1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?
Ġenitur b'kustodja waħdu jista' legalment jieħu lit-tifel tiegħu fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.
2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?
Meta ż-żewġ ġenituri jkollhom kustodja konġunta ta' minuri, hemm bżonn tal-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex dak il-minuri jkun jista' jittieħed lejn Stat ieħor. Skont il-Kapitolu 154 tal-Kodiċi Kriminali, huwa reat kriminali li ġenitur jieħu minuri lejn Stat ieħor mingħajr dak il-kunsens.
3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?
Minuri jista' jinħareġ mill-pajjiż mingħajr il-kunsens ta' wieħed mill-ġenituri b'kustodja konġunta fuq il-bażi ta' sentenza rilevanti mill-qorti tal-familja.
4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.
Fin-nuqqas ta' kunsens għal teħid ta' minuri temporanju jew permanenti lejn Stat ieħor, hemm bżonn ta' sentenza tal-qorti. Fil-każ ta' kunsens, ma hemm l-ebda dokument speċifiku użat biex jagħti dak il-kunsens.