imsejħa taħrika - li tgħidlek sabiex tmur il-qorti u tixhed bħala xhud.
L-informazzjoni dwar kif titlob lura l-ispejjeż, flimkien ma’ formola sabiex titlob l-ispejjeż jistgħu jinstabu fuq wara tat-taħrika.
Aqra t-taħrika tiegħek bir-reqqa u ħudha miegħek meta tmur il-qorti. Kun żgur li timla l-formola tal-ispejjeż fuq wara tat-taħrika tiegħek sabiex titlob l-ispejjeż mingħand il-persuna li ħarrkitek bħala xhud.
Il-ħlasijiet fi flus kontanti jsiru biss f’każijiet ta’ tbatija ġenwina jew emerġenza. Spejjeż eċċezzjonali bħal nollijiet tat-taxi, ivvjaġġar bl-ajru u akkomodazzjoni matul il-lejl għandhom jiġu approvati minn qabel mill-prokuratur fiskali.
Jistgħu jsiru pretensjonijiet għal telf ta’ qligħ għal xhieda li huma impjegati u li jaħdmu għal rashom. Ma hemmx faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal fil-bini tal-qorti, għalhekk, ix-xhieda tal-prosekuzzjoni jistgħu jitolbu l-ispejjeż għall-indukrar tat-tfal u tat-trabi b’rati fissi. Jekk ikollok bżonn tagħmel arranġamenti ta’ indukrar fl-assenza tiegħek, inti tiġi rrimborżat b’rata fissa.
Bħala vittma ta’ reat fl-Iskozja, inti għandek id-dritt li titlob għal rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali li ma jipproċedux bil-prosekuzzjoni ta’ każ irrapportat lilhom, meta dik id-deċiżjoni tkun ittieħdet fl-1 ta’ Lulju 2015 jew wara. Jekk ikun possibbli, inti għandek tapplika għal reviżjoni fi żmien xahar mid-data li fiha tiġi informat(a) bid-deċiżjoni li ma ssirx il-prosekuzzjoni. Ġeneralment, inti tiġi informat(a) bid-deċiżjoni tar-reviżjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol. Il-Lord Advocate (il-kap prosekutur pubbliku tal-Iskozja) ppubblika r-regoli dwar dan il-proċess.
Dan jiddependi fuq jekk tintalabx tixhed fil-proċess. Jekk ma tintalabx tixhed, tista’ tistaqsi lis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi:
Is-sit web tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi għandu aktar dettalji dwar kif tikseb l-informazzjoni b’rabta mal-kawża u informazzjoni dwar is-sejħa tal-kawżi fil-qorti, inklużi l-proċessi li mistennija jissejħu fil-futur qrib. Dan jinkludi:
Jekk inti vittma, is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi ser:
Il-vittmi mhumiex partijiet fil-proċedimenti kriminali fl-Iskozja. Soġġetti għad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, il-vittmi jistgħu jintalbu jixhdu fil-qorti.
L-informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala vittma tista’ tinstab fil-Kodiċi tal-Vittmi.
Jekk tintalab tixhed fil-qorti, inti tirċievi taħrika. It-taħrika tiegħek hija ittra uffiċjali li tgħidlek sabiex tmur fil-qorti u tagħti x-xhieda tiegħek.
Huwa importanti li ma tinjorax it-taħrika. Għid lil min talbek sabiex tkun xhud minnufih jekk hemm xi raġuni importanti għala ma tistax tkun preżenti fid-data tal-proċess. Jekk ma tidhirx fil-ħin u l-post korretti, il-qorti tista’ toħroġ mandat għall-arrest tiegħek.
Xi xhieda jistgħu jsibuha bi tqila sabiex jixhdu. Huma jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tax-xhieda tagħhom. Il-qorti tista’ tieħu passi addizzjonali (imsejħa ‘miżuri speċjali’) sabiex tgħin lix-xhieda vulnerabbli jagħtu l-aħjar xhieda possibbli, bħall-użu ta' skrin sabiex ix-xhud ma jkollux għaliex jara lill-persuna akkużata. Inti għandek tiddiskuti kwalunkwe tħassib li jkollok mal-persuna li talbet sabiex inti tagħti x-xhieda tiegħek, billi din tkun tista’ tapplika mal-qorti f’ismek sabiex jittieħdu miżuri speċjali.
Aktar informazzjoni dwar ir-rwol tiegħek bħala xhud tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali u fuq il-paġni ta’ mygov.scot dwar L-Għoti tax-Xhieda fil-Qorti.
Soġġetti għad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, il-vittmi jistgħu jintalbu jixhdu fil-qorti. Il-liġijiet ġenerali tal-Iskozja dwar ix-xhieda japplikaw għal dawk il-vittmi li jissejħu sabiex jixhdu.
Għal dawk il-vittmi li għandhom jixhdu, u li huma meqjusa bħala vulnerabbli jew għandhom ħtiġijiet ta’ protezzjoni, jistgħu jkunu disponibbli miżuri speċjali permezz tat-taqsimiet 271 sa 271M tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) bil-għan li jgħinuhom jagħtu x-xhieda tagħhom. Dawn il-miżuri huma awtomatiċi għat-tfal u għal dawk il-persuni li huma vittmi f’reati speċifiċi bħal reati sesswali, traffikar u stalking.
Barra minn hekk, il-vittmi jistgħu jagħmlu stqarrija bħala vittmi skont it-taqsima 14 tal-Att tal-2003 dwar il-Ġustizzja Kriminali (l-Iskozja). Aktar informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet tal-vittmi tista’ tinstab hawnhekk.
Inti tista’ tikkuntattja lis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi sabiex issir taf x’inhuma d-dati ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti, id-deċiżjoni finali ta’ qorti fi proċess jew kwalunkwe appell li jirriżulta minn proċess, u kwalunkwe raġunijiet għal dan. Barra minn hekk, jekk ser tattendi l-qorti sabiex tixhed, l-impjegati tal-qorti fis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi jaġġornawk dwar il-progress tal-kawża fil-qorti mill-inqas darba kull siegħa u jinformawk meta tkun tista’ titlaq mill-qorti.
Jekk jogħġbok ara hawn fuq għad-dettalji tal-informazzjoni li jista’ jinkiseb aċċess għaliha.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Huma biss il-persuna kkundannata jew il-prosekuzzjoni li jistgħu jappellaw verdett.
L-appelli tal-prosekuzzjoni jistgħu jsiru biss f’ċerti ċirkostanzi. Il-prosekuzzjoni tista’:
Tista’ ssib aktar informazzjoni billi żżur https://www.mygov.scot/after-the-verdict/the-appeals-process/
Wara verdett ta’ ħtija, l-istqarrija tiegħek bħala vittma tista’ tittieħed f’kunsiderazzjoni mill-imħallef meta jkun qed jikkunsidra s-sentenza li għandha tiġi imposta.
Jekk ir-riżultat tal-kawża (magħruf bħala l-verdett) ma kienx dak li kont qed tistenna, jew tħoss li teħtieġ xi tip ta’ appoġġ wara l-verdett, hemm ħafna organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuk. Victim Support Scotland għandha hotline li topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija. Din hija organizzazzjoni karitatevoli nazzjonali li tappoġġja lin-nies affettwati mir-reati madwar l-Iskozja, irrispettivament mit-tip ta’ reat li jkunu sofrew. Tista’ tikkuntattjaha fuq 0345 603 9213. L-appoġġ jiġi pprovdut mingħajr ħlas.
Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet oħrajn, inklużi servizzi speċjalizzati, li jistgħu jipprovdu appoġġ emozzjonali kunfidenzjali mingħajr ħlas, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali lill-vittmi, lix-xhieda u lil persuni oħrajn affettwati mir-reati. L-informazzjoni dwar dawn is-servizzi tista' tinstab hawnhekk.
Iva, hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ lill-vittmi li jistgħu joffru appoġġ mingħajr ħlas qabel, matul u wara l-proċess. Victim Support Scotland, li hija organizzazzjoni karitatevoli nazzjonali, toffri appoġġ emozzjonali, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali lill-vittmi. Dawn is-servizzi huma mingħajr ħlas u kunfidenzjali.
Jekk għamilt stqarrija bħala vittma, din tista’ tiġi kkunsidrata meta l-imħallef jiġi biex jiddeċiedi s-sentenza. Wara verdett ta’ ħtija, l-imħallef irid jiddeċiedi x’piena għandha tingħata lit-trasgressur. Din il-piena tissejjaħ sentenza. L-imħallef jieħu din id-deċiżjoni wara li jkun sema’ x-xhieda kollha u wara li jikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ta’ sfond. Din tinkludi fatturi bħall-età tat-trasgressur, kwalunkwe kwistjoni medika u jekk il-persuna kkonċernata għandhiex diġà fedina penali. L-imħallef jista’ jagħżel x’sentenza jagħti minn firxa ta’ għażliet.
Aktar informazzjoni dwar l-għoti tas-sentenzi tista’ tinstab hawnhekk.
Inti għandek id-dritt li titlob informazzjoni dwar id-deċiżjoni finali tal-qorti fi proċess u kwalunkwe raġunijiet għaliha. Din l-informazzjoni tista’ tintalab mingħand is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi.
Fil-kawżi kriminali kollha, il-vittmi għandhom dritt li jiksbu informazzjoni dwar il-ħelsien ta’ priġunier. Huma jista’ jkollhom ukoll id-dritt li jiġu informati meta l-priġunier jiġi kkunsidrat għal parole u li jagħmlu rappreżentazzjonijiet (kummenti) bil-miktub dwar il-ħelsien tagħhom lill-Bord tal-Parole għall-Iskozja. Din tissejjaħ l-Iskema ta’ Notifika lill-Vittmi.
Il-vittmi ta’ trasgressuri mogħtija sentenza ta’ priġunerija ta’ inqas minn 18-il xahar huma intitolati li jsiru jafu biss dwar il-ħelsien jew il-ħarba tat-trasgressur mill-ħabs. Jekk tixtieq tirċievi din l-informazzjoni, ma għandekx bżonn tirreġistra fl-iskema, tista’ sempliċiment tikkuntattja lis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż.
Inti ser tkun tista’ tagħmel rappreżentazzjonijiet lill-Bord tal-Parole għall-Iskozja sabiex jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet fejn it-trasgressur ikun qed jiġi kkunsidrat għal libertà kondizzjonali. Il-vittmi li jirreġistraw taħt il-Parti 2 tal-iskema jistgħu jirreġistraw sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet bil-miktub lis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż meta t-trasgressur isir eliġibbli għall-ewwel darba għal ħelsien temporanju u ħelsien fuq Home Detention Curfew; u lill-Bord tal-Parole għall-Iskozja meta t-trasgressur ikun qed jiġi kkunsidrat għal ħelsien fuq libertà kondizzjonali. Victim Support Scotland tista’ tgħinek tħejji r-rappreżentazzjonijiet tiegħek.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 249 sa 253 tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja), kwalunkwe qorti kriminali fl-Iskozja għandha s-setgħa f’kawżi xierqa li tordna lil trasgressur sabiex iħallas kumpens lill-vittma tar-reat tiegħu għal kwalunkwe dannu, telf jew ħsara li tkun ġarrbet il-vittma bħala riżultat tar-reat, mingħajr il-ħtieġa għal azzjoni ċivili separata.
L-Att tal-1995 ma jipprevedix li vittma tippreżenta rikors lil qorti għal ‘ordni ta’ kumpens’ personalment; madankollu, il-Prokuratur Fiskali jista’ jqajjem il-kwistjoni mal-qorti f’każijiet xierqa u, fil-każijiet kollha, il-Prokuratur Fiskali għandu jipprovdi lill-qorti bl-informazzjoni disponibbli dwar il-firxa u l-valur ta’ kwalunkwe dannu, telf jew ħsara mġarrba.
Skont il-liġi eżistenti, vittma għandha d-dritt li tfittex lit-trasgressur għad-danni f’qorti ċivili jew (jekk tkun ġarrbet danni fiżiċi jew mentali) li titlob għotja ta’ kumpens mill-Awtorità ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (‘Criminal Injuries Compensation Authority’ - CICA). L-ordni ta’ kumpens mill-qrati kriminali ma taffettwax dawn id-drittijiet, għalkemm kull għotja ta’ kumpens mogħtija lill-vittma mill-qrati ċivili jew mis-CICA titnaqqas bl-ammont imħallas taħt l-‘ordni ta' kumpens’.
Fi proċedimenti kriminali solenni, ma hemm l-ebda limitu fuq l-ammont li jista’ jingħata taħt ‘ordni ta’ kumpens’.
Fil-qosor, fil-proċedimenti kriminali japplikaw il-limiti li ġejjin:
Il-ħlas ta’ kwalunkwe ammont taħt ‘ordni ta’ kumpens’ isir lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata.
Meta persuna akkużata tiġi kkundannata għal reat, il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, timponi Ordni ta’ Servizz fil-Komunità ('Community Payback Order' - CPO). F’termini tat-taqsima 227H tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja), il-ħlas tal-kumpens (flimkien ma’ rekwiżit ta’ superviżjoni tat-trasgressur) jista’ jkun rekwiżit ta’ CPO.
L-istess limiti fir-rigward tal-ammont tal-għotjiet ta’ kumpens japplikaw għal ‘rekwiżiti ta’ kumpens’ bħalma japplikaw għal ‘ordnijiet ta’ kumpens’ (kif spjegat fid-dettall hawn fuq)
Il-kumpens jista’ jitħallas jew f’somma f’daqqa jew inkella permezz ta’ pagamenti akkont lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata. Il-kumpens għandu jitħallas b’mod sħiħ mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li tiġi imposta s-CPO jew mhux aktar tard minn xahrejn qabel tmiem il-perjodu tas-superviżjoni, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. In-nuqqas min-naħa tat-trasgressur milli jagħmel il-ħlas jista’ jikkostitwixxi ksur tas-CPO.
F’termini tat-taqsima 302A tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja), il-Prokuratur Fiskali jista’ jibgħat ‘offerta ta’ kumpens’ lil allegat trasgressur jekk ikun jidher li ġie kommess reat rilevanti. L-‘offerta ta’ kumpens’ hija miżura diretta effettiva għal reati fejn individwu jkun ġarrab telf monetarju, telf personali, paniku jew diqa.
Jekk ‘offerta ta’ kumpens’ tiġi aċċettata jew titqies bħala li ġiet aċċettata (meta l-allegat trasgressur ma jirrifjutax l-offerta formalment), ma tista’ sseħħ l-ebda prosekuzzjoni u ma tista’ tiġi rreġistrata l-ebda kundanna.
L-ammont massimu disponibbli bħala offerta ta’ kumpens huwa ta’ £5,000 f’termini tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) u l-Ordni tal-2008 dwar l-Ordni ta’ Kumpens (Ammont Massimu).
Il-ħlas ta’ kwalunkwe ammont taħt ‘offerta ta’ kumpens’ isir lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata.
Skont il-liġi eżistenti, vittma għandu d-dritt li jfittex lit-trasgressur għad-danni f’qorti ċivili. Fil-każ li l-vittma tiddeċiedi li tressaq azzjoni fil-qrati ċivili, hemm proċeduri differenti rregolati minn settijiet differenti ta’ regoli tal-qorti u dawn jiddependu wkoll fuq jekk l-azzjonijiet jitressqux f’Qorti tax-Sheriff jew fil-Qorti tas-Sessjoni. Id-diversi regoli huma disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi taħt Regoli u Prattika.
L-abbozzar ta’ kwalunkwe rikors jew petizzjoni u d-diversi proċeduri tal-qorti huma pjuttost kumplessi u, għalhekk, huwa rrakkomandat parir legali.
Din hija proċedura li permezz tagħha qorti tal-ġustizzja tista’ tiddeċiedi dwar il-kumpens għall-vittma ta’ reat kriminali. Minflok titlob id-danni f’azzjoni ċivili separata, il-vittma tressaq talba ċivili kontra t-trasgressur bħala parti minn proċess kriminali. Għandu jiġi nnotat li filwaqt li din is-sistema teżisti f’xi ġurisdizzjonijiet tal-liġi ċivili, hija ma teżistix fl-Iskozja.
Il-ħlas ta’ kwalunkwe ammont taħt:
isir lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata.
Il-ħlas jista’ jiġi infurzat biss mill-qorti u bl-ebda mod jekk il-persuna intitolata tikkuntattja jew tipprova tikkuntattja lit-trasgressur direttament jew taċċetta l-ħlas mingħandu personalment.
Jekk il-ħlas ma jsirx fir-rigward ta’ ‘ordni ta’ kumpens’ jew ‘offerta ta’ kumpens’, tista’ tittieħed aktar azzjoni mill-qorti sabiex tirkupra l-flus billi tuża firxa ta’ sanzjonijiet, li jinkludu:
Jekk il-ħlas ma jsirx fir-rigward ta’ ‘rekwiżit ta’ kumpens’ f’CPO, dan jista’ jikkostitwixxi ksur tas-CPO u t-trasgressur jista’ jitressaq lura quddiem il-qorti. It-Taqsima 227ZC tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) fiha dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ksur tas-CPOs u x’azzjonijiet tista’ tieħu l-qorti.
Jekk il-vittma tressaq azzjoni b’suċċess fil-qorti ċivili u l-qorti tagħti digriet għal somma ta’ flus favur tagħha, il-vittma għandha tikkuntattja ditta ta’ Uffiċjali tax-Sheriff sabiex tingħata pariri dwar il-proċedura għall-irkupru tad-dejn. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web tas-Society of Messengers-at-Arms and Sheriff Officers.
L-Istat ma jħallas ebda avvanz lil vittma ta’ reat meta t-trasgressur ikun ġie ordnat minn qorti sabiex iħallas iżda t-trasgressur ma jkunx għamel dan. Ara wkoll L-infurzar tal-kumpens hawn fuq.
L-Awtorità ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (CICA) tittratta talbiet għal kumpens minn persuni li jkunu ġarrbu ħsara fiżika jew mentali minħabba li kienu vittmi innoċenti ta’ reat vjolenti fl-Ingilterra, fl-Iskozja jew f’Wales. L-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali tal-gvern tistabbilixxi l-kriterji u l-ammonti għall-kumpens.
L-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali tal-2012 hija skema ffinanzjata mill-gvern li teżisti sabiex tikkumpensa lill-vittmi innoċenti ta’ reat vjolenti li jkunu ġarrbu danni fiżiċi jew mentali serji direttament attribwibbli għall-fatt li huma vittmi diretti ta’ reat ta’ vjolenza. Ir-regoli fl-Iskema u l-valur tal-għotjiet imħallsin huma approvati mill-Parlament tar-Renju Unit, u s-CICA hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Iskema u għad-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu fuq applikazzjonijiet individwali. L-Iskema fiha tariffa tad-danni li tistabbilixxi kumpens pagabbli fir-rigward tad-danni mġarrba.
Hemm żewġ tipi ta’ kumpens - għotjiet ta’ kumpens għal korriment fatali u personali - b’kumpens addizzjonali pagabbli f’xi każijiet għal telf ta’ qligħ, dipendenza jew spejjeż speċjali, fejn xieraq.
Il-ħlasijiet jistgħu jingħataw lill-vittmi li sfaw korruti serjament, lill-vittmi ta’ stupru u abbuż sesswali ieħor, lill-vittmi ta’ abbuż tat-tfal u lil dawk li kellhom mewt fil-familja. L-Iskema ma tagħmilx ħlasijiet ta’ kumpens għal korrimenti minuri.
Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi. Applikant għandu jkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema. Hemm kriterji ta’ nazzjonalità u residenza li jridu jiġu ssodisfati (il-paragrafi 10 sa 16 tal-Iskema). L-applikazzjonijiet iridu jsiru hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sentejn mill-inċident li wassal għall-ħsara kriminali (għalkemm f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’xi każijiet, il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż, ara l-paragrafi 87 sa 89). Hemm ukoll regoli li jesiġu li l-applikant għandu jkun irrapporta l-inċident li wassal għall-ħsara kriminali hekk kif kien raġonevolment prattikabbli u li jikkoopera, safejn ikun raġonevolment prattikabbli, sabiex il-persuna li wettqet l-attakk titressaq quddiem il-ġustizzja (il-paragrafi 22 u 23). L-għotjiet ta’ kumpens jista’ jinżammu jew jitnaqqsu f’diversi ċirkostanzi oħrajn, bħal fejn l-imġiba tal-applikant tagħmilha mhux xierqa li ssir għotja (il-paragrafu 25) u fejn l-applikant ikollu kundanni kriminali mhux skontati fil-mument li ssir l-applikazzjoni lis-CICA (il-paragrafu 26 u l-Anness D). Aktar informazzjoni dwar l-Iskema tista’ tinstab hawnhekk.
L-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali tal-2012 hija maħsuba sabiex tkun skema tal-aħħar rimedju. L-għotjiet taħt l-Iskema mhumiex maħsuba sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati; fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, talba ta’ applikant ma tiġix deċiża qabel jgħaddi xi żmien wara dak l-inċident. Ma jsir l-ebda ħlas qabel ma l-Awtorità ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (CICA) tkun sodisfatta li l-applikant huwa eliġibbli taħt l-Iskema; isiru inkjesti tal-pulizija sabiex tinkiseb informazzjoni dwar l-inċident u l-applikant bil-għan li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà. Meta s-CICA tkun sodisfatta li applikant huwa eliġibbli għal ħlas iżda ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni finali, hija tista’ tikkunsidra li tagħmel pagament interim. Dan jista’ jkun il-każ meta s-CICA tkun qed tistenna sakemm jinftiehem l-impatt fit-tul tad-dannu tal-applikant.
Mhuwiex neċessarju li t-trasgressur jiġi identifikat jew misjub ħati sabiex il-vittma ta’ reat ta’ vjolenza tkun eliġibbli għal kumpens (il-paragrafu 9 tal-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali). Madankollu, l-Iskema tesiġi li applikant jirrapporta l-inċident lill-pulizija hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli u li jikkoopera, safejn ikun raġonevolment prattikabbli, sabiex it-trasgressur jitressaq quddiem il-ġustizzja (il-paragrafi 22 u 23). Għalhekk, l-applikanti ma jkunux eliġibbli għal kumpens sakemm ma jkunux ikkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni dwar ir-reat u fi kwalunkwe prosekuzzjoni li ssir wara.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Inti għandek id-dritt li tuża s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, anki jekk ir-reat ma jkunx ġie rrapportat lill-pulizija.
Irrispettivament minn jekk tiddeċidix li tirrapporta reat jew le - jew jekk għadek ma ddeċidejtx - Victim Support Scotland tista’ tagħtik għajnuna u appoġġ prattiċi u emozzjonali.
Jekk tirrapporta reat, il-pulizija - bil-permess tiegħek - tista’ tgħaddi d-dettalji tiegħek lil Victim Support Scotland.
Inti tista’ tiġi offrut(a) wkoll għajnuna minn Victim Information and Advice (VIA) jekk il-każ tiegħek jinvolvi:
Il-VIA tagħtik informazzjoni dwar is-sistema tal-ġustizzja kriminali, iżżommok informat dwar il-progress tal-kawża u tpoġġik f’kuntatt ma’ organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jgħinuk.
Victim Support Scotland għandha hotline li topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija. Din hija organizzazzjoni karitatevoli nazzjonali li tappoġġja lin-nies affettwati mir-reati madwar l-Iskozja, irrispettivament mit-tip ta’ reat li jkunu sofrew. Tista’ tikkuntattjaha fuq 0800 160 1985. L-appoġġ jiġi pprovdut mingħajr ħlas. Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet oħrajn, inklużi servizzi speċjalizzati, li jistgħu jipprovdu appoġġ emozzjonali kunfidenzjali u mingħajr ħlas, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali lill-vittmi, lix-xhieda u lil persuni oħrajn affettwati mir-reati. L-informazzjoni dwar dawn is-servizzi tista' tinstab hawnhekk.
Victim Support Scotland tagħti appoġġ kunfidenzjali u mingħajr ħlas lill-vittmi, lix-xhieda u lil persuni oħrajn affettwati mir-reati.
Appoġġ fil-qorti
Jekk tintalab tixhed fil-qorti, is-Servizz tax-Xhieda jingħata minn persunal u voluntiera mħarrġin ta’ Victim Support Scotland fil-postijiet kollha tal-Qorti Superjuri u tal-Qorti tax-Sheriff. Huma jistgħu:
Xi xhieda - minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tar-reat - ikunu jistgħu jiksbu appoġġ addizzjonali meta jagħtu x-xhieda tagħhom. Tista’ ssir taf aktar dwar kif tixhed fil-qorti, inklużi ‘miżuri speċjali’ għax-xhieda vulnerabbli hawnhekk. Jekk inti vittma ta’ reat iżda ma sejħulekx sabiex tixhed fil-qorti, jista’ jkun li ma tiġix informat dwar il-proċess. Madankollu, inti tista’ titlob informazzjoni dwar x’jiġri bil-kawża fil-qorti.
Skont l-organizzazzjoni, inti tista’ tiġi offrut tipi differenti ta’ appoġġ. Victim Support Scotland tipprovdi Servizz għall-Vittmi bbażat fil-komunità. Dan huwa pprovdut f’kull żona tal-awtorità lokali fl-Iskozja u s-Servizz għax-Xhieda tagħhom ibbażat fil-qorti jinsab f’kull qorti kriminali fl-Iskozja.
Jeżistu għadd ta’ organizzazzjonijiet karitatevoli oħrajn li jistgħu jkunu ta’ għajnuna, skont in-natura tar-reat. Pereżempju, Rape Crisis Scotland, TARA (‘Trafficking Awareness Raising Alliance’) li jagħtu appoġġ lill-vittmi nisa ta’ traffikar tal-bnedmin, u Migrant Help, li toffri wkoll appoġġ lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. Children 1st, Scottish Women's Aid u PETAL huma wkoll organizzazzjonijiet karitatevoli li jistgħu joffru appoġġ lill-vittmi tar-reati. Aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi tista’ tinstab hawnhekk.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.